This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Tagħrif dwar il-konsum tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 ta’ karozzi ġodda
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?
Biex tgħin lill-konsumaturi jagħżlu vetturi b’konsum baxx ta’ kurburant, id-direttiva tirrikjedi lin-negozjanti ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda jipprovdu lil xerrejja potenzjali b’tagħrif utli dwar il-konsum tal-karburant ta’ dawn il-karozzi tal-passiġġieri ġodda u l-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom. Dan it-tagħrif irid jintwera fuq it-tikketta tal-karozza, fuq powsters u materjal promozzjonali ieħor, u fi gwidi speċifiċi.
PUNTI EWLENIN
L-għan ta’ din id-direttiva huwa li jiżgura li t-tagħrif relatat mal-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda offruti għall-bejgħ jew għall-kiri fl-UE jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi. Dan it-tagħrif għall-konsumatur huwa kkomunikat permezz ta’ 4 metodi differenti:
Tikketta dwar l-ekonomija tal-karburanti
Tikketta dwar l-ekonomija tal-karburanti trid tinhemeż mal-windscreen tal-karozzi tal-passiġġieri l-ġodda kollha fil-post tal-bejgħ. Din it-tikketta trid tkun viżibbli b’mod ċar u trid tilħaq ċerti rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I. B’mod partikolari, irid ikollha fuqha stima tal-konsum tal-karburant, espressa f’litri kull 100 kilometru jew f’kilometri kull litru (jew f’mili kull gallun) u tal-emissjonijiet tas-CO2.
Gwida dwar l-ekonomija tal-karburanti
Gwida dwar l-ekonomija tal-karburanti trid tkun prodotta fuq livell nazzjonali tal-inqas darba fis-sena. Din trid tistabbilixxi t-tagħrif kollu speċifikat fl-Anness II, inkluża lista tal-10 mudelli ta’ karozzi ġodda l-aktar effiċjenti fil-konsum tal-karburant f’termini ta’ emissjonijiet tas-CO2 tagħhom skont it-tip ta’ karburant. Din il-gwida trid tkun kumpatta, portabbli u mingħajr ħlas. Il-konsumaturi jeħtiġilhom ikunu jistgħu jiksbuha kemm mill-post tal-bejgħ tan-negozjant kif ukoll minn korp nominat f’kull pajjiż tal-UE.
Data dwar il-konsum tal-karburanti
Għal kull għamla għall-bejgħ, in-negozjant jeħtieġlu juri fuq powsters jew f’forma oħra (inklużi kartelluni elettroniċi) lista tad-data dwar il-konsum tal-karburanti tal-mudelli kollha. Din id-data jenħtieġ li tinqasam skont it-tip ta’ karburant u kklassifikata skont l-ordni tal-effiċjenza tal-karburant kif indikat mil-livelli tal-emissjonijiet tas-CO2.
Materjal promozzjonali (reklami f’gazzetti, powsters u fuljetti) użat fil-marketing ta’ karozzi ġodda jrid ikollu d-data dwar il-konsum tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2.
Kwalunkwe mmarkar relatat mal-konsum tal-karburanti li ma jikkonformax mar-regoli t’hawn fuq u li jista’ jikkawża konfużjoni huwa pprojbit.
Segwitu u monitoraġġ
Il-pajjiżi tal-UE jeħtiġilhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea tal-korp jew tal-korpi responsabbli mill-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-iskema tat-tagħrif għall-konsumatur.
Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u l-proċedura ġdida tat-test regolatorju
F’Mejju 2017, il-Kummissjoni adottat rakkomandazzjoni dwar l-użu tal-valuri tal-konsum tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 tat-tip approvat u mkejla skont il-proċedura ta’ ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP) il-ġdida. Dan irid isir meta jagħmlu disponibbli t-tagħrif għall-konsumaturi sabiex jiżguraw li jkollhom aċċess għal aktar valuri rappreżentattivi bbażati fuq id-WLTP mill-aktar fis possibbli, sabiex jevitaw distorsjoni tas-suq u jappoġġjaw implimentazzjoni bla xkiel u armonizzata fl-UE. Il-Kummissjoni tagħmel numru ta’ rakkomandazzjonijiet għall-pajjiżi tal-UE, fosthom li jiżguraw dan li ġej:
ID-DIRETTIVA META DAĦLET FIS-SEĦĦ?
Din ilha fis-seħħ mit-18 ta’ Jannar 2000 u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sat-18 ta’ Jannar 2001.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT EWLIENI
Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta’ tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda (ĠU L 12, 18.1.2000, pp. 16-23)
Emendi suċċessivi għad-Direttiva 1999/94/KE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, pp. 1-643)
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/948 tal-31 ta’ Mejju 2017 dwar l-użu tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tad-CO2 approvati għat-tip u mkejla skont il-Proċedura tat-Test Dinji Armonizzat għall-Vetturi Ħfief meta din l-informazzjoni tingħata lill-konsumaturi b’konformità mad-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 142, 2.6.2017, pp. 100-103)
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/217/KE tas-26 ta’ Marzu 2003 dwar l-applikazzjoni tal-mezzi ta’ dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/94/KE li tikkonċerna l-materjal promozzjonali (ĠU L 82, 29.3.2003, pp. 33-34)
l-aħħar aġġornament 13.12.2017