EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2011:341:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 341, 22 ta' Novembru 2011


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.341.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 341

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
22 ta' Novembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 341/01

Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

1

2011/C 341/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6281 – Microsoft/Skype) ( 1 )

2

2011/C 341/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6343 – Apax/Kinetic Concepts) ( 1 )

2

2011/C 341/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6289 – Alstom/Bouygues Immobilier/Exprimm SAS/Embix JV) ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 341/05

Rata tal-kambju tal-euro

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 341/06

Proċedura ta’ stralċ – Avviż f’isem l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji tal-ħatra ta’ likwidatur għall-fini tal-istralċ tan-negozju tal-kumpanija (Il-pubblikazzjoni magħmula f'konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni)

5

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 341/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6321 – Buitenfood/Ad van Geloven Holding/JV) ( 1 )

6

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/1


Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

2011/C 341/01

Skont l-Artikolu 9(1)(a), it-tieni inċiż, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Maqgħuda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emedati kif ġej:

Paġna 348

Bejn “8529 90 65 Immuntar elettronikuu8531 Apparat tas-sinjalar tal-elettriku ta’ ħoss jew viżwali (per eżempju, qniepen, sireni, pannelli indikaturi, allarmi tas-serq jew tan-nar), ħlief dawk ta’ titlu 8512 jew 8530” jiddaħħal it-test li ġej:

8529 90 92   Għal Kameras tat-televiżjoni tas-subtitlu 8525 80 11 u 8525 80 19 u tagħmir tat-titli 8527 u 8528

Dan is-subtitlu jinkludi hekk imsejħa ‘moduli LCD’ li jikkonsistu minn saff magħmul minn pellikola rqiqa (thin film transistor-TFT) ta' kristalli likwidi bejn żewġ folji jew pjanċi tal-ħġieġ jew plastik, mhux ikkumbinat ma' faċilitajiet ta' skrin bil-funzjoni tal-mess (touch screen), użati fil-manifattura ta' monitors u jew tagħmir ta' reċezzjoni għat-televiżjoni tat-titolu 8528.

Il-moduli huma mgħammra b’unità waħda jew aktar ta’ ċirkwiti stampati, b’elementi elettroniċi ta’ kontroll użati biss għall-indirizzar tal-pixels. Mhumiex mgħammra b'unitajiet elettroniċi (bħal konvertituri tal-vidjow jew scaler) għall-ipproċessar tal-vidjow.

Il-moduli jistgħu jkunu magħmmra b’unità tad-dawl minn wara l-iskrin (backlight) u/jew inverters.

Dan is-subtitlu ma jinkludix apparat tal-kristalli likwidi li jikkonsistu minn saff ta' kristalli likwidi bejn żewġ folji jew pjanċi tal-ħġieġ jew plastik, kemm jekk mgħammar b'konnessjonijiet elettriċi (għall-provvista tal-elettriku), ppreżentati bil-biċċa jew maqtugħin f'disinni speċjali (subtitlu 9013 80 20)”.


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU C 137, 6.5.2011, p. 1.


22.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6281 – Microsoft/Skype)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 341/02

Fis-7 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6281. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


22.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6343 – Apax/Kinetic Concepts)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 341/03

Fis-7 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6343. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


22.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6289 – Alstom/Bouygues Immobilier/Exprimm SAS/Embix JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 341/04

Fil-15 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6289. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Novembru 2011

2011/C 341/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3458

JPY

Yen Ġappuniż

103,44

DKK

Krona Daniża

7,4426

GBP

Lira Sterlina

0,86000

SEK

Krona Żvediża

9,1795

CHF

Frank Żvizzeru

1,2375

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8405

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,598

HUF

Forint Ungeriż

307,07

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7038

PLN

Zloty Pollakk

4,4469

RON

Leu Rumen

4,3628

TRY

Lira Turka

2,4812

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3614

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3937

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4824

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7945

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7526

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 539,58

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,1652

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,5613

HRK

Kuna Kroata

7,4925

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 143,28

MYR

Ringgit Malażjan

4,2869

PHP

Peso Filippin

58,407

RUB

Rouble Russu

41,8596

THB

Baht Tajlandiż

41,989

BRL

Real Brażiljan

2,4257

MXN

Peso Messikan

18,7268

INR

Rupi Indjan

70,3920


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/5


Proċedura ta’ stralċ

Avviż f’isem l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji tal-ħatra ta’ likwidatur għall-fini tal-istralċ tan-negozju tal-kumpanija

(Il-pubblikazzjoni magħmula f'konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni)

2011/C 341/06

Intrapriża tal-assigurazzjoni

European Insurance Group Ltd

Office 1, Verdala Business Centre

Level 2, TG Complex

Triq il-Birrerija

Mrieħel Birkirkara

BKR 3000

MALTA

Data, dħul fis-seħħ u natura tad-Deċiżjoni

Fit-12 ta' Lulju 2010, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (“l-MFSA”), irrevokat l-awtorizzazzjoni tal-European Insurance Group Ltd. Il-kumpanija tal-assigurazzjoni appellat mid-deċiżjoni tal-Awtorità.

B’effett mis-6 ta’ Awwissu 2010, l-MFSA ħatret lid-Deloitte, Certified Public Accountants, bl-indirizz, Deloitte Place Mrieħel Bypass Mrieħel BKR 3000 Malta, biex tieħu r-responsabbiltà tal-assi tal-kumpanija u tassumi l-kontroll tan-negozju tagħha. B’effett mid-29 ta’ Settembru 2011, l-MFSA ħatret likwidatur għall-fini tal-istralċ tan-negozju tal-kumpanija.

Awtoritajiet kompetenti

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji

Triq Notabile

Attard

BKR 3000

MALTA

Awtorità ta’ sorveljanza

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji

Triq Notabile

Attard

BKR 3000

MALTA

Likwidatur maħtur

Is-Sur Brian Tonna, Certified Public Accountant bl-indirizz, Nexia BT

Ground Floor, Tower Business Centre

Tower Street

Swatar

BKR 3013

MALTA

Liġi applikabbli

 

L-Att dwar il-Kummerċ tal-Assigurazzjoni (Kapitolu 403 tal-Liġijiet ta’ Malta)

 

Ir-Regolamenti dwar il-Kummerċ tal-Assigurazzjoni (ir-Riorganizzazzjoni u l-Istralċ ta’ Intrapriżi tal-Assigurazzjoni (Avviż Legali 208 tal-2004)).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6321 – Buitenfood/Ad van Geloven Holding/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 341/07

1.

Fis-16 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi NPM Capital N.V. (“NPM”, il-Pajjiżi l-Baxxi), proprjetà sussidjarja ta' SHV Holdings N.V. (“SHV”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Lion Capital LLP (“Lion”, ir-Renju Unit) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt tal-impriża konġunta ġdida (“il-JV”, il-Pajjiżi l-Baxxi) li tikkontrolla Buitenfood B.V. (“Buitenfood”, il-Pajjiżi l-Baxxi), li qabel kienet proprjetà ta' NPM, u Ad van Geloven Holding B.V. (“AvG”, il-Pajjiżi l-Baxxi), li qabel kienet proprjetà ta' Lion, permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal NPM: investiment f'ekwità privata f'diversi setturi tal-industrija,

għal SHV: il-kummerċ u d-distribuzzjoni tal-gass likwifikat miż-żejt, il-kummerċ ta' oġġetti tal-ikel u mhux għall-konsumatur, l-għoti ta' ekwità privata, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass, l-irfigħ tqil u l-enerġija rinnovabbli,

għal Lion: investimenti f'ekwità privata, prinċipalment fil-kumpaniji li jkunu involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ ta' prodotti tal-konsum tad-ditta,

għal Buitenfood: il-produzzjoni u l-bejgħ ta' snacks iffriżati għas-suq tal-konsumaturi u għas-suq tat-take aways; il-produzzjoni ta' prodotti ta' snacks iffriżati b'tikketta privata għall-kummerċjanti bl-imnut u bl-ingrossa fis-suq tat-take aways,

għal AvG: il-produzzjoni u l-bejgħ ta' snacks iffriżati għas-suq tal-konsumaturi u għas-suq tat-take aways; il-produzzjoni ta' prodotti ta' snacks iffriżati b'tikketta privata għall-kummerċjanti bl-imnut u bl-ingrossa fis-suq tat-take aways,

għall-JV: il-produzzjoni u l-bejgħ ta' snacks iffriżati prinċipalment fil-Pajjiżi l-Baxxi u l-Belġju.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6321 – Buitenfood/Ad van Geloven Holding/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top