Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2014:297:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 297, 4 ta' Settembru 2014


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 297

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
4 ta' Settembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 297/01

Rata tal-kambju tal-euro

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 297/02

Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping dwar l-importazzjonijiet ta’ aċesulfam tal-potassju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kif ukoll ta’ aċesulfam tal-potassju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li jinsab f’ċerti tħejjijiet u/jew taħlitiet

2

2014/C 297/03

Avviż tal-iskadenza ta’ ċerti miżuri antidumping

12

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 297/04

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7217 — Facebook / WhatsApp) ( 1 )

13

2014/C 297/05

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7304 — Danone/ID Logistics/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

14

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 297/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

15


 

Rettifika

2014/C 297/07

Rettifika għall-Avviż ta’ bidu ta’ proċediment ta’ kontra s-sussidju rigward l-importazzjonijiet ta’ ċerta trota qawsalla li toriġina fit-Turkija ( ĠU C 44, 15.2.2014 )

23

2014/C 297/08

Rettifika għan-Notifika ta’ bidu ta’ proċedura antidumping li tikkonċerna importazzjonijiet ta’ ċerta trota qawsalla li toriġina mit-Turkija ( ĠU C 44, 15.2.2014 )

24


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-3 ta’ Settembru 2014

(2014/C 297/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3151

JPY

Yen Ġappuniż

138,11

DKK

Krona Daniża

7,4476

GBP

Lira Sterlina

0,79855

SEK

Krona Żvediża

9,1969

CHF

Frank Żvizzeru

1,2078

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1605

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,658

HUF

Forint Ungeriż

314,02

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1905

RON

Leu Rumen

4,4043

TRY

Lira Turka

2,8427

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4094

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4336

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1923

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5802

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6469

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 341,18

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,0505

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0772

HRK

Kuna Kroata

7,6210

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 472,66

MYR

Ringgit Malażjan

4,1844

PHP

Peso Filippin

57,395

RUB

Rouble Russu

48,4385

THB

Baht Tajlandiż

42,140

BRL

Real Brażiljan

2,9397

MXN

Peso Messikan

17,2022

INR

Rupi Indjan

79,4518


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

4.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/2


Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping dwar l-importazzjonijiet ta’ aċesulfam tal-potassju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kif ukoll ta’ aċesulfam tal-potassju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li jinsab f’ċerti tħejjijiet u/jew taħlitiet

(2014/C 297/02)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ aċesulfam tal-potassju, li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”), huma l-oġġett ta’ dumping u għalhekk qed joħolqu ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni.

1.   Ilment

L-ilment tressaq fit-22 ta’ Lulju 2014 minn Nutrinova Nutrition Specialties & Food Ingredients GmbH (“l-ilmentatur”) l-uniku produttur ta’ aċesulfam tal-potassju, u għalhekk jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-aċesulfam tal-potassju.

2.   Il-prodott investigat

Il-prodott li hu soġġett għal din l-investigazzjoni huwa l-aċesulfam tal-potassju (melħ tal-potassju ta’ 6-metil-1,2,3-oksatijażin-4(3H)-on-2,2-diossidu; CAS RN 55589-62-3) li joriġina mir-RPĊ, kif ukoll aċesulfam tal-potassju, li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li jinsab f’ċerti tħejjijiet u/jew taħlitiet li jinkludu wkoll dolċifikanti oħrajn u/jew ilma (“il-prodott taħt investigazzjoni”). L-aċesulfam tal-potassju huwa komunement magħruf bħala Aċesulfam K jew Ace K.

3.   L-allegazzjoni ta’ dumping

Il-prodott li allegatament huwa oġġett ta’ dumping huwa l-prodott investigat, li attwalment jaqa’ taħt il-Kodiċi(jiet) NM ex 2106 90 92, ex 2106 90 98, ex 2934 99 90 u ex 3824 90 97. Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw biss għall-informazzjoni.

Billi, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-pajjiż ikkonċernat qed jitqies li huwa pajjiż b’ekonomija mhux tas-suq, u fin-nuqqas ta’ produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni barra l-Unjoni Ewropea u r-RPĊ, l-ilmentatur stabbilixxa valur normali maħdum għall-importazzjonijiet mir-RPĊ fuq il-bażi ta’ spejjeż ta’ manifattura, bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi (SĠ&A) u profitt fl-Unjoni. L-allegazzjoni ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni (fil-livell ta’ prezz mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

4.   L-allegazzjoni tal-ħsara u l-kawżalità

L-ilmentatur ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem fis-suq.

L-evidenza prima facie li ngħatat mill-ilmentatur turi li l-volum u/jew il-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħin, fuq il-livelli tal-prezzijiet mitluba u s-sehem tas-suq li għandha l-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f’effetti negattivi sostanzjali fuq is-sitwazzjoni ġenerali tal-prestazzjoni, il-finanzi u l-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċeduri

Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni b’dan qiegħda tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qed jiġi investigat u li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat hux qiegħed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dawn l-importazzjonijiet ta’ dumping ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu fl-affermattiv, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tkunx tmur kontra l-interess tal-Unjoni.

5.1.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping

5.1.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

Il-produtturi esportaturi (2) tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.1.1.1.   Proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati fil-pajjiż ikkonċernat.

(a)   Kampjunar

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom mitluba fl-Anness A ma’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi esportaturi li ntgħażlu fil-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifikazzjoni tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”). Mingħajr preġudizzju għat-taqsima (b) ta’ hawn taħt, id-dazju anti-dumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw ma jkunx jaqbeż il-marġni medju peżat ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (3).

(b)   Marġni individwali ta’ dumping għall-kumpaniji li ma jiġux inklużi fil-kampjun

Il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġni ta’ dumping individwali tagħhom (“marġni ta’ dumping individwali”). Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal marġni individwali ta’ dumping iridu jitolbu kwestjonarju u jirritornawh mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifikazzjoni tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-Kummissjoni teżamina jekk dawn jistgħux jingħataw dazju individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Dawk il-produtturi esportaturi fil-pajjiż b’ekonomija mhux tas-suq li jqisu li għalihom jgħoddu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq fir-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, jistgħu jissottomettu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq sostanzjata kif xieraq għal dan il-għan (“talba għal TES” - trattament ta’ ekonomija tas-suq) u jibagħtuh lura mimli kif meħtieġ fil-limitu tal-iskadenzi speċifikat fit-taqsima 5.1.2 hawn taħt.

Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġni ta’ dumping individwali għandhom ikunu jafu li l-Kummissjoni tista’ xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġni ta’ dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun partikolarment diffiċli u ma tkunx tippermetti li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.

5.1.1.2.   Proċedura addizzjonali marbuta mal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq

B’konformità mal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi individwali fil-pajjiż ikkonċernat, li jqisu li għalihom jgħoddu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq fir-rigward tal-manifattura jew il-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, jistgħu jressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq sostanzjata kif xieraq għal dan il-għan (“talba għal TES”). It-TES jingħata jekk il-valutazzjoni tat-talba għal TES turi li l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku (4) jkunu ssodisfati. Il-marġni ta’ dumping tal-produtturi esportaturi li ngħataw TES se jiġi kkalkulat, safejn hu possibbli u mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, billi jintuża l-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tagħhom stess skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni se tibgħat il-formoli ta’ talba għal TES lill-produtturi esportaturi kollha fil-pajjiż ikkonċernat magħżula biex ikunu parti mill-kampjun u lill-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u li jixtiequ japplikaw għal marġni ta’ dumping individwali, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi, kif ukoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat. Il-Kummissjoni se tivvaluta biss il-formoli ta’ talba għal TES sottomessi mill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat magħżul biex ikun parti mill-kampjun u lill-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun li t-talba tagħhhom għal marġni individwali ta’ dumping tkun ġiet aċċettata.

Il-produtturi esportaturi kollha li jitolbu TES iridu jissottomettu formola ta’ talba għal TES mimlija fi żmien 21 jum mid-data tan-notifikazzjoni tal-għażla tal-kampjun jew tad-deċiżjoni li ma jintgħażilx kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.1.2.   L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati  (5)  (6)

Importaturi indipendenti tal-prodott li qed jiġi investigat li jiġi esportat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi li mhumiex relatati, li huma involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-importaturi li mhumiex relatati u li jridu jiġu investigati, għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien għad-dispożizzjoni. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula għall-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifikazzjoni tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.2.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Id-determinazzjoni tal-ħsara tissejjes fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżaminazzjoni oġġettiva tal-volum tal-importazzjonijiet li jkunu oġġett ta’ dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u konsegwentement l-impatt ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara, il-produttur magħruf tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat huwa mistieden jieħu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Sabiex tikseb informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produttur magħruf tal-Unjoni, jiġifieri Nutrinova Nutrition Specialties & Food Ingredients GmbH (“l-ilmentatur”).

Il-produtturi esportaturi għandhom jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kull produttur fl-Unjoni u assoċjazzjoni ta’ produtturi fl-Unjoni li mhumiex elenkati hawn fuq huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih preferibbilment permezz tal-posta elettronika, iżda sa mhux aktar tard minn 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, sabiex jippreżentaw ruħhom u jitolbu kwestjonarju.

5.3.    Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara kkawżata minnu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel il-limitu ta’ żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew f’format ħieles inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.4.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna biex juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.5.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. Għas-seduti dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, sabiex tinstema’ t-talba trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.6.    Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati “Ristrett” (7).

Il-partijiet interessati li jagħtu informazzjoni mmarkata “Ristrett” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jkunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u tal-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi prokuri u dokumenti ta’ ċertifikazzjoni skenjati, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra rreġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDANCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tan-negozju uffiċjali li jiffunzjona u li jiġi kkonsultat kuljum. Ladarba d-dettalji ta’ kuntatt ikunu stabbiliti, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jintalabx espliċitament li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: CHAR 04/039

1040 Bruxelles/Brussels

BELGIQUE/BELGIË

Il-posta elettronika għal kwistjonijiet dwar dumping u l-Anness I: trade-ace-k-dumping@ec.europa.eu

Il-posta elettronika għal kwistjonijiet dwar ħsara u l-Anness II: trade-ace-k-injury@ec.europa.eu

6.   In-nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jintlaħqu konklużjonijiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jista’ jagħti l-każ li jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u r-riżultati jkunu għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli konformi mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, sakemm il-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun ifisser piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni immedjatament.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu kompletament.

Talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għas-seduti dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikażzzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limiti ta’ żmien speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta ta’ kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Seduta bħal din, bħala regola, issir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba’ ġimgħa wara d-divulgazzjoni tal-konklużjonijiet provviżorji.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/degucht/contact/hearing-officer/

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Trattament tad-dejta personali:

Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta (8).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ parti terza, inkluż kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.

(3)  B’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kull marġni żero u de minimis, u marġni stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku mhux se jiqiesu.

(4)  Il-produtturi esportaturi għandhom juru b’mod partikolari li: (i) id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż tan-negozju jsiru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat; (ii) l-intrapriżi għandhom sett ċar ta’ rekords ta’ kontabilità bażika li jiġu awditjati b’mod indipendenti skont standards internazzjonali ta’ kontabilità, u li dawn jiġu applikati gћall-gћanijiet kollha; (iii) ma hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti li ntirtet mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq; (iv) il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabbiltà ġuridika u (v) il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq.

(5)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B’konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozji ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju; (c) ikunu min jimpjega u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament hija s-sid, tikkontrolla jew ikollha fil-pussess tagħha 5 % jew aktar tal-istokk jew ishma maħruġa bid-dritt tal-vot tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom, direttament jew indirettament, tikkontrolla lill-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien, direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) ikunu membri tal-istess familja. Persuni jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja fil-każ biss li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk ulied tal-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur u wlied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(6)  Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti ta’ din l-investigazzjoni, apparti d-determinazzjoni tad-dumping.

(7)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

Image Image

ANNESS II

Image Image

4.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/12


Avviż tal-iskadenza ta’ ċerti miżuri antidumping

(2014/C 297/03)

B’referenza għall-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1) li ma wassal għall-ebda talba sostanzjata kif xieraq għal rieżami, il-Kummissjoni tavża li l-miżura antidumping imsemmija hawn isfel se tiskadi dalwaqt.

Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (2) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar

It-Tajlandja

Dazju antidumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 803/2009 (ĠU L 233, 4.9.2009, p. 1) safejn jikkonċerna t-Tajlandja

5.9.2014


(1)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 35.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

4.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/13


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7217 — Facebook / WhatsApp)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 297/04)

1.

Fid-29 ta' Awwissu 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Facebook, Inc. (“Facebook”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta' WhatsApp Inc. kollha kemm hi (“WhatsApp Inc.”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Facebook: provvista ta' websajts applikazzjonijiet tal-mowbajl li joffru netwerking, funzjonalitajiet ta' komunikazzjoni lill-konsumatur u ta' qsim ta' ritratti / vidjows, provvista ta' spazju onlajn għar-riklamar,

—   għal WhatsApp: provvista ta' applikazzjoni tal-mowbajl li toffri funzjonalitajiet ta' komunikazzjoni lill-konsumatur.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi biex jissottomettu lilha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7217 — Facebook / WhatsApp, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


4.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/14


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7304 — Danone/ID Logistics/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 297/05)

1.

Fit-28 ta’ Awwissu 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Société Anonyme des Eaux Minérales d'Evian (“S.A.E.M.E.”, Franza), u l-impriża ID Logistics SAS, sussidjarja tal-impriża ID Logisitcs Group (Franza), jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ joint venture permezz ta' xiri ta' ishma f'impriża ġdida li tikkostitwixxi f'joint venture.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

S.A.E.M.E. hija sussidjarja tal-grupp Danone (li jispeċjalizza f'agroalimentari). S.A.E.M.E. hija kumpanija Franċiża attiva fis-settur tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ilma għax-xorb,

ID Logistics hija attur fis-servizzi tal-loġistika fi Franza u fil-qasam internazzjonali. Il-grupp qed jipproponi offerta integrata ta' loġistika, inkluża l-forniment ta' servizzi tat-trasport, ta' ħażna u ta' servizzi b'valur miżjud. prinċipalment destinati għal klijenti ewlenin,

Meta l-joint venture tkun qed tiffunjona kollha (skont ir-Regolment (KE) Nru 139/2004) hija jkollha bħala objettiv il-forniment ta' servizzi loġistiċi prinċipalnment fil-qasam tal-ilma għax-xorb.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, madankollu d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7304 — Danone/ID Logistics/JV, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

4.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/15


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2014/C 297/06)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 509/2006

dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti  (2)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 11

“PREKMURSKA GIBANICA”

KE Nru: SI-TSG-0107-01150 — 6.9.2013

1.   Grupp applikanti

Isem il-grupp

:

Društvo za promocijo in zaščito prekmurskih dobrot

Indirizz

:

Ulica Štefana Kovača 40, SI–9000 Murska Sobota

Telefon

:

+386 25261435

E-mail

:

dpzdp@siol.net

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Slovenja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda

    Isem il-prodott

    Riżerva tal-isem (l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006)

    Deskrizzjoni tal-prodott

    Metodu ta’ produzzjoni

    Oħrajn (speċifika):

4.   Tip ta’ emenda(i)

    Emenda tal-ispeċifikazzjoni ta’ STG reġistrata

    Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006) (ipprovdi evidenza ta’ dawn il-miżuri)

5.   Emenda(i)

1.

Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem taħt il-punt 3.1.

(a)   Użu ta’ dqiq

Fil-kuntest tal-preparazzjoni tal-għaġina (tal-pastafrolla u filo), ir-referenzi għal “dqiq durum u/jew fin” qed jiġu sostitwiti bil-kliem “dqiq abjad tal-qamħ”.

Waqt il-preparazzjoni tal-għaġina għall-“Prekmurska gibanica”, il-karatteristiċi tal-għaġina tal-pastafrolla u filo nstabu li dejjem kienu l-istess, irrispettivament mit-tip ta’ dqiq użat (fin, semi-fin jew taħlita tat-tnejn); għalhekk id-dehra finali tas-sezzjoni trażversali ta’ porzjon, l-aroma u l-konsistenza ta’ “Prekmurska gibanica” ma jinbidlux bl-emenda proposta.

(b)   Għaġina filo u tal-pastafrolla mixtrija

Hemm il-ħtieġa li l-produzzjoni ta’ “Prekmurska gibanica” tiġi adattata biex takkomoda l-produtturi differenti u t-tekniki li jużaw, u għalhekk l-użu ta’ għaġina tal-pastafrolla u filo mixtrija huwa permess ukoll, għalkemm din ma tistax tkun iffriżata.

Prinċipalment “Prekmurska gibanica” kienet issir fl-irziezet, u preferibbilment l-għaġina tal-pastafrolla u filo kienet tiġi ppreparata eżatt qabel ma kienet issir il-“Prekmurska gibanica”.

Minħabba żieda fid-domanda għal “Prekmurska gibanica” bħala platt Sloven tradizzjonali, għadd ta’ produtturi industrijali differenti, lukandi, spas, eċċ. iddeċidew li jipproduċuha wkoll. Minħabba li prattikament huwa impossibbli għalihom li jippreparaw l-għaġina eżatt qabel ma jagħmlu “Prekmurska gibanica”, huwa neċessarju li jkunu kapaċi wkoll jipproduċu “Prekmurska gibanica” permezz ta’ għaġina li tinxtara.

(c)   L-użu taz-zokkor tal-vanilja

Id-deċiżjonijiet dwar l-użu taz-zokkor tal-vanilja għandhom jitħallew f’idejn il-produtturi nfushom.

Storikament, iz-zokkor tal-vanilja ma kienx jintuża fil-preparazzjoni ta’ “Prekmurska gibanica”, iżda, matul is-snin, il-produtturi individwali bdew iżiduh mal-mili. Meta jitqies l-ammont ta’ zokkor tal-vanilja miżjud, dan m’għandux effett sostanzjali fuq ir-riħa u t-togħma, jew għalhekk l-aroma, ta’ “Prekmurska gibanica”. Għalhekk inqisu li l-użu taz-zokkor tal-vanilja għandu jitħalla fid-diskrezzjoni tal-produtturi.

(d)   L-użu tax-xaħam għall-għaġina tal-pastafrolla u għat-topping xaħmi

Fl-applikazzjoni reġistrata għal “Prekmurska gibanica”, ix-xaħam ma kienx imniżżel fost l-ingredjenti għall-għaġina tal-pastafrolla jew għat-topping xaħmi, iżda jissemma fid-deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni ta’ “Prekmurska gibanica” u għalhekk għandu jitniżżel ukoll bħala ingredjent.

(e)   L-użu tal-bajd, il-ħalib jew il-krema qarsa għall-għaġina tal-pastafrolla

Fl-applikazzjoni reġistrata, dawn l-ingredjenti — ħlief għall-krema qarsa — huma diġà msemmija fid-deskrizzjoni tal-proċess ta’ kif issir l-għaġina tal-pastafrolla, iżda mhumiex elenkati fost l-ingredjenti għall-għaġina tal-pastafrolla u għalhekk huwa meħtieġ li jiġu inklużi bħala ingredjenti.

(f)   L-użu tal-bajd għall-għaġina filo

Fid-deskrizzjoni tal-preparazzjoni tal-għaġina filo, huwa ddikjarat li jekk wieħed irid jista’ wkoll iżid bajda. Dan għandu jiġi rifless ukoll fil-lista tal-materja prima għall-għaġina filo, u għalhekk il-kelma “opzjonali” qed tiddaħħal ħdejn il-kelma “bajda”.

(g)   Iffriżar qabel il-ħami

Il-punt 3.6 tal-applikazzjoni reġistrata jispeċifika l-perjodu massimu li matulu “Prekmurska gibanica” tista’ tiġi ffriżata qabel tinħema.

It-tul ta’ żmien ta’ iffriżar huwa marbut mal-iżviluppi teknoloġiċi u l-metodi varji ta’ iffriżar li fuqhom jiddependi l-perjodu ta’ konservabilità tal-prodott. Sabiex jiġu akkomodati l-metodi varji ta’ iffriżar, ir-referenza għat-tul ta’ żmien (“mhux aktar minn tliet xhur”) tħassret.

(h)   It-temperatura tal-forn u l-ħin tal-ħami

Hemm il-ħtieġa li l-ħin għall-ħami u t-temperaturi jiġu adattati biex jirriflettu l-iżviluppi teknoloġiċi u t-tipi varji ta’ fran li jintużaw mill-produtturi (pjanti tal-produzzjoni, irziezet turistiċi, fran, lukandi, eċċ) biex jaħmu “Prekmurska gibanica”, u għalhekk qiegħda tiżdied sentenza ġdida — “Irrispettivament minn din ir-rakkomandazzjoni, it-temperatura u l-ħin tal-ħami jistgħu jiġu aġġustati skont it-tip ta’ forn.”

(i)   Tqattigħ f’biċċiet iżgħar

Is-sentenza “Meta tkun qed tiġi servuta, ‘Prekmurska gibanica’ tista” titqatta’ fi kwalunkwe għadd ta’ biċċiet iżgħar’ ġiet miżjuda mal-punt 3.6.

Bħala prodott Sloven tradizzjonali, “Prekmurska gibanica” qiegħda dejjem aktar tiġi servuta f’kuntesti differenti, bħal servizzi ta’ kejtering, bħala finger-food, fuq set menus, eċċ. Għalhekk il-konsumaturi finali ta’ “Prekmurska gibanica” għandhom jingħataw il-possibilità li jaqtugħha f’biċċiet iżgħar adattati għal dawn il-kuntesti.

APPLIKAZZJONI GĦAL REĠISTRAZZJONI TA’ STG

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 509/2006

dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti  (3)

“PREKMURSKA GIBANICA”

KE Nru: SI-TSG-0107-01150 — 6.9.2013

1.   Isem u indirizz tal-grupp applikant

Isem

:

Društvo za promocijo in zaščito prekmurskih dobrot

Indirizz

:

Ulica Štefana Kovača 40, SI–9000 Murska Sobota

Telefon

:

+386 25261435

Fax

:

 

E-mail

:

dpzdp@siol.net

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Slovenja

3.   Speċifikazzjoni tal-prodott

3.1.   Isem għar-reġistrazzjoni

“Prekmurska gibanica”

Ir-reġistrazzjoni tal-isem qed tintalab fil-lingwa Slovena biss.

Id-dikjarazzjoni “Prodott fil-mod Sloven tradizzjonali” ħdejn “Prekmurska gibanica” għandha tiġi tradotta fil-lingwa tal-pajjiż fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq u jiġi prodott.

3.2.   Jekk jogħġbok għid jekk l-isem

huwa speċifiku fih innifsu

jesprimi l-karattru speċifiku tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

Skont id-Dizzjunarju Etimoloġiku tal-Lingwa Slovena, gibanica hija tip ta’ potica (kejk) magħmul fil-parti tal-lvant tas-Slovenja. L-oriġini tal-kelma hija gibâničnik, gibâničnjak, basket għall-għaġina, jew gibâničar (furnar). L-ewwel reġistri bil-miktub imorru lura għas-seklu 18, meta Pohlin jirreferi għaliha bħala gebanza. Il-kelma nnifisha ġejja mill-kelma gybati, peress li gibanica tieħu isimha minn għaġina f’saffi – gyüba. “Prekmurska gibanica” tiġi magħmula minn żewġ tipi ta’ għaġina u erba’ tipi ta’ mili differenti, li kull wieħed jiġi dupplikat, li dan jagħti l-prodott id-dehra karatteristika u speċifika u t-togħma partikulari tiegħu. Għalhekk “Prekmurska gibanica” hija speċifika fiha nnifisha u tesprimi wkoll karattru speċifiku minħabba l-kompożizzjoni speċifika tagħha.

3.3.   Ir-riżerva tal-isem qed tintalab taħt l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006?

Reġistrazzjoni b’riżerva tal-isem

Reġistrazzjoni mingħajr riżerva tal-isem

3.4.   Tip ta’ prodott

Klassi 2.3. Ħelu, ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

3.5.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew l-oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem taħt il-punt 3.1.

“Prekmurska gibanica” hija kejk magħmul minn żewġ tipi ta’ għaġina (għaġina tal-pastafrolla għall-bażi u għaġina filo (strudel) bejn is-saffi tal-mili) li fuqha jitqiegħdu erba’ tipi ta’ mili differenti (żerriegħa tal-peprin, ġobon moxx, ġewż, tuffieħ) f’saffi f’sekwenza definita b’mod preċiż, b’saff ta’ għaġina filo bejn kull mili. Din is-sekwenza tal-mili għandha tiġi ripetuta fl-istess ordni. L-aħħar saff ta’ mili jiġi mgħotti minn saff ta’ għaġina filo, li fuqha tista’ titferrex krema qarsa jew ħelwa mħallta bl-isfar tal-bajd. Alternattivament is-saff ta’ fuq sempliċiment jitgħatta b’topping xaħmi. Gibanica tista’ ssir jew f’dixx tond jew kwadru.

Deskrizzjoni fiżika: Porzjon ta’ “Prekmurska gibanica” huwa solidu u kompatt. Is-saffi għandhom ikunu viżibbilment separati minn xulxin sabiex jiġi żgurat li l-porzjon ikollu d-dehra l-korretta. Il-forma tad-dixx li fih tinħema “Prekmurska gibanica” taffettwa l-forma tal-porzjon (trijangulari jew rettangolari).

Id-dehra ta’ “Prekmurska gibanica” u sezzjoni trażversali ta’ porzjon: “Prekmurska gibanica” tista’ tinħema f’dixx tond jew rettangolari. “Prekmurska gibanica”, sħiħa jew imqatta’, hija għolja 5–7 ċm. Il-porzjonijiet jista’ jkollhom waħda minn żewġ forom (trijangulari jekk ikun intuża dixx tond u rettangolari jekk ikun intuża dixx rettangolari). Il-porzjon għandu jinħema sew, bl-ebda mili ħiereġ u b’wiċċ lixx b’mod uniformi, kemmxejn immewweġ u mingħajr xquq. Il-mili individwali għandu jkun separat sew permezz ta’ saffi ta’ għaġina filo. Kull mili għandu l-kulur distint tipiku tiegħu (il-ġobon moxx huwa ta’ kulur abjad krema, il-ġewż u t-tuffieħ huma kannella dehbi u ż-żerriegħa tal-peprin hija ta’ kulur iswed ileqq). Is-saff tal-għaġina filo ta’ fuq m’għandux jinqala’ minn mal-aħħar mili. Għalhekk porzjon ta’ “Prekmurska gibanica” għandu tmien saffi; il-mili jsegwi lil xulxin skont sekwenza determinata b’mod preċiż (żerriegħa tal-peprin, ġobon moxx, ġewż, tuffieħ) u huma ta’ ħxuna uniformi fir-rigward tat-tip ta’ mili individwali. It-tieni sett ta’ mili huwa identiku għall-ewwel wieħed.

Aroma: il-prodott għandu aroma tipikament intensa, b’togħma u riħa ta’ żerriegħa friska tal-peprin, ġobon moxx, ġewż delikat u tuffieħ kemmxejn aċiduż. “Prekmurska gibanica” trid tkun sukkulenti, mhux żejtnija ż-żejjed u ottimalment ħelwa.

Konsistenza: Il-konsistenza ta’ porzjon hija ratba, delikata, fina, lixxa u ħafifa. Il-konsistenza tagħha għandha tkun ibbilanċjata fir-rigward tal-ingredjenti individwali.

3.6.   Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem taħt il-punt 3.1

L-ingredjenti bażiċi u l-ingredjenti addizzjonali preskritti għal “Prekmurska gibanica” huma:

—   għall-għaġina tal-pastafrolla: 200 g dqiq abjad tal-qamħ, 100 g marġerina jew butir jew xaħam u ponta melħ jew ponta zokkor, u 100 ml ilma kiesaħ ħafna għall-għaġna (tista’ wkoll tintuża bajda, ħalib jew krema qarsa);

—   għall-għaġina filo: 900 g dqiq abjad tal-qamħ, bajda 1 (opzjonali), mgħarfa 1 żejt veġetali, ponta melħ u ponta zokkor, u ilma fietel għall-għaġna.

L-għaġina tal-pastafrolla u l-għaġina filo jistgħu jiġu ppreparati immedjatament qabel ma ssir “Prekmurska gibanica” jew tista’ tinxtara (l-għaġina m’għandhiex tkun iffriżata).

—   għall-mili: żerriegħa tal-peprin (300 g żerriegħa tal-peprin mitħuna fina, 100 g zokkor granulat, qartas 1 zokkor tal-vanilja); ġobon moxx (1,2 kg ġobon moxx intier, 100 g zokkor granulat, 2 qratas zokkor tal-vanilja, 2 bajdiet u ponta melħ); ġewż (300 g ġewż mitħun, 100 g zokkor granulat, qartas wieħed ta’ zokkor tal-vanilja); tuffieħ (1,5 kg tuffieħ – ta’ varjetà pjuttost aċiduża, ponta melħ, 120 g zokkor granulat, 2 qratas zokkor tal-vanilja, ponta kannella).

L-użu taz-zokkor tal-vanilja fil-mili mhuwiex obbligatorju.

—   għat-toppings: tal-krema (800 ml krema, 3 bajdiet); xaħmi (250 g marġerina, butir, żejt veġetali jew xaħam).

Il-metodu ta’ produzzjoni għal “Prekmurska gibanica”:

L-għaġina tal-pastafrolla (magħġuna) tiġi ppreparata friska, jew tintuża għaġina mixtrija. Id-dqiq jiġi mgħarbel fuq bord u miegħu jiżdied il-melħ jew iz-zokkor; ix-xaħam jiġi mqatta’ irqieq fid-dqiq permezz ta’ sikkina jew jingħorok fih b’idejn kesħin. Mad-dqiq jiżdied ilma kiesaħ ħafna jew bajda u ħalib jew krema qarsa u kollox jiġi mħallat flimkien malajr biex tiġi ffurmata għaġina lixxa.

L-għaġina filo hija għaġina elastika ħafna b’kontenut baxx ta’ xaħam. Biex tagħmel l-għaġina hemm bżonn ta’ dqiq niexef u maturat sew. Issir ħofra fid-dqiq li jkun ġie mgħarbul fuq bord; imbagħad jiżdied ix-xaħam, il-melħ, iz-zokkor (u, opzjonalment, bajda) u l-ingredjenti jiġu magħġuna f’għaġina. Ilma fietel jiżdied kif meħtieġ, u l-għaġna tkompli sakemm l-għaġina ssir lixxa u elastika. L-għaġina filo tiġi maqsuma f’10 partijiet, u jekk ikun possibbli tinżamm waħda f’riżerva.

Mili taż-żerriegħa tal-peprin: għall-mili taż-żerriegħa tal-peprin tintuża żerriegħa tal-peprin mitħuna sew. Maż-żerriegħa tal-peprin mitħuna jiżdied iz-zokkor granulat u z-zokkor tal-vanilja u kollox jiġi mħallat flimkien sew. Il-mili taż-żerriegħa tal-peprin jintuża f’żewġ partijiet.

Mili tal-ġobon moxx: Mal-ġobon moxx jiżdiedu l-bajd, iz-zokkor tal-vanilja u z-zokkor granulat u ponta melħ. L-ingredjenti kollha jiġu mħallta sew flimkien sabiex it-taħlita tkun lixxa u tkun tista’ tinfirex. Il-mili ppreparat jiġi maqsum f’żewġ partijiet.

Mili tal-ġewż: Il-bażi għall-mili tal-ġewż huwa ġewż mitħun fin. Il-ġewż mitħun jitħallat maz-zokkor granulat u z-zokkor tal-vanilja. Il-mili tal-ġewż jintuża f’żewġ partijiet.

Mili tat-tuffieħ: It-tuffieħ jitqaxxar u jinħakk f’żigarelli rqaq, u miegħu jiżdied iz-zokkor granulat, iz-zokkor tal-vanilja u l-kannella. L-ingredjenti kollha jitħalltu ħafif flimkien. Jekk ikunu qed jintuża tuffieħ immerraq ħafna, dawn jinħakku, u fuqhom jitferrex ftit melħ (opzjonali) u jitħallew joqogħdu għal ftit tal-ħin. Imbagħad jingħasru, u wara dan biss jistgħu jiżdiedu l-ingredjenti l-oħra kollha li jifdal. Il-mili tat-tuffieħ jinqasam f’żewġ partijiet.

Topping tal-krema: Il-bajd sħaħ jitħabbtu bil-mod mal-krema qarsa jew ħelwa. It-topping jitferra fuq is-saffi individwali tal-mili fil-“Prekmurska gibanica”. Il-kwantità tat-topping tal-krema mhijiex l-istess għas-saffi kollha, għalhekk il-kwantità totali għandha tinqasam b’mod xieraq. L-akbar kwantità ta’ topping tal-krema tintuża għaż-żewġ mili “xott” (żerriegħa tal-peprin u ġewż). Il-kwantità hija iżgħar għall-mili tal-ġobon krema, filwaqt li l-iżgħar kwantità tintuża għall-mili tat-tuffieħ (jew it-tuffieħ tant ikun immerraq li ma jkun jeħtieġ ebda topping).

Topping xaħmi: It-topping xaħmi jista’ jsir bil-butir, xaħam jew xaħam veġetali. Bħat-topping tal-krema, it-topping xaħmi jitferra fuq is-saffi individwali f’“Prekmurska gibanica”. Il-kwantità ta’ topping kull saff huwa l-istess bħal fil-każ tat-topping tal-krema.

Issir l-għaġina tal-pastafrolla u jitħejjew l-ingredjenti li jifdal. L-għaġina mħejjija tal-pastafrolla (friska jew mill-friġġ, fejn trid toqgħod) titrembel f’forma addattata għall-ħami ta’ “Prekmurska gibanica” (rettangolari jew tonda). Il-ħxuna tal-għaġina tal-pastafrolla rrumblata m’għandhiex tkun aktar minn 5 mm. Id-dixx jindilek u l-għaġina rrumblata tal-pastafrolla titqiegħed ġo fih u tittaqqab b’furketta f’diversi postijiet. Imbagħad tista’ titqiegħed ġo forn imsaħħan għal ftit minuti sakemm l-għaġina issir kemmxejn safra (dan il-pass huwa opzjonali).

Hemm żewġ modi kif titħejja l-għaġina filo, skont il-forma tad-dixx (rettangolari jew tond):

Dixx rettangolari

L-għaġina filo li tkun għadha kemm saret tinqasam ġi maqsuma f’10 ħobżiet żgħar. Dawn jiġu miksija bix-xaħam, butir jew xaħam veġetali mdewweb sabiex wara li jitħallew joqogħdu ikunu friski u elastiċi. Wara li titħalla toqgħod, ħobża waħda ta’ għaġina filo tinfetaħ u terġa’ tinkesa b’xaħam likwidu sabiex tkun aktar faċli biex tiġġebbed. L-għaġina miftuħa minn ħobża waħda titqiegħed fid-dixx midluk għal-lest li jkun fih l-għaġina tal-pastafrolla sabiex it-truf tal-għaġina filo jkunu mrikkba fuq il-ġnub tad-dixx. L-għaġina filo titgħatta b’nofs il-mili taż-żerriegħa tal-peprin, u fuqu jitferra t-topping tal-krema u t-topping xaħmi. Tinfetaħ ħobża oħra ta’ għaġina filo u titpoġġa fuq il-mili taż-żerriegħa tal-peprin. Nofs il-mili tal-ġobon moxx jitqiegħed fuq it-tieni saff ta’ għaġina filo u jitgħatta bi kwantità xierqa tat-toppings (anqas milli għall-mili taż-żerriegħa tal-peprin). It-tielet saff ta’ għaġina filo titqiegħed fid-dixx u fuqha jitqiegħed nofs il-mili tal-ġewż u jitgħatta bl-istess kwantitajiet ta’ topping bħal fil-każ tal-mili taż-żerriegħa tal-peprin. Imbagħad nofs il-mili tat-tuffieħ jitferrex fuq ir-raba’ saff ta’ għaġina filo. Kwantità żgħira tat-topping xaħmi u tal-krema titferra fuqha. Jekk il-mili tat-tuffieħ jkun magħmul minn tuffieħ immerraq ħafna, ma jintuża l-ebda topping. Imbagħad, jiżdied saff ta’ għaġina filo mill-ħames ħobża. F’dan il-punt, il-proċess kollu jiġi ripetut fl-istess ordni, bis-saff taż-żerriegħa tal-peprin jiġi segwit mill-ġobon moxx, il-ġewż u t-tuffieħ. Bejn kull mili għandu jkun hemm saff ta’ għaġina filo.

Dixx tond

L-għaġina filo tinkesa kollha b’xaħam likwidu qabel ma tinħadem u tiġi mġebbda f’ċirku kbir. Iċ-ċentru tal-għaġina mġebbda titpoġġa f’dixx midluk li jkun fih l-għaġina tal-pastafrolla u l-partijiet tal-għaġina li jkunu mrikkba fuq il-ġenb tad-dixx jinqatgħu f’disa’ partijiet bejn wieħed u ieħor indaqs perpendikolari mal-ġenb tad-dixx. Permezz ta’ mgħarfa nofs il-mili taż-żerriegħa tal-peprin jitqiegħed fuq l-għaġina fid-dixx u fuqu jitferra t-topping xaħmi u tal-krema. L-ewwel biċċa tal-għaġina li tkun ġiet imqatta’ tiġi mġebbda fuqu sabiex tkun mrikkba fuq il-ġenb tad-dixx. Kull biċċa oħra tal-għaġina maqtugħa tiġi mġebbda fuq mili. Nofs il-mili tal-ġobon moxx jitferrex fuq it-tieni saff ta’ għaġina filo u fuqu titferra kwantità żgħira ta’ topping xaħmi u tal-krema. Nofs il-mili tal-ġewż jitferrex b’mod uniformi fuq it-tielet saff ta’ għaġina filo u jinkesa bl-istess kwantitajiet ta’ topping xaħmi u tal-krema bħal fil-każ tal-mili taż-żerriegħa tal-peprin. Ir-raba’ biċċa ta’ għaġina filo tiġi mdaħħla u nofs il-mili tat-tuffieħ jitferrex fuqha. Kwantità żgħira ħafna ta’ topping xaħmi u tal-krema titferra fuqha. Il-proċess kollu jiġi ripetut fl-istess ordni. Meta jkun hemm tmien saffi ta’ mili bis-saffi korrispondenti ta’ għaġina filo bejniethom, it-tmien saff ta’ għaġina filo titpoġġa fuq l-aħħar mili u fuqha jitferrex it-topping tal-krema jew it-topping xaħmi u fuqu jitqiegħed is-saff finali (id-disa’) ta’ għaġina.

Xi truf ħoxnin ta’ għaġina filo li jkun għad fadal meta tkun qiegħda tingħaqad il-“Prekmurska gibanica” u li jkunu mrikkba fuq il-ġenb tad-dixx imbagħad jinqatgħu, filwaqt li t-truf li jifdal jiddaħħlu fl-ispazju bejn il-“Prekmurska gibanica” u l-ġenb tad-dixx. Is-saff ta’ fuq ta’ għaġina filo fid-dixx tinkesa bit-topping xaħmi jew b’taħlita tat-topping xaħmi u krema qarsa jew ħelwa li tkun ġiet imħallta b’isfar ta’ bajda. Imbagħad il-“Prekmurska gibanica” tittaqqab f’diversi postijiet b’labra twila u rqieqa sal-qiegħ tad-dixx.

Immedjatament wara l-preparazzjoni, “Prekmurska gibanica” tista’ tiġi ppakkjata (nejja) f’materjal xieraq għall-ippakkjar u tiġi ffriżata l-istess jum.

Il-“Prekmurska gibanica” ippreparata (friska jew iffriżata) tinħema f’forn sakemm tkun saret kompletament. It-temperatura tal-forn hija ta’ siegħa f’temperatura ta’ 200 °C u siegħa oħra f’temperatura ta’ 170-180 °C. Irrispettivament minn din ir-rakkomandazzjoni, it-temperatura u l-ħin tal-ħami jistgħu jiġu aġġustati skont it-tip ta’ forn. Jekk qabel ma tinħema l-“Prekmurska gibanica” tkun inksiet biss b’topping xaħmi, fl-aħħar tal-proċess tal-ħami għandha tinkesa bi krema qarsa jew bi krema ħelwa. Il-“Prekmurska gibanica” moħmija għandha titħalla tiksaħ f’temperatura tal-kamra għal ftit siegħat.

Il-“Prekmurska gibanica” moħmija m’għandhiex titqatta’ waqt li tkun għadha sħuna. Jekk tinħema f’dixx tond, titqatta’ fi triangoli, u jekk tinħema f’dixx rettangolari, titqatta’ f’rettangoli. Biċċa individwali ta’ “Prekmurska gibanica” moħmija għandha tkun għolja 5–7 ċm u m’għandhiex tiżen aktar minn 250 g. Meta tkun qed tiġi servuta, “Prekmurska gibanica” tista’ titqatta fi kwalunkwe għadd ta’ biċċiet iżgħar. Wara li titqatta’, jiġi mferrex zokkor riġnu fuq is-saff ta’ fuq tal-għaġina filo. Fil-każ ta’ produzzjoni industrijali, il-piż ta’ biċċa individwali m’għandux jaqbeż il-200 g, filwaqt li d-daqs tagħha għandu jkun ta’ madwar 5 x 7 ċm.

3.7.   Karattru speċifiku tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

Tradizzjonalment “Prekmurska gibanica” tiġi magħmula minn żewġ tipi differenti ta’ għaġina (bażi tal-pastafrolla u għaġina filo bejn is-saffi tal-mili) u erba’ tipi ta’ mili differenti (żerriegħa tal-peprin, ġobon moxx, ġewż, tuffieħ). Invarjabbilment il-mili jiġi ripetuti fl-istess ordni, kull wieħed darbtejn, li dan jaffettwa wkoll id-dehra speċifika. Fil-wiċċ ikun hemm saff ta’ għaġina filo u topping. Huwa importanti li għall-preparazzjoni ta’ “Prekmurska gibanica” jintużaw ingredjenti esklussivament ta’ kwalità għolja u friski u li l-proċedura tal-preparazzjoni ssir b’mod konsistenti; teħtieġ ukoll ammont kbir ta’ preċiżjoni u kompetenza. Id-dehra speċifika tagħha hija partikularment importanti, u t-togħma tiġi mit-tipi ta’ saffi differenti.

3.8.   Il-karattru tradizzjonali tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

Il-kelma gibanica ġejja mill-kelma gűba (tinja jew tikmixa) u l-verb gibati (li tgħawweġ jew tikkurva). Evidenza li dan it-tip ta’ kejk ilu magħruf fi Prekmurje hija pprovduta minn bosta sorsi storiċi. L-eqdem sors bil-miktub imur lura għall-1828, meta l-edukatur u l-qassis Jožef Košič, fuq talba tal-etnografu mwieled fis-Slovakkja Johann Csaplovics E. V. Jeszenova, ikkumpila dokument li jindika l-aktar ikel komuni f’villaġġ fi Prekmurje mitt sena ilu, b’attenzjoni speċjali għal platti bħal hajdinjača, Prekmurska gibanica, krapci u vrtanki. Csaplovics ippubblika din l-esej bl-Ungeriż u bil-Ġermaniż (A magyaroszági Vendus – tótokról, Croaten und Wenden in Ungern). F’dan id-dokument, Košič jippreżenta wkoll l-ikliet li jisservew f’tiġijiet fi Prekmurje. Gibanica hija waħda mill-ikliet li dejjem tittiekel fit-tiġijiet. L-esej tgħid ukoll li gibanica tieħu isimha minn għaġina f’saffi — gyüba — u kellha 10–11-il saff. Il-gibanica kienet titqatta’ f’biċċiet trijangulari, li kienu jitqiegħdu f’munzell fuq il-mejda. Dan ir-rakkont isemmi wkoll l-ewwel sorsi bil-miktub li jiddeskrivu l-użanza tat-tħejjija u l-offerta ta’ gibanica fi Prekmurje.

L-ewwel persuna li tittratta b’mod estensiv u sistematiku d-drawwiet alimentari tal-persuni fi Prekmurje kien Dr Vilko Novak. Fl-studju etnografiku tiegħu tal-1947 Ljudska prehrana v Prekmurju [Id-Dieta Popolari fi Prekmurje], “Prekmurska gibanica” tissemma bħala dixx ta’ għaġina moħmija u l-preparazzjoni tagħha hija deskritta kif ġej: “Gibanica ssir minn għaġina tal-pastafrolla li ssir bil-butir jew xaħam. Is-saff ta’ taħt huwa magħruf bħala l-‘qiegħ’, li fuqu jitferrex ġobon moxx, ġewż, żerriegħa tal-peprin u għeneb. Dan is-saff jiġi mgħotti b’għaġina strudel irqieqa, li tiġi mgħottija b’saff ġdid, u l-krema tiġi mferra fuq kull saff. Isiru sa disa” saffi jew tiwjiet – gibanica b’disa’ saffi. Gibanica tinħema f’dixx tond tal-fuħħar imsejjaħ tepsija għall-magħmudijiet, festi u festi tal-qaddisin patruni. Anke llum, dan ix-xogħol iservi bħala gwida għal bosta riċerkaturi f’dan il-qasam.

Riċetta dettaljata ħafna bil-miktub għal “Prekmurska gibanica” kienet deskritta minn Andreja Grum u Ivan Vozelj fil-ktieb tal-1964 Slovenske narodne jedi [Dixxijiet Sloveni Nazzjonali]. Dan il-ktieb jiddeskrivi żewġ riċetti għal “Prekmurska gibanica”, li t-tnejn jiddikjaraw dan li ġej: “Hemm żewġ tipi ta’ għaġina f’‘Prekmurska gibanica’. Is-saff tal-qiegħ huwa magħmul minn għaġina tal-pastafrolla u huwa kemmxejn eħxen. Jissejjaħ il-podplat (il-qiegħ). Is-saffi l-oħra ta’ għaġina li jiġu mqiegħda fuq din l-għaġina huma għaġina filo. Is-saff tal-qiegħ huwa eħxen, anki jekk il-gibanica kollha hija magħmula minn għaġina filo”.

“Prekmurska gibanica” tissemma wkoll mill-akbar poeta ta’ Prekmurje, Miško Kranjec, fix-xogħol tiegħu tal-1972 Povest o dobrih ljudeh [Storja ta’ Nies Twajba]: “Għandu jingħad li gibanica biss tagħmel btala, btala ta’ veru. Għalkemm raġel fqir bilkemm jista” jaffordjaha darba fis-sena, dan huwa sinjal li ħadd ma jista’ jissoppravivi sena mingħajr tal-inqas btala waħda. Sadanittant Anna ħarġet il-gibanica mill-forn u poġġietha fuq il-mejda, iżżomm id-dixx biċ-ċraret sabiex ma tinħaraqx. Taħtha Joseph poġġa l-plattina tal-injam li fuqha normalment ikun hemm il-buqar tal-ilma. Imbagħad ħares mill-qrib lejn il-gibanica. Kienet quddiemu kollha kuluri, isfar u abjad, biż-żerriegħa tal-peprin imferrxin ‘l hemm u ‘l hawn, kienet għadha tagħli, imdellka bil-krema u biz-zokkor imferrex fuqha. Huwa mejjel rasu ‘l isfel f’approvazzjoni, u qal: “Hija tajba. Kont niekolha anke kieku kont ninsab fuq is-sodda ta’ mewti u kont naf perfettament li ma kienitx se tagħmilli aktar ġid. U anke fil-ġenna nibkiha, kieku kelli nħalliha sħiħa fid-dinja.”

Matul l-aħħar 15-il sena ġew ippubblikati għadd ta’ kotba li jiddeskrivu lil “Prekmurska gibanica”. “Prekmurska gibanica” ġiet ippreżentata fis-sens kulinari minn Cilka Sukič f’Jedi nekdanjih in sedanjih dni. Prekmurska, prleška in štajerska kuhinja [Platti antiki u moderni. It-Tisjir ta’ Prekmurje, Prlekija u Styria] (1997), Jože Zadravec f’Značilnosti ljudske prehrane v Prekmurju [Karatteristiċi tad-Dieta Popular fi Prekmurje] (1998) u Branko Časar f’Boug žegnjaj [Alla Jbierek] (2000). It-teknoloġija tal-manifattura tagħha u l-valutazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tagħha ġew deskritti fid-dettall minn Stanko Renčelj u Romana Karas f’Prekmurske dobrote [Speċjalitajiet Kulinari ta’ Prekmurje] (2001).

3.9.   Rekwiżiti u proċeduri minimi biex jiġi ċċekkjat il-karattru speċifiku

“Prekmurska gibanica” għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi bażiċi li huma stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni u jirriflettu l-karattru speċifiku tal-prodott. Ir-rekwiżiti minimi bażiċi għal “Prekmurska gibanica” huma:

għandhom jintużaw l-ingredjenti preskritti,

għandha tiġi segwita r-riċetta għall-produzzjoni ta’ “Prekmurska gibanica”,

il-prodott finali għandu jkollu s-sekwenza korretta ta’ mili (żerriegħa tal-peprin, ġobon moxx, ġewż u tuffieħ), l-għadd korrett ta’ saffi, mili tal-istess ħxuna, l-għoli tal-porzjon, il-forma tal-porzjon, il-piż tal-porzjon, ir-riħa, l-aroma u l-konsistenza preskritti.

Il-produtturi ta’ “Prekmurska gibanica” għandhom iżommu rekords tal-kwantitajiet ta’ “Prekmurska gibanica” prodotti u mibjugħa.

Verifiki dwar il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet f’termini tal-użu tal-materja prima preskritta, il-proċess ta’ produzzjoni, id-dehra u l-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott finali għandhom isiru minn produtturi individwali u/jew assoċjazzjonijiet ta’ produtturi, u mill-inqas darba fis-sena anke minn korp ta’ ċertifikazzjoni li jivverifika l-konformità mal-istandard Ewropew EN 45011.

4.   Awtoritajiet jew korpi li jivverifikaw konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

4.1.   Isem u indirizz

(a)

Isem

:

Bureau Veritas d.o.o.

Indirizz

:

Linhartova 49a, SI-1000 Ljubljana

Telefon

:

+386 14757670

Fax

:

 

E-mail

:

info@bureauveritas.si

(b)

Isem

:

Inštitut za kontrolo in certifikacijo v kmetijstvu in gozdarstvu

Indirizz

:

Vinarska ulica 14, SI-2000 Maribor

Telefon

:

+386 22284900

Fax

:

 

E-mail

:

info@kon-cert.si

(c)

Isem

:

Inštitut za kontrolo in certifikacijo Univerze v Mariboru

Indirizz

:

Pivola 8, SI-2311 Hoče

Telefon

:

+386 26130831

Fax

:

 

E-mail

:

☐ Pubbliku ☒ Privat

4.2.   Kompiti speċifiċi tal-awtorità jew il-korp

Il-korp akkreditat taċ-ċertifikazzjoni huwa responsabbli għall-kontrolli fuq l-istadji kollha preskritti fl-ispeċifikazzjoni għal “Prekmurska gibanica”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.


Rettifika

4.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/23


Rettifika għall-Avviż ta’ bidu ta’ proċediment ta’ kontra s-sussidju rigward l-importazzjonijiet ta’ ċerta trota qawsalla li toriġina fit-Turkija

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C44 tal-15 ta’ Frar 2014 )

(2014/C 297/07)

Fil-paġna 9, il-punt 2. Il-prodott li qed jiġi investigat:

minflok:

“Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa r-rainbow trout (Oncorhynchus mykiss) ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati jew affumikati kemm jekk fil-forma ta’ ħut sħiħ (bl-irjus u l-garġi, imnaddfin, li jiżnu 1,2 kg jew anqas kull waħda), jew mingħajr l-irjus, il-garġi maqtugħin jew imnaddfin (li jiżnu 1 kg jew anqas kull waħda), jew fil-forma ta’ flettijiet (li jiżnu 400 g jew inqas kull waħda).”

aqra:

“Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa r-rainbow trout (Oncorhynchus mykiss):

li jiżnu ħajjin 1,2 kg jew anqas kull waħda, jew

friski, mkessħa, ffriżati u/jew affumikati:

fil-forma ta’ ħut sħiħ (bl-irjus), bil-garġi mneħħija jew le, kemm jekk imnaddfa, li jiżnu 1,2 kg jew anqas kull waħda, jew

bla rjus, bil-garġi mneħħija jew le, kemm jekk imnaddfa, li jiżnu 1 kg jew anqas kull waħda, jew

fil-forma ta’ flettijiet li jiżnu 400 g jew anqas kull waħda.”


4.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/24


Rettifika għan-Notifika ta’ bidu ta’ proċedura antidumping li tikkonċerna importazzjonijiet ta’ ċerta trota qawsalla li toriġina mit-Turkija

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 44 tal-15 ta’ Frar 2014 )

(2014/C 297/08)

Fil-paġna 18, il-punt 2. Il-prodott li qed jiġi investigat:

minflok:

“Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa r-rainbow trout (Oncorhynchus mykiss) ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati jew affumikati kemm jekk fil-forma ta’ ħut sħiħ (bl-irjus u l-garġi, imnaddfin, li jiżnu 1,2 kg jew anqas kull waħda), jew mingħajr l-irjus, il-garġi maqtugħin jew imnaddfin (li jiżnu 1 kg jew anqas kull waħda), jew fil-forma ta’ flettijiet (li jiżnu 400 g jew inqas kull waħda).”

aqra:

“Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa r-rainbow trout (Oncorhynchus mykiss):

li jiżnu ħajjin 1,2 kg jew anqas kull waħda, jew

friski, mkessħa, ffriżati u/jew affumikati:

fil-forma ta’ ħut sħiħ (bl-irjus), bil-garġi mneħħija jew le, kemm jekk imnaddfa, li jiżnu 1,2 kg jew anqas kull waħda, jew

bla rjus, bil-garġi mneħħija jew le, kemm jekk imnaddfa, li jiżnu 1 kg jew anqas kull waħda, jew

fil-forma ta’ flettijiet li jiżnu 400 g jew anqas kull waħda.”


Top