EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2008:124:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 124, 21 ta' Mejju 2008


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 124

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
21 ta' Mejju 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 124/01

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2008/C 124/02

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

4

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 124/03

Rata tal-kambju ta' l-euro

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 124/04

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

6

2008/C 124/05

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

13

2008/C 124/06

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat għax-xogħol ( 1 )

15

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

2008/C 124/07

Avviżi ta' konkors ġenerali EPSO/AD/129/08

18

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 124/08

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5068 — L'Oréal/YSL Beauté) ( 1 )

19

2008/C 124/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5138 — Carlyle/Neochimiki) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

20

2008/C 124/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5145 — Staples/Corporate Express) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

21

2008/C 124/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4835 — Hexion/Huntsman) ( 1 )

22

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

21.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 124/1


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 124/01)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

21.2.2008

Għajnuna Nru

N 609/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Comunidad Valenciana

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Plan de Gasificación de la Comunidad Valenciana

Il-bażi legali

Convenios de colaboración entre la Generalitat Valenciana y las distintas empresas

Real Decreto no 887/2006, de 21 de julio, por el que se aprueba el Reglamento de la Ley no 38/2003, de 17 de noviembre, General de Subvenciones

Ley no 38/2003, de 17 de noviembre, General de Subvenciones

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit annwali: EUR 3,6 miljun

Baġit globali: EUR 17,1 miljun

L-intensità

25 %

It-tul ta' żmien

1.1.2007-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Il-provvista ta' dawl, gass u ilma

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Consejería de Infraestructuras y Transporte de la Generalitat Valenciana

Avda. Blasco Ibáñez no 50

E-46010 Valencia

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

10.1.2008

Għajnuna Nru

N 692/07

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Wales

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Amendment of N131/2005 Fibrespeed broadband project Wales

Il-bażi legali

The project is based on the Community Support Framework (CSF) underpinning the National Development Programme (2000-2006), the Ministers and Secretaries Acts 1924 to date, and the Local Government Act 2000

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp settorjali

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit globali: GBP 42,3 miljun

L-intensità

67 %

It-tul ta' żmien

Sa l-2023

Setturi ekonomiċi

Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Welsh Assembly Government

Crown Buildings

Cathays Park

Cardiff CF10 3NQ

Wales

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

7.4.2008

Għajnuna Nru

N 95/08

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Provincia autonoma di Trento

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Riduzione dell'aliquota dell'imposta regionale sulle attività produttive

Il-bażi legali

Legge provinciale 21 dicembre 2007, n. 23 — articolo 15, commi 2-3-4-5-6-7

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma ta' l-għajnuna

Tnaqqis tar-rata tat-taxxa

L-Estimi

Baġit annwali: EUR 13 miljun

Baġit globali: EUR 26 miljun

L-intensità

Miżura li mhix għajnuna

It-tul ta' żmien

1.1.2008-31.12.2009

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Provincia autonoma di Trento

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


21.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 124/4


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(2008/C 124/02)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

25.1.2008

Għajnuna Nru

N 39/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Calabria, Campania, Puglia, Sicilia, Basilicata, Sardegna, Abruzzo, Molise

It-titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Credito d'imposta per nuovi investimenti nelle aree svantaggiate

Il-bażi legali

L. 27-12-2006, n. 298, disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato (Legge finanziaria 2007), articolo 1, commi da 271 a 279

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

Il-forma ta' l-għajnuna

Vantaġġ fiskali

L-intensità

40 %

L-Estimi

Baġit annwali: EUR 750 miljun

Baġit globali: EUR 4 500 miljun

Objettiv

40 %

It-tul ta' żmien

1.1.2007-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministero dell'Economia e delle finanze

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

21.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 124/5


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

L-20 ta' Mejju 2008

(2008/C 124/03)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,5639

JPY

Yen Ġappuniż

162,84

DKK

Krona Daniża

7,4591

GBP

Lira Sterlina

0,79640

SEK

Krona Żvediża

9,2790

CHF

Frank Żvizzeru

1,6294

ISK

Krona Iżlandiża

115,36

NOK

Krona Norveġiża

7,8190

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,062

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

245,67

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6980

PLN

Zloty Pollakk

3,3882

RON

Leu Rumen

3,6398

SKK

Krona Slovakka

31,324

TRY

Lira Turka

1,9330

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6294

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5502

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

12,1989

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,0146

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1368

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 634,28

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,9363

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,9059

HRK

Kuna Kroata

7,2518

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 520,81

MYR

Ringgit Malażjan

5,0756

PHP

Peso Filippin

67,318

RUB

Rouble Russu

37,0740

THB

Baht Tajlandiż

50,006

BRL

Real Brażiljan

2,5773

MXN

Peso Messikan

16,2427


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

21.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 124/6


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 124/04)

Numru XA: XA 405/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Medvode

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Medvode za programsko obdobje 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Medvode za programsko obdobje 2007–2013 (Poglavje II.)

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: sa EUR 100 000 kull sena mill-baġit tal-muniċipalità ta' Medvode

L-intensità massima ta' għajnuna (f' %) għal miżuri individwali hija kif ġejja:

1.   Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati,

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra,

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 50 % f'żoni oħra, fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom.

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms u biex jinxtara tagħmir sabiex jintuża għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għat-titjib ta' l-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

għal karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali,

għall-assi produttivi dwar farms, sa 60 % ta' l-ispejjeż attwali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità produttiva,

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali fejn it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini eżistenti,

meta r-rilokazzjoni twassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara r-rilokazzjoni; jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament,

meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda; jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament.

4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjum ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli ġuridiċi u amministrattivi.

6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba; din l-għajnuna għandha tiġi provduta fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

7.   Provvista ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u taħriġ, għas-servizzi ta' konsulenza provduti minn partijiet terzi, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet u websajts, u l-ispejjeż għas-servizzi ta' sostituzzjoni. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Medvode għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,

l-Artikolu 6: Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku;

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Občina Medvode

Cesta komandanta Staneta 12

SLO-1215 Medvode

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200795&dhid=92102

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Stanislav ŽAGAR

Sindku

XA Number: XA 406/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Loška dolina

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-benefiċjarju: Podpore programov za ohranjanje in razvoj podeželja v občini Loška dolina 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o sofinanciranju programov za ohranjanje in razvoj podeželja v občini Loška dolina 2007–2013

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għotja individwali mħallsa lill-kumpanija:

 

2007: EUR 2 500

 

2008: EUR 3 000

 

2009: EUR 3 000

 

2010: EUR 4 000

 

2011: EUR 4 000

 

2012: EUR 4 000

 

2013: EUR 4 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati,

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra.

L-appoġġ huwa allokat għall-investiment fir-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' apparat sabiex jintuża għall-produzzjoni agrikola, investiment f'uċuħ permanenti u titjib tal-biedja.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli ta' karatteristiċi mhux produttivi,

sa 60 % (jew sa 75 % f'LFAs) ta' l-ispejjeż attwalment minfuqa ta' karatteristiċi produttivi tal-farm sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm,

sa 100 % tista' tingħata f'għajnuna addizzjonali biex tkopri spejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa għall-konservazzjoni tal-wirt ta' bini kulturali.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

L-għajnuna lokali tirrapreżenta d-differenza bejn il-livell ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums imħallsa biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli ġuridiċi u amministrattivi.

5.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba, imħallsa permezz ta' servizzi ssussidjati. Ma jistax jinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus għall-produtturi.

6.   Għoti ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % tan-nefqa fuq l-edukazzjoni, taħriġ, servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, esibizzjonijiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u sitiweb. L-għajnuna tingħata permezz ta' servizzi sussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-ebda għajnuna ma' tiġi allokata qabel is-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni)

Tul ta' żmien ta' l-iskema:

L-għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Artikoli relevanti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Kapitolu II tal-Pravilnik o sofinanciranju programov za ohranjanje in razvoj podeželja v občini Loška dolina 2007-2013 propost li fih miżuri ta' għajnuna mill-Istat li jikkorrispondi ma' l-artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istati lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001(ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,

Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Settur(i) ekonomiku/ċi: L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Loška dolina

Cesta Notranjskega odreda 2

SLO-1386 Stari trg pri Ložu

Indirizz ta' l-internet: http://193.77.181.72:8080/mma.nsf/OC/071001180401B/$file/dato3_pravilnik_za_obrh_september_2007_84a.doc

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tkopri l-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni għall-uċuħ u l-frott testendi għall-kundizzonijiet ħżiena tat-temp li ġejjin li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Il-leġiżlazzjoni lokali tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri biex jiġu implimentati mill-awtoritajiet lokali u t-termini tad-dispożizzjonijiet ġenerali (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Janez STERLE

Sindku Il-muniċipalità ta' Loška dolina

Numru XA: XA 407/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Kungota

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem ta' l-impriża li tirċievi l-għotja individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Kungota 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Kungota za programsko obdobje 2007–2013

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għotja individwali mħallsa lill-impriża:

 

2007: EUR 28 000

 

2008: EUR 30 000

 

2009: EUR 30 000

 

2010: EUR 30 000

 

2011: EUR 30 000

 

2012: EUR 30 000

 

2013: EUR 30 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'impriżi agrikoli għal produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'reġjuni oħrajn,

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'reġjuni oħra, fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom.

L-appoġġ huwa allokat għall-investiment fir-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' apparat sabiex jintuża għall-produzzjoni agrikola, investiment f'uċuħ permanenti, titjib tal-biedja u l-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali ta' karatteristiċi mhux produttivi,

sa 60 % (jew sa 75 % f'LFAs) ta' l-ispejjeż attwali ta' karatteristiċi produttivi tal-farm sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm,

sa 100 % tista' tingħata f'għajnuna addizzjonali biex tkopri spejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa għall-konservazzjoni tal-wirt ta' bini kulturali.

3.   Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba fejn it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-faċilitajiet eżistenti,

meta t-trasferiment iwassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 60 %, jew għallinqas 50 % f'żoni żvantaġġati (LFAs), taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara t-trasferiment. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % fl-LFAs,

meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-bidwi għandu jikkontribwixxi ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati (LFAs), ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun għallinqas 55 %, jew 45 % fl-LFAs.

4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

il-livell ta' ko-finanzjament lokali huwa d-differenza bejn il-livell ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums imħallsa biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali ġuridiċi u amministrattivi.

6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż ta' l-attivitajiet ta' riċerka tas-suq, kunċett u disinn tal-prodott, li jinkludi l-għajnuna mogħtija għall-preparazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew ċertifikati ta' karattru speċjali f'konformità mar-regolamenti Kommunitarji rilevanti. L-għajnuna ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus għall-produtturi.

7.   Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni, taħriġ, servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u sitiweb u l-popolorizzazzjoni ta' l-għarfien xjentifiku. L-għajnuna tingħata permezz ta' servizzi sussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-ebda għajnuna ma' tiġi allokata qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni)

Tul ta' żmien ta' l-iskema: Sal-31.12.2013

L-għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Artikoli relevanti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II tal-Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči za programe razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Kungota propost fih miżuri ta' għajnuna mill-Istat li jikkorrispondu ma' l-artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istati lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001(ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,

Artikolu 6: Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku,

Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Settur(i) ekonomiku/ċi: L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Kungota

Plintovec 1

SLO-2201 Zg. Kungota

Indirizz ta' l-internet: http://www.izit.si/muv/index.php?action=showIzdaja&year=2007&izdajaID=422 (št. predpisa 479, str. 938)

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tkopri l-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ u l-frott testendi għall-kundizzjonijiet ta' temp ħażin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Il-leġiżlazzjoni lokali tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri li jridu jiġu implimentati mill-awtoritajiet lokali u t-termini tad-dispożizzjonijiet ġenerali (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

XA Number: XA 408/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje Občine Dravograd

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Dravograd za programsko obdobje 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Dravograd za programsko obdobje 2007–2013

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 78 000

 

2008: EUR 78 000

 

2009: EUR 78 000

 

2010: EUR 78 000

 

2011: EUR 78 000

 

2012: EUR 78 000

 

2013: EUR 82 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati,

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra.

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms u biex jinxtara tagħmir għall-użu fil-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għat-titjib ta' l-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

għal investiment tal-karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali,

għall-investiment f'assi produttivi tal-farms, sa 60 % ta' l-ispejjeż attwali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-farm,

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali fejn it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini eżistenti,

meta t-trasferiment iwassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara t-trasferiment. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament,

meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament.

4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

id-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba.

6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż ġuridiċi u amministrattivi eliġibbli.

7.   Provvista ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli,

l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel is-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Dravograd għall-perjodu ta' programm 2007-13 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,

l-Artikolu 6: Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku,

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Občina Dravograd

Trg 4. julija 7

SLO-2370 Dravograd

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200792&dhid=91893

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Marijana CIGALA

Sindku tal-muniċipalità ta' Dravograd

Numru XA: XA 410/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Črna na Koroškem

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-kumpanija li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Podpore programom razvoja podeželja v občini Črna na Koroškem 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Črna na Koroškem za programsko obdobje 2007–2013 (II. Poglavje)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 34 757

 

2008: EUR 35 661

 

2009: EUR 36 517

 

2010: EUR 37 393

 

2011: EUR 38 290

 

2012: EUR 39 209

 

2013: EUR 40 150

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fiż-żoni żvantaġġati,

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra,

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati, u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, fil-każ ta' l-investimenti magħmula minn bdiewa zgħażagħ sa' ħames snin minn mindu bdew l-attivitajiet tagħhom.

L-għan ta' l-għajnuna hu l-investiment għar-restawr ta' karatteristiċi tal-farm u għax-xiri ta' tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'għelejjel permanenti, għat-titjib ta' l-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Il-konservazzjoni tal-bini u l-pajsaġġi tradizzjonali:

għall-karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali,

għall-assi produttivi fuq farms, sa 60 % ta' l-ispejjeż reali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-farm,

l-għajnuna tista' tingħata b'rata ta' sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu tal-materjali tradizzjonali neċessarji biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Ir-rilokazzjoni tal-bini tal-farm fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali fejn ir-rilokazzjoni sempliċement tikkonsisti miż-żarmar, tneħħija u l-bini mill-ġdid tal-faċilitajiet eżistenti,

fejn ir-rilokazzjoni twassal biex il-bidwi jibbenefika minn faċilitajiet aktar moderni, il-bidwi għandu jikkontribuwixxi mill-inqas 60 %, jew 50 % fiż-żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara r-rilokazzjoni. Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun mill-inqas 55 % jew 45 % rispettivament,

fejn ir-rilokazzjoni tirriżulta f'żieda tal-kapaċità tal-produzzjoni, fiż-żoni żvantaġġati, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju trid tkun mill-inqas ta' 60 %, jew 50 % ta' l-ispejjeż relatati ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni għandha tkun mill-inqas 55 % jew 45 % rispettivament.

4.   L-għajnuna lejn il-ħlas tal-premjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' l-appoġġ muniċipali hu d-differenza bejn l-ammont tal-kofinanzjament għall-premjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-premjums għall-assigurazzjoni ta' l-għelejjel u frott u għall-assigurar ta' l-annimali kontra l-mard.

5.   L-għajnuna għat-tqassim ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi attwali.

6.   L-għajnuna biex tinkoraġġixxi l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fil-forma ta' servizzi ssussidjati; din ma għandiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

7.   Il-provvista ta' appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza u organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u sitiweb, u l-ispejjeż ta' servizzi ta' sostituzzjoni. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: F'Otturbu 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma jiġi ppubblikat sommarju fuq is-sitweb tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-Abbozz tar-Regoli fuq l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u żvilupp agrikolu ta' żoni rurali fil-muniċipalità ta' Črna na Koroškem, inklużi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istati lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: L-investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 5: Il-konservazzjoni ta' bini u pajsaġġi tradizzjonali,

l-Artikolu 6: Ir-rilokazzjoni tal-bini tal-farm fl-interess pubbliku,

l-Artikolu 12: L-għajnuna lejn il-ħlas tal-premjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13: L-għajnuna għat-tqassim ta' l-art,

l-Artikolu 14: L-għajnuna biex tinkoraġġixxi l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: Il-provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-Agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Občina Črna na Koroškem

Center 101

SLO-2393 Črna na Koroškem

Indirizz ta' l-Internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200790&dhid=91756

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas tal-premjums ta' l-assigurazzjoni biex jassiguraw l-għelejjel u frott tinkludi l-avvenimenti avversi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati minn sajjetti, maltempati u għargħar

Ir-Regoli tal-muniċipalità jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet applikabbli (il-proċeduri ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u l-monitoraġġ ta' l-għajnuna).

Nada VAČUN

Direttur ta' l-amministrazzjoni muniċipali


21.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 124/13


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 124/05)

Numru XA: XA 1/08

Stat Membru: Id-Danimarka

Reġjun: Id-Danimarka

Titlu ta' l-iskema jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Kartoffelavlernes Erstatningsudvalg

Bażi ġuridika: Lov om administration af Det Europæiske Fællesskabs forordninger om markedsordninger for landbrugsvarer m.v. (Bemyndigelsesloven), jf. lovbekendtgørelse nr. 297 af 28. april 2004

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: DKK 1 215 000

Intensità massima ta' l-għajnuna: 60 %

Data ta' l-implimentazzjoni: L-1.1.2008

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2008

Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-iskema hu li tingħata għotja ta' għajnuna lill-Kartoffelavlernes Erstatningsudvalg sabiex tikkumpensa parzjalment lill-bdiewa tal-patata għat-telf li jirriżulta minn mard tal-kwarantina tat-taħsir ċirkulari u kannella tal-patata. L-iskema hija skond l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Settur(i) konċernat(i): Produzzjoni ta' l-uċuħ (patata)

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Kartoffelafgiftsfonden

Grindstedvej 55

DK-7184 Vandel

Indirizz ta' l-Internet: www.Kartoffelafgiftsfonden.dk

Numru XA: XA 13/08

Stat Membru: Ir-Renju Unit

Reġjun: England

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Organic Conversion Information Service (OCIS)

Bażi ġuridika: Section 1(a) of the Agriculture Act 1986

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Mill-31.3.2008 sat-30.3.2013: GBP 0,33 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità ta' l-għajnuna hi ta' 100 % f'konformità ma' l-Artikolu 15 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni: Is-servizz se jibda fl-31.3.2008

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Dan is-Servizz se jibda mill-31.3.2008. Is-servizz se jagħlaq fit-30.3.2013. L-aħħar data għal parir se tkun it-30.6.2013, l-għajnuna dwar l-applikazzjonijiet rċevuti sa u li jinkludi ukoll it-30.3.2013 ser ikunu onorati

Għan ta' l-għajnuna: L-għoti ta' pariri b'xejn lil bdiewa u persuni oħra involuti fil-ġestjoni ta' l-art li qed jikkunsidraw jaqilbux għall-produzzjoni organika. Is-servizz speċifikament:

se jieħu ħsieb diffikultajiet dwar kwistjonijiet tekniċi u kunċetti żbaljati dwar liema standards hemm bżonn għall-biedja organika,

se jipprovdi konsulenza dwar il-konverżjoni bħala għajnuna lil min jistaqsi biex jifhmu l-mekkaniżmu tal-konverżjoni u japprezzaw l-implikazzjonijiet li hemm fil-konverżjoni b'relazzjoni man-negozji individwali tagħhom tal-biedja,

ser iqajjem l-għarfien tal-prinċipji tal-biedja organika u l-benefiċċji pubbliċi li jiżdiedu lis-soċjetà bħala riżultat tal-ġestjoni organika,

ser iħeġġeġ u jiffaċilita konverżjoni ta' kwalità vijabbli u tajba,

ser inaqqas n-numru tal-bdiewa jaqilbu jekk ma jkunx xieraq li jagħmlu dan,

ser iżid il-medda ta' l-art li qed tiġi użata għall-biedja organika fl-Ingilterra, kif ukoll

ser iqajjem l-għarfien dwar il-fondi li huma disponibbli taħt l-RDPE biex iħeġġeġ il-konverżjoni u jippremja l-bdiewa li rnexxilhom iwettqu ġestjoni ambjentali effettiva.

L-għajnuna hi konformi ma' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż ta' l-organizzar tal-konsulenti biex jipprovdu pariri u fuq żjarat tal-farm

Settur(i) kkonċernat(i): Is-Settur Agrikolu (Forestrija)

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna: Department for Environment, Food and Rural Affairs: Defra

L-organizzazzjoni li qiegħda tħaddem s-servizz hija:

The Organic Research Centre

Elm Farm

Hamstead Marshall

Newbury

Berkshire RG20 0HR

United Kingdom

Tel. (44-800) 980 00 48

Fax (44-14) 88 65 85 03

E-mail: ocis.org.uk

Indirizz ta' l-internet: www.organicresearchcentre.com

Indirizz ta' l-internet: Iktar informazzjoni fuq l-Organic Conversion Information Scheme, u t-test sħiħ ta' l-iskema jistà jinstab fuq

http://www.naturalengland.org.uk/planning/farming-wildlife/ocis

Inkella, tista' żżur il-websajt ċentrali tar-Renju Unit għall-għajnuniet mill-Istat eżentati fis-settur ta' l-agrikoltura fuq

www.defra.gov.uk/farm/policy/state-aid/setup/exist-exempt.htm

Agħfas fuq Organic Conversion Information Scheme

Tagħrif ieħor: Aktar tagħrif dettaljat dwar l-eliġibbiltà u r-regoli għall-iskema jistgħu jinkisbu mil-links virtwali li jidhru hawn fuq mill-31.3.2008.

Iffirmat u ddatat f'isem id-Department for Environment, Food and Rural Affairs (l-awtorità kompetenti fir-Renju Unit)

Duncan Kerr

Agricultural State Aid Team Leader

Defra

8D 9 Millbank

c/o Nobel House

17 Smith Square

Westminister

London SW1P 3JR

United Kingdom

Numru XA: XA 96/08

Stat Membru: Ir-Renju Unit

Reġjun: England-West Midlands

Titlu ta' l-iskema ta' l-Għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Remote Sensing project

Bażi ġuridika: Regional Development Agencies Act 1998

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Bejn Marzu u Awwissu 2008, in-nefqa mistennija titla' sa GBP 125 775

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità ta' l-għajnuna tmur għal miżura ta' appoġġ tekniku u tkopri sa 100 % skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Data ta' l-implimentazzjoni: Din l-iskema mistennija tibda mill-1.3.2008 u tibqa' tapplika sal-31.8.2008

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għotja ta' għajnuna individwali: L-iskema se tibda fl-1.3.2008. Għandha tagħlaq fil-31.8.2008. L-aħħar pagament għandu jingħata sat-30.9.2008

Għan ta' l-għajnuna: L-għan ewlieni ta' l-għajnuna se jkun li tappoġġa lill-SMEs rurali. L-għanijiet speċifiċi huma li jitkabbar l-għarfien dwar l-użu tat-teknoloġiji ta' teleditezzjoni (remote sensing) għall-monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-ħamrija u b'hekk jittieħdu deċiżjonijiet aħjar dwar it-tħawwil u l-ħsad filwaqt li tkun possibbli valutazzjoni ambjentali aħjar li tista' twassal għal għażla ta' kultivazzjoni ta' uċuħ ta' valur akbar. Il-proġetti se jkunu eliġibbli għall-100 % ta' l-ispejjeż skond l-Artikolu 15.2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Settur(i) konċernat(i): L-iskema tapplika għall-produzzjoni ta' prodotti agrikoli

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Advantage West Midlands

3 Priestley Wharf

Holt Street

Aston Science Park

Birmingham B7 4BN

United Kingdom

www.advantagewm.co.uk

Indirizz elettroniku: Il-websajt tal-proġett huwa

http://www.harper-adams.ac.uk/about/remotesensing.cfm

Inkella, tista' iżżur il-websajt ċentrali tar-Renju Unit għall-għajnuniet mill-Istat eżentati lis-settur ta' l-agrikoltura fuq

http://defraweb/farm/policy/state-aid/setup/exist-exempt.htm

Tagħrif ieħor: L-uffiċjal inkarigat minn dan il-proġett fi ħdan l-Advantage West Midlands huwa is-Sur Andrew Todd (tel. (44-121) 380 35 34, e-mail andrewtodd@advantagewm.co.uk )

Aktar tagħrif dettaljat dwar l-eliġibbiltà u r-regoli għall-iskema jistgħu jinkisbu mil-links virtwali li jidhru hawn fuq.

Informazzjoni dwar il-proġetti se tingħata fuq il-websajt www.cogentcomputing.org, li fiha tinżamm l-informazzjoni rilevanti.

Iffirmat u ddatat f'isem id-Department for Environment, Food and Rural Affairs (l-awtorità kompetenti fir-Renju Unit)

Neil Marr

Agricultural State Aid Team Leader

Defra

8D 9 Millbank

c/o Nobel House

17 Smith Square

Westminister

London SW1P 3JR

United Kingdom


21.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 124/15


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat għax-xogħol

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 124/06)

Għajnuna Nru

XE 9/08

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Wielkopolska

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna

Program pomocy horyzontalnej na zatrudnienie dla przedsiębiorców udzielanej na terenie Miasta Kalisza

Bażi legali

Art. 18 ust. 2 pkt 8 ustawy z dnia 8 marca 1990 r. o samorządzie gminnym (Dz.U. z 2001 r. nr 142, poz. 1591 z późn. zm) w związku z art. 7 ust. 3 ustawy z dnia 12 stycznia 1991 r. o podatkach i opłatach lokalnych (Dz.U. z 2002 r. nr 9, poz. 84 z późn. zm).

Uchwała nr XLIV/682/2006 Rady Miejskiej Kalisza z dnia 27 kwietnia 2006 r. w sprawie programu pomocy horyzontalnej na zatrudnienie udzielanej dla przedsiębiorców na terenie miasta Kalisza

L-Estimi

Baġit annwali: PLN 0,6 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(5) 5 u 6 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

6.12.2006

Tul ta' l-iskema

2006

L-objettiv ta' l-għajnuna

Art. 4: Ħolqien ta' xogħol; Art. 6: Impjieg ta' ħaddiema b'diżabilità

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha tal-Komunità (1) eliġibbli għal għajnuna għall-impjieg

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Prezydent Miasta Kalisza

ul. Główny Rynek 20

PL-62-800 Kalisz


Għajnuna Nru

XE 10/08

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Regione Basilicata

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna

Disciplinare per la concessione delle agevolazioni previste dall'art. 17 della L.R. n. 28 del 28 dicembre 2007 per la realizzazione dei piani di reindustrializzazione e di salvaguardia dei livelli occupazionali nei siti produttivi inattivi sul territorio della regione Basilicata

Bażi legali

D.G.R n. 148 dell'11 febbraio 2008

L-Estimi

Baġit annwali: EUR 0,67 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(5) 5 u 6 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

11.2.2008

Tul ta' l-iskema

30.6.2008

L-objettiv ta' l-għajnuna

Art. 5: Reklutaġġ ta' ħaddiema żvantaġġati u b'diżabilità

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Il-manifattura kollha (2)

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Regione Basilicata dipartimento formazione lavoro cultura e sport

Viale della Regione Basilicata, 12

I-85100 Potenza

Informazzjoni oħra

L-iskema ta' għajnuna hija kkofinanzjata skond il-programm operattiv ESF 2007-2013


Għajnuna Nru

XE 11/08

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

NUTS II Jihovýchod, NUTS II Jihozápad, NUTS II Moravskoslezsko, NUTS II Severovýchod, NUTS II Severozápad, NUTS II Střední Čechy, NUTS II Střední Morava, NUTS II Praha

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna

Operační program Lidské zdroje a zaměstnanost

Bażi legali

Zákon č. 218/2000 Sb., rozpočtová pravidla,

zákon č. 435/2004 Sb., o zaměstnanosti

L-Estimi

Baġit annwali: CZK 6 835,704 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(5) 5 u 6 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

15.2.2008

Tul ta' l-iskema

31.12.2013

L-objettiv ta' l-għajnuna

Art. 4: Ħolqien ta' xogħol; Art. 5 Reklutaġġ ta' ħaddiema żvantaġġati u b'diżabilità; Art. 6: Impjieg ta' ħaddiema b'diżabilità

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha tal-Komunità (3) eliġibbli għal għajnuna għall-impjieg

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministerstvo práce a sociálních věcí

Na Poříčním právu 1

CZ-128 01 Praha 2

Informazzjoni oħra

Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999


Għajnuna Nru

XE15/08

Stat Membru

Is-Slovakkja

Reġjun

1.

Regióny Západné Slovensko (územie Trnavského, Nitrianskeho a Trenčianskeho kraja), Stredné Slovensko (územie Žilinského a Banskobystrického kraja) a Východné Slovensko (územie Košického a Prešovského kraja).

2.

Región vymedzený územím Bratislavského kraja

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna

Schéma štátnej pomoci na podporu zamestnanosti doplnená podľa dodatku č. 4 k pôvodnej schéme XE 14/04, ktorá sa týmto mení

Bażi legali

Legislatíva EK:

nariadenie Komisie (ES) č. 2204/2002 z 12.12.2002 o uplatňovaní článkov 87 a 88 Zmluvy o založení ES o štátnej pomoci na zamestnanosť (Ú. v. ES L 337, 13.12.2002) v znení nariadenia Komisie (ES) č. 1976/2006 z 20. decembra 2006,

nariadenie Komisie (ES) č. 70/2001 z 12.1.2001 o aplikácii článkov 87 a 88 Zmluvy o založení ES na štátnu pomoc malým a stredným podnikom (Ú. v. ES L 10, 13.1.2001),

Usmernenia pre národnú regionálnu pomoc pre roky 2007 – 2013 pokiaľ ide o veľké investičné projekty (Ú. v. EÚ C 54, 4.3.2006) a regionálna mapa štátnej pomoci schválená podľa nových usmernení pre národnú regionálnu pomoc na roky 2007 – 2013,

nariadenie Európskeho parlamentu a Rady (ES) č. 1083/2006 ktorým sa ustanovujú všeobecné ustanovenia o Európskom fonde regionálneho rozvoja, Európskom sociálnom fonde a Kohéznom fonde,

nariadenie Európskeho parlamentu a Rady (ES) č. 1081/2006 o Európskom sociálnom fonde.

Legislatíva SR:

zákon č. 231/1999 o štátnej pomoci v znení neskorších predpisov,

zákon č. 453/2003 Z. z. o orgánoch štátnej správy v oblasti sociálnych vecí, rodiny a služieb zamestnanosti a o zmene a doplnení niektorých zákonov,

zákon č. 599/2003 Z. z. o pomoci v hmotnej núdzi a o zmene a doplnení niektorých zákonov schváleným NR SR dňa 11. novembra 2003 s účinnosťou od 1. januára 2004,

zákon č. 5/2004 Z. z. o službách zamestnanosti a o zmene a doplnení niektorých zákonov v znení neskorších predpisov

L-Estimi

Baġit annwali: SKK 2 145 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(5) 5 u 6 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.2.2008

Tul ta' l-iskema

30.6.2008

L-objettiv ta' l-għajnuna

Art. 4: Ħolqien ta' xogħol; Art. 5: Reklutaġġ ta' ħaddiema żvantaġġati u b'diżabilità; Art. 6: Impjieg ta' ħaddiema b'diżabilità

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha tal-Komunità (4) eliġibbli għal għajnuna għall-impjieg

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministerstvo práce, sociálnych vecí a rodiny SR

Špitálska ul. 4-6

SK-816 43 Bratislava

Informazzjoni oħra

L-iskema hija kkoofinanzjata mill-Fondi Strutturali tal-KE


(1)  Bl-eċċezzjoni tas-settur tal-bini tal-vapuri u setturi oħrajn suġġetti għal regoli speċjali f'regolamenti u direttivi li jirregolaw l-għajnuna statali fi ħdan is-settur.

(2)  Bl-eċċezzjoni tas-settur tal-bini tal-vapuri u setturi oħrajn suġġetti għal regoli speċjali f'regolamenti u direttivi li jirregolaw l-għajnuna statali fi ħdan is-settur.

(3)  Bl-eċċezzjoni tas-settur tal-bini tal-vapuri u setturi oħrajn suġġetti għal regoli speċjali f'regolamenti u direttivi li jirregolaw l-għajnuna statali fi ħdan is-settur.

(4)  Bl-eċċezzjoni tas-settur tal-bini tal-vapuri u setturi oħrajn suġġetti għal regoli speċjali f'regolamenti u direttivi li jirregolaw l-għajnuna statali fi ħdan is-settur.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

21.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 124/18


AVVIŻI TA' KONKORS ĠENERALI EPSO/AD/129/08

(2008/C 124/07)

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-konkors ġenerali EPSO/AD/129/08 għar-reklutaġġ ta' ġuristi lingwisti (AD7) fil-lingwa Griega.

L-avviż tal-konkors huwa ppubblikat esklussivament fil-Ġurnal Uffiċjali C 124 A tal-21 ta' Mejju 2008.

Informazzjoni addizzjonali tinsab fuq is-sit ta' l-internet ta' l-EPSO http://europa.eu/epso


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

21.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 124/19


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5068 — L'Oréal/YSL Beauté)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 124/08)

1.

Fit-13 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża L'Oréal SA ('L'Oréal', Franza), takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-impriżi kollha YSL Beauté Holding SAS (“YSL Beauté”, Franza) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:

għal L'Oréal: ir-riċerka, l-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-kożmetiċi, inkluża l-fwieħa u l-kożmetiċi ta' lussu,

għal YSL Beauté: ir-riċerka, l-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-fwieħa u l-kożmetiċi ta' lussu.

3.

Fuq eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5068 — L'Oréal/YSL Beauté, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


21.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 124/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5138 — Carlyle/Neochimiki)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 124/09)

1.

Fit-13 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża The Carlyle Group (“Carlyle”, l-Istati Uniti) takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ ta' l-impriża Neochimiki L.V. Lavrentiadis S.A. (“Neochimiki”, il-Greċja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:

għal Carlyle: fond ta' investiment ta' ekwità privata,

għal Neochimiki: distribuzzjoni u produzzjoni ta' kimiċi.

3.

Fuq eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-fax (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5138 — Carlyle/Neochimiki, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


21.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 124/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5145 — Staples/Corporate Express)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 124/10)

1.

Fit-13 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Staples Inc (Staples, l-Istati Uniti), fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, takkwista l-kontroll sħiħ ta' l-impriża Corporate Express N.V. (“Corporate Express”, l-Olanda) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fid-19 ta' Frar 2008.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:

għal Staples: id-distribuzzjoni tal-provvisti ta' l-uffiċju lil impriżi ta' daqs żgħir jew medju u lil individwi,

għal Corporate Express: id-distribuzzjoni ta' provvisti ta' l-uffiċċju lil impriżi kbar, id-distribuzzjoni ta' apparat ta' l-istampar u attivitajiet relatati.

3.

Fuq eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5145 — Staples/Corporate Express, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


21.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 124/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4835 — Hexion/Huntsman)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 124/11)

1.

Fit-8 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-Apollo Group (“Apollo Group”, l-Istati Uniti), permezz ta' Hexion Specialty Chemicals, Inc. (“Hexion”, l-Istati Uniti), jakkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-impriżi kollha Huntsman Corporation (“Huntsman”, l-Istati Uniti) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:

għall-Apollo Group: investimenti ta' portfolio,

għal Hexion: il-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti kimiċi inklużi reżini ta' l-epoxy,

għal Huntsman: il-produzzjoni u l-bejgħ ta' firxa wiesgħa ta' prodotti kimiċi.

3.

Fuq eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4835 — Hexion/Huntsman, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top