Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2012:305:FULL

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 305, 10 ta' Ottubru 2012


    Display all documents published in this Official Journal
     

    ISSN 1977-0987

    doi:10.3000/19770987.C_2012.305.mlt

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    tal-Unjoni Ewropea

    C 305

    European flag  

    Edizzjoni bil-Malti

    Informazzjoni u Avviżi

    Volum 55
    10 ta' Ottubru 2012


    Avviż Nru

    Werrej

    Paġna

     

    II   Komunikazzjonijiet

     

    KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

     

    Il-Kummissjoni Ewropea

    2012/C 305/01

    Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

    1

    2012/C 305/02

    Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

    5

    2012/C 305/03

    Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6668 – Mondi/Nordenia) ( 1 )

    12

     

    IV   Informazzjoni

     

    INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

     

    Il-Kummissjoni Ewropea

    2012/C 305/04

    Rata tal-kambju tal-euro

    13

     

    V   Avviżi

     

    PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

     

    Il-Kummissjoni Ewropea

    2012/C 305/05

    Sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma Ideat 2013 tas-Seba’ Programm Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

    14

     

    PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

     

    Il-Kummissjoni Ewropea

    2012/C 305/06

    Notifika ta' bidu ta' reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' perossosulfati (persulfati) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    15

     


     

    (1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

    MT

     


    II Komunikazzjonijiet

    KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

    Il-Kummissjoni Ewropea

    10.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 305/1


    Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

    Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 305/01

    Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

    4.9.2012

    In-numru ta' referenza tal-għajnuna

    SA.33997 (11/N)

    Stat Membru

    Ir-Repubblika Ċeka

    Reġjun

    Strední Morava

    Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

    Program podpory kultury ve Zlínském kraji

    Il-bażi legali

    Program podpory kultury ve Zlínském kraji

    zákon č. 129/2000 Sb., o krajích, v platném znění: §1-2, §14, §35-37 a §59

    zákon č. 250/2000 Sb., o rozpočtových pravidlech územních rozpočtů,v platném znění: §10, §22, §27-28, §30 a §34

    zákon č. 320/2001 Sb., o finanční kontrole ve veřejné správě a o změně některých zákonů, v platném znění: §1-23

    zákon č. 563/1991 Sb., o účetnictví, v platném znění.

    It-tip tal-miżura

    Skema

    L-għan

    Kultura, Konservazzjoni tal-wirt

    Il-forma tal-għajnuna

    Oħrajn, Għotja diretta

    L-estimi

    Baġit globali: CZK 1 122 (miljun)

    L-intensità

    100 %

    It-tul ta' żmien

    Ħames snin mid-data tal-adozzjoni

    Setturi ekonomiċi

    Arti, divertiment u rikreazzjoni

    Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

    Zlínský kraj

    Třída Tomáše Bati 21

    761 90 Zlín

    ČESKÁ REPUBLIKA

    Aktar informazzjoni

    It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

    http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

    Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

    25.7.2012

    In-numru ta' referenza tal-għajnuna

    SA.34586 (12/N)

    Stat Membru

    Il-Greċja

    Reġjun

    Κρήτη

    Artikolu 107(3)(a)

    Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

    Επέκταση Αερολιμένα Χανίω

    Il-bażi legali

    1)

    Απόφαση ένταξης της πράξης στο ΕΣΠΑ 2007-2013 (Α.Π. 261/Φ.95/8.2.2012).

    2)

    Νόμος 3263/2004 περί ανάθεσης δημοσίων έργων.

    It-tip tal-miżura

    għajnuna individwali

    Hellenic Civil Aviation Authority, Υπηρεσία Πολιτικής Αεροπορίας (ΥΠΑ)

    L-għan

    Żvilupp reġjonali

    Il-forma tal-għajnuna

    Għotja diretta

    L-estimi

    Baġit globali: EUR 77,70 (miljun)

    L-intensità

    75 %

    It-tul ta' żmien

    Sal-31.12.2015

    Setturi ekonomiċi

    Trasport bl-ajru

    Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

    Ενδιάμεση Διαχειριστική Αρχή Μεταφορών

    Αγ. Σοφίας 10

    Ν. ΨΥΧΙΚΟ

    154 51 Αθήνα/Athens

    ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

    Aktar informazzjoni

    It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

    http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

    Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

    11.7.2012

    In-numru ta' referenza tal-għajnuna

    SA.34645 (12/NN)

    Stat Membru

    Ir-Renju Unit

    Reġjun

    Comhairle Nan Eilan (Western Isles)

    Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

    HTT (Manufacturing) Ltd rescue loan February 2012

    Il-bażi legali

    Enterprise and New Towns (Scotland) Act 1990, as amended 1 April 2001 by Scottish Statutory Instrument 2001 No 126

    It-tip tal-miżura

    għajnuna individwali

    HTT (Manufacturing) Ltd

    L-għan

    Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà

    Il-forma tal-għajnuna

    Self f'imgħax favorevoli

    L-estimi

    Baġit globali: GBP 0,28 (miljun)

    L-intensità

    93,22 %

    It-tul ta' żmien

    22.2.2012-21.8.2012

    Setturi ekonomiċi

    Tħejjija u għażil ta' fibri tat-tessuti, Irfinar ta' tessuti

    Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

    Highlands & Islands Enterprise

    Cowan House

    Inverness Retail & Business Park

    Inverness

    Scotland

    IV2 7GF

    UNITED KINGDOM

    Aktar informazzjoni

    It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

    http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

    Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

    30.8.2012

    In-numru ta' referenza tal-għajnuna

    SA.34809 (12/N)

    Stat Membru

    Il-Ġermanja

    Reġjun

    Dingolfing-Landau

    Oqsma mhux assistiti

    Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

    NGA Breitbandnetz für den Vilstalbereich des Marktes Reisbach/Bayern

    Il-bażi legali

    Kommunale Haushaltsverordnung Bayern

    It-tip tal-miżura

    Għajnuna ad hoc

    Telekom Deutschland GmbH

    L-għan

    Żvilupp reġjonali

    Il-forma tal-għajnuna

    Għotja diretta

    L-estimi

    Baġit globali: EUR 0,14 (miljun)

    L-intensità

    100 %

    It-tul ta' żmien

    31.8.2012-31.7.2013

    Setturi ekonomiċi

    Attivitajiet ta' telekomunikazzjoni bil-fili

    Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

    Markt Reisbach

    Postfach 68

    94417 Reisbach

    DEUTSCHLAND

    Aktar informazzjoni

    It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

    http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


    10.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 305/5


    Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

    Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 305/02

    Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

    25.7.2012

    In-numru ta' referenza tal-għajnuna

    SA.25611 (12/NN)

    Stat Membru

    Il-Ġermanja

    Reġjun

    Nordrhein-Westfalen

    Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

    Angebliche Beihilfe in Form der Bereitstellung von Personal durch die Landwirtschaftskammer Nordrhein-Westfalen für die Landwirtschaftliche Unternehmensberatung Nordrhein-Westfalen (LUB) GmbH zu günstigen Bedingungen

    Il-bażi legali

    It-tip tal-miżura

    Għajnuna individwali

    L-għan

    Il-forma tal-għajnuna

    L-estimi

    L-intensità

    Miżura li mhix għajnuna

    It-tul ta' żmien

    Setturi ekonomiċi

    Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

    Aktar informazzjoni

    It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

    http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

    Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

    8.5.2012

    In-numru ta' referenza tal-għajnuna

    SA.32063 (11/NN)

    Stat Membru

    Il-Polonja

    Reġjun

    Kujawsko-Pomorskie

    Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

    LIP-Mondi Świecie

    Il-bażi legali

    Ustawa z dnia 20 października 1994 r. o specjalnych strefach ekonomicznych (Dz.U. z 2007 r. nr 42, poz. 274); art. 7 ust. 3 ustawy z dnia 12 stycznia 1991 r. o podatkach i opłatach lokalnych (Dz.U. z 2006 r. nr 121, poz. 844 ze zm.); rozporządzenie Ministra Pracy i Polityki Społecznej z dnia 21 listopada 2005 r. w sprawie szczegółowych warunków i trybu dokonywania refundacji ze środków Funduszu Pracy (…) (Dz.U. nr 236, poz. 2002)

    It-tip tal-miżura

    Għajnuna individwali

    L-għan

    Żvilupp reġjonali, Impjiegi

    Il-forma tal-għajnuna

    Allowance fiskali, Għotja diretta

    L-estimi

    Baġit globali: PLN 301,14 miljun

    L-intensità

    22,66 %

    It-tul ta' żmien

    20.12.2007-31.12.2020

    Setturi ekonomiċi

    L-industrija tal-manifattura

    Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

    Ministerstwo Gospodarki

    Burmistrz Świecia

    Powiat Świecki – Powiatowy Urząd Pracy

    Pl. 3 Krzyży 3/5

    00-507 Warszawa

    POLSKA/POLAND

    Aktar informazzjoni

    It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

    http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

    Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

    11.7.2012

    In-numru ta' referenza tal-għajnuna

    SA.33845 (11/N)

    Stat Membru

    Franza

    Reġjun

    Rhône-Alpes

    Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

    Prolongation du régime d'aide au service expérimental d'autoroute ferroviaire alpine

    Il-bażi legali

    Convention du 28 juillet 2003 relative au financement d'un service expérimental d'autoroute ferroviaire alpine entre Bourgneuf-Aiton, en France et Orbassano, en Italie

    It-tip tal-miżura

    Skema ta' għajnuna

    L-għan

    Żvilupp settorjali, Il-ħarsien ta' l-ambjent

    Il-forma tal-għajnuna

    Għotja diretta

    L-estimi

     

    Baġit annwali: EUR 4,6-5,4 miljun

     

    Baġit globali: EUR 6,9-8,1 miljun

    L-intensità

    100 %

    It-tul ta' żmien

    Sat-30.6.2013

    Setturi ekonomiċi

    Il-ferroviji

    Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

    Ministère de l'écologie, de l'énergie, du développement durable et de la mer

    Mission intermodalité fret Arche Sud

    92055 La Défense Cedex

    FRANCE

    Aktar informazzjoni

    It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

    http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

    Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

    5.6.2012

    In-numru ta' referenza tal-għajnuna

    SA.34050 (12/N)

    Stat Membru

    Ir-Rumanija

    Reġjun

    Județul Cluj, Regiunea de dezvoltare Nord-Vest

    Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

    Regia autonomă Aeroportul Cluj-Napoca – Noi destinații

    Il-bażi legali

    Ordinul Ministrului Transporturilor și Infrastructurii nr. 744/23 septembrie 2011; Proiect de Hotărâre a Consiliului Județean Cluj privind ajutorul financiar la inființare pentru deschiderea de noi rute și/sau frecvențe de operare la Regia Autonomă Aeroportul Cluj-Napoca (Monitorul Oficial al Romaniei nr. 708/7 octombrie 2011)

    It-tip tal-miżura

    Skema ta' għajnuna

    L-għan

    Żvilupp settorjali, Żvilupp reġjonali

    Il-forma tal-għajnuna

    Għotja diretta

    L-estimi

    Baġit globali: RON 22,9 miljun

    L-intensità

    40 %

    It-tul ta' żmien

    1.6.2012-31.12.2016

    Setturi ekonomiċi

    Trasport tal-ajru

    Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

    Consiliul Județean Cluj

    Cluj-Napoca

    Calea Dorobanților nr. 106

    400609 Cluj

    ROMÂNIA

    Aktar informazzjoni

    It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

    http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

    Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

    11.7.2012

    In-numru ta' referenza tal-għajnuna

    SA.34146 (11/N)

    Stat Membru

    L-Italja

    Reġjun

    Piemonte

    Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

    Proroga del regime di aiuto al servizio sperimentale di autostrada ferroviaria alpina

    Il-bażi legali

    Articolo 38, c. 7 Legge 1.8.2002, n. 166; Decreto Presidente della Repubblica n. 340 del 22.12.2004; articolo 1, c. 1121 della L. 27.12.2006, n. 296, Legge Finanziaria per il 2007 recante l'istituzione del «Fondo per la mobilità sostenibile»; articolo 27 c. 1-novies del Decreto legge n. 207 del 30.12.2008 convertito con L. n. 14 del 27.2.2009; L. 24.12.2007, n. 244 (Finanziaria anno 2008); decisione della Commissione europea n. 11/2008 del 10.9.2008; articolo 32, comma 9 D.L. 6.7.2011, n. 98.e

    It-tip tal-miżura

    Skema ta' għajnuna

    L-għan

    Żvilupp settorjali, Il-ħarsien tal-ambjent

    Il-forma tal-għajnuna

    Għotja diretta

    L-estimi

     

    Baġit annwali: EUR 4,6-5,4 miljun

     

    Baġit globali: EUR 6,9-8,1 miljun

    L-intensità

    100 %

    It-tul ta' żmien

    Sat-30.6.2013

    Setturi ekonomiċi

    Il-ferroviji

    Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

    Ministero delle infrastrutture e dei trasporti

    Via Caraci 36

    00158 Roma RM

    ITALIA

    Aktar informazzjoni

    It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

    http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

    Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

    4.4.2012

    In-numru ta' referenza tal-għajnuna

    SA.34547 (12/N)

    Stat Membru

    Franza

    Reġjun

    Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

    Reprise des actifs du groupe Sernam dans le cadre de son redressement judiciaire

    Il-bażi legali

    Code de commerce

    It-tip tal-miżura

    Għajnuna individwali

    L-għan

    L-objettiv ta’ din id-deċiżjoni suigeneri hu li jiġi konkluż li ma hemm l-ebda kontinwità ekonomika bejn il-kumpaniji tal-grupp Sernam u l-offerenti potenzjali, b’tali mod li dawn tal-aħħar ma jistgħux jintalbu jirrimborżaw l-għajnuna illegali mogħtija lill-grupp Sernam.

    Il-forma tal-għajnuna

    L-estimi

    L-intensità

    It-tul ta' żmien

    Setturi ekonomiċi

    Trasport

    Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

    Aktar informazzjoni

    It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

    http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

    Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

    4.7.2012

    In-numru ta' referenza tal-għajnuna

    SA.34845 (12/N)

    Stat Membru

    Il-Ġermanja

    Reġjun

    Thüringen

    Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

    Breitbandinfrastrukturausbau Thüringen (Änderung)

    Il-bażi legali

    1.

    Thüringer Landeshaushaltsordnung einschl. der hierzu erlassenen Verwaltungsvorschriften;

    2.

    Thüringer Verwaltungsverfahrensgesetz;

    3.

    die für Subventionen allgemein geltenden Rechtsvorschriften (z. B. Strafgesetzbuch, Thüringer Subventionsgesetz)

    It-tip tal-miżura

    Skema ta' għajnuna

    L-għan

    Żvilupp reġjonali, Impjiegi

    Il-forma tal-għajnuna

    Għotja diretta

    L-estimi

     

    Baġit annwali: EUR 3,44 miljun

     

    Baġit globali: EUR 17,2 miljun

    L-intensità

    90 %

    It-tul ta' żmien

    sal-31.12.2015

    Setturi ekonomiċi

    Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet

    Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

    Thüringer Aufbaubank

    Gorkistraβe 9

    99084 Erfurt

    DEUTSCHLAND

    Aktar informazzjoni

    It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

    http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


    10.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 305/12


    Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

    (Każ COMP/M.6668 – Mondi/Nordenia)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 305/03

    Fid-29 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

    Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

    f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6668. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


    IV Informazzjoni

    INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

    Il-Kummissjoni Ewropea

    10.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 305/13


    Rata tal-kambju tal-euro (1)

    Id-9 ta’ Ottubru 2012

    2012/C 305/04

    1 euro =


     

    Munita

    Rata tal-kambju

    USD

    Dollaru Amerikan

    1,2953

    JPY

    Yen Ġappuniż

    101,35

    DKK

    Krona Daniża

    7,4575

    GBP

    Lira Sterlina

    0,80790

    SEK

    Krona Żvediża

    8,6117

    CHF

    Frank Żvizzeru

    1,2111

    ISK

    Krona Iżlandiża

     

    NOK

    Krona Norveġiża

    7,4050

    BGN

    Lev Bulgaru

    1,9558

    CZK

    Krona Ċeka

    24,936

    HUF

    Forint Ungeriż

    283,40

    LTL

    Litas Litwan

    3,4528

    LVL

    Lats Latvjan

    0,6963

    PLN

    Zloty Pollakk

    4,0777

    RON

    Leu Rumen

    4,5675

    TRY

    Lira Turka

    2,3490

    AUD

    Dollaru Awstraljan

    1,2663

    CAD

    Dollaru Kanadiż

    1,2632

    HKD

    Dollaru ta' Hong Kong

    10,0422

    NZD

    Dollaru tan-New Zealand

    1,5770

    SGD

    Dollaru tas-Singapor

    1,5913

    KRW

    Won tal-Korea t'Isfel

    1 439,28

    ZAR

    Rand ta' l-Afrika t'Isfel

    11,3321

    CNY

    Yuan ren-min-bi Ċiniż

    8,1465

    HRK

    Kuna Kroata

    7,4865

    IDR

    Rupiah Indoneżjan

    12 445,44

    MYR

    Ringgit Malażjan

    3,9805

    PHP

    Peso Filippin

    53,646

    RUB

    Rouble Russu

    40,2740

    THB

    Baht Tajlandiż

    39,701

    BRL

    Real Brażiljan

    2,6289

    MXN

    Peso Messikan

    16,5661

    INR

    Rupi Indjan

    68,2779


    (1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


    V Avviżi

    PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

    Il-Kummissjoni Ewropea

    10.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 305/14


    Sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma Ideat 2013 tas-Seba’ Programm Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

    2012/C 305/05

    Qiegħed jingħata b’dan avviż dwar it-tnedija ta’ sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma Ideat 2013 tas-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (2007 sa 2013).

    Huma mistiedna proposti għas-sejħa li ġejja. Iż-żmien perentorju tas-sejħa u l-baġit indikattiv huma mogħtija fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq il-Portal tal-Parteċipant.

    Programm ta’ Ħidma Ideat

    Titlu tas-Sejħa

    ERC Synergy Grant

    Identifikatur tas-Sejħa

    ERC-2013-SyG

    Din is-sejħa għal proposti hija relatata mal-programm ta’ ħidma adottat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 4562 tad-9 ta’ Lulju 2012.

    Informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa, il-programm ta’ ħidma, u l-gwida għall-applikanti dwar kif jiġu sottomessi proposti hija disponibbli permezz tal-websajts rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea:

    http://ec.europa.eu/research/participants/portal/page/ideas


    PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

    Il-Kummissjoni Ewropea

    10.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 305/15


    Notifika ta' bidu ta' reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' perossosulfati (persulfati) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    2012/C 305/06

    Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri tal-antidumping fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet ta' perossosulfati li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

    1.   It-talba għal reviżjoni

    It-talba tressqet fid-29 ta’ Ġunju 2012 minn by RheinPerChemie GmbH & Co. KG u United Initiators GmbH & Co. KG (“l-applikanti”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw 100% tal-produzzjoni totali ta’ perossosulfati fl-Unjoni.

    2.   Il-prodott li qed jiġi rivedut

    Il-prodott li huwa soġġett għal din ir-reviżjoni huwa l-perossosulfati (persulfatei), inkluż il-perossimonosulfat tal-potassju ("il-prodott li qed jiġi rivedut"), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2833 40 00 u ex 2842 90 80 (il-kodiċi TARIC 2842908020).

    3.   Il-miżuri eżistenti

    Il-miżuri li hemm fis-seħħ bħalissa huma dazju definittiv antidumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2007 (3).

    4.   Ir-raġunijiet għar-reviżjoni

    It-talba hi bbażata fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta fir-rikorrenza tad-dumping u dannu għall-industrija tal-Unjoni.

    4.1.    L-allegazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping

    Peress li fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) hija meqjusa bħala pajjiż b'ekonomija mhux tas-suq, l-applikanti stabbilixxew il-valur normali għall-produtturi esportaturi tar-RPĊ li ma ngħatawx trattament tal-ekonomija tas-suq matul l-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ fuq il-bażi ta’ valur normali mibni (l-ispejjeż tal-manifattura, l-ispejjeż ġenerali, amministrattivi u tal-bejgħ (SG&A) u l-qligħ) f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, jiġifieri t-Turkija. Għal dawk il-kumpaniji li ngħataw trattament tal-ekonomija tas-suq matul l-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet domestiċi fir-RPĊ. L-allegazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valur normali, kif stabbilit fis-sentenzi preċedenti, bil-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell tal-ħruġ tax-xogħol mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi rivedut meta dan jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn pajjiżi oħra, fid-dawl tal-assenza attwali ta' volumi sinifikanti ta' importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni.

    Abbażi tat-tqabbil ta' hawn fuq, li juri li d-dumping qed iseħħ, l-applikanti jallegaw li x'aktarx hemm rikorrenza ta' dumping min-naħa tal-pajjiż ikkonċernat.

    4.2.    L-allegazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta’ dannu

    L-applikanti jallegaw il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu. F'dan ir-rigward, l-applikanti pprovdew evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta' importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rivedut mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni x’aktarx li jiżdied minħabba l-eżistenza ta' kapaċità sinifikanti mhux użata fir-RPĊ.

    Finalment, l-applikanti jallegaw li t-tneħħija tad-dannu seħħet l-aktar minħabba l-eżistenza tal-miżuri u li kull rikorrenza ta' importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat aktarx twassal għal rikorrenza ta' dannu lill-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    5.   Il-proċedura

    Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza biex ikun iġġustifikat bidu ta' reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    Il-produtturi esportaturi (4) tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

    5.1.    L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

    Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ li huma involuti f’din ir-reviżjoni tal-iskadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll "it-teħid tal-kampjuni"). It-teħid ta' kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal din ir-reviżjoni, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu hekk fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom mitluba fl-Anness A ta’ dan l-avviż:

    Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa fl-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tar-RPĊ u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

    Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

    Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi magħrufa kollha, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk dan ikun xieraq, dwar liema huma l-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

    Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħrufa fil-pajjiż ikkonċernat, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tar-RPĊ.

    Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun, kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi u l-awtoritajiet tar-RPĊ se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

    Il-kwestjonarju se jitlob informazzjoni dwar, fost l-oħrajn, l-istruttura tal-kumpanija/i tal-produttur esportatur, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott investigat, il-kost tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-prodott investigat fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat u l-bejgħ tal-prodott investigat lill-Unjoni.

    Bla ħsara għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw ("il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw").

    5.2.    L-għażla ta’ pajjiż terz b’ekonomija tas-suq

    Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ il-valur normali għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq.

    Fl-investigazzjoni ta’ qabel, it-Turkija ntużat bħala pajjiż terz b’ekonomija tas-suq sabiex jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-RPĊ. Għall-fini ta’ din l-investigazzjon, il-Kummissjoni tipprevedi li terġa' tuża t-Turkija. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar kemm hi xierqa din l-għażla fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    5.3.    L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati  (5)  (6)

    L-importaturi mhux relatati tal-prodott investigat mit-Tajlandja lejn l-Unjoni, huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni.

    Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta' importaturi mhux relatati involuti f'din ir-reviżjoni tal-iskadenza u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista' tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll "teħid ta' kampjuni"). It-teħid ta' kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal din ir-reviżjoni, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom mitluba fl-Anness B ta' dan l-avviż.

    Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta' importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.

    Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

    Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu skont l-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ tal-prodott li qed jiġi rivedut fl-Unjoni u li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati kollha magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

    Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom jissottomettu l-kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor.

    Il-kwestjonarju se jitlob informazzjoni dwar, fost l-oħrajn, l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott investigat, u dwar il-bejgħ tal-prodott investigat.

    5.4.    Il-proċedura għad-determinazzjoni ta’ rikorrenza ta’ dannu

    Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà jew le ta' rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott investigat huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

    Biex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħrufa u lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi tal-Unjoni.

    Il-produtturi esportaturi u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni għandhom jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

    Il-kwestjonarju se jitlob informazzjoni dwar, fost l-oħrajn, l-istruttura tal-kumpanija/i u l-qagħda finanzjarja u ekonomika tal-kumpanija/i.

    Il-produtturi tal-Unjoni kollha u l-assoċjazzjonijiet kollha tal-produtturi tal-Unjoni huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni preferibbilment bl-email, minnufih iżda mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, biex jippreżentaw ruħhom u jitolbu kwestjonarju.

    5.5.    Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

    Jekk tiġi kkonfermata t-tkomplija jew ir-rikorrenza ta’ dumping u dannu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma ta’ miżuri tal-anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw rwieħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi jridu juru, fl-istess limitu ta' żmien, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.

    Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel l-iskadenza ta' hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista' tingħata jew f'format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 se titqies biss jekk meta tiġi ppreżentata tkun sostnuta b'evidenza fattwali.

    5.6.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

    Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-notifika, il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna biex juru fehmiethom, iressqu l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    5.7.    Il-possibbiltà ta' smigħ mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni

    Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba tista’ titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ għandha titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

    5.8.    Istruzzjonijiet dwar kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet bil-miktub u kif għandhom jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

    Is-sottomissjonijiet kollha, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan l-avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikun mmarkati “Ristrett” (7).

    Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali ta' dan skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li għandhom ikunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, tali informazzjoni kunfidenzjali tista’ tiġi injorata.

    Il-partijiet interessati jeħtieġ li jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'format elettroniku (sottomissjonijiet li mhumiex kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tagħhom. Madankollu, kull prokura, kull ċertifikazzjoni ffirmata, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju għandhom jitressqu f'għamla ta' dokument, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Jekk xi parti interessata ma tkunx tista' tressaq is-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, din għandha tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih, f'konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna tal-web rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence

    L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

    European Commission

    Directorate-General for Trade

    Directorate H

    Office: N105 08/020

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Kuntatt għad-dumping:

    Posta elettronika: trade-persulphates-dumping@ec.europa.eu

    Fax +32 22996117

    Kuntatt għad-dannu:

    Posta elettronika: trade-persulphates-injury@ec.europa.eu

    Fax +32 22992565

    6.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

    F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tagħtix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta' żmien, jew tfixkel b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

    Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

    Jekk xi parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

    7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

    Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet għal smigħ minn partijiet terzi. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza seduta ta’ smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet jitħaddmu b'mod sħiħ.

    It-talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba tista’ titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha ssir talba għal smigħ fil-perjodi ta’ żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

    L-Uffiċjal tas-Seduta se jagħti wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, il-probabbiltà li d-dumping u d-dannu, ir-rabta każwali u l-interess tal-Unjoni jissoktaw jew jerġgħu jseħħu.

    Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm

    8.   L-iskeda tal-investigazzjoni

    L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    9.   Il-possibbiltà li tintalab reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

    Peress li din ir-reviżjoni ta’ skadenza bdiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tagħha mhux se jwasslu biex il-livell tal-miżuri eżistenti jiġi emendat iżda biex dawn il-miżuri jitħassru jew jinżammu f'konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

    Jekk xi parti interessata tqis li reviżjoni tal-livell tal-miżuri tkun ġustifikata sabiex tippermetti l-possibbiltà li l-livell tal-miżuri jiġi emendat (jiġifieri miżjud jew imnaqqas), dik il-parti tista' titlob reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

    Il-partijiet li jixtiequ jitolbu din ir-reviżjoni, li ssir indipendentement mir-reviżjoni tal-iskadenza msemmija f'din in-notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

    10.   L-ipproċessar tad-dejta personali

    Kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (8).


    (1)  ĠU C 356, 6.12.2011, p. 17.

    (2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    (3)  ĠU L 265, 11.10.2007, p. 1.

    (4)  Il-produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament jew minn parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

    (5)  Jistgħu jintgħażlu għall-kampjun biss importaturi li ma jkunux relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 rigward l-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju; (c) ikunu min jimpjega u l-impjegat; (d) kwalunkwe persuna li direttament jew indirettament hija s-sid, tikkontrolla jew għandha 5 % jew iżjed tal-ishma jew tal-kwoti tal-ishma li jivvutaw jew tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn huma kkontrollati b’mod dirett jew indirett minn persuna terza; (g) flimkien, direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) ikunu membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ikollhom ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild; (iii) aħwa (sew jekk tal-istess ġenituri jew aħwa minn genitur wieħed); (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett; (vii) aħwa tar-rispett (ĠU L 253, 11.10.1993, p.1). F’dan il-kuntest, “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

    (6)  Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista' tintuża wkoll fir-rigward tal-aspetti ta' din l-investigazzjoni għajr għad-determinazzjoni tad-dumping.

    (7)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Anti-dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

    (8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


    ANNESS A

    Image

    Image


    ANNESS B

    Image

    Image


    Top