EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2010:152:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 152, 18 ta' Ġunju 2010


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.152.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 152

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
18 ta' Ġunju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2010 tas-17 ta’ Ġunju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 523/2010 tas-17 ta’ Ġunju 2010 li ma jalloka l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2010 tas-17 ta’ Ġunju 2010 li ma jagħti l-ebda rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

4

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 525/2010 tas-17 ta’ Ġunju 2010 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 526/2010 tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar il-kwistjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet li tressqu fl-ewwel 7 ijiem ta' Ġunju 2010 skont il-kwota tariffarja għaċ-ċanga ta' kwalità għolja amministrata mir-Regolament (KE) Nru 620/2009

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 527/2010 tas-17 ta’ Ġunju 2010 li jiffissa l-prezz minimu għall-bejgħ tal-butir għat-tieni stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 446/2010

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2010 tas-17 ta’ Ġunju 2010 li ma jiffissax prezz minimu tal-bejgħ b'risposta għat-tieni stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (UE) Nru 447/2010

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 529/2010 tas-17 ta’ Ġunju 2010 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

10

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/37/UE tas-17 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Direttiva 2008/60/KE li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità għas-sustanzi li jagħtu ħlewwa ( 1 )

12

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/336/PESK tal-14 ta’ Ġunju 2010 dwar l-attivitajiet tal-UE f’appoġġ għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà

14

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

18.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 522/2010

tas-17 ta’ Ġunju 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

132,1

MA

44,4

MK

50,2

TR

52,7

ZZ

69,9

0707 00 05

MA

37,3

MK

36,4

TR

119,0

ZZ

64,2

0709 90 70

TR

99,7

ZZ

99,7

0805 50 10

AR

77,3

BR

112,1

TR

97,3

US

83,2

ZA

94,5

ZZ

92,9

0808 10 80

AR

102,3

BR

79,1

CA

117,1

CL

92,9

CN

52,4

NZ

122,2

US

140,3

UY

123,8

ZA

92,9

ZZ

102,6

0809 10 00

TR

247,3

US

396,9

ZZ

322,1

0809 20 95

SY

216,0

TR

334,4

US

576,0

ZZ

375,5

0809 30

TR

158,2

ZZ

158,2

0809 40 05

AU

340,4

EG

219,2

IL

236,3

US

571,1

ZZ

341,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


18.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 523/2010

tas-17 ta’ Ġunju 2010

li ma jalloka l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas- 27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi proċedura għal sejħa permanenti għall-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fil-15 ta’ Ġunju 2010.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm fil-15 ta’ Ġunju 2010, l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni mhi allokata għall-prodotti u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, punti (a) u (b), u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


18.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 524/2010

tas-17 ta’ Ġunju 2010

li ma jagħti l-ebda rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fil-15 ta’ Ġunju 2010.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' tressiq li jintemm fil-15 ta’ Ġunju 2010, ma ngħatat l-ebda rifużjoni għall-prodott u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(c) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


18.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/5


REGOLAMENTTAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 525/2010

tas-17 ta’ Ġunju 2010

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u partikolarment l-aħħar inċiż tal-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fl-Unjoni tista' tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-restituzzjonijiet jistgħu jvarjaw skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni, u li jkollhom fuqhom il-marka tal-identifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3).

(5)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont fl-Artikolu 1(1) jeħtiġilhom jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/204 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur applikabbli mit-18 ta’ Ġunju 2010

Il-kodiċi tal-prodotti

Id-destinazzjoni

L-unità ta’ kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet

0105 11 11 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 11 19 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 11 91 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 11 99 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 12 00 9000

A02

EUR/100 pcs

0,47

0105 19 20 9000

A02

EUR/100 pcs

0,47

0207 12 10 9900

V03

EUR/100 kg

32,50

0207 12 90 9190

V03

EUR/100 kg

32,50

0207 12 90 9990

V03

EUR/100 kg

32,50

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

V03 :

A24 , l-Angola, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, Oman, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Ġordan, il-Jemen, il-Libanu, l-Iraq, l-Iran.


18.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 526/2010

tas-17 ta’ Ġunju 2010

dwar il-kwistjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet li tressqu fl-ewwel 7 ijiem ta' Ġunju 2010 skont il-kwota tariffarja għaċ-ċanga ta' kwalità għolja amministrata mir-Regolament (KE) Nru 620/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 620/2009 tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2009 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni għaċ-ċanga ta' kwalità għolja (3) jistipula regoli dettaljati għat-tressiq u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni.

(2)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jipprovdi li, f'każijiet fejn il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu tal-kwota, il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għandhom ikunu ffissati għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni għal-liċenzja. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni li tressqu skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009 bejn l-1 u s-7 ta’ Ġunju 2010 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, għandhom ikunu deċiżi l-estent li bih jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni u l-koeffiċjent tal-allokazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni koperti mill-kwota li ġġib in-numru tas-serje 09.4449 u li tressqu bejn l-1 u s-7 ta’ Ġunju 2010 skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009, għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta’ 0,433989 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 182, 15.7.2009, p. 25.


18.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 527/2010

tas-17 ta’ Ġunju 2010

li jiffissa l-prezz minimu għall-bejgħ tal-butir għat-tieni stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 446/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(j), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2010 (2) fetaħ il-bejgħ tal-butir permezz ta' proċedura tas-sejħiet għall-offerti skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għal stediniet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ jew għandha tiddeċidi li ma tiffissax prezz minimu tal-bejgħ, skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2009.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għat-tieni stedina individwali xxx għall-offerti, għandu jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tieni stedina individwali xxx għall-offerti għall-bejgħ tal-butir fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 446/2010, li għaliha ż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fil-15 ta’ Ġunju 2010, il-prezz minimu għall-bejgħ tal-butir għandu jkun EUR 355,10/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 126, 22.5.2010, p. 17.

(3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


18.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 528/2010

tas-17 ta’ Ġunju 2010

li ma jiffissax prezz minimu tal-bejgħ b'risposta għat-tieni stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (UE) Nru 447/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(j), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2010 (2) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura tas-sejħa għall-offerti, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għal stediniet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ jew għandha tiddeċidi li ma tiffissax prezz minimu tal-bejgħ, skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom għat-tieni stedina individwali għall-offerti, ma għandux jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tieni stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 447/2010, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fil-15 ta’ Ġunju 2010, mhux se jiġi ffissat l-ebda prezz minimu tal-bejgħ għat-trab tal-ħalib xkumat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 126, 22.5.2010, p. 19.

(3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


18.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 529/2010

tas-17 ta’ Ġunju 2010

li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2010 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deżinjazzjoni tal-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

132,9

0

BR

131,7

0

AR

122,5

0

TH

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

124,9

0

BR

117,3

0

AR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati

203,1

29

BR

224,3

23

AR

300,5

0

CL

0207 14 50

Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati

171,0

12

BR

0207 14 60

Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

114,6

9

BR

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

257,0

12

BR

293,9

1

CL

0408 11 80

Isfra tal-bajd

323,9

0

AR

0408 91 80

Bajd imnixxef bla qoxra

373,5

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

287,5

0

BR

3502 11 90

Albumini mnixxfa tal-bajd

566,9

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”


DIRETTIVI

18.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/12


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/37/UE

tas-17 ta’ Ġunju 2010

li temenda d-Direttiva 2008/60/KE li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità għas-sustanzi li jagħtu ħlewwa

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/60/KE (2) li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti tal-ikel tistipola l-kriterji ta’ purità għall-kuluri elenkati fid-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti tal-ikel (3).

(2)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ivvalutat is-sigurtà tan-neotame bħala sustanza għall-ħlewwa u t-taħwir u esprimiet l-opinjoni tagħha tas-27 ta’ Settembru 2007 (4). Abbażi tal-użi proposti, kien ikkunsidrat xieraq li jkun permess l-użu ta’ dan l-addittiv tal-ikel. Għalhekk huwa neċessarju li jkunu adottati speċifikazzjonijiet għal dan l-addittiv tal-ikel li huwa allokat E 961 bħala in-numru E.

(3)

Hu neċessarju li jiġu kkunsidrati l-ispeċifikazzjonijiet u t-teknikalijiet analitiċi għall-addittivi kif imsemmija fil-Codex Alimentarius kif imfassal mill-Kumitat Konġunt tal-Esperti dwar l-Addittivi tal-Ikel (JECFA). B’mod partikolari fejn hu rilevanti, jeħtieġ li l-kriterji speċifiċi ta’ purità jiġu adattati biex jirriflettu l-limiti ta’ metalli tqal individwali ta’ interess.

(4)

Id-Direttiva 2008/60/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 2008/60/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2011. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  OJ L 158, 18.6.2008, p. 17.

(3)  ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3.

(4)  L-opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi fl-Ikel, is-Sustanzi tat-Taħwir, l-Għajnuniet tal-Ipproċessar u l-Materjali f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tan-neotame bħala sustanza għall-ħlewwa u t-taħwir. The EFSA Journal (2007) 581, 1-43.


ANNESS

Fl-Anness I tad-Direttiva 2008/60/KE l-annotazzjoni li ġejja E 961 tiddaħħal wara l-annotazzjoni E 959:

E 961 —   NEOTAME

Sinonimi

N-[N-(3,3-dimethylbutyl)-L-α-aspartyl]-L-phenylalanine 1-methyl ester,

N-[N-(3,3-dimethylbutyl)-L-α-aspartyl]-L-phenylalanine methyl ester,

Definizzjoni

In-neotame huwa mmanifatturat b’reazzjoni taħt pressjoni tal-idroġenu tal-aspartame bi 3,3,-dimethylbutyraldehyde fil-methanol fil-presenza tal-katalista palladium/carbon. Huwa iżolat u ppurifikat permezz tal-filtrazzjoni, fejn id-diatomaceous earth jista’ jintuża. Wara t-tneħħija tas-solvent permezz tad-distillazzjoni, in-neotame jinħasel bl-ilma, jiġi iżolat biċ-ċentrifugazzjoni u fl-aħħar jiġi mnixxef bil-vakum.

Nru CAS:

165450-17-9

Isem kimiku

N-[N-(3,3-dimethylbutyl)-L-α-aspartyl]-L-phenylalanine 1-methyl ester

Formula kimika

C20H30N2O5

Piż molekulari

378,47

Deskrizzjoni

trab bejn abjad u off-white

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 97,0 % fuq il-bażi mnixxfa

Identifikazzjoni

Solubbiltà

4,75 % (w/w)f’temperatura ta’ 60 °C fl-ilma, jinħall fl-ethanol u l-aċetat etili

Purità

Il-kontenut tal-ilma

Mhux aktar minn 5 % (metodu Karl Fischer, daqs tal-kampjun 25 ± 5 mg)

pH

5,0 – 7,0 (0,5 % soluzzjoni tal-ilma)

Medda ta’ tidwib

81 °C sa 84 °C

N-[(3,3-dimethylbutyl)-L-α-aspartyl]-L-phenylalanine

Mhux aktar minn 1,5 %

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg”


DEĊIŻJONIJIET

18.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/336/PESK

tal-14 ta’ Ġunju 2010

dwar l-attivitajiet tal-UE f’appoġġ għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26(2) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Diċembru 2003 l-Kunsill Ewropew adotta Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà li appellat għal ordni internazzjonali bbażat fuq multilateraliżmu effettiv. L-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà tirrikonoxxi l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) bħala l-qafas fundamentali għar-relazzjonijiet internazzjonali. It-tisħiħ tan-NU, u li tiġi mgħammra biex tissodisfa r-responsabbiltajiet tagħha u biex taġixxi b’mod effettiv, huwa prijorità tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Fis-6 ta’ Diċembru 2006 l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ir-Riżoluzzjoni 61/89 bit-titolu “Lejn trattat dwar il-kummerċ tal-armi: stabbiliment ta’ standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta’ armi konvenzjonali”.

(3)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2006, il-Kunsill laqa’ l-bidu formali tal-proċess lejn l-elaborazzjoni ta’ Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (minn issa “TKA”) internazzjonali u legalment vinkolanti u nnota b’apprezzament li maġġoranza ċara tal-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-Istati Membri kollha tal-Unjoni, kienu appoġġaw ir-riżoluzzjoni 61/89 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU. Il-Kunsill afferma mill-ġdid li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom ikollhom rwol attiv f’dan il-proċess, u ssottolinja l-importanza ta’ kooperazzjoni ma’ Stati u organizzazzjonijiet reġjonali oħrajn f’dan il-proċess.

(4)

Is-Segretarju Ġenerali tan-NU stabbilixxa Grupp ta’ Esperti Governattivi (minn issa “il-GGE”) magħmul minn 28 membru biex ikompli jikkunsidra l-possibbiltà ta’ TKA. Il-GGE ltaqa’ matul l-2008 u kkonkluda li kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni u li għandhom isiru sforzi, fuq bażi gradwali, b’mod miftuħ u trasparenti, fil-qafas tan-NU. Il-GGE ħeġġeġ li għandha tingħata assistenza lill-Istati fil-bżonn, fejn tintalab, minn dawk l-Istati li qegħdin f’pożizzjoni li jipprovduha.

(5)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-10 ta’ Diċembru 2007, il-Kunsill laqa’ l-istabbiliment ta’ GGE tan-NUE u esprima t-twemmin sod tiegħu li strument komprensiv, legalment vinkolanti, konsistenti mar-responsabbiltajiet eżistenti tal-Istati skont il-liġi internazzjonali relevanti u li jistabbilixxi standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta’ armi konvenzjonali, għandu jkun ta’ kontribut kbir għat-trattament tal-proliferazzjoni mhux mixtieqa u mhux responsabbli ta’ armi konvenzjonali.

(6)

L-Istitut tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riċerka dwar id-Diżarm (UNIDIR) appoġġa dan il-proċess billi wettaq studju f’żewġ partijiet li jikkonsisti f’żewġ settijiet ta’ analiżi approfonditi ta’ fehmiet tal-Istati Membri tan-NU dwar il-fattibbiltà, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-abbozz tal-parametri ta’ Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (TKA). Is-settijiet ta’ analiżi, li saru f’Diċembru 2007 u f’Jannar 2008, servew bħala kontribut utli għall-GGE.

(7)

Fl-24 ta’ Diċembru 2008 l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ir-Riżoluzzjoni 63/240 bit-titolu “Lejn trattat dwar il-kummerċ tal-armi: stabbiliment ta’ standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta’ armi konvenzjonali” li stabbiliet Grupp ta’ Ħidma Miftuħ (minn issa “OEWG”) biex jikkunsidra aktar dawk l-elementi fir-rapport tal-GGE fejn jista’ jkun żviluppat kunsens għall-inklużjoni tagħhom fi trattat legalment vinkolanti eventwali dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta’ armi konvenzjonali. L-OEWG ltaqa’ darbtejn fl-2009, u ppreżenta rapport lill-Assemblea Ġenerali tan-NU fejn innota li l-problema tal-kummerċ mhux regolat fl-armi konvenzjonali u d-diverżjoni tagħhom lejn is-suq illegali, għandha tkun indirizzata permezz ta’ azzjoni internazzjonali.

(8)

Abbażi tal-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ hawn fuq, l-Unjoni ddeċidiet li tappoġġa t-TKA, billi tiftaħ id-dibattitu biex jiġu inklużi Stati li mhumiex membri tal-GGE, kif ukoll atturi oħrajn bħas-soċjetà ċivili u l-industrija, sabiex il-kwistjoni tinftiehem aktar u sabiex tikkontribwixxi għall-ħidma tal-OEWG. Għal dan l-għan, fid-19 ta’ Jannar 2009 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/42/PESK (1) dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-UE sabiex jiġi promoss il-proċess li jwassal għat-Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi fost pajjiżi terzi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà.

(9)

Fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2009/42/PESK, l-UNIDIR, bħala l-aġenzija implimentattiva tad-Deċiżjoni, organizzat sitt seminars reġjonali, avveniment sekondarju u avvenimenti ta’ tnedija u konklużjoni bejn Frar 2009 u Frar 2010. Dawn l-attivitajiet ippermettew lill-partijiet interessati relevanti, inklużi rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, l-industrija u pajjiżi li ma pparteċipawx fil-GGE, biex jieħdu sehem fid-diskussjonijiet informali miftuħa dwar TKA. L-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/42/PESK offriet ukoll opportunità biex jiġu integrati approċċi nazzjonali u reġjonali għall-proċess internazzjonali li għaddej, u biex jingħata kontribut għall-identifikazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-implikazzjonijiet ta’ trattat dwar il-kummerċ tal-armi konvenzjonali.

(10)

Fit-2 ta’ Diċembru 2009 l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ir-Riżoluzzjoni 64/48 “It-trattat dwar il-kummerċ tal-armi” li ddeċidiet li ssejjaħ il-Konferenza tan-NU dwar it-TKA fl-2012 biex telabora strument legalment vinkolanti dwar l-ogħla standards komuni internazzjonali possibbli għat-trasferimenti tal-armi konvenzjonali. Ir-riżoluzzjoni ddeċidiet ukoll li s-sessjonijiet li baqa’ tal-OEWG għandhom ikunu kkunsidrati bħala Laqgħat tal-Kumitati ta’ Tħejjija għall-Konferenza tan-NU.

(11)

B’kont meħud tal-attivitajiet tad-Deċiżjoni 2009/42/PESK li tiskadi f’Mejju 2010, il-ħtieġa li titħejja b’suċċess Konferenza tan-NU dwar it-TKA fl-2012, u tar-rakkomandazzjoni li tinsab fir-riżoluzzjoni 64/48 biex tiġi żgurata l-akbar parteċipazzjoni u dik l-aktar effettiva possibbli fil-Konferenza, l-Unjoni għandha tappoġġa l-proċess preparatorju li jwassal għall-Konferenza tan-NU biex jiġi żgurat li huwa jkun inklużiv kemm jista’ jkun u kapaċi jagħmel rakkomandazzjonijiet konkreti dwar l-elementi ta’ Trattat futur. L-appoġġ tal-Unjoni għall-proċess tat-TKAgħandu jinkludi miżuri b’appoġġ għas-sistemi ta’ kontroll fuq l-esportazzjoni u l-importazzjoni nazzjonali fil-pajjiżi terzi li jridu jikkonformaw ma’ TKA futur.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Biex tappoġġa t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (minn issa “it-TKA”), l-Unjoni għandha twettaq attivitajiet bl-objettivi li ġejjin:

biex tappoġġa l-proċess preparatorju li jwassal għall-Konferenza tan-NU dwar TKA biex jiġi żgurat li jkun inklużiv kemm jista’ jkun u jkun kapaċi jagħmel rakkomandazzjonijiet konkreti dwar l-elementi tat-TKA futur;

biex tappoġġa l-Istati Membri tan-NU fl-iżvilupp u t-titjib tal-għarfien espert nazzjonali u reġjonali għall-implimentazzjoni ta’ kontrolli effettivi tat-trasferimenti tal-armi, sabiex jiġi żgurat li t-TKA futur, meta jidħol fis-seħħ, ikun effettiv kemm jista’ jkun.

2.   Sabiex jinkisbu l-objettivi msemmija fil-paragrafu 1, l-Unjoni ser twettaq dan il-proġett:

l-organizzazzjoni ta’ seba’ seminars reġjonali, avveniment ta’ tnedija u ta’ konklużjoni, sa tliet avvenimenti sekondarji u t-tqassim tar-riżultati.

Deskrizzjoni dettaljata tal-proġett imsemmi hawn fuq hi mniżżla fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (minn issa, “ir-RGħ”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha tkun imwettqa mill-Istitut tan-NU għar-Riċerka dwar id-Diżarm (UNIDIR).

3.   L-UNIDIR għandu jwettaq il-kompitu tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dan il-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-UNIDIR.

Artikolu 3

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza għall-implementazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu (2) għandu jkun ta’ EUR 1 520 000.

2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tissorvelja l-amministrazzjoni tajba tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hi għandha tikkonkludi ftehim finanzjarju mal-UNIDIR. Il-ftehim għandu jistipula li l-UNIDIR għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adatta skont id-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hi għandha tinforma lill-Kunsill dwar id-diffikultajiet f’dak il-proċess u dwar id-data tal-konklużjoni tal-ftehim finanzjarju.

Artikolu 4

Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kunsill abbażi ta’ rapporti regolari wara l-organizzazzjoni ta’ kull seminar reġjonali u s-seminar finali u ta’ ftuħ kif ukoll l-avvenimenti sekondarji. Ir-rapporti għandhom jitħejjew mill- UNIDIR u għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3). Hija għandha tiskadi sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk dak il-ftehim ta’ finanzjament ma jkunx ġie konkluż sa dakinhar.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 17, 22.1.2009, p. 39.


ANNESS

1.   Għan

L-għan ġenerali ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tappoġġa l-proċess preparatorju li jwassal għall-Konferenza tan-NU dwar it-TKA biex jiġi żgurat li huwa inklużiv kemm jista’ jkun u li kapaċi jagħmel rakkomandazzjonijiet konkreti dwar l-elementi tat-TKA futur, u li tappoġġa lill-Istati Membri tan-NU fl-iżvilupp u t-titjib tal-għarfien espert nazzjonali u reġjonali biex jiġu implimentati kontrolli effettivi fuq l-esportazzjoni u t-trasferiment tal-armi.

2.   Deskrizzjoni tal-proġett

2.1.   Għan tal-proġett

Il-proġett għandu l-għan li jilħaq l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

jappoġġa l-proċess preparatorju li jwassal għall-Konferenza tan-NU dwar Trattat dwar it-TKA, inkluż permezz ta’:

(i)

iż-żieda tas-sensibilizzazzjoni, l-għarfien u l-intendiment tal-proċess TKA fost l-Istati Membri tan-NU, is-soċjetà ċivili u r-rappreżentanti tal-industrija;

(ii)

il-promozzjoni ta’ parteċipazzjoni inklużiva, attiva u effettiva tal-akbar numru possibbli ta’ Stati Membri tan-NU fil-Kumitat Preparatorju li għandu jsir fl-2010-2011;

(iii)

l-identifikazzjoni u l-formulazzjoni ta’ proposti konkreti dwar il-kontenut ta’ TKA, inklużi l-aktar kamp ta’ applikazzjoni, parametri u implikazzjonijiet komprensivi;

(iv)

il-promozzjoni, fost il-pajjiżi terzi, tal-ogħla standards possibbli għat-TKA, anke abbażi tal-esperjenzi u l-istrumenti reġjonali;

(v)

ppoġġ tat-tħejjija tal-Konferenza tal-2012 bit-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ negozjar tal-parteċipanti.

(b)

appoġġa l-pajjiżi terzi fl-isforzi tagħhom li jistabbilixxu, itejbu u jimplimentaw, kif adatt, is-sistemi ta’ kontroll fuq l-esportazzjoni u t-trasferiment, inkluż permezz ta’:

(i)

l-assistenza fl-istabbiliment u t-tisħiħ tas-sistemi ta’ liċenzji;

(ii)

l-assistenza fit-titjib tal-konformità mal-kontrolli nazzjonali li jimplimentaw TKA futur u l-infurzar tagħhom, inklużi l-kontrolli tal-fruntieri, u l-monitoraġġ fuq l-esportazzjonijiet u t-trasferimenti tal-armi;

(iii)

l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ rapporti nazzjonali u reġjonali dwar l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet ta’ armi sabiex jiġu promossi t-trasparenzi u r-responsabbiltà tal-kummerċ tal-armi;

(iv)

l-appoġġ għal aktar trasparenza u responsabbiltà tal-kummerċ tal-armi permezz tal-parteċipazzjoni fir-Reġistru tan-NU dwar l-Armi Konvenzjonali (UN ROCA);

(v)

l-assistenza għall-isforzi nazzjonali biex jiġu mmarkati u rintraċċati armi żgħar u armamenti ħfief (SALW).

2.2.   Riżultati tal-Proġett

L-implimentazzjoni tal-proġett ser tirriżulta fi:

(a)

aktar sensibbilizzazzjoni, għarfien u fehim tal-proċess tat-TKA mill-Istati Membri tan-NU;

(b)

parteċipazzjoni usa’ u aktar sostantiva tal-Istati Membri tan-NU fil-Kumitat Preparatorju li għandu jsir fl-2010-2011, inkluż permezz tal-formulazzjoni ta’ proposti konkreti dwar il-kontenut ta’ TKA li għandu jirrifletti l-aktar kamp ta’ applikazzjoni komprensiv u l-ogħla standards possibbli;

(c)

aktar sensibbilizzazzjoni mill-pajjiżi terzi dwar l-istruttura u l-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll fuq l-esportazzjoni tal-armi konvenzjonali, inkluż permezz ta’ appoġġ li jimmira għat-titjib tal-konformità mal-kontrolli nazzjonali li jimplimentaw TKA futur u l-infurzar tiegħu, inklużi l-kontrolli tal-fruntieri, u l-monitoraġġ tal-esportazzjonijiet u t-trasferimenti tal-armi;

(d)

it-titjib taż-żamma tar-reġistri u l-kontabbiltà tal-armi, inkluż permezz ta’ marki u rintraċċar u l-preżentazzjoni nazzjonali lir-Reġistru tan-NU dwar l-Armi Konvenzjonali (UN ROCA) u kapaċitajiet nazzjonali mtejbin fil-kontrolli fuq l-esportazzjoni fost stati parteċipanti.

2.3.   Deskrizzjoni tal-attivitajiet

Il-proġett jipprevedi l-organizzazzjoni ta’ seba’ seminars reġjonali, avveniment ta’ tnedija u ta’ konklużjoni, sa tliet avvenimenti sekondarji u t-tqassim tar-riżultati.

Is-seminars reġjonali ser isiru matul tlett ijiem f’post li għandu jiġi ddeterminat fir-reġjuni ta’ mira.

2.3.1   Struttura tas-seminars reġjonali

Is-seminars ser jinkludu l-preżentazzjonijiet u d-diskussjonijiet li ġejjin:

 

L-ewwel parti [JUM 1 u JUM 2 (l-ewwel nofs)]:

(a)

ħarsa ġenerali tat-TKA, sfond, kamp ta’ applikazzjoni possibbli u parametri, eċċ...;

(b)

opinjonijiet nazzjonali u reġjonali dwar it-TKA, inkluża preżentazzjoni tal-opinjoni tal-Unjoni dwar TKA;

(c)

aspetti oħrajn tat-TKA, inklużi miżuri ta’ trasparenza u assistenza;

(d)

formulazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet għall-ħidma tas-sessjonijiet tal-Kumitat Preparatorju.

 

It-tieni parti [JUM 2 (it-tieni nofs) u JUM 3]:

(a)

preżentazzjoni ta’ sistemi nazzjonali u reġjonali tal-kontroll fuq il-kummerċ tal-armi konvenzjonali, inkluża l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll tal-esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u apparat militari (1);

(b)

aspetti tal-istabbiliment u l-infurzar tas-sistemi ta’ liċenzji, inkluż l-aspetti legali u amministrattiv;

(c)

aspetti tal-konformità mal-kontrolli nazzjonali li jimplimentaw TKA futur u l-infurzar tagħhom, inklużi l-kontrolli tal-fruntieri, u l-monitoraġġ tal-esportazzjonijiet u t-trasferimenti u l-esportazzjonijiet tal-armi;

(d)

aspetti taż-żamma tar-reġistri u l-kontabbiltà tal-armi, inklużu rapporti nazzjonali u reġjonali dwar it-trasferimenti tal-armi;

(e)

rwol u funzjonament tal-UN ROCA, inkluża assistenza fil-preżentazzjoni ta’ rapporti nazzjonali lir-Reġistru;

(f)

strumenti internazzjonali u nazzjonali biex jiġu mmarkati u s-SALW u assistenza għall-implimentazzjoni tagħhom.

Is-seminars ta’ tliet ijiem ser jinkludu sessjonijiet ta’ gruppi ta’ ħidma dwar aspetti speċifiċi ta’ TKA.

2.3.2.   Parteċipanti fis-seminars

Parteċipanti għal dawn is-seminars reġjonali jinkludu:

(a)

persunal diplomatiku u militari/tad-difiża minn pajjiżi fir-reġjuni, partikolarment awtoritajiet responsabbli għal-linji ta’ politika nazzjonali rigward it-TKA, inklużi delegati nazzjonali li jipparteċipaw fil-Kumitat Preparatorju tat-TKA;

(b)

persunal tekniku u tal-infurzar tal-liġi minn pajjiżi fir-reġjuni, partikolarment awtoritajiet ta’ kontroll fuq l-esportazzjoni, tad-dwana u uffiċjali tal-infurzar tal-liġi (żewġ parteċipanti għal kull pajjiż);

(c)

rappreżentanti minn organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, organizzazzjonijiet mhux governamentali (NGOs) ibbażati reġjonalment, gruppi ta’ riflessjoni u industrija lokali/reġjonali;

(d)

rappreżentanti mill-UNIDIR u l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet tad-Diżarmament (UNODA); (il-Fergħa għall-Armi Konvenzjonali u l-Fergħa Reġjonali, inklużi ċ-ċentri reġjonali, kif adatt);

(e)

esperti nazzjonali u internazzjonali tekniċi dwar l-aspetti tal-kontrolli fuq l-esportazzjonijiet tal-armi konvenzjonali, inklużi esperti tal-Unjoni u rappreżentanti tal-industrija.

Skont id-daqs tar-reġjuni, hu mistenni li f’kull seminar ser ikun hemm parteċipazzjoni ta’ bejn 45 u 80 parteċipant. Uffiċjali diplomatiku jew militari wieħed għal kull stat mistieden ser jipparteċipa fl-ewwel parti ta’ kull seminar, filwaqt li uffiċjal tekniku u tal-infurzar tal-liġi wieħed għal kull stat mistieden ser jattendi t-tieni parti. L-għażla tal-pajjiżi li għandhom ikunu mistiedna għal kull seminar u l-parteċipanti ser issir mir-RGħ, f’konsultazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Kunsill, abbażi ta’ proposta li ssir mill-UNIDIR.

Il-parteċipazzjoni tal-esperti tal-Unjoni fis-seminar għandha tkun żgurata f’livell adegwat, f’termini kemm ta’ għarfien espert tekniku kif ukoll politiku.

2.3.3.   Kontribut: Komponent ta’ riċerka

Biex jiġi żgurat kontribut infurmat sew, sostantiv u f’waqtu għall-proċess tan-NU, huwa meħtieġ komponent qawwi ta’ riċerka. L-UNIDIR ser jikkummissjona sa 12-il dokument ta’ riċerka tal-isfond mingħand istituti ta’ riċerka kompetenti jew esperti individwali, waqt li jiġu ffukati xi aspetti prinċipali relevanti tal-proġett u tas-seminars reġjonali. L-UNIDIR għandu jipproponi lir-RGħ lista konċiża ta’ istituti ta’ riċerka possibbli jew esperti individwali li jkollhom sfond sod fi kwistjonijiet speċifiċi ta’ TKA. Ir-RGħ għandu jagħżel dawk l-aktar adatti abbażi tal-lista konċiża u f’konsultazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Kunsill.

2.3.4.   Distribuzzjoni reġjonali tas-seminars

Is-seminars reġjonali għandhom isiru skont ir-raggruppamenti li ġejjin:

(a)

seminar għall-Amerika Latina u l-Karibew;

(b)

seminar għal-Lvant Nofsani;

(c)

seminar għall-Afrika ta’ Fuq, Ċentrali u tal-Punent;

(d)

seminar għall-Afrika tal-Lvant u t’Isfel;

(e)

seminar għall-Asja tal-Lvant u l-Paċifiku;

(f)

seminar għall-Asja Ċentrali u tan-Nofsinhar;

(g)

seminar għar-reġjun “Ewropa Usa’”.

Postijiet issuġġeriti tentattivament għas-seminars huma:

(a)

Buenos Aires jew Rio de Janeiro għall-Amerika Latina u l-Karibew;

(b)

il-Kajr jew Bejrut għal-Lvant Nofsani;

(c)

Rabat jew Akkra għall-Afrika ta’ Fuq, Ċentrali u tal-Punent;

(d)

Nairobi jew Johannesburg għall-Afrika tal-Lvant u t’Isfel;

(e)

Jakarta jew Pekin għall-Asja tal-Lvant u l-Paċifiku;

(f)

New Dehli jew Astana għall-Asja Ċentrali u tan-Nofsinhar;

(g)

Moska jew Belgrad għar-reġjun “Ewropa Usa’”.

Il-postijiet finali ser jiġu ddeterminati biex jiġu mmassimizzati r-riżorsi, tiġi minimizzata l-marka tal-karbonju u abbażi tal-assistenza disponibbli fil-livell lokali. L-UNIDIR ser jipproponi rakkomandazzjonijiet raġunati dwar il-postijiet, għal konsiderazzjoni u approvazzjoni mir-RGħ f’konsultazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Kunsill.

2.3.5.   Avvenimenti ta’ tnedija u ta’ konklużjoni

Għandu jsir avveniment ta’ tnedija tul jum wieħed biex jiġu preżentati l-għanijiet tal-proġett lill-komunità internazzjonali u biex jiġu mfittxija kontributi mis-soċjetà ċivili, ir-riċerkaturi u l-NGOs biex jiġi żgurat appoġġ għall-proġett. Għandu jkun organizzat avveniment ta’ konklużjoni ta’ jum wieħed biex jiġu ppreżentanti r-riżultati tal-proġett. Il-postijiet finali għal dawn l-avvenimenti għandhom ikunu ddeterminati skont il-proċedura prevista għall-għażla tal-postijiet għas-seminars reġjonali. L-avveniment ta’ tnedija jista’ jsir fil-marġini tal-Kumitat Preparatorju ta’ Lulju 2010, skont id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.3.6.   Avvenimenti sekondarji

L-ewwel avveniment sekondarju għandu jiġi organizzat fil-marġini tal-Ewwel Kumitat (il-65 laqgħa tal-Assemblea Ġenerali tan-NU) f’Ottubru 2010 biex tiżdied is-sensibbilizzazzjoni tal-partijiet interessati fi New York dwar il-proġett u biex jiġu diskussi xi elementi sostanzjali konkreti rilevanti għall-proċess tat-TKA.

It-tieni avveniment sekondarju għandu jsir fir-raba’ sessjoni tal-Kumitat Preparatorju tat-TKA mlaqqa’ fi New York, li għandha ssir fl-2011 biex il-partijiet interessati miġbura fi New York jiġu ppreżentati bir-riżultati tal-proġett miksuba sa dakinhar.

F’Ottubru 2001 ser jiġi organizzat it-tielet avveniment sekondarju fil-marġini tal-Ewwel Kumitat (is-66 laqgħa tal-Assemblea Ġenerali tan-NU) biex jiġu ppreżentati r-riżultati tal-proġett sa dakinhar lill-partijiet interessati kollha mlaqqgħin fi New York.

2.4.   Outputs - Disseminazzjoni

RAPPORTI-PUBBLIKAZZJONI

Kull seminar u avveniment għandhom jipproduċu rapport sommarju qasir tad-diskussjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet u l-ideat imressqa għal TKA u tal-aspetti tekniċi diskussi. Ir-rapporti tas-seminar, miktuba bl-Ingliż, għandhom ikunu disponibbli online u fuq mezzi ta’ ħżin ta’ data elettroniċi għad-distribuzzjoni.

Abbozz tar-rapport finali li janalizza r-rapporti sommarji tas-seba’ laqgħat reġjonali u avvenimenti oħrajn inklużi fil-proġett għandu jkun prodott u ppreżentat għall-kummenti waqt is-seminar ta’ konklużjoni. Ir-rapport finali għandu jkun disponibbli online u fuq mezzi ta’ ħżin ta’ data elettroniċi għad-distribuzzjoni. Pubblikazzjoni li tagħmel sommarju tar-rapport finali għandha ssir disponibbli online u f’kopji stampati.

3.   Tul ta’ żmien

Il-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-proġett huwa ta’ 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3).

4.   Benefiċjarji

Il-benefiċjarji ta’ dan il-proġett għandhom ikunu l-Istati Membri tan-NU, b’enfasi partikolari fuq l-awtoritajiet tal-istat responsbbli għall-istabbiliment ta’ linji ta’ politika nazzjonali rigward it-TKA, awtoritajiet ta’ kontrolli fuq l-esportazzjoni, tad-dwana u uffiċjali tal-infurzar tal-liġi li jeħtieġu li jsaħħu l-għarfien espert tagħhom sabiex jiżguraw kummerċ tal-armi responsabbli u jipprevjenu proliferazzjoni irresponsabbli ta’ armi konvenzjonali fil-qafas ta’ TKA futur. L-għażla tal-benefiċjari tal-istat speċifiċi ser ssir abbażi ta’ lista konċiża ta’ benefiċjarji proposta mill-UNIDIR għall-konsiderazzjoni u l-approvazzjoni mir-RGħ, f’konsultazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Kunsill.

5.   Entità ta’ implimentazzjoni

L-implimentazzjoni teknika ta’ din id-Deċiżjoni ser tkun fdata lill-UNIDIR. L-UNIDIR għandu jwettaq il-kompitu tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. L-UNIDIR għandu jikkoopera mal-UN-ODA u l-membri tal-Uffiċċju tal-Kumitati Preparatorji għall-Konferenza tan-NU dwar TKA.

L-UNIDIR għandu, fejn adegwat, jaħdem ma’ istituzzjonijiet bħall-organizzazzjonijiet reġjonali, il-gruppi ta’ riflessjoni, l-NGOs u l-industrija. L-UNIDIR għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adatta għad-daqs tagħha.


(1)  ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.


Top