This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Hija għandha l-għan li ttejjeb is-sikurezza stradali billi tistabbilixxi rekwiżiti minimi għal testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali ta’ vetturi u trejlers fl-Unjoni Ewropea (UE).
Kamp ta’ applikazzjoni
Il-liġi tapplika għal vetturi li kapaċi jtellgħu veloċità ta’ aktar minn 25 km/siegħa fil-kategoriji li ġejjin.
Motoċikli b’saħħithom
Vetturi b’żewġ jew tliet roti (kategorija L) b’magna ta’ kombustjoni ikbar minn 125 cm3 se jiġu ttestjati mill-2022, sakemm l-istatistiċi tas-sikurezza stradali għall-ħames snin ta’ qabel ma jurux li l-istess livell ta’ sikurezza stradali jista’ jinkiseb b’miżuri alternattivi.
Testijiet tal-affidabbiltà stradali qabel id-dati dovuti
F’ċerti ċirkostanzi, jista’ jkun meħtieġ li jsir test fuq il-vetturi qabel id-dati dovuti:
Eżenzjonijiet
It-tipi ta’ vetturi li ġejjin jistgħu jiġu eżentati mit-testijiet tal-affidabbiltà stradali:
Ċentri tal-ittestjar approvati
Kull Stat Membru tal-UE għandu jkollu ċentri tal-ittestjar approvati u konformi, filwaqt li l-ispetturi għandhom jissodisfaw il-kriterji ta’ kompetenza u jkunu ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess.
Valutazzjoni tad-difetti
Ċertifikat tal-affidabbiltà stradali
Meta vettura li tkun diġà rreġistrata fi Stat Membru ieħor tiġi rreġistrata mill-ġdid, iċ-ċertifikat tagħha għandu jkun rikonoxxut minn Stati Membri oħrajn, anki meta s-sjieda tkun inbidlet.
Sal-2021, iċ-ċentri tal-ittestjar se jkollhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti mal-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru tagħhom.
Pjattaforma elettronika Ewropea għall-informazzjoni dwar il-vetturi
Il-fattibilità, il-kostijiet u l-benefiċċji tal-istabbiliment ta’ pjattaforma elettronika Ewropea għall-informazzjoni dwar il-vetturi għandhom jiġu eżaminati.
Frodi
Id-direttiva kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sal-20 ta’ Mejju 2017. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw mill-20 ta’ Mejju 2018.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, pp. 51–128).
Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2014/45/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament 22.06.2023