EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2011:359A:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, CA 359, 9 ta' Diċembru 2011

Display all documents published in this Official Journal
 
ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CA2011.359.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 359A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
9 ta' Diċembru 2011

Avviż Nru

Werrej

Paġna

V   Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Parlament Ewropew

2011/C 359A/01

Sejħa għal espressjoni ta' interess — Aġenti kuntrattwali (gruppi ta' funzjoni III u IV) fis-settur tal-bini

1

REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

19

(PL)

24

35

(DE/EN/FR)

37

(PL/RO)

60

68

76

(DE/EN/FR)

82

91

98

114

(DA)

121

(DA)

122

135

140

(BG/ET/HU/MT/PL/SL/SV)

142

146

147

(EN/IT/MT/SV)

155

(EN/ES/ET/FR/NL/PL/PT/SK/SL/SV)

156

157

162

169

(EN)

177

(DE/EN/FR)

180

(BG/RO)

181

(DA)

183

(SL)

185

193

(BG/RO)

198

(CS/HU/LT/MT/PL/SK)

206

(CS/ES/LV/MT/SV)

208

(DE/EN/FR)

221

222

(BG/RO)

223

229

257

258

270

271

278

(EN)

279

(FR)

281

(DA)

284

(DE)

285

(LT)

286

(NL)

292

(RO)

294

(DE/EN/FR)

303

(DE/EN/FR)

304

(DA/EN)

307

309

(DE/EN/FR)

312

(DE/EN/FR)

315

321

(EN/FR)

324

330

(DE/EN/FR)

334

336

(EL/EN/ET/FI/FR/GA/HU/IT)

339

344

350

351

(EN/FR)

359

MT

V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Parlament Ewropew

9.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 359/1

SEJĦA GĦAL ESPRESSJONI TA' INTERESS

Aġenti kuntrattwali (gruppi ta' funzjoni III u IV) fis-settur tal-bini

(2011/C 359 A/01)

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew qed iniedi l-ewwel sejħa għal espressjoni ta' interess bil-għan li joħloq bażi tad-dejta tal-kandidati li jistgħu jiġu impjegati bħala aġenti kuntrattwali (gruppi ta' funzjoni III u IV) fis-settur tal-bini fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tal-Infrastruttura u l-Loġistika. Din il-bażi tad-dejta għandha l-għan li toħloq lista ta' riżerva tal-kandidat(i) għar-reklutaġġ fi Brussell u fil-Lussemburgu li se tippermetti lill-Parlament Ewropew li jkollu kapaċitajiet addizzjonali fl-oqsma speċjalizzati (ara l-annessi ta' din is-sejħa għal espressjoni ta' interess), skont il-bżonnijiet tad-dipartimenti.

L-aġenti kuntrattwali huma impjegati għal żmien limitat (minimu ta' sitt xhur), li fl-ebda każ ma jista' jaqbeż it-tliet snin.

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-istituzzjonijiet Ewropej huma definiti mir-Regolamenti applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (CEOS). Biex tikkonsulta r-regolamenti kollha tax-xogħol, jekk jogħġbok irreferi għall-indirizz li ġej:

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:1962R0031:20100101:MT:PDF (titolu IV, paġna 173).

Remunerazzjoni

Ir-remunerazzjoni bażika ta' kull xahar hija stabbilita bejn EUR 2 266,38 u 4 202,28 (grupp ta' funzjoni III) u bejn EUR 2 901,31 u 6 086,87 (grupp ta' funzjoni IV) (ara t-tabella hawn taħt), skont it-taħriġ u l-esperjenza professjonali speċifika tal-kandidat.

Mar-remunerazzjoni bażika jistgħu jiżdiedu eventwalment allokazzjonijiet u allowances previsti mir-Regolamenti applikabbli għall-aġenti l-oħra (CEOS).

Ir-remunerazzjoni hija soġġetta għat-taxxa komunitarja u t-tnaqqis ieħor stabbiliti mis-CEOS. Din hija eżenti minn kull taxxa nazzjonali.

Grupp ta' funzjoni

Salarju bażiku (f'EUR)

Minimu

Massimu

III

2 266,38

4 202,28

IV

2 901,31

6 086,87

Proċedura ta' selezzjoni — kundizzjonijiet ġenerali

Din is-sejħa għal espressjoni ta' interess għandha l-għan li tagħżel persunal kkwalifikat għall-kompiti speċifiċi f'kull grupp ta' funzjoni. Il-kandidati huma mitluba li japplikaw għal grupp ta' funzjoni wieħed biss u għal profil wieħed biss ta' dan il-grupp (ara l-annessi).

Il-kandidati għandhom jibagħtu ittra ta' motivazzjoni, flimkien ma' curriculum vitae bil-format tal-Europass (1), bil-posta elettronika fl-indirizz li ġej: selectionagentsbatiments@europarl.europa.eu.

Id-data ta' għeluq għall-applikazzjoni hija stabbilita għad-9 ta' Jannar 2012 f'nofsinhar (ħin ta' Brussell). L-ebda applikazzjoni rċevuta wara dik id-data mhi se tiġi aċċetatta.

Il-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni msemmija fl-anness u li l-profil tagħhom jikkorrispondi l-aħjar għall-ħtiġijiet tad-dipartimenti se jiġu mistiedna jimlew applikazzjoni (bl-Ingliż jew bil-Franċiż) u jibagħtuha flimkien mad-dokumenti ta' prova neċessarji. Dan il-fajl ta' applikazzjoni se jiġi eżaminat mill-bord ta' selezzjoni li se jistabbilixxi lista ta' kandidati magħżula.

(1)  http://europass.cedefop.europa.eu/europass/home/vernav/Europass+Documents/Europass+CV.csp?loc=mt_MT

ANNESS I

Profil: Inġinier-amministratur fil-bini (R/M), GF IV, tekniki specjali

Int se jkollok il-kompitu li tassisti l-kap tal-unità f'tim ta' madwar għoxrin persuna magħmula minn periti u inġiniera, li r-responsabbiltà tagħhom se tkun li jikkoordinaw l-istudji u t-twettiq ta' proġetti ta' bini tal-Parlament Ewropew.

DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

Assistenza lill-kap tal-unità għall-istabbiliment tal-organizzazzjoni tal-unità,

Parteċipazzjoni u superviżjoni tat-tfassil tal-espressjoni tal-ħtiġijiet tad-dipartiment li jkun qed jagħmel it-talba,

Kontroll tad-dokumenti kollha tekniċi ta' studju u ta' sorveljanza tal-post ta' kostruzzjoni, irċevuti minn inġiniera konsulenti u/jew dipartimenti interni, mill-fattibbiltà sa u inklużi operazzjonijiet ta' konsenja,

Kontroll tal-konformità teknika, rispett tal-planning u tal-baġit,

Kontroll tal-konformità rigward ir-regolamentazzjoni, normi u standards fis-seħħ,

Kuntatti mal-kontributuri interni u esterni għall-proġetti u l-ġestjoni tal-organizzazzjoni globali tal-proġetti bi ftehim mal-proċeduri u l-metodi stabbiliti (Ġestjoni tal-Proġett),

Kontroll tal-fajls as-built u DIU (Fajl ta' intervent ulterjuri),

Arkivjar stampat u elettroniku tal-pjanijiet u d-dokumenti tekniċi.

KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

Kundizzjonijiet ġenerali

tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

tgawdi d-drittijiet ċiviċi tiegħek,

tissodisfa kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari,

tissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru għad-doveri li jridu jitwettqu.

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kwalifiki

Lawrja universitarja (mill-anqas erba' snin ta' studju) f'wieħed mill-oqsma li ġejjin: inġinerija industrijali jew ċivili, elettromekkanika, ġestjoni tal-proġetti BTP,

jew

diploma ta' studju superjuri tal-anqas tliet snin fil-qasam tal-inġinerija industrijali, tal-elettromekkanika jew tal-bini u BTP flimkien ma' tal-inqas ħames snin esperjenza wara d-diploma fil-qasam tat-tekniki speċjali speċifiċi għall-qasam tal-bini.

Din l-esperjenza professjonali ma tistax tingħadd man-numru ta' snin ta' epserjenza professjonali meħtieġa hawn taħt.

Esperjenza/Għarfien

Esperjenza ta' mill-anqas ħames snin wara t-taħriġ deskritt hawn fuq fit-tekniki kollha tal-bini, u b'mod partikolari fl-oqsma li ġejjin: tisħin, ventilazzjoni, sistema tal-arja kkundizzjonata, elettriku (kurrenti qawwija u dgħajfa) detezzjoni tan-nar, ġestjoni teknika ċentralizzata (GTC) din l-esperjenza trid tinkiseb wara l-kisba tal-kwalifiki msemmija taħt “Kwalifiki”,

Għarfien eċċellenti tas-softwer Autocad, softwer ta' kalkolu ta' tekniki speċjali, MS Project, u Excel,

Esperjanza ta' ħidma f'tim b'rekwiżit ta' prestazzjoni,

Għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (lingwa 1 — lingwa prinċipali): Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Irlandiż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan jew Ungeriż, kif ukoll għarfien tajjeb ħafna ta' lingwa oħra minn dawn il-lingwi. Minħabba raġunijiet prattiċi, huwa meħtieġ għarfien tajjeb ħafna tal-Franċiż. L-għarfien tal-Ingliż jew tal-Olandiż se jkun ikkunsidrat bħala vantaġġ.

Ħiliet

tkun rigoruż u kreattiv u tapprezza l-ħidma f'tim multikulturali,

tkun kapaċi tmexxi tim ta' assistenti,

tkun disponibbli u flessibbli,

tkun taf tmur tajjeb man-nies u tkun diplomatiku.

ANNESS II

Profil: Teknixin fil-bini (R/M), GF III, ġestjoni u sorveljanza tal-proġetti ta' kostruzzjoni

Int se jkollok il-kompitu li tassisti amministratur f'tim magħmul minn periti u inġiniera, li r-responsabbiltà tagħhom se tkun li jikkoordinaw l-istudji u t-twettiq ta' proġetti ta' bini tal-Parlament Ewropew, speċjalment fil-Lussemburgu.

DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

Assistenza lill-amministratur responsabbli fil-ġestjoni ta' kuljum tas-sorveljanza tal-post ta' kostruzzjoni,

Kontroll tad-dokumenti kollha tekniċi ta' sorveljanza tal-post ta' kostruzzjoni, irċevuti minn inġiniera konsulenti u/jew dipartimenti interni, mill-fajl ta' eżekuzzjoni sa u inklużi operazzjonijiet ta' konsenja,

Kontroll tal-konformità teknika mal-eżiġenzi tal-utent,

Kuntatti mal-kontributuri interni u esterni għall-proġetti u l-ġestjoni tal-organizzazzjoni globali tal-proġetti bi ftehim mal-proċeduri u l-metodi stabbiliti (Ġestjoni tal-Proġett),

Kontroll tal-fajls as-built u DIU (Fajl ta' intervent ulterjuri),

Arkivjar stampat u elettroniku tal-pjanijiet u d-dokumenti tekniċi.

KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

Kundizzjonijiet ġenerali

tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

tgawdi d-drittijiet ċiviċi tiegħek,

tissodisfa kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari,

tissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru għad-doveri li jridu jitwettqu.

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni għolja ċċertifikata b'diploma ta' tmiem l-istudji marbuta mat-tekniki tal-kostruzzjoni u d-deskrizzjoni tal-funzjonijiet

jew

diploma ta' edukazzjoni sekondarja li tagħti aċċess għall-edukazzjoni għolja u esperjenza professjonali ta' mhux anqas minn ħames snin marbuta mat-tekniki tal-kostruzzjoni u d-deskrizzjoni tal-funzjonijiet.

Din l-esperjenza professjonali ma tistax tingħadd man-numru ta' snin ta' epserjenza professjonali meħtieġa hawn taħt.

Esperjenza/Għarfien

Esperjenza ta' tliet snin fis-sorveljanza u l-ġestjoni tal-proġetti tas-settur tal-bini (xogħol strutturali, finituri jew tekniki speċjali speċifiċi għall-qasam tal-bini), din l-esperjenza trid tinkiseb wara l-kisba tal-kwalifiki msemmija taħt “Kwalifiki”,

Għarfien eċċellenti tal-Autocad, MS Project, u Excel,

Esperjanza ta' ħidma f'tim b'rekwiżit ta' prestazzjoni,

Għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (lingwa 1 — lingwa prinċipali): Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Irlandiż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan jew Ungeriż, kif ukoll għarfien tajjeb ħafna ta' lingwa oħra minn dawn il-lingwi. Minħabba raġunijiet prattiċi, huwa meħtieġ għarfien tajjeb ħafna tal-Franċiż. L-għarfien tal-Ingliż jew tal-Olandiż se jkun ikkunsidrat bħala vantaġġ.

Ħiliet

tkun rigoruż u kreattiv u tapprezza l-ħidma f'tim multikulturali,

tkun disponibbli u flessibbli,

tkun taf tmur tajjeb man-nies u tkun diplomatiku.

ANNESS III

Profil: Teknixin fil-bini (R/M), GF III, sorveljanza tax-xogħlijiet — tekniki speċjali

Int se jkollok il-kompitu li tassisti l-amministratur responsabbli f'tim ta' madwar għoxrin persuna magħmula minn periti u inġiniera, li r-responsabbiltà tagħhom se tkun li jikkoordinaw l-istudji u t-twettiq ta' proġetti ta' bini tal-Parlament Ewropew.

DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

Assistenza lill-amministratur responsabbli fil-ġestjoni ta' kuljum tas-sorveljanza tal-post ta' kostruzzjoni,

Kontroll tad-dokumenti kollha tekniċi ta' sorveljanza tal-post ta' kostruzzjoni, irċevuti minn inġiniera konsulenti u/jew dipartimenti interni, mill-fajl ta' eżekuzzjoni sa u inklużi operazzjonijiet ta' konsenja,

Kontroll tal-konformità teknika,

Kuntatti mal-kontributuri interni u esterni għall-proġetti u l-kontroll tal-organizzazzjoni globali tal-proġetti bi ftehim mal-proċeduri u l-metodi stabbiliti (Ġestjoni tal-Proġett),

Kontroll tal-fajls as-built u DIU (Fajl ta' intervent ulterjuri),

Arkivjar stampat u elettroniku tal-pjanijiet u dokumenti tekniċi.

KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

Kundizzjonijiet ġenerali

tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

tgawdi d-drittijiet ċiviċi tiegħek,

tissodisfa kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari,

tissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru għad-doveri li jridu jitwettqu.

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni għolja ċċertifikat b'diploma ta' tmiem l-istudji marbuta mat-tekniki speċjali speċifiċi għas-settur tal-bini.

Esperjenza/Għarfien

Esperjenza ta' tliet snin fil-qasam tat-tekniki tal-bini, partikolarment f'dawn l-oqsma li ġejjin: tisħin, ventilazzjoni, sistema tal-arja kondizzjonata, elettriku (kurrenti qawwija u dgħajfa), detezzjoni tan-nar, ġestjoni teknika ċentralizzata (GTC); din l-esperjenza trid tinkiseb wara l-kisba tal-kwalifiki msemmija taħt “Kwalifiki”,

Għarfien eċċellenti tal-Autocad, MS Project, u Excel,

Esperjanza ta' ħidma f'tim b'obbligu ta' riżultat,

Għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (lingwa 1 — lingwa prinċipali): Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Irlandiż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan jew Ungeriż, kif ukoll għarfien tajjeb ħafna ta' lingwa oħra minn dawn il-lingwi. Minħabba raġunijiet prattiċi, huwa meħtieġ għarfien tajjeb ħafna tal-Franċiż. L-għarfien tal-Ingliż jew tal-Olandiż se jkun ikkunsidrat bħala vantaġġ.

Ħiliet

tkun rigoruż u kreattiv u tapprezza l-ħidma f'tim multikulturali,

tkun disponibbli u flessibbli,

tkun taf tmur tajjeb man-nies u tkun diplomatiku.

ANNESS IV

Profil: Teknixin fil-bini (R/M), GF III, sorveljanza tat-twettiq tax-xogħlijiet

Int se jkollok il-kompitu li tassisti l-amministratur responsabbli f'tim ta' madwar għoxrin persuna magħmula minn periti u inġiniera, li r-responsabbiltà tagħhom se tkun li jikkoordinaw l-istudji u t-twettiq ta' proġetti ta' bini tal-Parlament Ewropew.

DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

Assistenza lir-responsabbli fil-ġestjoni ta' kuljum tas-sorveljanza tal-post ta' kostruzzjoni,

Kontroll tad-dokumenti kollha tekniċi ta' sorveljanza tal-post ta' kostruzzjoni, irċevuti minn inġiniera konsulenti u/jew dipartimenti interni,

Kontroll tal-konformità teknika, rispett tal-planning u tal-baġit,

Kontroll tal-konformità rigward ir-regolamentazzjoni, normi u standards fis-seħħ,

Kontroll tal-fajls as-built u DIU (Fajl ta' intervent ulterjuri),

KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

Kundizzjonijiet ġenerali

tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

tgawdi d-drittijiet ċiviċi tiegħek,

tissodisfa kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari,

tissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru għad-doveri li jridu jitwettqu.

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kwalifiki

livell ta' edukazzjoni għolja ċċertifikat b'diploma ta' tmiem l-istudji marbuta mat-tekniki tal-kostruzzjoni u d-deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Esperjenza/Għarfien

Esperjenza ta' tliet snin fil-qasam tax-xogħol strutturali, finitura u l-koordinazzjoni mat-tekniki speċjali speċifiċi għas-settur tal-bini; din l-esperjenza trid tinkiseb wara l-kisba tal-kwalifiki msemmija taħt “Kwalifiki”,

Għarfien eċċellenti tat-tekniki kollha tal-bini u tal-Autocad,

Esperjanza ta' ħidma f'tim b'rekwiżit ta' prestazzjoni,

Għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (lingwa 1 — lingwa prinċipali): Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Irlandiż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan jew Ungeriż kif ukoll għarfien tajjeb ħafna ta' lingwa oħra minn dawn il-lingwi. Minħabba raġunijiet prattiċi, huwa meħtieġ għarfien tajjeb ħafna tal-Franċiż. L-għarfien tal-Ingliż jew tal-Olandiż se jkun ikkunsidrat bħala vantaġġ.

Ħiliet

tkun rigoruż u kreattiv u tapprezza l-ħidma f'tim multikulturali,

tkun disponibbli u flessibbli,

tkun taf tmur tajjeb man-nies u tkun diplomatiku.

ANNESS V

Profil: Teknixin fil-bini (R/M), GF III, speċjalista f'tekniki speċjali — elettriku

Int se jkollok il-kompitu li tassisti l-amministratur responsabbli f'tim ta' madwar għoxrin persuna magħmula minn periti u inġiniera, li r-responsabbiltà tagħhom se tkun li jikkoordinaw l-istudji u t-twettiq ta' proġetti ta' bini tal-Parlament Ewropew.

DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

Assistenza lill-amministratur responsabbli fil-ġestjoni ta' kuljum tal-istudji u tas-sorveljanza tal-post ta' kostruzzjoni,

Parteċipazzjoni u superviżjoni tat-tfassil tal-espressjoni tal-ħtiġijiet tad-dipartiment li jkun qed jagħmel it-talba,

Kontroll tad-dokumenti kollha tekniċi ta' studju u ta' sorveljanza tal-post ta' kostruzzjoni, irċevuti minn inġiniera konsulenti u/jew dipartimenti interni, mill-fattibbiltà sa u inklużi operazzjonijiet ta' konsenja,

Kontroll tal-konformità teknika, rispett tal-planning u tal-baġit,

Kontroll tal-konformità rigward ir-regolamentazzjoni, normi u standards fis-seħħ,

Kuntatti mal-kontributuri interni u esterni għall-proġetti u l-kontroll tal-organizzazzjoni globali tal-proġetti bi ftehim mal-proċeduri u l-metodi stabbiliti (Ġestjoni tal-Proġett),

Kontroll tal-fajls as-built u DIU (Fajl ta' intervent ulterjuri),

Arkivjar stampat u elettroniku tal-pjanijiet u dokumenti tekniċi.

KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

Kundizzjonijiet ġenerali

tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

tgawdi d-drittijiet ċiviċi tiegħek,

tissodisfa kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari,

tissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru għad-doveri li jridu jitwettqu.

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni għolja ċċertifikata b'diploma ta' tmiem l-istudji marbuta mat-tekniki speċjali speċifiċi għas-settur tal-bini.

Esperjenza/Għarfien

Esperjenza ta' tliet snin fil-qasam tat-tekniki tal-bini, partikolarment f'dawn l-oqsma li ġejjin: elettriku (kurrenti qawwija, kurrenti dgħajfa), informatika tal-bini (GTC), detezzjoni tan-nar; din l-esperjenza trid tinkiseb wara l-kisba tal-kwalifiki msemmija taħt “Kwalifiki”,

Għarfien eċċellenti tal-Autocad, MS Project, u Excel,

Esperjanza ta' ħidma f'tim b'rekwiżit ta' riżultat,

Għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (lingwa 1 — lingwa prinċipali): Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Irlandiż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan jew Ungeriż, kif ukoll għarfien tajjeb ħafna ta' lingwa oħra minn dawn il-lingwi. Minħabba raġunijiet prattiċi, huwa meħtieġ għarfien tajjeb ħafna tal-Franċiż. L-għarfien tal-Ingliż jew tal-Olandiż se jkun ikkunsidrat bħala vantaġġ.

Ħiliet

tkun rigoruż u kreattiv u tapprezza l-ħidma f'tim multikulturali,

tkun disponibbli u flessibbli,

tkun taf tmur tajjeb man-nies u tkun diplomatiku.

ANNESS VI

Profil: Teknixin fil-bini (R/M), GF III, Xogħol strutturali — Apparat intern

Int se jkollok il-kompitu li tassisti l-amministratur responsabbli f'tim ta' madwar għoxrin persuna magħmula minn periti u inġiniera, li r-responsabbiltà tagħhom se tkun li jikkoordinaw l-istudji u t-twettiq ta' proġetti ta' bini tal-Parlament Ewropew.

DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

Assistenza lir-responsabbli fil-ġestjoni ta' kuljum tas-sorveljanza tal-post ta' kostruzzjoni,

Kontroll tad-dokumenti kollha tekniċi ta' sorveljanza tal-post ta' kostruzzjoni, irċevuti minn inġiniera konsulenti u/jew dipartimenti interni,

Kontroll tal-konformità teknika, rispett tal-planning u tal-baġit,

Kontroll tal-konformità rigward ir-regolamentazzjoni, normi u standards fis-seħħ,

Kontroll tal-fajls as-built u DIU (Fajl ta' intervent ulterjuri).

KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

Kundizzjonijiet ġenerali

tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

tgawdi d-drittijiet ċiviċi tiegħek,

tissodisfa kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari,

tissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru għad-doveri li jridu jitwettqu.

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni għolja ċċertifikata b'diploma ta' tmiem l-istudji marbuta mat-tekniki tal-kostruzzjoni u d-deskrizzjoni tal-funzjonijiet.

Esperjenza/Għarfien

Esperjenza ta' tliet snin fil-qasam tat-tekniki kollha tal-bini; din l-esperjenza trid tinkiseb wara l-kisba tal-kwalifiki msemmija taħt “Kwalifiki”,

għarfien eċċellenti tal-Autocad, MS Project, u Excel,

Esperjanza ta' ħidma f'tim b'obbligu ta' riżultat,

Għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (lingwa 1 — lingwa prinċipali): Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Irlandiż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan jew Ungeriż, kif ukoll għarfien tajjeb ħafna ta' lingwa oħra minn dawn il-lingwi. Minħabba raġunijiet prattiċi, huwa meħtieġ għarfien tajjeb ħafna tal-Franċiż. L-għarfien tal-Ingliż jew tal-Olandiż se jkun ikkunsidrat bħala vantaġġ.

Ħiliet

tkun rigoruż u kreattiv u tapprezza l-ħidma f'tim multikulturali,

tkun disponibbli u flessibbli,

tkun taf tmur tajjeb man-nies u tkun diplomatiku.

ANNESS VII

Profil: Teknixin fil-bini (R/M), GF III, speċjalista f'tekniki speċjali — HVAC

Int se jkollok il-kompitu li tassisti l-amministratur responsabbli f'tim ta' madwar għoxrin persuna magħmula minn periti u inġiniera, li r-responsabbiltà tagħhom se tkun li jikkoordinaw l-istudji u t-twettiq ta' proġetti ta' bini tal-Parlament Ewropew.

DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

Assistenza lill-amministratur responsabbli fil-ġestjoni ta' kuljum tal-istudji u tas-sorveljanza tal-post ta' kostruzzjoni,

Parteċipazzjoni u superviżjoni tat-tfassil tal-espressjoni tal-ħtiġijiet tas-servizz li jkun qed jagħmel it-talba,

Kontroll tad-dokumenti kollha tekniċi ta' studju u ta' sorveljanza tal-post ta' kostruzzjoni, irċevuti minn inġiniera konsulenti u/jew dipartimenti interni, mill-fattibbiltà sa u inklużi operazzjonijiet ta' konsenja,

Kontroll tal-konformità teknika, rispett tal-planning u tal-baġit,

Kontroll tal-konformità rigward ir-regolamentazzjoni, normi u standards fis-seħħ,

Kuntatti mal-kontributuri interni u esterni għall-proġetti u l-kontroll tal-organizzazzjoni globali tal-proġetti bi ftehim mal-proċeduri u l-metodi stabbiliti (Ġestjoni tal-Proġett),

Kontroll tal-fajls as-built u DIU (Fajl ta' intervent ulterjuri),

Arkivjar stampat u elettroniku tal-pjanijiet u dokumenti tekniċi.

KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

Kundizzjonijiet ġenerali

tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

tgawdi d-drittijiet ċiviċi tiegħek,

tissodisfa kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari,

tissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru għad-doveri li jridu jitwettqu.

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni għolja ċċertifikata b'diploma ta' tmiem l-istudji marbuta mat-tekniki speċjali speċifiċi għas-settur tal-bini.

Esperjenza/Għarfien

Esperjenza ta' tliet snin fil-qasam tat-tekniki tal-bini, partikolarment f'dawn l-oqsma li ġejjin: tisħin, ventilazzjoni, arja kundizzjonata; din l-esperjenza trid tinkiseb wara l-kisba tal-kwalifiki msemmija taħt “Kwalifiki”,

Top