EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2008:336:FULL
Official Journal of the European Union, L 336, 13 December 2008
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 336, 13 ta' Diċembru 2008
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 336, 13 ta' Diċembru 2008
ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 336 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
|
|
||
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
13.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 336/1 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1221/2008
5 ta' Diċembru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 121(a) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 361/2008 (2) integra fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, b'seħħ mill-1 ta' Lulju 2008, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 (3), li jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex, mingħajr ma jikkontesta l-għażliet sottostanti ta' politika. Dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu li l-frott u tal-ħxejjex intiżi biex jinbiegħu friski lill-konsumatur, jistgħu jiġu kummerċjalizzati biss jekk ikunu tajbin, ġusti u ta' kwalità li jistgħu jiġu kummerċjalizzati u jekk ikun indikat il-pajjiż tal-oriġini. Fl-interess tal-armonizzazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din id-dispożizzjoni, ikun xieraq li jiġu ddefiniti dawn il-karatteristiċi billi jiġi stabbilit standard ġenerali ta' kummerċjalizzazzjoni applikabbli għall-frott u l-ħxejjex friski kollha. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 (4) sal-lum ma jinkludix standards speċifiċi ta' kummerċjalizzazzjoni għal prodotti individwali li attwalment jinsabu f'għadd ta' Regolamenti eżistenti, li jkomplu jkunu applikabbli skont l-Artikolu 203a(7) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Fl-interess taċ-ċarezza jkun xieraq li jinġabru l-istandards speċifiċi kollha ta' kummerċjalizzazzjoni previsti skont l-Artikolu 113(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fir-Regolament (KE) Nru 1580/2007. |
(3) |
Fid-dawl tal-esperjenza u fl-interess tas-simplifikazzjoni biex titnaqqas il-lista ta' prodotti koperti minn standards speċifiċi ta' kummerċjalizzazzjoni, jixraq ukoll li jiġu inklużi biss dawk il-prodotti li għalihom jidher li jkun neċessarju li jiġi adottat standard imsejjes fuq valutazzjoni tar-rilevanza tiegħu, billi jitqiesu partikolarment liema prodotti huma l-aktar kummerċjalizzati f'termini ta' valur abbażi ta' ċifri li jinsabu fil-bażidejta Comext dwar il-kummerċ intra-Komunitarju u estra-Komunitarju. |
(4) |
Sabiex jiġu evitati fruntieri bla bżonn għall-kummerċ, fejn ikunu jridu jiġu stabbiliti standards speċifiċi ta' kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti individwali, dawn l-istandards għandhom ikunu dawk stipulati fl-istandards adottati mill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE). Għall-istess raġuni, prodotti oħra għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-istandard ġenerali ta' kummerċjalizzazzjoni fejn il-proprjetarju jkun kapaċi juri li dawn jikkonformaw ma' kwalunkwe tali standard applikabbli. |
(5) |
L-eċċezzjonijiet u l-eżenzjonijiet minn dawn l-istandards għandhom ukoll jiġu modifikati skont dan. Partikolarment, ir-referenza għal kriterji minimi ta' kwalità għal prodotti intiżi għall-ipproċessar industrijali għandha titħassar, minħabba li dawk il-kriterji huma marbuta ma' skemi ta' għajnuna li tneħħew bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007. Billi xi frott u ħxejjex jiżviluppaw naturalment u jkollhom tendenza li jispiċċaw, għandhom jitħallew juru tnaqqis żgħir fil-freskezza u fid-dehra sakemm ma jkunux fil-Klassi Extra. Ċerti prodotti li normalment ma jkunux intatti meta jinbiegħu għandhom ikunu eżenti mill-istandard ġenerali ta' kummerċjalizzazzjoni, li fiċ-ċirkustanzi tas-soltu jitlob li l-prodott jinbiegħ intatt. |
(6) |
Biex jiġu evitati frodi u każijiet li jiżgwidaw lill-konsumaturi, id-dettalji ta' informazzjoni meħtieġa skont l-istandards għandhom ikunu disponibbli għall-konsumatur qabel ix-xiri. Dan jgħodd partikolarment fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod, fejn l-esperjenza wriet ir-riskji ta' frodi u evitar tal-protezzjoni tal-konsumatur mogħtija mill-istandards. |
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li l-verifiki jkunu jistgħu jitwettqu kif xieraq u b'mod effettiv, il-fatturi u d-dokumenti ta' akkumpanjament, barra dawk għall-konsumaturi, għandhom jinkludu ċertu tagħrif bażiku inkluż fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. |
(8) |
Id-dispożizzjonijiet marbuta mat-taħlitiet tal-frott u l-ħxejjex għandhom jiġu ssimplifikati filwaqt li tinżamm protezzjoni suffiċjenti għall-konsumaturi. L-ambitu tad-dispożizzjonijiet għandu jiġi estiż għall-pakketti ta' 5 kg jew anqas biex tiġi riflessa t-tendenza tas-suq li jinbiegħu pakketti akbar minn qabel. |
(9) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 dwar il-verifiki tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu ssimplifikati mingħajr ma jitnaqqas l-ambitu tagħhom, bil-għan li jiġi żgurat livell xieraq ta' konformità. Dawn għandhom iqisu l-Artikolu 113a(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jivverifikaw selettivament, abbażi ta' analiżi tar-riskju, jekk il-prodotti jikkonformawx mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, u li jipprevedi wkoll li l-verifiki għandhom ikunu ffukati fuq l-istadju ta' qabel ma jitilqu mill-inħawi tal-produzzjoni meta l-prodotti jiġu ppakkjati u mgħobbija. Għall-prodotti minn pajjiżi terzi, il-kontrolli għandhom isiru qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Partikolarment, għandu jissaħħah ir-rwol tal-valutazzjoni tar-riskju fl-għażla tal-prodotti biex jiġu verifikati. L-esperjenza wriet li d-definizzjoni ta' “negozjant” għandha titwessa' u ssir aktar dettaljata sabiex jiġi żgurat li l-parteċipanti kollha fil-katina tal-kummerċjalizzazzjoni jkunu koperti u sabiex tkun garantita ċ-ċertezza legali. |
(10) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni li ġejjin għandhom għalhekk jitħassru:
|
(11) |
Sabiex l-Istati Membri u n-negozjanti jkunu jistgħu jħejju għall-bidliet introdotti b'dan ir-Regolament, dan għandu jkun applikabbli mill-1 ta' Lulju 2009. Dispożizzjonijiet tranżizzjonali xierqa għandhom jiġu stipulati biex jippermettu l-użu, sakemm l-inventarji jiġu eżawriti, ta' xempji u ċertifikati ta' konformità li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet eżistenti tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007, u għall-kontinwità tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa lin-negozjanti approvati. |
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(13) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007
Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Kapitolu I tat-Titolu II, jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej qabel Artikolu 3: “Artikolu 2a Standards ta' kummerċjalizzazzjoni: proprjetarji 1. Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 113a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu magħrufa bħala standard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni. Id-dettalji tal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni huma stipulati fil-Parti A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. Il-frott u l-ħxejjex mhux koperti bi standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom jikkonformaw mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, fejn il-proprjetarju jkun f'qagħda li juri li dawn huma konformi mal-istandards applikabbli adottati mill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE), il-prodott għandu jitqies konformi mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni. 2. L-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 113(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fil-Parti B tal-Anness I għal dan ir-Regolament fir-rigward tal-prodotti li ġejjin:
3. Għall-finijiet tal-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, proprjetarju għandu jkun kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-pussess tal-prodotti konċernati.”; |
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikoli 5 u 6 jinbidlu b'dan li ġej: “Artikolu 5 Dettalji ta' informazzjoni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut Fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut, id-dettalji ta' informazzjoni meħtieġa minn dan il-Kapitolu għandhom ikunu leġġibbli u jidhru sew. Il-prodotti jistgħu jiġu ppreżentati għall-bejgħ sakemm il-bejjiegħ bl-imnut juri bi prominenza, ħdejn il-prodotti u b'mod leġġibbli, id-dettalji ta' informazzjoni dwar il-pajjiż tal-oriġini kif ukoll, fejn xieraq, il-klassi u l-varjetà jew it-tip kummerċjali b'tali mod li ma jiżgwidax lill-konsumatur. Għal prodotti ppakkjati minn qabel kif imsemmija fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**), il-piż nett għandu jkun indikat, minbarra l-informazzjoni kollha prevista fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, fil-każ ta' prodotti mibjugħa skont l-għadd, ir-rekwiżit li jkun indikat il-piż nett ma japplikax jekk l-għadd ta' ogġetti jista' jidher b'mod ċar u jkun jista' jingħadd minn barra, jew jekk l-għadd ikun indikat fuq it-tikketta. Artikolu 6 Taħlitiet 1. Il-kummerċjalizzazzjoni ta' pakketti b'piż nett ta' 5 kg jew anqas li jkun fihom taħlitiet ta' tipi differenti ta' frott u ħxejjex għandhom ikunu permessi sakemm:
2. Ir-rekwiżiti tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-prodotti inklużi f'taħlita li ma jkunux prodotti mis-settur tal-frott u l-ħxejjex kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. 3. Jekk il-frott u l-ħxejjex f'taħlita joriġinaw f'aktar minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed, l-ismijiet sħaħ tal-pajjiżi tal-oriġini jistgħu jiġu sostitwiti b'wieħed mis-segwenti, kif xieraq:
|
(5) |
L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 7 Ambitu Dan il-Kapitolu jistabbilixxi r-regoli dwar il-verifiki ta' konformità, li għandhom ifissru l-verifiki li jitwettqu fuq il-frott u l-ħxejjex fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni skont dan il-Kapitolu, sabiex jiġi vverifikat li jikkonformaw mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u dispożizzjonijiet oħra ta' dan it-Titolu u l-Artikoli 113 u 113a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.”; |
(6) |
L-Artikolu 8(1) huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
It-Taqsima 2 tal-Kapitlu II tat-Titolu II jinbidel b'dan li ġej: “
Artikolu 10 Verifika tal-konformità 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-verifiki tal-konformità jitwettqu b'mod selettiv, abbażi ta' analiżi tar-riskju, u bi frekwenza xierqa, sabiex tiġi żgurata konformità xierqa mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u dispożizzjonijiet oħra ta' dan it-Titolu u l-Artikoli 113 u 113a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Il-kriterji tal-valutazzjoni tar-riskju għandhom jinkludu l-eżistenza taċ-ċertifikat tal-konformità msemmi fl-Artikolu 12a maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz li l-verifiki tiegħu tal-konformità ġew approvati skont l-Artikolu 13. L-eżistenza ta' tali ċertifikat għandha titqies bħala fattur li jnaqqas ir-riskju tan-nuqqas ta' konformità. Il-kriterji biex jiġi vvalutat ir-riskju jistgħu jinkludu:
2. L-analiżi tar-riskju għandha tissejjes fuq l-informazzjoni inkluża fil-bażi dejta tan-negozjanti msemmija fl-Artikolu 9 u għandha tikklassifika n-negozjanti f'kategoriji tar-riskju. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu minn qabel:
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jwettqux verifiki selettivi fuq il-prodotti li ma jkunux soġġetti għall-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni, abbażi ta' analiżi tar-riskju. 3. Fejn il-verifiki juru irregolaritajiet sinifikanti, l-Istati Membri għandhom iżidu l-frekwenza tal-verifiki b'rabta man-negozjanti, prodotti, oriġini, jew parametri oħra. 4. In-negozjanti għandhom jipprovdu lill-organu ta' spezzjoni bl-informazzjoni kollha li dawk il-korpi jqisu neċessarja għall-organizzazzjoni u t-twettiq tal-verifiki tal-konformità. Artikolu 11 Negozjanti approvati 1. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw negozjanti kklassifikati fil-kategorija tal-ibaxx riskju u li jipprovdu garanzija speċjali dwar il-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni sabiex jużaw ix-xempju fl-Anness II fit-tikketta ta' kull pakkett fl-istadju ta' meta jintbagħat u/jew biex jiffirmaw ċertifikat ta' konformità kif imsemmi fl-Artikolu 12a. 2. L-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ għal perjodu ta' tliet snin. 3. Negozjanti li jibbenefikaw minn din il-possibbiltà:
4. Meta negozjant awtorizzat ma jikkonformax aktar mar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni, l-Istat Membru għandu jirtira l-awtorizzazzjoni. 5. Minkejja l-paragrafu 1, negozjanti awtorizzati jistgħu jkomplu jużaw ix-xempji li jikkonformaw mar-Regolament tat-30 ta' Ġunju 2009 sakemm l-inventarji jiġu eżawriti. Awtorizzazzjonijiet mogħtija lil negozjanti qabel l-1 ta' Lulju 2009 għandhom jibqgħu japplikaw għall-perjodu li għalih kienu nħarġu. Artikolu 12 Aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet mid-dwana 1. Id-dwana tista' taċċetta biss dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni u/jew dikarazzjonijiet għall-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti soġġetti għall-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni jekk:
Dan għandu jsir mingħajr ħsara għal kwalunkwe verifika tal-konformità li l-Istat Membru jista' jwettaq skont l-Artikolu 10. 2. Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għall-prodotti soġġetti għall-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni stipulat fl-Anness I u l-prodotti msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) jekk l-Istat Membru konċernat iqisu neċessarju fid-dawl tal-analiżi tar-riskju msemmija fl-Artikolu 10(1). Artikolu 12a Iċ-ċertifikati ta' konformità 1. Iċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu minn awtorità kompetenti biex jikkonfermaw li l-prodotti kkonċernati jikkonformaw mal-istandards rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni. Iċ-ċertifikat għall-użu mill-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità huwa stabbilit fl-Anness III. Il-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(4) minflok jistgħu jużaw iċ-ċertifikat tagħhom stess sakemm il-Kummissjoni tqis li dan jinkludi tal-anqas informazzjoni ekwivalenti għaċ-ċertifikat Komunitarju. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, bil-mezzi li hi tqis xierqa, xempji ta' tali ċertifikati ta' pajjiżi terzi. 2. Dawn iċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu kemm f'format fuq karta b'firma oriġinali jew b'format verifikat b'firma elettronika. 3. Kull ċertifikat għandu jkun stampat mill-awtorità kompetenti u ffirmat mill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jagħmlu dan. 4. Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu f'tal-anqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità. 5. Kull ċertifikat għandu jkollu numru tas-serje, li permezz tiegħu jista' jkun identifikat, u kopja ta' kull ċertifikat maħruġ tinżamm mill-awtorità kompetenti. 6. Minkejja l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jużaw iċ-ċertifikati ta' konformità li kkonformaw ma' dan ir-Regolament fil-30 ta' Ġunju 2009 sakemm l-inventarji jiġu eżawriti.” |
(9) |
L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
(10) |
L-Artikolu 14 jitħassar. |
(11) |
L-Artikolu 15 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 15 Sospensjoni tal-approvazzjoni Il-Kummissjoni tista' tissospendi l-approvazzjoni jekk jinstab li, f'għadd sinifikanti ta' lottijiet u/jew kwantitajiet, il-merkanzija ma tikkorrispondux għall-informazzjoni fiċ-ċertifikati ta' konformità maħruġa mill-organu ta' spezzjoni ta' pajjiż terz.” |
(12) |
L-Artikoli 16, 17 u 18 jitħassru. |
(13) |
It-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu II titħassar. |
(14) |
L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
(15) |
It-Taqsima segwenti tiżdied mal-Kapitolu II tat-Titolu II: “
Artikolu 20a Komunikazzjonijiet 1. Stat Membru li fit-territorju tiegħu tinstab konsenja minn Stat Membru ieħor li ma tikkonformax mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni minħabba difetti jew deterjorament li setgħu nkixfu fil-ħin tal-ippakkjar għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni u l-Istati Membri li x'aktarx ikunu kkonċernati. 2. Stat Membru li fit-territorju tiegħu lott ta' merkanzija minn pajjiż terz jiġi rifjutat milli jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri li x'aktarx ikunu kkonċernati u lill-pajjiż terz konċernat u mniżżel fl-Anness IV. 3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tas-sistemi tagħhom tal-ispezzjoni u l-analiżi tar-riskju. Għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni b'kull emenda sussegwenti għal dawk is-sistemi. 4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri sinteżi tar-riżultati tal-ispezzjonijiet fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni f'sena partikolari sat-30 ta' Ġunju tas-sena segwenti. 5. Il-komunikazzjoni għandha ssir bil-mezz speċifikat mill-Kummissjoni.” |
(16) |
L-Anness I jinbidel bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament. |
(17) |
L-Anness II jinbidel bit-test tal-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
(18) |
L-Anness III jinbidel bit-test tal-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
(19) |
It-titlu tal-Parti A u l-Parti B u C tal-Anness IV jitħassru. |
(20) |
L-Anness V jitħassar. |
(21) |
L-Anness VI jitħassar bit-test tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Tħassir
Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1292/81, (KEE) Nru 2213/83, (KEE) Nru 1591/87, (KEE) Nru 1677/88, (KE) Nru 831/97, (KE) Nru 2288/97, (KE) Nru 963/98, (KE) Nru 730/1999, (KE) Nru 1168/1999, (KE) Nru 1455/1999, (KE) Nru 2377/1999, (KE) Nru 2561/1999, (KE) Nru 2789/1999, (KE) Nru 790/2000, (KE) Nru 851/2000, (KE) Nru 175/2001, (KE) Nru 912/2001, (KE) Nru 1508/2001, (KE) Nru 1543/2001, (KE) Nru 1615/2001, (KE) Nru 1799/2001, (KE) Nru 2396/2001, (KE) Nru 843/2002, (KE) Nru 1284/2002, (KE) Nru 1466/2003, (KE) Nru 1757/2003, (KE) Nru 85/2004, (KE) Nru 86/2004, (KE) Nru 214/2004, (KE) Nru 1673/2004, (KE) Nru 1861/2004, (KE) Nru 1862/2004, (KE) Nru 1863/2004 u (KE) Nru 634/2006 jitħassru.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2009.
Dan ir-Regolament jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 5 ta' Diċembru 2008
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(3) ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.
(4) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
(5) ĠU L 129, 15.5.1981, p. 38.
(6) ĠU L 213, 4.8.1983, p. 13.
(7) ĠU L 146, 6.6.1987, p. 36.
(8) ĠU L 150, 16.6.1988, p. 21.
(9) ĠU L 119, 8.5.1997, p. 13.
(10) ĠU L 315, 19.11.1997, p. 3.
(11) ĠU L 135, 8.5.1998, p. 18.
(12) ĠU L 93, 8.4.1999, p. 14.
(13) ĠU L 141, 4.6.1999, p. 5.
(14) ĠU L 167, 2.7.1999, p. 22.
(15) ĠU L 287, 10.11.1999, p. 6.
(16) ĠU L 310, 4.12.1999, p. 7.
(17) ĠU L 336, 29.12.1999, p. 13.
(18) ĠU L 95, 15.4.2000, p. 24.
(19) ĠU L 103, 28.4.2000, p. 22.
(20) ĠU L 26, 27.1.2001, p. 24.
(21) ĠU L 129, 11.5.2001, p. 4.
(22) ĠU L 200, 25.7.2001, p. 14.
(23) ĠU L 203, 28.7.2001, p. 9.
(24) ĠU L 214, 8.8.2001, p. 21.
(25) ĠU L 244, 14.9.2001, p. 12.
(26) ĠU L 325, 8.12.2001, p. 11.
(27) ĠU L 134, 22.5.2002, p. 24.
(28) ĠU L 187, 16.7.2002, p. 14.
(29) ĠU L 210, 20.8.2003, p. 6.
(30) ĠU L 252, 4.10.2003, p. 11.
(31) ĠU L 13, 20.1.2004, p. 3.
(32) ĠU L 13, 20.1.2004, p. 19.
(34) ĠU L 300, 25.9.2004, p. 5.
(35) ĠU L 325, 28.10.2004, p. 10.
(36) ĠU L 325, 28.10.2004, p. 17.
(37) ĠU L 325, 28.10.2004, p. 23.
(38) ĠU L 112, 26.4.2006, p. 3.
ANNESS I
“ANNESS I
L-ISTANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2a
PARTI A
Standard Ġenerali tal-Kummerċjalizzazzjoni
1. Rekwiżiti minimi ta' kwalità
Bla ħsara għat-tolleranza permessa, il-prodotti għandhom ikunu:
— |
intatti, |
— |
f'saħħithom; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b'mod li ma jibqgħux adattati għall-konsum huma esklużi, |
— |
nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal estranju viżibbli, |
— |
prattikament ħielsa mill-pesti, |
— |
prattikament ħielsa minn ħsarat ikkawżati mill-pesti li jaffettwaw il-laħam, |
— |
ħielsa minn indewwa esterna annormali, |
— |
ħielsa minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja. |
Il-kundizzjoni tal-prodotti trid tkun tali li tippermettilhom:
— |
jifilħu għat-trasport u l-maniġġ, |
— |
jaslu f'kundizzjoni tajba fil-post tad-destinazzjoni. |
2. Rekwiżiti minimi ta' maturità
Il-prodotti jrid ikunu żviluppati biżżejjed u juru sajran sodisfaċenti.
L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tal-prodotti jrid ikunu tali li jippermettulhom ikomplu l-proċess tas-sajran u jilħqu livell sodisfaċenti ta' sajran.
3. Tolleranza
Tolleranza ta' 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi ta' kwalità għandha tiġi permessa f'kull lott. Madankollu, din it-tolleranza ma għandhiex tkopri l-prodott milqut minn taħsir jew kwalunkwe deterjorament ieħor li ma jħalluhx xieraq għal konsum.
4. L-immarkar tal-oriġini tal-prodott
L-isem sħiħ tal-pajjiż tal-oriġini. Għall-prodotti li joriġinaw fi Stat Membru, dan għandu jkun fil-lingwa tal-pajjiż tal-oriġini, jew fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż destinatarju. Għal prodotti oħrajn, dan għandu jkun fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż destinatarju.
PARTI B
L-ISTANDARDS SPEĊIFIĊI TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI
PARTI 1: L-ISTANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦAT-TUFFIEĦ
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan il-kriterju ta' klassifika jgħodd għat-tuffieħ ta' varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) li jkunu tkabbru mill-Malus domestica Borkh., li għandhom jitfornew friski lill-konsumatur; it-tuffieħ għall-ipproċessar industrijali qed jiġi eskluż.
II. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tuffieħ, wara t-tħejjija u l-ippakkjar tiegħu.
A. Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għall kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tuffieħ għandu jkun:
— |
intatt, |
— |
f'saħħtu, il-prodott ma jkunx affettwat mit-taħsir jew deterjorament b'tali mod li jkunx tajjeb għall-konsum, |
— |
nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal estranju viżibbli, |
— |
prattikament ħieles mill-pesti, |
— |
prattikament ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti, |
— |
ħieles minn indewwa esterna annormali, |
— |
ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja. |
Barra minn hekk, it-tuffieħ irid ikun inqata' bil-galbu.
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tuffieħ għandhom ikunu tali li jippermettulu:
— |
ikompli bil-proċess tiegħu ta' maturità u jilħaq il-livell ta' maturità meħtieġ b'rabta mal-karatteristiċi tal-varjetà (1) (2), |
— |
jiflaħ għat-trasport u l-maniġġ, u |
— |
jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni. |
B. Klassifika
It-tuffieħ huwa kklassifikat fi tliet klassijiet definiti hawn taħt.
(i) Il-Klassi ‘Extra’
It-tuffieħ f'din il-klassi għandu jkun ta' kwalità superjuri. Fl-għamla, id-daqs u l-lewn, għandu jkollu l-karatteristiċi tal-varjetà (3) u z-zokk ewlieni ma jridx ikun mittiefes.
Il-laħam irid ikun kompletament f'saħħtu.
It-tuffieħ għandu jkun ħieles minn difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali ħfief sakemm dawn ma jkunux jaffettwaw id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.
(ii) Il-Klassi I
It-tuffieħ f'din il-klassi għandu jkun ta' kwalità tajba. Fil-forma, id-daqs u l-lewn, it-tuffieħ għandu jkun xempju tal-varejtà (3).
Il-laħam irid ikun kompletament f'saħħtu.
Madankollu, id-difetti żgħar li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
— |
difett żgħir fil-forma tagħhom, |
— |
difett żgħir fl-iżvilupp, |
— |
difett żgħir fit-tilwin, |
— |
difetti żgħar fil-qoxra li m'għandhomx ikunu ta' aktar minn:
|
Iz-zokk jista' jkun nieqes, sakemm il-qatgħa tkun nadifa u l-qoxra biswit ma tkunx bil-ħsara.
(iii) Il-Klassi II
Din il-klassi tinkludi t-tuffieħ li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq (3).
Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti kbar.
Id-difetti li ġejjin huma awtorizzati sakemm il-frott iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fejn jidħlu l-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
— |
difetti fil-forma, |
— |
difetti fl-iżvilupp, |
— |
difetti fit-tilwin, |
— |
id-difetti tal-qoxra m'għandhomx ikunu akbar minn:
|
III. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS
Id-daqs jiġi ddeterminat jew skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali jew inkella skont il-piż.
Għall-varjetajiet kollha u għall-klassijiet kollha d-daqs minimu huwa 60 mm, jekk imkejjel skont id-dijametru, jew 90 g, jekk jitkejjel skont il-piż. Frott ta' daqsijiet iżgħar jista' jkun aċċettat, jekk il-livell Brix tal-prodott huwa akbar minn jew indaqs għal 10,5o Brix u d-daqs mhuwiex iżgħar minn 50 mm jew 70 g.
Biex jiġi żgurat li jkun hemm uniformità ta' daqs fil-kaxxa tal-ippakkjar:
(a) |
għal frott li jkun tkejjel skont id-dijametru, id-differenza fid-dijametru bejn il-frott li jkun hemm fl-istess kaxxa għandha tkun limitata għal:
|
(b) |
għall-frott li jkun tkejjel skont il-piż, id-differenza fil-piż bejn il-frott fl-istess kaxxa għandha tkun limitata għal:
|
Ma hemmx rekwiżiti għal uniformità fid-daqs għal frott tal-Klassi II ippakkjat sfuż fil-pakkett jew f'pakketti għall-bejgħ.
IV. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI
Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Il-Klassi ‘Extra’
5 % fl-għadd jew fil-piż tat-tuffieħ li ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jkun jissodisfa dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.
(ii) Il-Klassi I
10 % fl-għadd jew fil-piż tat-tuffieħ li ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jkun jissodisfa dawk tal-Klassi II, jew eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi ta' dik il-klassi.
(iii) Il-Klassi II
10 % fl-għadd jew fil-piż tat-tuffieħ li la jkun jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, ħlief għall-prodotti affettwati mit-taħsir jew minn kull deterjorament ieħor li ma jagħmluhx tajjeb għall-konsum.
F'din it-tolleranza, qed ikun awtorizzat massimu ta' 2 % tal-għadd jew piż ta' frott li jkun juri dawn id-difetti li ġejjin:
— |
attakki serji ta' sufra (żerriegħa morra) jew il-kapsula tal-ilma, |
— |
ħsara ħafifa jew xquq li ma ssewwewx, |
— |
traċċi żgħar ħafna ta' taħsir, |
— |
il-preżenza ta' pesti li jieklu mill-intern u/jew ħsara fil-laħam ikkawżata mill-pesti. |
B. Tolleranzi tad-daqs
Għall-klassijiet kollha:
tolleranza totali ta' 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tal-qisien permessi. Din it-tolleranza ma tistax tiġi estiża biex tinkludi prodotti b'qies ta':
— |
5 mm jew aktar 'l isfel mid-dijametru minimu meta d-daqs jitkejjel skont id-dijametru, |
— |
10 g jew aktar 'l isfel mil-piż minimu meta d-daqs jitkejjel skont il-piż. |
V. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI
A. L-uniformità
Il-kontenut ta' kull kaxxa tal-ippakkjar irid ikun uniformi u jkollu biss tuffieħ tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs (jekk ikun skont id-daqs) u l-istess grad ta' sajran.
Fil-każ tal-klassi ‘Extra’, l-uniformità tgħodd ukoll għal-lewn.
Il-pakketti għall-bejgħ ta' piż nett li ma jaqbiżx il-5 kg jista' jkun jkollhom fihom taħlita ta' tuffieħ ta' varjetajiet differenti, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà konċernata, fl-oriġini, fid-daqs (jekk ikun skont id-daqs) u fil-grad ta' maturità.
Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tirrappreżenta l-kontenut kollu.
B. L-ippakkjar
It-tuffieħ irid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq. L-aktar, il-pakketti għall-bejgħ li jkollhom piż nett ta' aktar minn 3 kg għandhom ikunu b'saħħithom biżżejjed biex il-prodott ikun protett sew.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra jew ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet tad-ditta huwa permess biss jekk l-istampar u t-tikketta jsiru b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.
C. Preżentazzjoni
Għall-frott tal-klassi ‘Extra’', il-frott irid ikun ippakkjat f'safef.
VI. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR
Kull pakkett għandu juri d-dettalji li ġejjin b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b'mod leġġibbli u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.
A. L-identifikazzjoni
Isem u indirizz tal-pakkjatur u/jew tal-ispeditur.
Dan it-tagħrif jista' jinbidel:
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, bil-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew il-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza ‘Pakkjatur u/jew Speditur’ (jew taqsiriet ekwivalenti); |
— |
għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'rabta qariba mal-avviż ‘Ippakkjat għal:’ jew avviż ekwivalenti. jew referenza ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li l-organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi. |
B. Tip ta' prodott
— |
‘Tuffieħ’ jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra |
— |
Isem il-varjetà jew il-varjetajiet fejn xieraq. |
— |
Fil-każ ta' pakketti għall-bejgħ li fihom ikun hemm taħlita ta' tuffieħ ta' varjetajiet differenti, l-isem ta' kull varjetà differenti li jkun hemm fil-pakkett. |
C. L-orġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, iż-żona fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali,
— |
Fil-każ ta' pakketti għall-bejgħ li fihom ikun hemm taħlita ta' varjetajiet ta' tuffieħ ta' oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tal-varjetà kkonċernata. |
D. L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali
— |
Il-klassi |
— |
Id-daqs jew, għall-frott ippakkjat f'safef, l-għadd tal-unitajiet. |
Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:
(a) |
għall-prodotti soġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala dijametri minimi u massimi jew piż minimu u massimu; |
(b) |
għall-prodotti li ma jkunux soġġetti għar-regoli tal-uniformità, id-dijametru jew il-piż tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwit minn ‘u aktar’ jew ‘+’ jew denominazzjoni simili jew, fejn applikabbli, segwit mid-dijametru jew il-piż tal-akbar frotta. |
E. Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiv)
Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tisgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqiegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
Appendiċi
1. Il-kriterji tat-tilwin, il-gruppi tal-ilwien u l-kodiċi
Grupp tal-lewn |
A (Varjetajiet ħomor) |
B (Varjetajiet tal-lewn aħmar imħallat) |
C (Varjetajiet imlewna ħafif bl-istrixxi) |
D (Varjetajiet oħra) |
Erja totali tal-wiċċ b'lewn aħmar karatteristiku tal-varjetà |
Erja totali tal-wiċċ b'lewn aħmar imħallat karatteristiku tal-varjetà |
Erja totali tal-wiċċ imlewna ħafif ħamra, bi dwawar jew strixxi karatteristiki tal-varjetà |
||
Klassi ‘Extra’ |
3/4 |
1/2 |
1/3 |
L-ebda rekwiżit fir-rigward tal-lewn aħmar |
Klassi I |
1/2 |
1/3 |
1/10 |
|
Klassi II |
1/4 |
1/10 |
— |
2. Il-kriterji tal-ħmura samranija
— |
Grupp R: Varjetajiet li għalihom il-ħmura samranija hija karatteristika tal-qoxra u mhux difett jekk din tkun tikkorrispondi għad-dehra tipika tal-varjetà. |
— |
Għall-varjetajiet li mhumiex immarkati bl-ittra ‘R’ fil-lista ta' hawn taħt, il-ħmura samranija hija awtorizzata fil-limiti li ġejjin:
|
3. Il-lista mhix eżawrjenti tal-varjetajiet ta' tuffieħ ikklassifikati skont il-kriterji tal-lewn u tal-ħmura samranija
Il-frott ta' varjetajiet li ma jiffurmawx parti mil-lista għandhom ikunu kklassifikati skont il-karatteristiċi varjetali tagħhom.
Varjetajiet |
Sinonimi |
Grupp tal-lewn |
Ħmura samranija |
African Red |
|
B |
|
Akane |
Tohoku 3 |
B |
|
Alborz Seedling |
|
C |
|
Aldas |
|
B |
|
Alice |
|
B |
|
Alkmene |
Early Windsor |
C |
|
Alwa |
|
B |
|
Angold |
|
C |
|
Apollo |
Beauty of Blackmoor |
C |
|
Arkcharm |
Arkansas No 18, A 18 |
C |
|
Arlet |
|
B |
R |
Aroma |
|
C |
|
Mutanti ta' lewn aħmar ta' Aroma, pereżempju Aroma Amorosa |
|
B |
|
Auksis |
|
B |
|
Belfort |
Pella |
B |
|
Belle de Boskoop u mutanti |
|
D |
R |
Belle fleur double |
|
D |
|
Berlepsch |
Freiherr von Berlepsch |
C |
|
Berlepsch rouge |
Red Berlepsch, Roter Berlepsch |
B |
|
Blushed Golden |
|
|
|
Bohemia |
|
B |
|
Boskoop rouge |
Red Boskoop, Roter Boskoop |
B |
R |
Braeburn |
|
B |
|
Mutanti ta' lewn aħmar ta' Braeburn, pereżempju: |
|
A |
|
Hidala |
|
|
|
Joburn |
|
|
|
Lochbuie Red Braeburn |
|
|
|
Mahana Red |
|
|
|
Mariri Red |
|
|
|
Redfield |
|
|
|
Royal Braeburn |
|
|
|
Bramley's Seedling |
Bramley, Triomphe de Kiel |
D |
|
Brettacher Sämling |
|
D |
|
Calville (grupp ta'…) |
|
D |
|
Cardinal |
|
B |
|
Carola |
Kalco |
C |
|
Caudle |
|
B |
|
Charden |
|
D |
|
Charles Ross |
|
D |
|
Civni |
|
B |
|
Coromandel Red |
Corodel |
A |
|
Cortland |
|
B |
|
Cox's orange pippin u mutanti |
Cox Orange |
C |
R |
Mutanti ta' lewn aħmar ta' Cox's Orange Pippin, pereżempju: |
|
B |
R |
Cherry Cox |
|
|
|
Crimson Bramley |
|
D |
|
Cripps Pink |
|
C |
|
Cripps Red |
|
C (4) |
|
Dalinbel |
|
B |
|
Delblush |
|
D |
|
Delcorf u mutanti, pereżempju: Dalili Monidel |
|
C |
|
Delgollune |
|
B |
|
Delicious ordinaire |
Ordinary Delicious |
B |
|
Deljeni |
|
D |
|
Delikates |
|
B |
|
Delor |
|
C |
|
Discovery |
|
C |
|
Dunn's Seedling |
|
D |
R |
Dykmanns Zoet |
|
C |
|
Egremont Russet |
|
D |
R |
Elan |
|
D |
|
Elise |
Red Delight |
A |
|
Ellison's orange |
Ellison |
C |
|
Elstar u mutanti, pereżempju: |
|
C |
|
Daliter |
|
|
|
Elshof |
|
|
|
Elstar Armhold |
|
|
|
Elstar Reinhardt |
|
|
|
Mutanti ta' lewn aħmar ta' Elstar, pereżempju: |
|
B |
|
Bel-El |
|
|
|
Daliest |
|
|
|
Goedhof |
|
|
|
Red Elstar |
|
|
|
Valstar |
|
|
|
Empire |
|
A |
|
Falstaff |
|
C |
|
Fiesta |
Red Pippin |
C |
|
Florina |
|
B |
|
Fortune |
|
D |
R |
Fuji u mutanti |
|
B |
|
Gala |
|
C |
|
Mutanti ta' lewn aħmar ta' Gala, pereżempju: |
|
A |
|
Annaglo |
|
|
|
Baigent |
|
|
|
Galaxy |
|
|
|
Mitchgla |
|
|
|
Obrogala |
|
|
|
Regala |
|
|
|
Regal Prince |
|
|
|
Tenroy |
|
|
|
Garcia |
|
D |
|
Gloster |
|
B |
|
Goldbohemia |
|
D |
|
Golden Delicious u mutanti |
|
D |
|
Golden Russet |
|
D |
R |
Goldrush |
Coop 38 |
D |
|
Goldstar |
|
D |
|
Gradigold |
|
D |
|
Granny Smith |
|
D |
|
Gravenstein rouge |
Red Gravenstein, Roter Gravensteiner |
B |
|
Gravensteiner |
Gravenstein |
D |
|
Greensleeves |
|
D |
|
Holsteiner Cox u mutanti |
Holstein |
D |
R |
Holstein rouge |
Red Holstein, Roter Holsteiner Cox |
C |
R |
Honeycrisp |
|
C |
|
Honeygold |
|
D |
|
Horneburger |
|
D |
|
Howgate Wonder |
Manga |
D |
|
Idared |
|
B |
|
Ingrid Marie |
|
B |
R |
Isbranica |
Izbranica |
C |
|
Jacob Fisher |
|
D |
|
Jacques Lebel |
|
D |
|
Jamba |
|
C |
|
James Grieve u mutanti |
|
D |
|
James Grieve rouge |
Red James Grieve |
B |
|
Jarka |
|
C |
|
Jerseymac |
|
B |
|
Jester |
|
D |
|
Jonagold (5) u mutanti, pereżempju: |
|
C |
|
Crowngold |
|
|
|
Daligo |
|
|
|
Daliguy |
Jonasty |
|
|
Dalijean |
Jonamel |
|
|
Jonagold 2000 |
Excel |
|
|
Jonabel |
|
|
|
Jonabres |
|
|
|
King Jonagold |
|
|
|
New Jonagold |
Fukushima |
|
|
Novajo |
Veulemanns |
|
|
Schneica |
|
|
|
Wilmuta |
|
|
|
Jonagored u mutanti, pereżempju: |
|
A |
|
Decosta |
|
|
|
Jomured |
Van de Poel |
|
|
Jonagold Boerekamp |
|
|
|
Jomar |
|
|
|
Jonagored Supra |
|
|
|
Jonaveld |
|
|
|
Primo |
|
|
|
Romagold |
Surkijn |
|
|
Rubinstar |
|
|
|
Red Jonaprince |
|
|
|
Jonalord |
|
C |
|
Jonathan |
|
B |
|
Julia |
|
B |
|
Jupiter |
|
D |
|
Karmijn de Sonnaville |
|
C |
R |
Katy |
Katja |
B |
|
Kent |
|
D |
R |
Kidd's orange red |
|
C |
R |
Kim |
|
B |
|
Koit |
|
C |
|
Krameri Tuvioun |
|
B |
|
Kukikovskoje |
|
B |
|
Lady Williams |
|
B |
|
Lane's Prince Albert |
|
D |
|
Laxton's Superb |
Laxtons Superb |
C |
R |
Ligol |
|
B |
|
Lobo |
|
B |
|
Lodel |
|
A |
|
Lord Lambourne |
|
C |
|
Maigold |
|
B |
|
Mc Intosh |
|
B |
|
Meelis |
|
B |
|
Melba |
|
B |
|
Melodie |
|
B |
|
Melrose |
|
C |
|
Meridian |
|
C |
|
Moonglo |
|
C |
|
Morgenduft |
Imperatore |
B |
|
Mountain Cove |
|
D |
|
Mutsu |
|
D |
|
Normanda |
|
C |
|
Nueva Europa |
|
C |
|
Nueva Orleans |
|
B |
|
Odin |
|
B |
|
Ontario |
|
B |
|
Orlovskoje Polosatoje |
|
C |
|
Ozark Gold |
|
D |
|
Paula Red |
|
B |
|
Pero de Cirio |
|
D |
|
Piglos |
|
B |
|
Pikant |
|
B |
|
Pikkolo |
|
C |
|
Pilot |
|
C |
|
Pimona |
|
C |
|
Pinova |
|
C |
|
Pirella |
|
B |
|
Piros |
|
C |
|
Rafzubex |
|
A |
|
Rafzubin |
|
C |
|
Rajka |
|
B |
|
Rambour d'hiver |
|
D |
|
Rambour Franc |
|
B |
|
Reanda |
|
B |
|
Rebella |
|
C |
|
Red Delicious u mutanti, pereżempju: |
|
A |
|
Campsur |
|||
Erovan |
|||
Evasni |
|||
Flatrar |
|||
Fortuna Delicious |
|||
Otago |
|||
Red King |
|||
Red Spur |
|||
Red York |
|||
Richared |
|||
Royal Red |
|||
Sandidge |
|||
Shotwell Delicious |
|||
Stark Delicious |
|||
Starking |
|||
Starkrimson |
|||
Starkspur |
|||
Topred |
|||
Trumdor |
|||
Well Spur |
|||
Red Dougherty |
|
A |
|
Red Rome |
|
A |
|
Redkroft |
|
A |
|
Regal |
|
A |
|
Regina |
|
B |
|
Reglindis |
|
C |
|
Reine des Reinettes |
Goldparmäne, Gold Parmoné |
C |
|
Reineta Encarnada |
|
B |
|
Reinette Rouge du Canada |
|
B |
|
Reinette d'Orléans |
|
D |
|
Reinette Blanche du Canada |
Reinette du Canada, Canada Blanc, Kanadarenette, Renetta del Canada |
D |
R |
Reinette de France |
|
D |
|
Reinette de Landsberg |
|
D |
|
Reinette grise du Canada |
Graue Kanadarenette |
D |
R |
Relinda |
|
C |
|
Remo |
|
B |
|
Renora |
|
B |
|
Resi |
|
B |
|
Resista |
|
D |
|
Retina |
|
B |
|
Rewena |
|
B |
|
Roja de Benejama |
Verruga, Roja del Valle, Clavelina |
A |
|
Rome Beauty |
Belle de Rome, Rome |
B |
|
Rosana |
Berner Rosenapfel |
B |
|
Royal Beaut |
|
A |
|
Rubin |
|
C |
|
Rubinola |
|
B |
|
Sciearly |
|
A |
|
Scifresh |
|
B |
|
Sciglo |
|
A |
|
Sciray |
GS48 |
A |
|
Scired |
|
A |
R |
Sciros |
|
A |
|
Selena |
|
B |
|
Shampion |
|
B |
|
Sidrunkollane Talioun |
|
D |
|
Sinap Orlovskij |
Orlovski Sinap |
D |
|
Snygold |
Earlygold |
D |
|
Sommerregent |
|
C |
|
Spartan |
|
A |
|
Splendour |
|
A |
|
St. Edmunds Pippin |
|
D |
R |
Stark's Earliest |
|
C |
|
Štaris |
Staris |
A |
|
Sturmer Pippin |
|
D |
R |
Sügisdessert |
|
C |
|
Sügisjoonik |
|
C |
|
Summerred |
|
B |
|
Sunrise |
|
A |
|
Sunset |
|
D |
R |
Suntan |
|
D |
R |
Sweet Caroline |
|
C |
|
Talvenauding |
|
B |
|
Tellisaare |
|
B |
|
Tiina |
|
B |
|
Topaz |
|
B |
|
Tydeman's Early Worcester |
Tydeman's Early |
B |
|
Veteran |
|
B |
|
Vista Bella |
Bellavista |
B |
|
Wealthy |
|
B |
|
Worcester Pearmain |
|
B |
|
York |
|
B |
|
Zarja Alatau |
Zarya Alatau |
D |
|
PARTI 2: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FROTT TAĊ-ĊITRU
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għall-frott segwenti, ikklassifikati bħala 'frott taċ-ċitru', li għandu jitforna frisk lill-konsumatur, eskluż il-frott taċ-ċitru għall-ipproċessar industrijali.
— |
varjazzjonijiet ta' lumi (insla mill-kultivazzjoni) imkabbra mill-ispeċi tas-Citrus limon (L.) Burm. f., |
— |
varjazzjonijiet ta' mandarin (insla mill-kultivazzjoni) imkabbra mill-ispeċi tas-Citrus reticulata Blanco, inklużi satsumas (Citrus unshiu Marcow.), klementin (Citrus clementina Hort. ex Tan.), mandarin komuni (Citrus deliciosa Ten.) u tanġerin (Citrus tangerina Hort. ex Tan.) imkabbra minn din l-ispeċi u l-ibridi tagħha, hawn taħt imsejħa ‘mandarin’, |
— |
varjazzjonijiet ta' larinġ (varjazzjonijiet ikkultivati) imkabbra mill-ispeċi tas-Citrus sinensis (L.) Osb. |
II. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-frott taċ-ċitru wara t-tħejjija u l-ippakkjar.
A. Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frott taċ-ċitru jrid ikun:
— |
intatt, |
— |
ħieles mid-dbabar u/jew fejqan estensiv tal-qtugħ, |
— |
f'saħħtu; prodotti affettwati mit-taħsir jew minn deterjorament li minħabba f'hekk ma jkunux tajbin għall-ikel huma esklużi, |
— |
prattikament nadif u mingħajr materjal estranju viżibbli, |
— |
prattikament ħieles mill-pesti, |
— |
prattikament ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti, |
— |
mingħajr sinjali ta' tikmix intern, |
— |
mingħajr ħsara kkawżata minn temperatura baxxa jew ġlata, |
— |
mingħajr kull likwidu annormali estern, |
— |
ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja. |
Il-frott taċ-ċitru jrid ikun inqata' bil-galbu u jkun laħaq grad xieraq ta' żvilupp u ta' sajran, b'kunsiderazzjoni għall-kriterji xierqa għall-varjetà, iż-żmien tal-qtugħ u l-post tat-tkabbir.
L-iżvilupp u l-istat tas-sajran tal-frott taċ-ċitru għandhom ikunu tali li jippermettulu:
— |
jiflaħ għat-trasport u l-maniġġ, u |
— |
jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni. |
Frott taċ-ċitru li jilħaq ir-rekwiżiti tas-sajran ta' dan l-Anness jista' jitlaħħaq il-lewn karatteristiku tas-sajran xieraq (degreened). Dan it-trattament ikun permess biss jekk il-karatteristiċi organolettiċi l-oħra naturali ma jkunux tbiddlu.
B. Rekwiżiti tal-maturità
Il-maturità taċ-ċitru hija definita mill-parametri segwenti speċifikati għal kull speċi hawn taħt:
1. |
Il-kontenut minimu ta' meraq |
2. |
Tilwin |
Il-grad tal-lewn għandu jkun tali li bi żvilupp normali, il-frott taċ-ċitru jilħaq il-lewn tipiku tal-varjetà fil-punt tad-destinazzjoni tiegħu.
(i) Lumi
— |
Il-kontenut minimu ta' meraq:
|
— |
Tilwin: għandha tkun tipika tal-varjetà. Għaldaqstant, il-frott b'lewn aħdar (iżda mhux aħdar skur) ikun permess sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi tal-kontenut minimu ta' meraq. |
(ii) Mandarin
— |
Il-kontenut minimu ta' meraq:
|
— |
Tilwin: irid ikun tipiku tal-varjetà mill-anqas fuq terz tal-wiċċ tal-frotta. |
(iii) Larinġ
Il-tilwin irid ikun tipiku tal-varjetà. Frott b' lewn aħdar ċar huwa permess, sakemm ma jeċċedix wieħed fuq ħamsa tal-wiċċ totali tal-frott. Il-frott għandu juri l-kontenut minumu ta' meraq li ġej:
|
30 % |
||
|
33 % |
||
|
35 % |
Madankollu, larinġ magħmul f'żoni b'temperaturi għolja u b'kundizzjonijiet ta' umdità relattivament għolja matul il-perjodu ta' żvilupp jista' jkun ta' lewn aħdar li jeċċedi wieħed fuq ħamsa mill-wiċċ totali, sakemm jissodisfa l-kontenut minimu ta' meraq li ġej:
|
33 % |
||
|
45 % |
C. Klassifikazzjoni
Il-frott taċ-ċitru huwa klassifikat fi tlett klassijiet definiti hawn taħt:
(i) Il-Klassi ‘Extra’
Il-frott taċ-ċitru f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Fil-forma, id-dehra ta' barra, l-iżvilupp u l-lewn irid jkunu karatteristiċi tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.
Irid ikunu mingħajr difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.
(ii) Il-Klassi I
Il-frott taċ-ċitru f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Għandu jkun karatteristiku tat-tip ta' varjetà u/jew kummerċjali.
Id-difetti żgħar segwenti, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
— |
difett żgħir fil-forma, |
— |
difett żgħir fit-tilwin, |
— |
difett żgħir fil-qoxra li jsir matul it-tkabbir tal-frott, bħal ċertu tqaxxir ta' qoxra (Helminthosporium solani), tħammir ismar, eċċ., |
— |
difetti żgħar li jkunu tranġaw u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħal ħsara mis-silġ, mill-ħakk mal-frott l-ieħor, ħsara mill-maniġġ, eċċ. |
(iii) Il-Klassi II
Din il-klassi tinkludi frott taċ-ċitru li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.
Id-difetti segwenti huma permessi, kemm-il darba l-frott taċ-ċitru jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu f'dawk li huma kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
— |
difett fil-forma, |
— |
difett fil-lewn, |
— |
qoxra raffa, |
— |
difetti żgħar fil-qoxra li joħorġu matul il-formazzjoni tal-frotta, bħal ċertu tqaxxir ta' qoxra (Helminthosporium solani), tħammir ismar, eċċ., |
— |
difetti żgħar li jkunu tranġaw u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħall-ħsara mis-silġ, mill-ħakk bejn il-frott, ħsara mill-maniġġ, eċċ., |
— |
alterazzjonijiet superfiċjali fil-qoxra li jkunu tranġaw, |
— |
distakkament parzjali u ħafif tan-naħa fil-perikarpju tal-larinġ (li hu permess għall-mandarin). |
III. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS
Il-qies irid ikun kalkulat permezz tad-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali tal-frotta.
A. Daqs minimu
Il-frott bil-qies li jkun iċken mill-qisien minimi segwenti huma esklużi:
Lumi: |
45 mm |
Mandarin, eskluż il-klementin: |
45 mm |
Klementin: |
35 mm |
Larinġ: |
53 mm |
B. Skali ta'qies
L-iskali tal-qisien huma kif ġej:
Larinġ |
Lumi |
Mandarin |
|||
Kodiċi tad-daqs |
Dijametru (mm) |
Kodiċi tad-daqs |
Dijametru (mm) |
Kodiċi tad-daqs |
Dijametru (mm) |
0 |
92–110 |
0 |
79–90 |
1-XXX |
78 u akbar |
1 |
87–100 |
1 |
72–83 |
1-XX |
67–78 |
2 |
84–96 |
2 |
68–78 |
1 jew 1-X |
63–74 |
3 |
81–92 |
3 |
63–72 |
2 |
58–69 |
4 |
77–88 |
4 |
58–67 |
3 |
54–64 |
5 |
73–84 |
5 |
53–62 |
4 |
50–60 |
6 |
70–80 |
6 |
48–57 |
5 |
46–56 |
7 |
67–76 |
7 |
45–52 |
6 (6) |
43–52 |
8 |
64–73 |
|
|
7 |
41–48 |
9 |
62–70 |
|
|
8 |
39–46 |
10 |
60–68 |
|
|
9 |
37–44 |
11 |
58–66 |
|
|
10 |
35–42 |
12 |
56–63 |
|
|
|
|
13 |
53–60 |
|
|
|
|
Il-frott taċ-ċitru jista' jiġi ppakkjat bl-għadd. F'dan il-każ, sakemm titħares l-uniformità tal-qies rikjesta fil-punt C tat-Titolu III, il-firxa ta' daqsijiet fil-pakkett tista' taqa' barra minn kodiċi ta' daqs wieħed, iżda bejn żewġ kodiċi biswit xulxin.
C. Uniformità
L-uniformità fid-daqs tintlaħaq permezz tal-iskali ta' daqs imsemmija hawn fuq, sakemm ma jingħadx mod ieħor, kif ġej:
(i) |
għal frott imqiegħed f'safef regolari, f'pakketti jew pakketti ta' unità għall-konsumatur, id-differenza bejn l-iżgħar u l-akbar frotta fl-istess pakkett, fl-istess kodiċi ta' daqs jew, fil-każ tal-frott taċ-ċitru ppakkjati skont l-għadd, li jaqgħu taħt żewġ kodiċijiet biswit xulxin, ma għandhomx ikunu aktar mill-ammonti massimi li ġejjin:
|
(ii) |
għal frott mhux mqiegħed f'safef regolari, f'pakketti jew pakketti ta' unitajiet riġidi għall-konsumaturi, id-differenza bejn l-iżgħar u l-akbar frotta fl-istess pakkett ma għandhiex tkun aktar mill-varjetà ta' gradi ta' daqs adattat fl-iskala tad-daqs, jew, fil-każ tal-frott taċ-ċitru ppakkjat skont l-għadd, il-varjetà f'mm ta' wieħed jew tnejn mill-kodiċi biswit xulxin ikkonċernati; |
(iii) |
għal frott fil-kontenituri bl-ingrossa u l-frott ġo pakketti ta' unità mhux riġidi għall-konsumaturi (basktijiet tax-xibka, basktijiet, eċċ.), id-differenza massima fid-daqs bejn l-iżgħar u l-akbar frotta fl-istess lott jew pakkett ma għandhiex tkun aktar mill-varjetà miksuba billi jinġabru tliet gruppi konsekuttivi ta' daqsijiet fl-istess skala ta' daqs. |
IV. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI
Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Il-Klassi ‘Extra’
5 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott taċ-ċitru illi ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.
(ii) Il-Klassi I
10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott taċ-ċitru li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħaq dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalment, li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.
(iii) Il-Klassi II
10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott taċ-ċitru li la jissodisfa la r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, bl-eċċezzjoni tal-prodotti affettwati minn taħsir jew deterjorament li ma jħalluhx tajjeb għall-konsum. F'din it-tolleranza, il-massimu ta' 5 % huwa permess għall-frott li juri ftit ħsara superfiċjali li ma tfiqx, jew li jkollu qatgħat niexfa u frott imkemmex u midbiel.
B. Tolleranzi tad-daqs
Għall-klassijiet u t-tipi kollha ta' preżentazzjoni: 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott taċ-ċitru korrispondenti mal-qies immedjatament taħt u/jew fuq dak (jew dawk, fil-każ tal-kombinazzjoni ta' tliet qisien) imsemmija fuq il-pakketti huwa permess.
F'kull każ, it-tolleranza ta' 10 % tapplika biss għal frott mhux iżgħar mill-minimi segwenti:
Lumi: |
43 mm |
Mandarin, eskluż il-klementin: |
43 mm |
Klementin: |
34 mm |
Larinġ: |
50 mm |
V. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI
A. L-uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih frott taċ-ċitru biss tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u qies, u konsiderevolment tal-istess grad ta' sajran u żvilupp.
Barra minn hekk, għall-Klassi ‘Extra’, l-uniformità fil-lewn hija meħtieġa.
Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tirrappreżenta l-kontenut kollu.
B. L-ippakkjar
Il-frott taċ-ċitru jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra u ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet tad-ditta jitħalla biss jekk l-istampar u t-tikketta jsiru b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
Jekk il-frott ikun imkebbeb, irqiq, niexef, ġdid jew mingħajr riħa (7) trid tintuża karta.
L-użu ta' sostanzi li għandhom tendenza li jimmodifikaw karatteristiċi naturali tal-frott taċ-ċitru, speċjalment it-togħma jew ir-riħa tiegħu (7), huwa projbit.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal ieħor estranju. Għaldaqstant, il-preżentazzjoni ta' fergħa ċkejkna (mhux tal-injam) bi ftit weraq ħodor imqabbdin magħha hija permessa.
Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.
C. Preżentazzjoni
Il-frott taċ-ċitru jista' jiġi ppreżentat:
(a) |
imqiegħed f'safef regolari f'pakketti; |
(b) |
mhux imqiegħed f'safef regolari f'pakketti jew fi bramel kbar. Din il-preżentazzjoni hi permessa biss għall-Klassijiet I u II; |
(ċ) |
f'pakketti individwali ta' piż ta' mhux aktar minn 5 kg għal bejgħ dirett lill-konsumatur jew
|
VI. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR
Kull pakkett għandu juri d-dettalji li ġejjin b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati leġġibbli u indellibbli, u viżibbli minn barra.
A. L-identifikazzjoni
Isem u indirizz il-pakkjatur u/jew il-ispeditur.
Dan it-tagħrif jista' jinbidel:
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza ‘Pakkjatur u/jew Speditur’ (jew taqsiriet ekwivalenti); |
— |
għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'rabta qariba mal-avviż ‘Ippakkjat għal:’ jew avviż ekwivalenti. jew referenza ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi. |
B. It-tip tal-prodott
— |
L-isem tal-ispeċi jekk il-prodott ma jkunx viżibbli minn barra, minbarra l-mandarin li għalih l-isem tal-ispeċi jew il-varjetà (fejn applikabbli) hija obbligatorja, |
— |
Isem il-varjetà, għal-larinġ, |
— |
L-isem tat-tip: |
— |
għal-lumi: l-indikazzjoni ‘Verdelli’ u ‘Primofiore‘ fejn xieraq, |
— |
għall-klementin: l-indikazzjoni ‘Klementin, bla żerriegħa’, ‘Klementin’ (1 sa 10 żerriegħat), ‘Klementing biż-żerriegħa’ (aktar minn 10 żerriegħat) fejn xieraq. |
C. L-orġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
D. L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali
— |
Il-klassi. |
— |
Il-kodiċi tal-qies għall-frott ippreżentat skont l-iskala tal-qies jew l-ogħola u l-anqas limitu tal-kodiċi tal-qies fil-każ tat-tliet qisien konsekuttivi tal-iskala tal-qies. |
— |
Il-kodiċi tad-daqs (jew, meta l-frott li jkun ippakkjat skont l-għadd jaqa' f'żewġ kodiċi biswit xulxin, il-kodiċijiet ta' daqs jew dijametru minimu u massimu) u l-għadd ta' frott, fil-każ ta' frott imqiegħed f'safef fil-pakkett, |
— |
Meta jkun użat, aċċenn għall-aġent ta' preservazzjoni u s-sustanzi kimiċi l-oħra użati fl-istadju ta' wara l-ħsad. |
E. Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiv).
Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tiżgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqiegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 3: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FROTT TAL-KIWI
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għall-frott tal-kiwi tal-varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) imkabbra mill-Actinidia chinensis (Planch.) u Actinidia deliciosa (A. Chev., C.F. Liang u A.R. Ferguson) li għandu jitforna frisk lill-konsumatur, eskluż il-frott tal-kiwi għall-ipproċessar industrijali.
II. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiġu ddefiniti r-rekwiżiti fejn jirrigwarda l-kwalità tal-frott tal-kiwi wara l-proċess tat-tħejjija u l-ippakkjar.
A. Rekwiżiti minimi ta' kwalità
Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frott tal-kiwi jrid ikun:
— |
intatt (iżda mingħajr pedunklu), |
— |
f'saħħtu; prodotti affettwati mit-taħsir jew minn deterjorament li ma jħalluhomx tajba għall-konsum huma esklużi, |
— |
nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal estranju viżibbli, |
— |
prattikament ħieles mill-pesti, |
— |
prattikament ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti, |
— |
adegwatament sod: mhux artab, imkemmex jew imxarrab, |
— |
iffurmat tajjeb, frott doppju/multiplu eskluż, |
— |
ħieles minn indewwa esterna annormali, |
— |
ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja. |
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-frott tal-kiwi jrid ikunu tali li jgħinuh:
— |
jifilaħ għat-trasport u l-maniġġ, u |
— |
jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni. |
B. Rekwiżiti minimi ta' maturità
Il-frott tal-kiwi għandu jkun żviluppat biżżejjed u juri sajran sodisfaċenti. Sabiex jissodisfa dan ir-rekwiżit, il-frott irid jilħaq grad ta' sajran:
— |
fl-istadju tal-ippakkjar fir-reġjun tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni sussegwenti mill-pakkjatur, kif ukoll fl-istadju tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, b'tal-anqas 6,2 Brix jew medja ta' kontenut ta' materja xotta ta' 15 %, |
— |
fl-istadji l-oħra kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, b'tal-anqas 9,5 Brix. |
C. Klassifikazzjoni
Il-frott tal-kiwi huwa kklassifikat fi tliet klassijiet definit aktar 'l isfel.
(i) Il-Klassi ‘Extra’
Il-frott tal-kiwi f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun żviluppat tajjeb u jkollu l-karatteristiċi kollha u l-lewn tipiku tal-varjetà.
Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.
Il-proporzjon tad-dijametru minimu/massimu tal-frott imkejjel fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 0,8 jew akbar.
(ii) Il-Klassi I
Il-frott tal-kiwi f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.
Irid ikun sod u l-laħam irid ikun perfettament tajjeb.
Id-difetti żgħar segwenti, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
— |
difett żgħir fil-forma (iżda mingħajr nefħiet jew diformazzjonijiet), |
— |
difett żgħir fit-tilwin, |
— |
difetti superfiċjali fil-qoxra, sakemm l-erja totali affettwata ma taqbiżx 1 ċm2, |
— |
'Hayward mark' żgħira qisha linja lonġitudinali u mingħajr ħotob 'il barra. |
Il-proporzjon tad-dijametru minimu/massimu tal-frott imkejjel fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 0,7 jew akbar.
(iii) Il-Klassi II
Din il-klassi tinkludi frott tal-kiwi li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.
Il-frott għandu jkun raġonevolment sod u l-laħam m'għandux juri difetti serji.
Id-difetti segwent jistgħu jkunu permessi sakemm il-frott tal-kiwi jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
— |
difetti fil-forma, |
— |
difetti fit-tilwin, |
— |
difetti fil-qoxra, bħal qtugħ żgħir jew brix, sakemm l-erja totali affettwata ma taqbiżx iż-2 ċm2, |
— |
‘Hayward marks’ ħafna aktar qawwija bi b'ħotob ħfief,' |
— |
dbabar ħfief. |
III. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS
Id-daqs jiġi determinat skont il-piż tal-frott.
Il-piż minimu għall-Klassi 'Extra' huwa ta' 90 g, għall-Klassi I huwa ta' 70 g u għall-Klassi II huwa ta' 65 g.
Id-differenza fil-piż bejn l-akbar u l-iżgħar frotta f'pakkett wieħed ma tridx taqbeż:
— |
l-10 g għall-frott li jiżen sa 85 g, |
— |
l-15 g għall-frott li jiżen bejn 85 g u 120 g, |
— |
l-20 g għall-frott li jiżen bejn 120 g u 150 g, |
— |
l-40 g għall-frott li jiżen 150 g jew aktar, |
IV. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI
Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata,
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Il-Klassi ‘Extra’
5 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-klassi, iżda li jossodisfa dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.
(ii) Il-Klassi I
10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda jissodisfa dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.
(iii) Il-Klassi II
10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax la l-kondizzjonijiet tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodott affettwat bit-taħsir, dbabar qawwija jew kull deterjorament ieħor li ma jħallihx tajjeb għall-konsum.
B. Tolleranzi tad-daqs
Għall-klassijiet kollha: 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fejn jidħlu l-piż minimu u/jew il-firxa tal-qisien speċifikata.
Madanakllu, il-frott irid ikun ta' daqs immedjatament taħt jew fuq id-daqs indikat jew, fil-każ tal-iżgħar daqs, ma jridx jiżen anqas minn 85 g fil-Klassi 'Extra', 67 g fil-Klassi I u 62 g fil-Klassi II.
V. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI
A. L-uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss frott tal-kiwi tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs.
Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tirrappreżenta l-kontenut kollu.
B. L-ippakkjar
Il-frott tal-kiwi jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra u ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjal, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet tad-ditta jitħalla biss jekk l-istampar u t-tikkettar isiru b'linka jew kolla li m'humiex tossiċi.
Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal ieħor estranju.
C. Preżentazzjoni
Fil-Klassi ‘Extra’ il-frott irid ikun ippreżentat separatament minn xulxin, u rranġat b'mod regolari fuq saff wieħed.
VI. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR
Kull pakkett irid ikollu fuqu dawn id-dettalji li ġejjin, b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, leġibbli u indelibbli, u viżibbli minn barra:
A. L-identifikazzjoni
Isem u indirizz il-pakkjatur u/jew il-ispeditur.
Dan it-tagħrif jista' jinbidel:
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza ‘Pakkjatur u/jew Speditur’ (jew taqsiriet ekwivalenti); |
— |
għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'rabta qariba mal-avviż ‘Ippakkjat għal:’ jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi. |
B. It-tip tal-prodott
— |
‘Frott tal-kiwi’, ‘Actinidia’ jew denominazzjoni ekwivalenti, jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra, |
— |
isem il-varjetà (fakultattiv). |
C. L-orġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
D. L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali
— |
il-klassi, |
— |
id-daqs espress bil-piż minimu u massimu tal-frott, |
— |
għadd ta' prodotti (fakultattiv). |
E. Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva).
Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tiżgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqiegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 4: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-ĦASS, INDIVJA BIL-WERAQ MIBRUM U INDIVJA BIL-WERAQ WIESA'(BATAVIAN)
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għal:
— |
ħass ta' varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) imkabbra minn:
|
— |
indivja bil-weraq mibrum tal-varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) imkabbra miċ-Cichorium endivia L. var. crispum Lam., |
— |
indivja bil-weraq wiesa' (Batavian) (escaroles) tal-varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) imkabbra miċ-Cichorium endivia L. var. latifolium Lam., |
li għandhom jitfornew friski lill-konsumatur.
Dan l-istandard ma japplikax għall-prodotti maħsuba għall-ipproċessar industrijali, prodotti ppreżentati werqa werqa jew ħass fil-qsari.
II. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti dwar il-kwalità għall-prodotti wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.
A. Rekwiżiti minimi
Fil-kategoriji kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranza permessa, il-prodott irid ikun:
— |
intatti, |
— |
f'saħħtu; prodotti affettwati mit-taħsir jew minn deterjorament li ma jħalluhomx tajba għall-konsum huma esklużi, |
— |
nadif u mnaddaf, jiġifieri prattikament ħieles mill-ħamrija jew kull mezz ieħor ta' tkabbir u ħieles minn kull materja estranja viżibbli, |
— |
friski fid-dehra, |
— |
minfuħ, |
— |
prattikament ħieles mill-pesti, |
— |
prattikament ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti, |
— |
mhux fi stat li jinbidel f'żerriegħa |
— |
ħieles minn indewwa esterna annormali, |
— |
ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja. |
Fil-każ tal-ħass, jitħalla telf ta' lewn fl-aħmar, ikkaġunat minn temperatura baxxa matul it-tkabbir, sakemm ma jolqotx b'mod serju d-dehra tal-prodott.
L-għeruq iridu jinqatgħu qrib il-bażi tal-weraq ta' barra u l-qatgħa trid tkun pulita.
Il-prodott irid ikun ta' żvilupp normali.
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-prodott irid ikunu tali li jippermettulu:
— |
jiflaħ għat-trasport u l-maniġġ, u |
— |
jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni. |
B. Klassifikazzjoni
Il-prodotti huma kklassifikati fiż-żewġ kategoriji definiti hawn taħt:
(i) Il-Klassi I
Il-prodotti f'din il-klassi jrid ikunu ta' kwalità tajba. Huma jrid ikunu karatteristiċi tal-varjetà jew tat-tip kummerċjali, speċjalment fil-lewn.
Il-prodotti jrid ikunu wkoll:
— |
iffurmati tajjeb, |
— |
sodi, waqt li jitqiesu l-metodi ta' kultivazzjoni u t-tip tal-prodott, |
— |
ħielsa minn ħsara jew deterjorament li ma jħalluhomx tajbin biex jittieklu, |
— |
ħielsa minn ħsara mill-ġlata. |
Il-ħass kaboċċjat irid ikollu qalba wahda ffurmata sewwa. Iżda, fil-każ ta' ħass ikkaboċċjat li jitkabbar taħt protezzjoni, il-qalba tista' tkun żgħira.
Il-ħass Cos irid ikollu qalba, li tista' tkun żgħira.
Il-qalba tal-indivja bil-weraq mibrum u tal-indivja bil-weraq wiesa' (Batavian) trid tkun lewn isfar.
(ii) Il-Klassi II
Din il-klassi tinkludi prodotti li ma jikkwalifikawx għad-dħul fil-Klassi I, iżda jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi speċifikati hawn fuq.
Il-prodotti jrid ikunu:
— |
raġonevolment iffurmati sew, |
— |
ħielsa minn ħsara u deterjorament li b'mod serju ma jħalluhomx ikunu tajbin biex jittieklu. |
Id-difetti li ġejjin jistgħu jitħallew sakemm il-prodotti jżommu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom fejn jidħlu l-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:
— |
difetti żgħar fil-lewn, |
— |
ħsara ħafifa kkważata mill-pesti. |
Il-ħass ikkaboċċjat irid ikollu qalba, li tista' tkun żgħira. Iżda, fil-każ ta' ħass ikkaboċċjat li jitkabbar taħt protezzjoni, in-nuqqas ta' qalba jista' jkun permess.
Il-ħass Cos jista' ma jurix qalba.
III. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS
Id-daqs ikun iddeterminat mill-piż ta' unità waħda.
A. Piż minimu
Il-piż minimu għall-Klassijiet I u II huwa:
|
Imkabbra fil-beraħ |
Imkabbra taħt protezzjoni |
Ħass ikkaboċċjat (mbarra ħass tat- tip ‘crisphead’ jew ‘Iceberg’) u ħass Cos jew Romaine (eskluż ħass tat-tip ‘Little gem’) |
150 g |
100 g |
Ħass tat-tip ‘crisphead’ u ‘Iceberg’ |
300 g |
200 g |
Ħass għat-tqattigħ (leaf lettuces) u ħass ‘Little gem’ |
100 g |
100 g |
Indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa' (Batavian) |
200 g |
150 g |
B. Uniformità
(a) |
Ħass Fil-kategoriji kollha, id-differenza bejn l-eħfef u l-itqal unità f' kull pakkett ma tridx taqbeż:
|
(b) |
Indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa' (Batavian) Fil-kategoriji kollha, id-differenza bejn l-eħfef u l-itqal unità f'kull pakkett ma tridx taqbeż it-300 g. |
IV. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI
Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata,
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Il-Klassi I
10 % fl-għadd ta' unitajiet li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal- Klassi II jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.
(ii) Il-Klassi II
10 % fl-għadd ta' unitajiet li ma jissodisfawx la r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodotti mimsusa minn taħsir jew deterjorament ieħor li ma jħalluhomx tajbin għall-konsum.
B. Tolleranzi tad-daqs
Fil-klassijiet kollha, 10 % fl-għadd ta' unitajiet li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet dwar id-daqs, iżda li ma jkunux jiżnu aktar jew anqas minn 10 % tal-piż inkwistjoni.
V. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI
A. L-uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss prodotti tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs.
Madankollu, tista' tkun ippakkjata flimkien taħlita tat-tipi differenti ta' prodotti deskritti f'dan l-istandard, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull tip konċernat, fid-daqs. Barra minn hekk, it-tipi għandhom ikunu jintgħarfu wieħed mill-ieħor b'mod ċar u l-proporzjon ta' kull tip fil-pakkett għandu jkun jidher mingħajr ma ssir ħsara lill-pakkett.
Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tirrappreżenta l-kontenut kollu.
B. L-ippakkjar
Il-prodotti jrid ikunu ppakkjati b'mod li jkunu protetti kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra u ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjal, partikolarment ta' karta jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess sakemm l-istampar jew it-tikkettjar ikun sar b'linka jew kolla mhux tossiċi.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal ieħor estranju.
Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.
C. Preżentazzjoni
Il-prodotti ppreżentati f'aktar minn saff wieħed jistgħu jkunu ppakkjati bil-qiegħ ta' wieħed fuq il-qalba tal-ieħor sakemm is-safef jew l-irjus ikunu protetti jew separati kif ikun xieraq.
VI. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR
Kull pakkett għandu juri d-dettalji li ġejjin b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b'mod leġġibbli u indellibbli, u viżibbli minn barra.
A. L-identifikazzjoni
Isem u indirizz il-pakkjatur u/jew il-ispeditur.
Dan it-tagħrif jista' jinbidel:
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrapreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza ‘Pakkjatur u/jew Speditur’ (jew taqsiriet ekwivalenti); |
— |
għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'rabta qariba mal-avviż ‘Ippakkjat għal:’ jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi. |
B. It-tip tal-prodott
— |
‘Ħass’, Ħass ‘Butterhead’, ‘Batavia’, ‘Ħass Iceberg’, ‘Ħass Cos’, ‘Ħass għat-tqattigħ’ (jew, pereżempju u fejn xieraq, ‘Werqa tal-ballut’, ‘Lollo bionda’, ‘Lollo rossa’, ‘Indivja bil-weraq mibrum’ jew ‘indivja bil-weraq wiesa (Batavian)’ jew sinonimi jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra |
— |
‘Little gem’ fejn xieraq jew sinonimi oħra |
— |
Indikazzjoni ‘imkabbra taħt protezzjoni’, jew xi indikazzjoni oħra xierqa, meta jkun il-każ |
— |
Isem il-varjetà (fakultattiv) |
— |
Meta tipi differenti ta' prodotti jkunu mħallta flimkien:
|
C. L-orġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
D. L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali
— |
il-klassi |
— |
id-daqs, espress mill-piż minimu għal kull unità jew l-għadd ta' unitajiet |
— |
il-piż nett (fakultattiv). |
E. Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva).
Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tiżgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 5: L-ISTANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-ĦAWĦ U Ċ-NUĊIPRISK
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għal ħawħ u n-nuċiprisk (8) imkabbra minn varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) ta' Prunus persica Sieb. u Zucc., li għandhom jitfornew friski lill-konsumatur, eskluż il-ħawħ u n-nuċiprisk għal ipproċessar industrijali.
II. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ
L-għan tal-livell hu sabiex jiddeffinixxi r-rekwiżiti ta' kwalità għall-ħawħ u n-nuċipresk wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.
A. Rekwiżiti minimi ta' kwalità
Fil-klassijiet kollha, soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-ħawħ u n-nuċipresk irid ikunu:
— |
intatti, |
— |
f'saħħithom; prodotti affettwati mit-taħsir jew minn deterjorament li ma jħalluhomx tajba għall-konsum huma esklużi, |
— |
nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal estranju viżibbli, |
— |
prattikament ħielsa minn pesti, |
— |
prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti, |
— |
ħielsa minn indewwa esterna annormali, |
— |
ħielsa minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja. |
Ħawħ u nuċipresk irid ikunu nqatgħu bil-galbu.
L-żvilupp u l-istat tal-ħawħ u n-nuċipresk għandhom ikunu tali sabiex ikunu jistgħu:
— |
jifilħu għat-trasport u l-maniġġ, u |
— |
jaslu f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni. |
B. Rekwiżiti minimi ta' maturità
Il-ħawħ u nuċiprisk irid ikunu żviluppati biżżejjed u juru sajran sodisfaċenti.
L-iżvilupp u l-istat tal-maturità tal-ħawħ u n-nuċiprisk irid ikunu tali li jippermettulhom ikomplu l-proċess tas-sajran u jilħqu livell sodisfaċenti ta' sajran. Sabiex jiġi ssodisfat dan ir-rekwiżit l-indiċi refrattometru tal-laħam, imkejjel fil-punt mezzan tal-frotta fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 8 oBrix jew akbar u s-sodezza għandha tkun anqas minn 6,5 kg imkejla bi planġer ta' 8 mm dijametru (0,5cm2) f'żewġ punti tas-sezzjoni ekwatorjali tal-frotta.
C. Klassifikazzjoni
Il-ħawħ u n-nuċiprisk huma kklassifikati fi tlett klassijiet kif imfissra taħt:
(i) Il-Klassi ‘Extra’
Il-ħawħ u n-nuċipresk f'din il-klassi jrid ikunu ta' kwalità superjuri. Fil-forma, żvilupp u lewn irid ikunu tipiċi tal-varjetà b'kunsiderazzjoni għad-distrett li fih ikunu mkabbra. Irid ikunu mingħajr difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali żgħar ħafna, sakemm dawn ma jaffettwawx l-apparenza ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tiegħu fil-pakkett.
(ii) Il-Klassi I
Il-ħawħ u n-nuċipresk f'din il-klassi jrid ikunu ta' kwalità tajba. Irid ikunu karatteristiċi tal-varjetà b'kunsiderazzjoni għad-distrett li fih ikunu mkabbra. Madankollu, difett żgħir fil-forma, żvilupp jew lewn jista' jitħalla.
Il-laħam irid ikun kompletament f'saħħtu.
Il-ħawħ u n-nuċipresk maqsuma minn fejn iz-zokk jaqbad mal-frotta jkunu esklużi.
Difetti żgħar fil-qoxra, madankollu, jistgħu jitħallew sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tiegħu fil-pakkett u li ma jaqbżux:
— |
1 ċm fit-tul għal difetti ta' forma tawwalija, |
— |
0,5 ċm2 f'erja totali għal difetti oħra. |
(iii) Il-Klassi II
Din il-klassi tinkludi l-ħawħ u n-nuċipresk li ma jikkwalifikawx għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.
Il-laħam tal-frotta ma għandux juri xi difetti serji. Il-frott maqsum minn fejn iz-zokk jaqbad mal-frotta huwa permess biss b'rabta mat-tolleranzi tal-kwalità.
Id-difetti segwenti fil-qoxra jistgħu jitħallew sakemm il-ħawħ u nuċipresk iżommu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni u ma jaqbżux:
— |
2 ċm fit-tul għal difetti ta' forma tawwalija, |
— |
1,5 ċm2 f'erja totali għal difetti oħra. |
III. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS
Id-daqs jiġi stabbilit b':
— |
ċirkumferenza, jew |
— |
dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali. |
Il-ħawh u n-nuċipresk irid ikunu ggradat skont l-iskala segwenti:
Dijametru |
Qisien (kodiċi) |
Ċirkumferenza |
90 mm u aktar |
AAAA |
28 ċm u aktar |
80 mm u aktar iżda taħt id-90 mm |
AAA |
25 ċm u aktar iżda taħt it-28 mm |
73 mm u aktar iżda taħt it-80 mm |
AA |
23 ċm u aktar iżda taħt il-25 ċm |
67 mm u aktar iżda taħt it-73 mm |
A |
21 ċm u aktar iżda taħt it-23 mm |
61 mm u aktar iżda taħt is-67 mm |
B |
19 ċm u aktar iżda taħt il-21 ċm |
56 mm u aktar iżda taħt il-61 mm |
C |
17,5 ċm u aktar iżda taħt id-19 ċm |
51 mm u aktar iżda taħt is-56 mm |
D |
16 ċm u aktar iżda taħt is-17,5 ċm |
Id-daqs minimu permess ghall-klassi 'Extra' huwa ta' 17,5 ċm (ċirkumferenza) jew 56 mm (dijametru).
Daqs D (51 mm jew iżjed iżda anqas minn 56 mm ta' dijametru jew 16 ċm u iżjed iżda anqas minn 17,5 ċm ċirkumferenza) mhux permess fil-perijodu bejn l-1 ta' Lulju to l-31 ta' Ottubru.
Għandu jingħata daqs f'kull klassi.
IV. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI
Jistgħu jiġu permessi tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata,
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Il-Klassi ‘Extra’
5 % fl-għadd jew fil-piż tal-ħawħ jew in-nuċiprisk li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk ta' Klassi I, jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.
(ii) Il-Klassi I
10 % fl-għadd jew fil-piż tal-ħawħ jew in-nuċiprisk li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk ta' Klassi II, jew, eċċezzjonalment, li huma skont it-tolleranzi għal dik il-klassi.
(iii) Il-Klassi II
10 % fl-għadd jew fil-piż tal-ħawħ jew in-nuċiprisk li ma jissodisfawx la lr-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, bl-eċċezzjoni tal-frott milqut bit-taħsir, tbabar sew jew kull deterjorament ieħor li ma jħalluhomx tajbin għall-kunsum.
B. Tolleranzi tad-daqs
Għall-klassijiet kollha, 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-ħawħ jew tan-nuċiprisk sa mhux aktar minn 1 ċm aktar jew anqas mid-daqs iddikjarat fuq il-pakkett fil-każ ta' kejl taċ-ċirkomferenza u sa mhux aktar minn 3 mm aktar jew anqas fil-każ ta' kejl tad-dijametru. Madankollu, għal frott fl-iżgħar daqs, din it-tolleranza għandha tapplika biss għal ħawħ jew in-nuċiprisk ta' daqs iżgħar b'mhux aktar minn 6 mm (ċirkunferenza) jew 2 mm (dijametru) mid-daqs minimu speċifikat.
V. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI
A. L-uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss ħawħ jew nuċiprisk tal-istess oriġini, varjetà, kwalità, grad ta' sajran u daqs, u għall-klassi ‘Extra’, il-kontenut irid ikun uniformi fil-lewn.
Il-parti li tidher tal-kontenut ta' kull pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B. L-ippakkjar
Il-ħawħ u n-nuċiprisk irid ikunu ppakkjati b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra u ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet tad-ditta jitħalla biss jekk l-istampar u t-tikketta jsiru b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal ieħor estranju.
C. Il-preżentazzjoni
Il-ħawħ u n-nuċiprisk jistgħu jkunu ppreżentati:
— |
f'pakketti żgħar ta' unità, |
— |
f'saff wieħed, fil-każ tal-Klassi ‘Extra’; kull frotta individwali f'din il-klassi għandha tkun isseparata minn dawk ta' madwarha. |
Fil-Klassijiet I u II:
— |
f'saff wieħed jew tnejn, jew |
— |
f'mhux aktar minn erba' safef meta l-frott ikun mqiegħed f'riċipjenti riġidi rranġati b'tali mod li ma jserrħux fuq il-bqija tal-frott fis-saff immedjat ta' taħthom. |
VI. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR
Kull pakkett irid ikollu d-dettalji li ġejjin f'ittri fuq l-istess naħa, stampati leġibbli u indelibbli u viżibbli minn barra:
A. L-identifikazzjoni
Isem u indirizz il-pakkjatur u/jew il-ispeditur.
Dan it-tagħrif jista' jinbidel:
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrapreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza ‘Pakkjatur u/jew Speditur’ (jew taqsiriet ekwivalenti); |
— |
għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'rabta qariba mal-avviż ‘Ippakkjat għal:’ jew avviż ekwivalenti. jew referenza ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi. |
B. It-tip tal-prodott
— |
‘Ħawħ’ jew ‘nuċiprisk’, jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra, |
— |
il-lewn tal-laħam, |
— |
isem il-varjetà (fakultattiv). |
C. L-orġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
D. L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali
— |
il-klassi, |
— |
daqs espress f'dijametri minimi u massimi jew ċirkumferenza minima u massima jew skont il-kodifikar stabbilit fit-Taqsima III ‘Dispożizzjonijiet dwar id-daqs’, |
— |
għadd ta' unitajiet (fakultattiv), |
— |
kontenut minimu ta' zokkor, imkejjel b'refrattrometru u espress fi gradi ta' Brix (fakultattiv), |
— |
sodezza massima, imkejjla b'penetrometru u espressa f'kg/0,5 ċm2 (fakultattiv), |
E. Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva).
Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tiżgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 6: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦAL-LANĠAS
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għal lanġas ta' varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) imkabbrin mill-Pyrus communis L. li għandu jitforna frisk lill-konsumatur, eskluż il-lanġas għall-ipproċessar industrijali.
II. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinjixxi r-rekwiżiti ta' kwalità, wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.
A. Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, skont id-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-lanġas għandu jkun:
— |
intatt, |
— |
f'saħħtu; prodotti affettwati mit-taħsir jew minn deterjorament li ma jħalluhomx tajba għall-konsum huma esklużi, |
— |
nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal estranju viżibbli, |
— |
prattikament ħieles minn pesti, |
— |
prattikament ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti, |
— |
ħieles minn indewwa esterna annormali, |
— |
ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja. |
Barra minn hekk, irid ikun inqata' bil-galbu.
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-lanġas għandhom ikunu tali li tippermettilu:
— |
ikompli jsir u jilħaq l-istat misjur meħtieġ skont il-karatteristiċi tal-varjetà, |
— |
jiflaħ għat-trasport u l-maniġġ u |
— |
jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni. |
B. Klassifikazzjoni
Il-lanġas huwa kklassifikati fi tliet klassijiet definit hawn taħt.
(i) Il-Klassi ‘Extra’
Lanġas f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Fil-forma, fid-daqs u l-lewn, irid ikun bl-istess karatteristiċi tal-varjetà u jrid ikun b'zokk intatt.
Il-laħam irid ikun perfettament f'saħħtu, u l-qoxra ħielsa minn ħmura samranija raffa (9).
Irid ikun ħieles minn difetti ħlief xi difetti superfiċjali ħfief sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-frotta, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.
Il-lanġas ma jridx ikun imrammel.
(ii) Il-Klassi I
Il-lanġas ta' din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Fil-forma, daqs u l-lewn, irid ikun karatteristiku tal-varejtà.
Il-laħam irid ikun perfettament f'saħħtu, u l-qoxra ħielsa minn ħmura samranija raffa (9).
Id-difetti żgħar segwenti, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakketti:
— |
difett żgħir fil-forma tagħom, |
— |
difett żgħir fl-iżvilupp, |
— |
difett żgħir fit-tilwin, |
— |
difetti żgħar fil-qoxra li m'għandhomx ikun aktar minn:
|
Iz-zokk jista' jkollu ħsara żgħira.
Il-lanġas ma jridx ikun imrammel.
(iii) Il-Klassi II
Din il-klassi tiġbor fiha lanġas li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.
Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti kbar.
Id-difetti li ġejjin huma awtorizzati sakemm il-frott iżomm il-karatteristiċi essenzali tiegħu dwar il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
— |
difetti fil-forma, |
— |
difetti fl-iżvilupp, |
— |
difetti fit-tilwin, |
— |
ftit ħmura samranija raffa (9), |
— |
id-difetti tal-qoxra m'għandhomx ikunu akbar minn:
|
III. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS
Id-daqs huwa stabbilit skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali.
Daqs minimu huwa meħtieġ għal kull klassi kif ġej:
|
‘Extra’ |
Klassi I |
Klassi II |
Varjetajiet ta' frott kbir (10) |
60 mm |
55 mm |
55 mm |
Varjetajiet oħra |
55 mm |
50 mm |
45 mm |
Eċċezzjonalment, u għal lanġas tas-sajf inklużi fl-anness għal dan l-istandard, l-ebda daqs minimu ma hu se jiġi stabbilit għal kunsinni maħsuda u kunsinnati bejn l-10 ta' Ġunju u l-31 ta' Lulju (inklużi) fi kwalunkwe sena.
Biex jiġi żgurat li jkun hemm uniformità ta' daqs f'pakkett, id-differenza fid-dijametru bejn frott fl-istess pakkett għandha tkun ristretta għal:
— |
5 mm għall-frott tal-Klassi Extra u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u safef, |
— |
10 mm għal frott tal-Klassi I ippakkjat sfuż fil-pakkett jew f'pakketti għall-bejgħ. |
Ma hemmx limitu dwar uniformità fid-daqsijiet għal frott tal-Klassi II ippakkjat sfuż fil-pakkett jew f'pakketti għall-bejgħ.
IV. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI
Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata,
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Il-Klassi ‘Extra’
5 % fl-għadd jew fil-piż tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.
(ii) Il-Klassi I
10 % fl-għadd jew fil-piż tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi. Madankollu, lanġas mingħajr żokk ma humiex inklużi f'din it-tolleranza.
(iii) Il-Klassi II
10 % fl-għadd jew fil-piż tal-lanġas li ma jissodisfax la r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, ħlief prodotti affettwati mit-taħsir jew xi deterjorament ieħor li ma jħalluhx tajjeb għal konsum.
Fil-limiti ta' din it-tolleranza, massimu ta' 2 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott huwa permess li juri d-difetti li gejjin:
— |
ħsara ħafifa jew xquq li ma ssewwewx, |
— |
traċċi żgħar ħafna ta' taħsir, |
— |
il-preżenza ta' pesti li jieklu mill-intern u/jew ħsara fil-laħam ikkawżata mill-pesti. |
B. Tolleranzi tad-daqs
Għall-klassijiet kollha:
10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott li jikkorrespondi mad-daqs immedjatament aktar jew anqas minn dak immarkat fuq il-pakkett, li, għal frott ikklassifikat fl-iżgħar grad permessa varjazzjoni massima ta' 5 mm anqas mill-minimu.
V. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI
A. L-uniformità
Il-kontentut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss lanġas tal-istess oriġini, varjetà,, kwalità u daqs (jekk ikun skont id-daqs) u l-istess livell ta' sajran.
Fil-każ tal-Klassi 'Extra', l-uniformità tapplika wkoll għal tilwin.
Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tirrappreżenta l-kontenut kollu.
B. L-ippakkjar
Il-lanġas irid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra u ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet tad-ditta jitħalla biss jekk l-istampar u t-tikketta jsiru b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal ieħor estranju.
Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.
C. Il-preżentazzjoni
Frott tal-Klassi ‘Extra’ jrid ikun ippakkjat f'ringieli u safef.
VI. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR
Kull pakkett irid ikollu fuqu dawn id-dettalji li ġejjin, b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, leġibbli u indelibbli, u viżibbli minn barra:
A. L-identifikazzjoni
Isem u indirizz il-pakkjatur u/jew il-ispeditur.
Dan it-tagħrif jista' jinbidel:
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrapreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza 'Pakkjatur u/jew Speditur' (jew taqsiriet ekwivalenti); |
— |
għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'rabta qariba mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi. |
B. It-tip tal-prodott
— |
‘Lanġas’ jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra, |
— |
isem il-varjetà. |
C. L-oriġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
D. L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali
— |
il-Klassi, |
— |
id-daqs jew, għal frott ippakkjat f'ringieli u safef, l-għadd ta' unità. |
Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:
(a) |
għal prodotti soġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala dijametri minimi u massimi; |
(b) |
għal prodotti mhux soġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala d-dijametru tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwita bi ‘u akbar’ jew denominazzjoni ekwivalenti jew, fejn xieraq, bid-dijametru tal-akbar frotta fil-pakkett. |
E. Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva).
Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tiżgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
Appendiċi
1. Kriterji tad-daqs
L |
= |
Varjetà ta' frott kbir |
SP |
= |
Lanġasa tas-sajf, li għaliha daqs minimu m'huwiex meħtieġ fir-rigward ta' kunsinni maħsuda u kunsinnati bejn l-10 ta' Ġunju u l-31 ta' Lulju ta' kwalunkwe sena. |
2. Lista mhux eżawrjenti ta' varjetarjiet tal-lanġas ta' frotta kbira u tas-sajf ikklassifikati skont il-kriterji tagħhom tad-daqs
Frott żgħir u varjetajiet oħra li ma jidhrux fil-lista jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-daqs għal varjetajiet oħrajn kif deskritti fit-Taqsima III tal-istandard.
Uħud mill-varjetajiet imniżżla fil-lista li segwenti jistgħu jiġu kkummerċjalizzati b'ismijiet kummerċjali li għalihom kien intalbet jew inkisbet il-protezzjoni ta' trademark f'xi pajjiż jew pajjiżi. L-ewwel u t-tieni kolonna tat-tabella ta' hawn taħt ma humiex intiżi li jinkludu ismijiet kummerċjali. Referenzi għal trademarks magħrufa ġew inklużi fit-tielet kolonna għall-iskopijiet ta' tagħrif biss.
Varjetà |
Sinonimi |
Isem kummerċjali |
Daqs |
Abbé Fétel |
Abate Fetel |
|
L |
Abugo o Siete en Boca |
|
|
SP |
Akςa |
|
|
SP |
Alka |
|
|
L |
Alsa |
|
|
L |
Amfora |
|
|
L |
Alexandrine Douillard |
|
|
L |
Bergamotten |
|
|
SP |
Beurré Alexandre Lucas |
Lucas |
|
L |
Beurré Bosc |
Bosc, Beurré d'Apremont, Empereur Alexandre, Kaiser Alexandre |
|
L |
Beurré Clairgeau |
|
|
L |
Beurré d'Arenberg |
Hardenpont |
|
L |
Beurré Giffard |
|
|
SP |
Beurré précoce Morettini |
Morettini |
|
SP |
Blanca de Aranjuez |
Agua de Aranjuez, Espadona, Blanquilla |
|
SP |
Carusella |
|
|
SP |
Castell |
Castell de Verano |
|
SP |
Colorée de juillet |
Bunte Juli |
|
SP |
Comice rouge |
|
|
L |
Concorde |
|
|
L |
Condoula |
|
|
SP |
Coscia |
Ercolini |
|
SP |
Curé |
Curato, Pastoren, Del cura de Ouro, Espadon de invierno, Bella de Berry, Lombardia de Rioja, Batall de Campana |
|
L |
D'Anjou |
|
|
L |
Dita |
|
|
L |
D. Joaquina |
Doyenné de juillet |
|
SP |
Doyenné d'hiver |
Winterdechant |
|
L |
Doyenné du comice |
Comice, Vereinsdechant |
|
L |
Erika |
|
|
L |
Etrusca |
|
|
SP |
Flamingo |
|
|
L |
Forelle |
|
|
L |
Général Leclerc |
|
Amber GraceTM |
L |
Gentile |
|
|
SP |
Golden Russet Bosc |
|
|
L |
Grand champion |
|
|
L |
Harrow Delight |
|
|
L |
Jeanne d'Arc |
|
|
L |
Josephine |
|
|
L |
Kieffer |
|
|
L |
Leonardeta |
Mosqueruela, Margallon, Colorada de Alcanadre, Leonarda de Magallon |
|
SP |
Lombacad |
|
Cascade® |
L |
Moscatella |
|
|
SP |
Mramornaja |
Mramornoje |
|
L |
Mustafabey |
|
|
SP |
Packham's Triumph |
Williams d'Automne |
|
L |
Passe Crassane |
Passa Crassana |
|
L |
Perita de San Juan |
|
|
SP |
Pérola |
|
|
SP |
Pitmaston |
Williams Duchesse |
|
L |
Précoce de Trévoux |
Trévoux |
|
SP |
Président Drouard |
|
|
L |
Rosemarie |
|
|
L |
Santa Maria |
Santa Maria Morettini |
|
SP |
Spadoncina |
Agua de Verano, Agua de Agosto |
|
SP |
Taylors Gold |
|
|
L |
Triomphe de Vienne |
|
|
L |
Williams Bon Chrétien |
Bon Chrétien, Bartlett, Williams, Summer Bartlett |
|
L |
PARTI 7: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FRAWLI
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard ta' kwalità japplika għall-frawli ta' varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) imkabbra mill-ġenus Fragaria L. li għandu jitforna frisk lill-konsumatur, eskluż frawli intiż għall-ipproċessar industrijali.
II. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiġu ddefiniti r-rekwiżiti tal-kkwalità fejn jirrigwarda l-kwalità tal-frawli wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.
A. Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frawli jrid ikun:
— |
intatt, |
— |
f'saħħtu; prodotti affettwati mit-taħsir jew mid-deterjorament li ma jħalluhomx tajba għall-konsum huma esklużi, |
— |
nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal estranju viżibbli, |
— |
friski fid-dehra, iżda mhux maħsula, |
— |
prattikament ħieles mill-pesti, |
— |
prattikament ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti, |
— |
bil-berkun (ħlief fil-każ ta' frawli selvaġġ); il-berkun u z-zokk (jekk ikunu hemm) irid ikunu friski u ħodor, |
— |
ħieles minn indewwa esterna annormali, |
— |
ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja. |
Il-frawli jrid ikun inqata' bil-galbu.
Irid ikun żviluppat biżżejjed u juri sajran sodisfaċenti. L-iżvilupp u l-kundizzjoni jrid ikunu tali li jippermettulu:
— |
jiflaħ għat-trasport u l-maniġġ, u |
— |
jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni. |
B. Klassifika
Il-frawli jiġi kklassifikat fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:
(i) Il-Klassi ‘Extra’
Il-frawli ta' din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.
Irid ikun ileqq fl-apparenza, u jippermetti l-karatteristiċi tal-varjetà.
Irid ikun ħieles mill-ħamrija.
Irid ikun ħieles minn difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali ħfief sakemm dawn ma jkunux jaffettwaw id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.
(ii) Il-Klassi I
Il-frawli f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Fejn jidħol il-lewn u l-forma, irid ikun karatteristiku tal-varjetà.
Id-difetti żgħar segwenti, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakketti:
— |
difett żgħir fil-forma, |
— |
roqgħa bajda, li ma teċċedix wieħed minn għaxra tal-erja tal-wiċċ tal-frotta, |
— |
marki żgħar ta' tagħfis fil-wiċċ. |
Irid ikun prattikament ħieles mill-ħamrija.
(iii) Il-Klassi II
Din il-klassi tinkludi l-frawli li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.
Id-difetti segwent jistgħu jkunu permessi sakemm il-frawli jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
— |
difetti fil-forma, |
— |
roqgħa bajda li ma tkunx akbar minn wieħed minn ħamsa tal-erja tal-wiċċ tal-frotta, |
— |
dbabar ħafif xott li mhux probabbli li jinfirex, |
— |
traċċi żgħar ta' ħamrija. |
III. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS
Id-daqs hu determinat mid-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali.
Il-frawli jrid ikollu d-daqsijiet minimi li ġejjin:
— |
il-Klassi ‘Extra’ 25 mm, |
— |
Klassijijet I u II: 18 mm. |
Ma hemmx daqs minimu għall-frawli selvaġġ.
IV. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI
Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata,
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Il-Klassi ‘Extra’
5 % fl-għadd jew fil-piż tal-frawli li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi. Minn dawn il-5 % mhux aktar minn total ta' 2 % jista' jikkonsisti minn frott imħassar.
(ii) Il-Klassi I
10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi. Minn dawn l-10 %, mhux aktar minn total ta' 2 % jista' jikkonsisti minn frott imħassar.
(iii) Il-Klassi II
10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frawli li ma jissodisfax la r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, ħlief prodotti affettwati mit-taħsir jew xi deterjorament ieħor li ma jħalluhx tajjeb għal konsum. Minn dawn l-10 %, mhux aktar minn total ta' 2 % jista' jikkonsisti minn frott imħassar.
B. Tolleranzi tad-daqs
Għall-klassijiet kollha: 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frawli li ma jikkonformax mad-daqs minimu.
V. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI
A. L-uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss frawli tal-istess oriġini, varjetà u kwalità.
Fil-każ tal-Klassi ‘Extra’, il-frawli – bl-eċċezzjoni tal-frawli tal-bosk – irid ikun partikolarment uniformi u regolari fir-rigward tal-grad tas-sajran, lewn u daqs. Fil-Klassi I, il-frawli jistgħu jkunu anqas uniformi fid-daqs.
Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tirrappreżenta l-kontenut kollu.
B. L-ippakkjar
Il-frawli jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra u ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet tad-ditta jitħalla biss jekk l-istampar u t-tikketta jsiru b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
Il-frott tal-Klassi ‘Extra’ jrid ikun ippreżentat partikolarment tajjeb.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal ieħor estranju.
Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.
VI. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR
Kull pakkett irid ikollu fuqu dawn id-dettalji li ġejjin, b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, leġġibbli u indelibbli, u viżibbli minn barra:
A. L-identifikazzjoni
Isem u indirizz il-pakkjatur u/jew il-ispeditur.
Dan it-tagħrif jista' jinbidel:
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrapreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza ‘Pakkjatur u/jew Speditur’ (jew taqsiriet ekwivalenti); |
— |
għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'rabta qariba mal-avviż ‘Ippakkjat għal:’ jew avviż ekwivalenti. jew referenza ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi. |
B. It-tip tal-prodott
— |
‘Frawli’, jekk il-kontenut tal-pakkett ma jkunx viżibbli minn barra. |
— |
Isem il-varjetà (fakultattiv). |
C. L-orġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbar jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
D. L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali
— |
Il-klassi. |
E. Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva).
Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tiżgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqiegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 8: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-BŻAR ĦELU
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għal bżar ħelu ta' varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) imkabbrin mill-Capsicum annuum L. var. annuum, li għandu jitforna frisk lill-konsumatur, eskluż il-bżar ħelu intiż għall-ipproċessar industrijali.
Skont l-għamla tagħhom issir distinzjoni bejn erba' tipi kummerċjali:
— |
bżar ħelu tawwali (bil-ponta), |
— |
bżar ħelu kwadru (mingħajr ponta), |
— |
bżar ħelu kwadru li jkun ġej għall-ponta (parti ta' fuq għamla ta' labra tal-inxir), |
— |
bżar ħelu ċatt (bżar tadami). |
II. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għall-bżar ħelu wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.
A. Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u għat-tolleranza permessa, il-bżar ħelu jrid ikun:
— |
intatt, |
— |
f'saħħtu; prodotti affettwati mit-taħsir jew mid-deterjorament li ma jħalluhomx tajba għall-konsum huma esklużi, |
— |
nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal estranju viżibbli, |
— |
frisk fid-dehra, |
— |
prattikament ħieles mill-pesti, |
— |
prattikament ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti, |
— |
żviluppat sew, |
— |
ħieles mill-ħsarat ikkawżati mill-ġlata, |
— |
ħieles minn ħsarat li ma jkunux fiequ, |
— |
ħieles minn ħruq tax-xemx [ħlief għall l-ispeċifikazzjonijiet fil-Kapitolu B: Klassifikazzjoni, il-punt (ii)], |
— |
bil-pedunkuli mwaħħla, |
— |
ħieles minn indewwa esterna annormali, |
— |
ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja. |
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-bżar ħelu jrid ikunu tali li tippermettilu:
— |
jiflaħ għat-trasport u l-maniġġ, u |
— |
jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni. |
B. Klassifika
Il-bżar ħelu huwa klassifikat f'żewġ klassijiet, iddefiniti hawn taħt:
(i) Il-Klassi I
Bżar ħelu f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali f'dak li jirrigwardja l-iżvilupp, il-forma u l-lewn b'kunsiderazzjoni xierqa tal-livell tas-sajran.
Irid ikun ukoll:
— |
sod, |
— |
prattikament ħieles mit-tbajja'. |
Il-pedunkulu jista' jkollu ħsara ħafifa jew jkun maqtugħ bil-berkun intatt.
(ii) Il-Klassi II
Din il-klassi tinkludi bżar ħelu li ma jikkwalifikax sabiex ikun inkluż fil-Klassi I iżda jissodisfa r-rekwiżiti minimi speċifikati hawn fuq.
Id-difetti segwent jistgħu jkunu permessi sakemm il-bżar iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
— |
difetti fil-forma u l-iżvilupp, |
— |
ħruq mix-xemx jew ħsarat żgħar li jkunu fiequ, b'limitu ta' 2 cm fit-tul tad-difetti tal-forma tawwalija, u 1 cm2 tal-erja tat-total għal difetti oħra, |
— |
xquq irqaq xotti superfiċjali li ma jeċċedux il-tul kumplessiv kumulattiv ta' 3 cm. |
Jistgħu jkunu anqas iebsa mingħajr ma jidbielu.
Il-pedunkulu jista' jkollu ħsara jew ikun maqtugħ.
III. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS
Il-qies huwa ddeterminat bid-dijametru tal-ispalla (wisa') tal-bżar ħelu. Fil-każ ta' bżar ħelu ċatt (bżar tadami) it-terminu ‘wisa’ jfisser id-dijametru ekwatorjali massimu.
Għal bżar ħelu li jkun tkejjel, id-differenza fid-dijametru bejn l-akbar u l-iżgħar bżar ħelu fl-istess pakkett ma jistax jeċċedi l-20 mm.
Il-wisa' tal-bżar ħelu ma jistax ikun anqas minn:
— |
bżar ħelu tawwali (bil-ponta): 20 mm |
— |
bżar ħelu kwadru (ċatt) u bżar ħelu kwardu li jkun ġej għal ponta (parti ta' fuq f'għamla ta' labra tal-inxir): 40 mm |
— |
bżar ħelu ċatt (bżar tadami): 55 mm |
It-tkejjil ma huwiex obbligatorju għall-Klassi II, bla ħsara għal qisien minimi.
Ir-rekwiżiti ta' daqs ma għandhomx japplikaw għal prodotti fiċ-ċokon (11).
IV. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI
Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata,
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Il-Klassi I
10 % fl-għadd jew fil-piż tal-bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.
(ii) Il-Klassi II
10 % fl-għadd jew fil-piż tal-bżar ħelu li ma jissodisfax la r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, ħlief prodotti affettwati mit-taħsir jew xi deterjorament ieħor li ma jħalluhx tajjeb għal konsum.
B. Tolleranzi tad-daqs
(i) Il-Klassi I
10 % fl-għadd jew fil-piż tal-bżar ħelu li ma jkunx konformi mal-qisien identifikati fil-marġini ta' ± 5 mm inkluż mhux aktar minn 5 % tal-bżar ħelu anqas mid-daqs minimu kif stipulat.
(ii) Il-Klassi II
— |
Bżar ħelu skont id-daqs 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-bżar ħelu li ma jkunx konformi mal-qisien identifikati fil-marġini ta' ± 5 mm inkluż mhux aktar minn 5 % tal-bżar ħelu anqas mid-daqs minimu kif stipulat. |
— |
Bżar ħelu mhux skont id-daqs 5 % fl-għadd jew fil-piż ta' bżar ħelu sa 5 mm iżgħar mid-daqs minimu stipulat. |
V. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI
A. L-uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikunu uniformi u jkun fih bżar ħelu biss tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità, daqs (jekk ikun skont id-daqs) u, fil-każ tal-Klassi I, konsiderevolment tal-istess livell ta' sajran u lewn.
Madankollu, taħlita ta' bżar ħelu ta' lewn differenti jistgħu jiġu ppakkjati f'daqqa, jekk għandhom l-istess oriġini, kwalità, tip kummerċjali u daqs (jekk ikun skont id-daqs).
Pakketti ta' piż nett li ma jeċċedix kilo għall-konsumaturi, jista' jkun fihom taħlitiet ta' bżar ħelu ta' lwien differenti u/jew tipi kummerċjali, sakemm ikunu uniformi f'termini ta' kwalità, u għal kull lewn u/jew tip kummerċjali konċernat, fl-oriġini.
Fil-każ ta' prodotti skont id-daqs, il-bżar ħelu tawwali għandu jkun ta' uniformità suffiċjenti fit-tul.
Bżar ħelu fiċ-ċokon irid ikun raġonevolment ta' daqs uniformi. Dan jista' jkun imħallat ma' prodotti fiċ-ċokon oħrajn ta' tip u oriġini differenti.
Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tirrappreżenta l-kontenut kollu.
B. L-ippakkjar
Il-bżar ħelu jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra u ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet tad-ditta jitħalla biss jekk l-istampar u t-tikketta jsiru b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.
VI. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR
Kull pakkett irid ikollu fuqu dawn id-dettalji li ġejjin, b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, leġġibbli u indelibbli, u viżibbli minn barra:
A. L-identifikazzjoni
Isem u indirizz il-pakkjatur u/jew il-ispeditur.
Dan it-tagħrif jista' jinbidel:
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrapreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza ‘Pakkjatur u/jew Speditur’ (jew taqsiriet ekwivalenti); |
— |
għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'rabta qariba mal-avviż ‘Ippakkjat għal:’ jew avviż ekwivalenti. jew referenza ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi. |
B. It-tip tal-prodott
Jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra:
— |
‘Bżar ħelu’, |
— |
il-lewn, |
— |
it-tip kummerċjali (‘tawwali’, ‘kwadrat mhux għall-ponta’, ‘kwadrat għall-ponta’, ‘ċatt’) jew isem il-varjetà. |
Fil-każ ta' pakketti jew pakketti għall-konsumatur li jkun fihom taħlita ta' lwien differenti u/jew tipi kummerċjali ta' bżar ħelu:
— |
'Bżar imħallat', jew denominazzjoni ekwivalenti: |
— |
jekk il-kontenut mhux viżibbli minn barra, l-ilwien u/jew it-tipi kummerċjali tal-bżar ħelu u l-għadd ta' kull wieħed mill-ilwien u/jew it-tipi kummerċjali kkonċernati. |
C. L-oriġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, iż-żona fejn tkabbar jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
Fil-każ ta' pakketti għall-konsumaturi li jkun fihom taħlita ta' bżar ħelu ta' lwien differenti u/jew tipi kummerċjali ta' oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini jeħtieġilha tidher ħdejn isem il-lewn u/jew it-tip kummerċjali konċernat.
D. L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali
— |
Il-klassi |
— |
Id-daqs (jekk ikun skont id-daqs) espress bħala dijametri minimi u massimi jew il-marka ‘mhux skont id-daqs’ fejn xieraq |
— |
Fejn xieraq, ‘Bżar ċkejken’ (‘Mini peppers’ jew ‘Baby peppers’), jew termini oħra xierqa għall-prodott fiċ-ċokon. Fejn diversi tipi ta' prodotti żgħar ikunu mħallta fl-istess pakkett, il-prodotti kollha u l-oriġini rispettivi tagħhom għandhom ikunu msemmija. |
E. Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva).
Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tiżgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 9: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-GĦENEB
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għall-għeneb tal-mejda tal-varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) imkabbar minn Vitis vinifera L. li jitforna frisk lill-konsumatur, eskluż l-għeneb tal-mejda intiż għall-ipproċessar industrijali.
II. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ
L-għan ta' dan l-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għall-għeneb tal-mejda wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.
A. Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, l-għenieqed u l-għenbiet irid ikunu:
— |
f'saħħithom; prodotti affettwati mit-taħsir jew mid-deterjorament li ma jħalluhomx tajbin għall-konsum huma esklużi, |
— |
nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal estranju viżibbli, |
— |
prattikament ħielsa mill-pesti, |
— |
prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti, |
— |
ħielsa minn indewwa esterna annormali, |
— |
ħielsa minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja. |
Barra minn hekk, l-għenbiet irid ikun:
— |
intatt, |
— |
iffurmat tajjeb, |
— |
żviluppat normali. |
It-tilwin minħabba x-xemx ma jkunx difett.
L-għenieqed irid ikunu nqatgħu bil-galbu.
Il-meraq tal-għenbiet għandu jkollu indiċi refrattometriku tal-anqas:
— |
12 o Brix għall-varjetajiet Alphonse Lavallée, Cardinal u Victoria, |
— |
13 o Brix għall-varjetajiet l-oħra kollha li għandhom iż-żerriegħa, |
— |
14 o Brix għall-varjetajiet kollha li m'għandhomx żerriegħa. |
Barra minn dan, il-varjetajiet kollha jrid ikollhom livelli ta' proporzjon sodisfaċenti ta' zokkor/aċidità.
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-għeneb tal-mejda jridu jkunu tali li jippermettulu:
— |
jiflaħ għat-trasport u l-maniġġ, u |
— |
jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni. |
B. Klassifika
L-għeneb tal-mejda jiġi kklassifikat fit-tliet klassijiet iddefiniti hawn taħt:
(i) Il-Klassi ‘Extra’
L-għeneb tal-mejda f'din il-klassi għandu jkun ta' kwalità superjuri. Fil-forma, l-iżvilupp u l-lewn tal-għenieqed irid ikunu tipiċi tal-varjetà, skont id-distrett li fih ikunu tkabbru, u ma jridx ikollhom difetti. L-għenbiet irid ikunu sodi, imwaħħla sew, imqassma indaqs maz-zokk u jkollhom in-nwar tagħhom prattikament intatti.
(ii) Il-Klassi I
L-għeneb tal-mejda f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Fil-forma, l-iżvilupp u l-lewn tal-għenieqed għandhom ikunu tipiċi tal-varjetà, skont id-distrett li fih ikunu tkabbru. L-għenbiet irid ikunu sodi, imwaħħla sew u, sa fejn hu possibbli, ikollhom in-nwar tagħhom prattikament intatt. Madankollu, jista' jkunu anqas imqassmin indaqs maz-zokk minn dawk tal-Klassi ‘Extra’.
Madankollu, id-difetti segwenti jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jkunux jaffettwaw id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
— |
difetti ħfief fil-forma, |
— |
difetti żgħar fil-lewn, |
— |
skorċa tax-xemx ħafifa ħafna li taffettwa biss il-qoxra. |
(iii) Il-Klassi II
Din il-klassi tinkludi għeneb tal-mejda li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.
L-għenieqed jista' jkollhom difetti żgħar fil-forma, l-iżvilupp u l-lewn, sakemm dawn ma jippreġudikawx il-karatteristiċi essenzjali tal-varjetà, skont id-distrett li fih ikunu tkabbru.
L-għenbiet irid jkunu suffiċjentement sodi u suffiċjentement imwaħħla, u, fejn possibbli, ikunu għadhom bin-nwar. Jistgħu jkunu anqas imqassmin indaqs maz-zokk minn dawk tal-Klassi I.
Id-difetti segwenti huma permessi sakemm l-għeneb tal-mejda jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
— |
difetti fil-forma, |
— |
difetti fit-tilwin, |
— |
skorċa tax-xemx ħafifa li taffettwa biss il-qoxra, |
— |
dbabar ħfief, |
— |
difetti ħfief fil-qoxra. |
III. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS
Id-daqs huwa stabbilit skont il-piż tal-għanqud
Ir-rekwiżiti minimi ta' daqs għal kull għanqud huma definiti għall-għeneb tal-mejda mkabbar taħt il-ħġieġ u għeneb tal-mejda mkabbar fil-miftuħ, varjetajiet ta' għenba kbira jew għenba żgħira rispettivament.
|
Għeneb tal-mejda mkabbar taħt il-ħġieġ (jekk indikat fuq it-tikketta) |
Għeneb tal-mejda mkabbar fil-beraħ |
|
Il-varjetajiet kollha ħlief varjetajiet ta' għenba żgħira elenkati fl-Appendiċi |
Il-varjetajiet ta' għenba żgħira elenkati fl-Appendiċi |
||
Klassi ‘Extra’ |
300 g |
200 g |
150 g |
Klassi I |
250 g |
150 g |
100 g |
Klassi II |
150 g |
100 g |
75 g |
IV. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI
Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata,
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Il-Klassi ‘Extra’
5 % fil-piż ta' għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, li jkunu fit-tolleranzi għal dik il-klassi.
(ii) Il-Klassi I
10 % fil-piż ta' għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalment, li jkunu fit-tolleranzi għal dik il-klassi.
(iii) Il-Klassi II
10 % fil-piż ta' għenieqed li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodotti affettwati b'taħsir jew xi deterjorament ieħor li ma jħalluhomx tajbin għall-konsum.
B. Tolleranzi tad-daqs
(i) Il-Klassi ‘Extra’ u l-Klassi I
10 % fil-piż tal-għenieqed li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tad-daqs tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-klassi immedjatament inferjuri.
(ii) Klassi II
10 % fil-piż li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tad-daqs tal-klassi iżda li jkun jiżen mhux anqas minn 75 g.
(iii) Il-Klassi ‘Extra’ u l-Klassijiet I u II
F'kull pakkett għall-konsumatur li ma jeċċedix il-1 kg f'piż nett, għenqud li jiżen anqas minn 75 g huwa permess li jaġġusta l-piż, sakemm l-għenqud jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-klassi speċifikata.
V. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI
A. L-uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss għenieqed tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u livell ta' sajran.
Fil-każ ta' għeneb ippakkjat f'pakketi żgħar għall-konsumatur, ta' piż net mhux akbar minn 1 kg, l-uniformità tal-varjetà u l-oriġni mhumiex meħtieġa.
Fil-każ tal-Klassi ‘Extra’, l-għenieqed irid bejn wieħed u ieħor ikunu tal-istess daqs u lewn.
L-inklużjoni f'kull pakkett ta' għenieqed ta' lewn differenti għal skopijiet dekorattivi għandhom ikunu permissibli fil-każ tal-varjetà Chasselas.
Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tirrappreżenta l-kontenut kollu.
B. L-ippakkjar
L-għeneb tal-mejda jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun imħares kif xieraq.
Fil-każ tal-Klassi ‘Extra’, l-għenieqed irid ikunu ppakkjati f'saff wieħed.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra u ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet tad-ditta jitħalla biss jekk l-istampar u t-tikketta jsiru b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor, għalkemm biċċa żarġun tad-dielja li ma jkunx itwal minn 5 ċm jista' jitħalla maz-zokk tal-għanqud bħala għamla ta' preżentazzjoni speċjali.
Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.
VI. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR
Kull pakkett għandu juri d-dettalji li ġejjin b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b'mod leġġibbli u indellibbli, u viżibbli minn barra.
A. L-identifikazzjoni
Isem u indirizz il-pakkjatur u/jew il-ispeditur.
Dan it-tagħrif jista' jinbidel:
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza ‘Pakkjatur u/jew Speditur’ (jew taqsiriet ekwivalenti); |
— |
għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikati b'rabta qariba mal-avviż ‘Ippakkjat għal:’ jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi. |
B. It-tip tal-prodott
— |
‘Għeneb tal-mejda’, jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra, |
— |
isem il-varjetà jew, fejn applikabbli, il-varjetatjiet, |
— |
‘taħt il-ħġieġ’, fejn applikabbli. |
C. L-oriġini tal-prodott
Pajjiż (jew, fejn applikabbli, pajjiżi) tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn imkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
D. L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali
— |
Il-Klassi. |
E. Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva).
Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tiżgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
Appendiċi
Lista eżawrijenti tal-varjetajiet ta' għenba żgħira
Varjetà |
Ismijiet oħra li bihom tkun magħrufa l-varjetà |
Admirable de Courtiller |
Admirable, Csiri Csuri |
Albillo |
Acerba, Albuela, Blanco Ribera, Cagalon |
Angelo Pirovano |
I. Pirovano 2 |
Annamaria |
I. Ubizzoni 4 |
Baltali |
|
Beba |
Beba de los Santos, Eva |
Catalanesca |
Catalanesa, Catalana, Uva Catalana |
Chasselas blanc |
Chasselas doré, Fendant, Franceset, Franceseta, Gutedel, Krachgutedel, White van der Laan |
Chasselas rouge |
Roter Gutedel |
Chelva |
Chelva de Cebreros, Guareña, Mantuo, Villanueva |
Ciminnita |
Cipro bianco |
Clairette |
Blanquette, Malvoisie, Uva de Jijona |
Colombana bianca |
Verdea, Colombana de Peccioli |
Dehlro |
|
Delizia di Vaprio |
I. Pirovano 46 A |
Exalta |
|
Flame Seedless |
Red Flame |
Gros Vert |
Abbondanza, St Jeannet, Trionfo dell'Esposizione, Verdal, Trionfo di Gerusalemme |
Jaoumet |
Madeleine de St Jacques, Saint Jacques |
Madeleine |
Angevine, Angevine Oberlin, Madeleine Angevine Oberlin, Republicain |
Mireille |
|
Molinera |
Besgano, Castiza, Molinera gorda |
Moscato d'Adda |
Muscat d'Adda |
Moscato d'Amburgo |
Black Muscat, Hambro, Hamburg, Hamburski Misket, Muscat d'Hambourg, Moscato Preto |
Moscato di Terracina |
Moscato di Maccarese |
Œillade |
Black Malvoisie, Cinsaut, Cinsault, Ottavianello, Sinso |
Panse precoce |
Bianco di Foster, Foster's white, Sicilien |
Perla di Csaba |
Càbski Biser, Julski muskat, Muscat Julius, Perle de Csaba |
Perlaut |
|
Perlette |
|
Pizzutello bianco |
Aetonychi aspro, Coretto, Cornichon blanc, Rish Baba, Sperone di gallo, Teta di vacca |
Precoce de Malingre |
|
Primus |
I. Pirovano 7 |
Prunesta |
Bermestia nera, Pergola rossa, Pergolese di Tivoli |
Regina dei Vigneti |
Königin der Weingärten, Muskat Szölöskertek Kizalyneja, Szölöskertek Kizalyneh, Rasaki ourgarias, Regina Villoz, Reina de las Viñas, Reine des Vignes, I. Mathiasz 140, Queen of the Vineyards |
Servant |
Servan, Servant di Spagna |
Sideritis |
Sidiritis |
Sultanines |
Bidaneh, Kishmich, Kis Mis, Sultan, Sultana, Sultani, Cekirdesksiz, Sultanina bianca, Sultaniye, Thompson Seedless u mutazzjonijiet |
Valenci blanc |
Valensi, Valency, Panse blanche |
Valenci noir |
Planta Mula, Rucial de Mula, Valenci negro |
Yapincak |
|
PARTI 10: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦAT-TADAM
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għat-tadam tal-varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) imkabbra mill-Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw./Lycopersicon esculentum Mill. li jrid jitforna frisk lill-konsumatur, bl-esklużjoni tat-tadam għall-ipproċessar industrijali.
It-tadam jista' jiġi kklassifikat f'erba' tipi kummerċjali:
— |
‘tond’, |
— |
‘ċatt’ (imfellel), |
— |
‘żenguli’ jew ‘tawwali’, |
— |
tadam ċirasi (inkluż it-tadam ‘cocktail’). |
II. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tadam wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.
A. Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tadam irid ikun:
— |
intatt, |
— |
f'saħħtu; prodotti affettwati mit-taħsir jew mid-deterjorament li ma jħalluhomx tajba għall-konsum huma esklużi, |
— |
nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal estranju viżibbli, |
— |
frisk fid-dehra, |
— |
prattikament ħieles mill-pesti, |
— |
prattikament ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti, |
— |
ħieles minn indewwa esterna annormali, |
— |
ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja. |
Fil-każ tat-tadam fl-għenieqed, iz-zkuk irid ikunu friski, f'saħħithom, nodfa u ħielsa mill-weraq kollha u minn kull materjal estranju viżibbli.
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tadam irid ikunu tali li jippermettulu:
— |
jiflaħ għat-trasport u l-maniġġ, u |
— |
jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni. |
B. Klassifika
It-tadam huwa kklassifikat fi tliet kategoriji kif iddefiniti hawn taħt:
(i) Il-Klassi ‘Extra’
It-tadam ta' din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikollu laħam sod u jrid ikun karatteristiku tal-varjetà rigward il-forma, id-dehra u l-iżvilupp.
Il-lewn tiegħu, skont l-istat tiegħu tas-sajran, jrid ikun tali li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-aħħar subparagrafu tal-paragrafu A hawn fuq.
Irid ikun ħieles mid-dwawar ħodor u difetti oħra, għajr difetti superfiċjali ħfief ħafna, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.
(ii) Il-Klassi I
It-tadam ta' din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun raġjonevolment sod u karatteristiku tal-varjetà
Irid ikun ħieles mill-qsim u d-dwawar ħodor viżibbli. Id-difetti ħfief li ġejjin jistgħu, madankollu, jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
— |
difett ħafif fl-għamla u fl-iżvilupp, |
— |
difett żgħir fit-tilwin, |
— |
difetti ħfief fil-qoxra, |
— |
dbabar ħfief ħafna. |
Barra minn hekk, it-tadam miċ-ċatt (imfellel) jista' juri:
— |
xquq imfejqa ta' mhux aktar minn 1 cm tul, |
— |
mingħajr protuberanzi eċċessivi, |
— |
b'żokra żgħira u mingħajr tapp (nixfa bħal sufra), |
— |
it-tapp (nixfa bħal sufra) mal-istigma sa 1 ċm2, |
— |
barxa fina tal-fjura f'għamla tawwalija (bħal ħjata), iżda mhux itwal minn tnejn minn tlieta tal-akbar dijametru tal-frotta. |
(iii) Il-Klassi II
Din il-klassi tinkludi t-tadam li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.
Irid ikun raġjonevolment sod (iżda jista' jkun kemxejn anqas sod minn tal-Klassi I) u ma jridx juri xquq li ma fiqux.
Jistgħu jitħallew id-difetti segwenti, sakemm it-tadam iżomm il-karatteristiċi essenzali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
— |
difetti fil-format, fl-iżilupp u fil-lewn, |
— |
defetti jew dbabar fil-qoxra, iżda l-frott ma jkunx affettwat serjament, |
— |
xquq niexfa ta' mhux aktar minn 3 ċm tul għat-tadam tond, ċatt jew żenguli. |
Barra minn hekk, it-tadam ċatt jista' juri:
— |
protuberanzi aktar qawwija minn dawk permessi għall-Klassi I, iżda mingħajr ma' jitilfu l-għamla tagħhom, |
— |
żokra, |
— |
it-tapp (nixfa bħal sufra) mal-istigma sa 2 ċm2, |
— |
barxa fina tal-fjura f'għamla tawwalija (bħal ħjata). |
III. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS
Id-daqs hu determinat mid-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma japplikawx għat-tadam ‘cherry’.
A. Daqs minimu
Għat-tadam klassifikat bħala tal-Klassi ‘Extra’ u tal-Klassijiet I u II, id-daqs minimu huwa stabbilit hekk:
— |
35 mm għat-tadam tond u ċatt, |
— |
30 mm għat-tadam żenguli. |
B. Skala tal-għoti tad-daqs
It-tadam għandu jkun gradat skont l-iskala tal-għoti tad-daqs li ġejja:
— |
tat-30 mm u aktar iżda taħt il-35 mm (12), |
— |
tal-35 mm u aktar iżda taħt l-40 mm, |
— |
tal-40 mm u aktar iżda taħt is-47 mm, |
— |
tas-47 mm u aktar iżda taħt is-57 mm, |
— |
tas-57 mm u aktar iżda taħt is-67 mm, |
— |
tas-67 mm u aktar iżda taħt it-82 mm, |
— |
tas-57 mm u aktar iżda taħt is-67 mm, |
— |
tal-102 mm u fuqhom. |
L-osservanza tal-iskala tal-għoti tad-daqs hija obbligatorja għat-tadam tal-Klassi ‘Extra’ u tal-Klassi I.
L-iskala tal-għoti tad-daqs ma tapplikax għat-tadam f'għenieqed.
IV. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI
Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata,
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Il-Klassi ‘Extra’
5 % fl-għadd jew fil-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda jissodisfa dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.
(ii) Il-Klassi I
— |
10 % fl-għadd jew fil-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda jissodisfa dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi. |
— |
Fil-klassi tal-għenieqed tat-tadam, 5 % fl-għadd jew fil-piż tat-tadam maqtugħ miz-zokk. |
(iii) Il-Klassi II
— |
10 % fl-għadd jew fil-piż tat-tadam li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, għajr il-prodotti affettwati mit-taħsir, dbabar jidhru jew kwalunkwe deterjonament ieħor li ma jħalluhx tajjeb għall-konsum. |
— |
Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, 10 % fl-għadd jew fil-piż tat-tadam maqtugħ miz-zokk. |
B. Tolleranzi tad-daqs
Għall-klassijiet kollha: 10 % fl-għadd jew fil-piż tat-tadam li jikkonforma mad-daqs immedjatament akbar jew iżgħar minn dak speċifikat, b'minimu ta' 33 mm għat-tadam tond u ċatt u 28 mm għat-tadam żenguli.
V. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI
A. L-uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih biss tadam tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u qies (jekk ikun tkejjel).
Is-sajran u l-lewn tat-tadam fil-Klassi ‘Extra’ u l-Klassi I irid ikunu prattikament uniformi. Barra minn hekk, it-tul tat-tadam żenguli jrid ikun uniformi biżżejjed.
Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tirrappreżenta l-kontenut kollu.
B. L-ippakkjar
It-tadam irid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra jew ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjal, partikolarment ta' karta jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess sakemm l-istampar jew it-tikkettjar ikun sar b'linka jew kolla mhux tossiċi.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal ieħor estranju.
Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.
C. Il-preżentazzjoni
It-tadam jista' jiġi ppreżentat kif ġej:
(i) |
bħala frott sfuż, bil-berkun u zokk qasir jew mingħajrhom; |
(ii) |
bħala għenqud ta' tadam, jiġifieri t-tadam ikun ippreżentat bħala fjuritura sħiħa jew parti minnha, kull fjuritura jew parti minnha jkun fiha tal-anqas l-ammont segwenti ta' frott:
|
VI. DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR
Kull pakkett irid ikollu d-dettalji li ġejjin f'ittri fuq l-istess naħa, stampati leġibbli u indelibbli u viżibbli minn barra:
A. L-identifikazzjoni
Isem u indirizz il-pakkjatur u/jew il-ispeditur.
Dan it-tagħrif jista' jinbidel:
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrapreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza 'Pakkjatur u/jew Speditur' (jew taqsiriet ekwivalenti); |
— |
għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'rabta qariba mal-avviż ‘Ippakkjat għal:’ jew avviż ekwivalenti. jew referenza ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi. |
B. It-tip tal-prodott
— |
‘It-tadam’ jew ‘għenieqed tat-tadam’ u t-tipi kummerċjali jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra. Dawn id-dettalji dejjem irid ikunu provduti għat-tadam ċirasi (jew ‘cocktail’), kemm jekk f'għenieqed jew le. |
— |
isem il-varjetà (fakultattiv). |
C. L-oriġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
D. L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali
— |
Il-Klassi, |
— |
Id-daqs (jekk ikun skont id-daqs) espress bħala dijametri minimi u massimi jew il-marka ‘mhux skont id-daqs’ fejn xieraq. |
— |
Kontenut minimu ta' zokkor, imkejjel b'refrattrometru u espress fi gradi ta' Brix (fakultattiv). |
E. Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva).
Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tiżgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.”
(1) Minħabba l-karatterisitiċi varjetali tal-varjetà Fuji u l-varjanti tagħha marbuta mal-maturità fiż-żmien li din tinħasad, il-kapsula radjali tal-ilma hija awtorizzata sakemm din tkun fl-għoqod arterjali ta' kull frotta.
(2) Għal dak il-għan, għandu juri kontenut tajjeb ta' solidi solubbli u l-grad ta' sħuħija.
(3) Il-kriterji għal-lewn u l-ħmura samranija qed jidhru fl-appendiċi għal dan il-kriterju ta' klassifika, kif ukoll lista mhix eżawrjenti tal-varjetajiet konċernati skont kull kriterju.
(4) Tal-anqas 20 % tal-Klassi I u l-Klassi II.
(5) Madankollu, għall-varjetà Jonagold, tal-anqas wieħed minn għaxra tal-wiċċ tal-frott fil-Klassi II irid ikun bl-istrixxi ta' lewn aħmar.
(6) Qisien taħt il-45 mm jirreferu biss għall-klementin.
(7) L-użu ta' aġenti tal-ippreservar jew kull sustanza kimika oħra li tista' tħalli riħa estranja fuq il-qoxra tal-frott hija permessa fejn ikun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet Komunitarji applikabbli.
(8) Dan it-test japplika għall-varjetajiet kollha mkabbra minn Prunus persica Sieb. u Zucc., kemm jekk inhuma ħawħ jew nuċiprisk jew simili b'għadma fihom (clingstones) jew mingħajr għadam u b'qoxra lixxa jew raffa.
(9) Dan ma japplikax meta l-ħmura samranija tkun karatteristika tal-varjetà.
(10) Lista mhux eżawrijenti ta' varjetajiet ta' lanġas ta' frott kbir u tas-sajf hija inkluża fl-Appendiċi ta' dan l-istandard.
(11) ‘Prodotti fiċ-ċokon’ tfisser varjetá jew nisel bil-kultivazzjoni tal-bżar ħelu, miksub bit-tgħammir ta' pjanti u/jew tekniki ta' kultivazzjoni speċjali, eskluż il-bżar ħelu ta' varjetajiet mhux fiċ-ċokon li ma jkunux żviluppaw totalment jew li jkunu ta' daqs inadegwat. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha tal-istandard jeħtieġ li jitħarsu.
(12) Għat-tadam żenguli biss.
ANNESS II
ANNESS III
“ANNESS III
ĊERTIFIKAT TA' KONFORMITÀ MAL-ISTANDARDS KOMUNITARJI TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GHAL FROTT U ĦXEJJEX FRISKI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 11, 12 U 12A
Test ta 'immaġniANNESS IV
“ANNESS VI
Metodi ta' spezzjoni msemmija fl-Artikolu 20(1)
Kumment: il-metodi ta' spezzjoni li ġejjin jissejsu fuq id-dispożizzjonijiet ta' gwida għall-implimentazzjoni tal-kontroll ta' kwalità ta' frott u ħxejjex friski adottati mill-Iskema tal-OECD għall-Applikazzjoni tal-Istandards Internazzjonali għall-Frott u l-Ħxejjex.
1. DEFINIZZJONIJIET
1.1 Pakkett
Parti minn lott ippakkjata individwalment, inkluż kontenut sabiex jiffaċielita l-maniġġ u t-trasport ta' għadd ta' unitajiet għall-bejgħ jew ta' prodotti sfużi jew irranġati, sabiex jimpedixxu ħsara permezz ta' maniġġ fiżiku jew trasport. Kontenituri tat-triq, ferrovija, baħar u ajru mhumiex meqjusa bħala pakketti.
1.2 Pakketti tal-bejgħ
Parti minn lott ippakkjata individwalment, inkluż kontenut li jikkostitwixxi unità għall-bejgħ għall-utent aħħari jew konsumatur fil-punt tax-xiri.
1.2a Ippakkjar minn qabel
Pakketti ppakkjati minn qabel huma pakketti għall-bejgħ fejn l-ippakkjar ikun fih, kompletament jew parzjalment, l-oġġetti tal-ikel, iżda b'tali mod li l-kontenut ma jkunx jista' jitbiddel mingħajr il-ftuħ jew il-bdil tal-pakkett. Il-film protettiv li jkopri prodotti singoli mhux meqjus bħala ppakkjar minn qabel.
1.3 Kunsinna
Kwantità ta' prodott li għandu jinbiegħ minn negozjant partikolari li tinsab fil-mument tal-ispezzjoni u definita minn dokument. Kunsinna tista' tikkonsisti f'tip jew diversi tipi ta' prodotti; tista' tinkludi lott wieħed jew aktar ta' frottu u ħxejjex friski, niexfa jew imnixxfa.
1.4 Lott
Kwantità ta' prodott li, fil-mument tal-ispezzjoni f'post wieħed, għandha karatteristiċi simili fir-rigward ta':
— |
il-pakkjatur u/jew il-ispeditur |
— |
il-pajjiż tal-oriġini |
— |
it-tip tal-prodott |
— |
il-klassi tal-prodott |
— |
id-daqs (jekk il-prodott huwa gradat skont id-daqs) |
— |
il-varjetà jew tip kummerċjali (skont id-dispożizzjonijiet relevanti tal-istandard) |
— |
it-tip tal-ippakkjar u l-preżentazzjoni. |
Madankollu, jekk matul il-kontroll tal-konformità tal-kunsinni (kif iddefinit fil-punt 1.3), ikun diffiċli li ssir distinzjoni bejn il-lottijiet differenti u/jew l-preżentazzjoni ta' lottijiet individwali ma tkunx possibbli, il-lottijiet kollha ta' kunsinna speċifika jista' jkunu trattati bħala lott wieħed jekk ikunu simili fir-rigward tat-tip tal-prodott, il-ispeditur, il-pajjiż tal-oriġini, il-klassi u l-varjetà jew it-tip kummerċjali, jekk dan ikun previst fl-istandard rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni.
1.5 Kampjunar
Kampjuni kollettiv meħuda temporanjament minn lott waqt kontroll tal-konformità.
1.6 Kampjun primarju
Pakkett meħud mil-lott b'mod aleotorju, fil-każ ta' prodotti ppakkjati jew, fil-każ ta' prodotti bil-massa (tgħabija diretta f'vettura tat-trasport jew kompartiment tagħha), kwantità meħuda b'mod aleatorju minn punt fil-lott.
1.7 Kampjun ta' massa
Diversi kampjuni primarji preżunti li jirrappreżentaw il-lott sabiex il-kwantità totali tkun biżżejjed biex tippermetti l-valutazzjoni tal-lott fir-rigward tal-kriterji kollha.
1.8 Kampjun sekondarju
Kwantità ndaqs ta' prodotti meħuda b'mod aleotorju mill-kampjun primarju.
Fil-każ tal-ġewż ippakkjat, il-kampjun sekondarju għandu jiżen bejn it-300 g u l-1 kg. Jekk il-kampjun primarju jkun magħmul minn pakketti li fihom pakketti għall-bejgħ, il-kampjun sekondarju għandu jkunu pakkett għall-bejgħ wieħed jew aktar li flimkien jilħqu tal-anqas it-300 g.
Fil-każ tal-prodotti l-oħra ppakkjati, il-kampjun sekondarju għandu jkun fih 30 unità, fil-każ li l-piż net tal-pakkett ikun 25 kg jew anqas u l-pakkett ma jkunx fih kwalunkwe pakketti għall-bejgħ. F'ċerti każijiet dan ifisser li l-kontenut kollu tal-pakkett irid jiġi ċċekkjat, jekk il-kampjun primarju jkun fih aktar minn 30 unità.
1.9 Kampjun imħallat (prodotti niexfa u mnixxfa biss)
Kampjun imħallat huwa taħlita, li tiżen tal-anqas 3 kg, tal-kapmjuni sekondarji kollha meħudha mill-kampjun ta' massa. Il-prodotti f'kampjun imħallat għandu jkun mħallat indaqs.
1.10 Kampjun imnaqqas
Kwantità ta' prodott meħuda b'mod aleotorju mill-massa jew kampjun imħallat li d-daqs tiegħu jkun ristrett għall-kwantità minima neċessarja iżda biżżejjed biex jippermetti l-valutazzjoni ta' ċertu kriterji individwali.
Jekk il-metodu ta' spezzjoni jeqred il-prodott, il-qies tal-kampjun imnaqqas ma għandux jeċċedi l-10 % tal-kampjun ta' massa jew, fil-każ tal-ġewż bil-qoxra, 100 ġewża meħuda minn kampjun imħallat. Fil-każ tal-prodotti żgħar niexfa jew imnixxfa (jiġifieri 100 g jinkludu aktar minn 100 unità) il-kampjun imnaqqas ma għandux jaqbeż it-300 g.
Għall-valutazzjoni ta' kriterji tal-livell tal-iżvilupp u/jew is-sajran, il-kompożizzjoni tal-kampjunar għandha ssid skont il-metodi oġġettivi deskritti fil-Guidance on Objective Tests to Determine Quality of Fruit and Vegetables and Dry and Dried Produce (http://www.oecd.org/agr/fv).
Bosta kampjuni mnaqqsa jistgħu jittieħdu minn kampjun ta' massa jew imħallat sabiex tiġi ċċekkjata l-konformità tal-lott ma' kriterji differenti.
2. IMPLIMENTAZZJONI TAL-KONTROLLI TAL-KONFORMITÀ
2.1 Kumment ġenerali
Kontroll tal-konformità għandu jsir permezz ta' valutazzjoni tal-kampjuni aleotorji minn punti differenti fil-lott li jkun jed jiġu kkontrollati. Huwa msejjes fuq il-prinċipju ta' preżunzjoni li l-kwalità tal-kampjuni hija rappreżentattiva tal-kwalità tal-lott.
2.2 Post tal-kontroll
Kontroll tal-konformità jista' jitwettaq matul l-operazzjoni tal-ippakkjar, fil-punt tal-ħruġ tal-kunsinna, matul it-trasport, fil-punt tal-wasla, fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa jew tal-bejgħ bl-imnut.
Fil-każijiet fejn il-korp tal-ispezzjoni ma jwettaqx il-kontroll tal-konformità fil-kwartieri tiegħu stess, il-proprejtarju għandu jipprovdi l-faċilitajiet li jippermettu t-twettiq ta' kontroll tal-konformità.
2.3 Identifikazzjoni ta' lottijiet u/jew formazzjoni ta' idea ġenerali tal-kunsinna
L-identifikazzjoni ta' lottijiet għandha titwettaq abbażi tal-immarkar tagħhom jew kriterji oħra, bħalma huma l-indikazzjonijiet stabbiliti skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE (1). Fil-każ ta' kunsinni magħmula minn diversi lottijiet huwa neċessarju li l-ispettur jieħu idea ġenerali tal-kunsinna bl-għajnuna tad-dokumenti jew dokumenti li jakkompanjawha u li jikkonċernaw il-kunsinni. Huwa mbagħad jiddetermina kemm il-lottijiet ippreżentati jikkonformaw mal-informazzjoni f'dawn id-dokumenti.
Jekk il-prodott ikun irid jitgħabba jew tgħabba fuq mezz tat-trasport, in-numru ta' reġistrazzjoni ta' dan tal-aħħar għandu jkun użat għall-identifikazzjoni tal-kunsinna.
2.4 Preżentazzjoni tal-prodott
L-ispettur għandu jiddeċiedi liema pakketti għandhom ikunu kkontrollati. Il-preżentazzjoni għandha ssir mill-operatur u għandha tinkludi l-preżentazzjoni tal-kampjun ta' massa kif ukoll il-forniment tal-informazzjoni kollha neċessarja għall-identifikazzjoni tal-konsinna jew lott.
Jekk ikunu meħtieġa kampjuni mnaqqsa jew sekondarji, dawn ikunu identifikati mill-ispettur innifsu mill-kampjun ta' massa.
2.5 Verifika fiżika
— |
Valutazzjoni tal-ippakkjar u l-preżentazzjoni: L-ippakkjar, inkluż il-materjal użat fil-pakkett, għandu jkun ittestjat għal adegwatezza u indafa skont id-dispożizzjonijiet tal-istandard rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni. Dan għandu jsir abbażi tal-kampjuni primarji, fil-każ tal-prodott ippakkjat u fil-każijiet l-oħra kollha abbażi tal-vettura tat-trasport. Jekk ċerti tipi ta' pakketti biss ikunu permessi, l-ispettur jivverifika jekk dawn humiex qed ikunu użati. |
— |
Verifika tal-immarkar: L-ispettur għandu jiċċekkja jekk il-prodott hux immarkat kond l-istandard rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni. Dan għandu jinkludi kontrol tal-preċiżjoni tal-immarkar u/jew l-estent ta' kwalunkwe emendi meħtieġa. Fil-każ tal-prodotti ppakkjati, dan għandu jitwettaq abbażi tal-kampjuni primarji, fil-każijiet l-oħra kollha abbażi tad-dokumenti mwaħħla fuq il-pelit jew mal-vettura tat-trasport. Frott u ħxejjex imkebba individwalment fil-plastik ma għandhomx jitqiesu bħala ikel ippakkjat minn qabel skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/13/KE u ma għandhomx neċessarjament ikunu mmarkati skont l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. F'dawn il-każijiet, it-tkebbib tal-plastik jista' jitqies bħala protezzjoni sempliċi ta' prodotti fraġli. |
— |
Verifika tal-konformità tal-prodott: L-ispettur għandu jiddetermina l-qies tal-kampjun ta' massa b'tali mod li jippermetti valutazzjoni tal-lot. Huwa għandu jagħżel b'mod aleotorju l-pakketti li għandhom ikunu spezzjonati jew, fil-każ ta' prodott ta' massa, il-punti tal-lott li minnhom għandhom jittieħdu kampjuni individwali. Għandu jkun hemm l-attenzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat li t-tneħħija ta' kampjuni ma tolqotx ħażin il-kwalità tal-prodott. Pakketti bil-ħsara ma għandhomx jintużaw bħala parti minn kampjun ta' massa. Għandhom jitwarrbu u jistgħu, fejn meħtieġ, ikunu soġġetti għall-eżami u rapport separat. Il-kampjun ta' massa għandu jkun kompost mill-kwantitajiet minimi segwenti kull meta lott ikun iddikjarat li mhux sodisfaċenti jew ir-riskju ta' prodott li ma jikkonformax mal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni jkun irid jiġi eżaminat:
Fil-każ ta' frott u ħxejjex ta' massa (aktar minn 2 kg għal kull unità), il-kampjuni primarji għandhom ikunu magħmula minn tal-anqas ħames unitajiet. Fil-każ ta' lottijiet li jinvolvu anqas minn 5 pakketti jew jiżnu anqas minn 10 kg, il-kontroll għandu jkopri l-lott kollu. Jekk l-ispettur jiskopri, wara spezzjoni, li ma tistax tintlaħaq deċiżjoni, għandu jitwettaq kontroll fiżiku ieħor u r-riżultat kumplessiv ikun irrappurtat bħala l-medja taż-żewġ kontrolli. |
2.6 Kontroll tal-prodott
Fil-każ tal-prodott ippakkjat, il-kampjun primarju għandu jintuża biex tiġi kkontrollata d-dehra tal-prodott, il-preżentazzjoni, l-indafa tal-pakketti u t-tikkettar. Fil-każijiet l-oħra kollha, dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu abbażi tal-lott jew il-vettura tat-trasport.
Il-prodott għandu jitneħħa totalment mill-pakkett tiegħu għall-kontroll tal-konformità. L-ispettur jista jiddisponi minn dan fejn il-kampjun ikun ibbażat fuq kampjuni mħallta.
L-ispezzjoni tal-uniformità, ir-rekwiżiti minimi, il-klassijiet ta' kwalità u daqs għandhom jitwettqu abbażi ta' kampjun ta' massa, jew abbażi ta' kampjun imħallat fejn jitqies il-fuljet spjegattiv tal-Iskema tal-OECD għall-Applikazzjoni tal-Istandards Internazzjonali għall-Frott u l-Ħxejjex (http://www.oecd.org/agr/fv).
Fejn jiġu osservati difetti, l-ispettur għandu jaċċerta l-persentaġġ rispettiv tal-prodott mhux konformi mal-istandard b'għadd jew piż.
Id-difetti esterni għandhom jiġu kkontrollati abbażi tal-kampjun ta' massa jew imħallat. Ċertu kriterji dwar il-livell ta'żvilupp u/jew sajran jew dwar il-preżenza jew assenza ta' difetti interni jista' jkunu verifikati abbażi ta' kampjuni mnaqqsa. Il-kontroll ibbażat fuq kampjun imnaqqas huwa applikabbli partikolarment għal kontrolli li jeqirdu l-valur kummerċjali tal-prodott.
Il-kriterji tal-livell tal-iżvilupp u/jew is-sajran, għandhom jiġu kkontrollati bl-użu ta' strumenti u metodi stipulati għal dan il-għand fl-istandard rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni jew skont il-Guidance on Objective Tests to Determine Quality of Fruit and Vegetables and Dry and Dried Produce (http://www.oecd.org/agr/fv).
2.7 Rapport tar-riżultati tal-kontroll
Dokumenti msemmija fl-Artikolu 12a għandhom jinħarġu fejn xieraq.
Jekk jinstabu difetti li jwasslu għan-nuqqas ta' konformità, in-negozjant jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jkun infurmat bil-miktub dwar dawn id-difetti u l-persentaġġ misjub kif ukoll bir-raġunijiet tan-nuqqas ta' konformità. Jekk il-konformità tal-prodott mal-istandard tkun possibbli permezz ta' bidla fl-immarkar, in-negozjant jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom ikunu infurmati.
Jekk jinstabu difetti fi prodott, għandu jkun indikat il-persentaġġ misjub li ma jkunx konformi mal-istandard.
2.8 Tnaqqis fil-valur permezz tal-kontrolli tal-konformità
Wara l-kontroll tal-konformità, il-kampjun ta' massa/imħallat jitpoġġa għad-dispożizzjoni tal-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu.
Il-organu ta' spezzjoni ma għandux ikun marbut li jagħti lura l-elementi tal-kampjun ta' massa/imħallat meqrud matul il-kontroll tal-konformità”.
13.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 336/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.