This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Parafangi tal-vetturi bil-mutur
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
PUNTI EWLENIN
Ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-parafangi tal-vetturi bil-mutur. Huwa jagħmel parti mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) 661/2009 dwar vetturi u trejlers sikuri.
It-tip ta’ vetturi kkonċernati
Dan ir-regolament japplika għal vetturi tal-kategorija M1, jiġifieri vetturi ddisinjati u mibnija biex iġorru passiġġieri b’mhux iktar minn tmien (8) postijiet, minbarra s-sit tas-sewwieq.
Rekwiżiti għall-parafangi
Regoli għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE
Il-manifattur tal-vettura għandu jissottometti applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE lill-awtorità kompetenti. L-applikazzjoni għandha tinkludi:
Jekk l-awtorità kompetenti tqis li l-vettura tissodisfa r-rekwiżiti kollha għall-parafangi, għandha tagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-UE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont id-Direttiva 2007/46/KE dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vetturi tal-UE.
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Huwa ilu japplika mit-30 ta’ Novembru 2010.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT PRINĊIPALI
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1009/2010 tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-parafangi tal-vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dan l-iskop (ĠU L 292, 10.11.2010, p. 21-29)
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1-24)
Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 661/2009 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1-160)
Ara l-verżjoni kkonsolidata.
l-aħħar aġġornament 30.04.2019