EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2013:152:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 152, 5 ta' Ġunju 2013


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.152.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 152

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
5 ta' Ġunju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 512/2013 tal-4 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/97 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97, tad-dazju antidumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013 tal-4 ta’ Ġunju 2013 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni

5

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 514/2013 tal-4 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

48

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/261/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ġunju 2013 li tawtorizza li laboratorju fl-Ukraina iwettaq testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (notifikata bid-dokument C(2013) 3193)  ( 1 )

50

 

 

2013/262/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/715/UE li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi b’qafas regolatorju applikabbli għas-sustanzi attivi għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar li jiżguraw livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dak fl-Unjoni ( 1 )

52

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 512/2013

tal-4 ta’ Ġunju 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/97 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97, tad-dazju antidumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 tad-29 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (2),

Wara li kkunsidrat l-estensjoni tad-dazju antidumping fuq ir-roti impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (3) għall-parts tar-roti imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (4),

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97, il-Kunsill wessa’ d-dazju antidumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq l-importazzjoni tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (‘RPĊ’) għall-importazzjoni ta’ wħud mill-parts tar-rota li joriġinaw minn dan il-pajjiż (“dazju estiż antidumping”). Ir-Regolament (KE) Nru 71/97 stipula wkoll li għandha tiġi stabbilita skema ta’ eżenzjoni abbażi tal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku (“l-iskema tal-eżenzjoni”) biex tippermetti lil dawk il-kumpaniji li jarmaw ir-roti u li ma jkunux qed jiksru l-miżura fuq ir-roti biex jimpurtaw parts tar-roti li joriġinaw miċ-Ċina mingħajr dazju antidumping, billi teżentahom mill-miżura estiża għall-parts tar-roti.

(2)

Il-qafas legali għat-tħaddim tal-iskema tal-eżenzjoni kien previst fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (5) (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament Emendat”).

(3)

Wara analiżi tal-estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjoni tar-roti li joriġinaw mir-RPĊ għal importazzjonijiet ta’ ċerti parts tar-roti mir-RPĊ skont l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 171/2008 (6), iddeċieda li jżomm l-miżuri kontra l-evażjoni.

(4)

Wara li saret l-analiżi interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1095/2005 (7), iddeċieda li jżid id-dazju antidumping fis-seħħ għal 48,5 %.

(5)

B’Avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (8) (“l-Avviż”) il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) nediet analiżi interim tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fir-RPĊ. Fil-punt 4.4 tal-Avviż il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar il-funzjonament u l-mudell possibbli futur tal-iskema ta’ eżenzjoni. Il-kummenti ġew mitluba b’mod partikolari b’rabta mat-tħaddim u l-ġestjoni tal-iskema ta’ eżenzjoni fil-forma attwali tagħha, inkluż l-isfidi li jiffaċċjaw l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(6)

Il-Kumissjoni ma rċeviet ebda kummenti pertinenti. Madankollu, b’riżultat tal-esperjenza miġbura mill-Kummissjoni, filwaqt li tkun qiegħda tiġi applikata l-iskema ta’ eżenzjoni, huwa meqjus neċessarju li jiġu introdotti xi emendi, li għandhom jiffaċilitaw it-tħaddim tagħha.

(7)

Skont l-iskema attwali ta’ eżenzjoni, id-definizzjoni tal-perjodu ta’ investigazzjoni ma tippermettix li ssir valutazzjoni xierqa tal-kwantità u l-valur ta’ parts Ċiniżi użati f’operazzjonijiet ta’ mmuntar ta’ roti tal-UE. Ir-regoli li bħalissa jinsabu fis-seħħ jipprevedu li, il-perjodu tal-investigazzjoni jrid jiġi stabbilit qabel id-data tas-sospensjoni tad-dazji antidumping. Matul dan il-perjodu, l-applikanti normalment jimportaw kwantitajiet żgħar mir-RPĊ, minħabba li kwantitajiet ‘il fuq minn 299 part fix-xahar ikunu soġġetti għal dazju antidumping. Konsegwentement, jidher li roti mmuntati matul dan il-perjodu ta’ investigazzjoni huma konformi mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku li jiddikjara li l-produtturi tar-roti fl-Unjoni jridu josservaw proporzjon ta’ inqas minn 60 % tal-parts tar-roti Ċiniżi fl-operazzjoni tagħhom jew iż-żieda ta’ valur ta’ aktar minn 25 % għall-parts kollha mdaħħla fl-operazzjoni (ir-regola “60/40 jew 25 % valur miżjud”).

(8)

Huwa biss wara li tkun ingħatat is-sospensjoni li l-kumpaniji jibdew jimportaw volumi ogħla. Madankollu, skont ir-regoli li jinsabu fis-seħħ bħalissa dan il-perjodu ma jistax jiġi kkunsidrat. Għalhekk, l-għan li jirfed l-iskema “li jiġi żgurat l-użu ta’ proporzjon xieraq ta’ parts li joriġinaw fl-Ewropa” ma jistax jinkiseb kollu.

(9)

Fuq dan l-isfond u għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, huwa meqjus xieraq li tiġi emendata d-definizzjoni tal-perjodu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 6(1) biex tinkludi wkoll iż-żmien wara d-data ta’ sospensjoni tal-pagament tad-dazju estiż antidumping. Il-konformità mar-regola “60/40 jew 25 % valur miżjud” imbagħad tiġi vverifikata b’mod iktar xieraq għal perjodu li matulu l-importatur ma jħallas l-ebda dazji antidumping, jiġifieri wara li tingħata s-sospensjoni.

(10)

Sabiex applikant ikun jista’ jissottometti dejta verifikabbli tal-importazzjonijiet tiegħu tal-parts tar-roti għall-perjodu qabel is-sospensjoni skont l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Emendat, ir-referenza għal obbligu kuntrattwali irrevokabbli skont l-Artikolu 4(1)(a) titneħħa.

(11)

Barra minn hekk, l-iskema kurrenti mhix ċara fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-parts tar-roti użati għall-immuntar tar-roti attrezzati b’mutur supplimentari, b’side car jew mingħajrha, xi drabi msejħa roti tal-elettriku jew pedelecs. Roti kompleti tal-elettriku u konsegwentement il-parts għall-immuntar tar-roti tal-elettriku la huma soġġetti għal dazju antidumping u lanqas għad-dazju estiż antidumping jiġifieri l-operazzjonijiet tal-immuntar tar-roti tal-elettriku jibqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 71/97. Għalhekk, huwa kkunsidrat xieraq li d-dispożizzjonijiet eżistenti jiġu estiżi skont l-Artikolu 14 għal “kontroll tal-użu aħħari” ta’ dawk il-parts tar-roti maħsuba għall-immuntar tar-roti tal-elettriku. Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw “il-kontroll tal-użu aħħari” jippermettu lill-awtoritajiet doganali nazzjonali jittraċċaw l-użu finali ta’ parts importati, jiġifieri l-użu ta’ mmuntar ta’ roti klassiċi jew ta’ roti tal-elettriku.

(12)

Barra minn hekk, huwa kkunsidrat xieraq li jitħassar l-Artikolu 16(3) billi d-dejta meħtieġa tista’ tinkiseb minn sorsi oħra.

(13)

Fl-aħħar nett, huwa propost li jiġu korretti żbalji klerikali u jiġu emendati r-referenzi skaduti fir-Regolament Emendat.

(14)

Fl-interessi taċ-ċertezza legali u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, huwa neċessarju li jkun previst li l-emendi għar-Regolament Emendat previsti f’dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr għall-investigazzjonijiet ġodda u pendenti kollha.

(15)

Ir-Regolment (KE) Nru 88/97 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 88/97 huwa b’dan emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 3(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   It-talbiet isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u trid tkun iffirmata minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-applikant. It-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H Trade Defence,

Rue de la Loi/Wetstraat 200,

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

E-Mail: TRADE-bicycle-parts@ec.europa.eu”

2.

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu (1)(a) u (b) jinbidlu b’dan li ġej:

“(a)

tinkludi provi li juru li l-applikant qiegħed juża parts essenzjali tar-rota għall-produzzjoni u l-immuntar tar-roti fi kwantitajiet ‘il fuq mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 14(c);

(b)

tipprovdi evidenza prima facie li l-operazzjonijiet tal-immuntar tal-applikant jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (*); u

(*)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.”"

(b)

Il-Paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Jekk jiġi deċiż li talba mhijiex ammissibbli, din tiġi miċħuda permezz ta’ Deċiżjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.”

3.

L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Mill-ġurnata li tkun waslet it-talba li prima facie tkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Arikolu 4(1) u 4(2) u sakemm tingħata deċiżjoni dwar il-merti skont l-Artikoli 6 u 7, il-pagament tad-dejn doganali fir-rigward tad-dazju estiż skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Referenza se jkun sospiż fir-rigward ta’ kwalunkwe importazzjonijiet ta’ partijiet essenzali tar-rota ddikjarata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa mill-parti eżaminata. Perjodu ta’ mhux inqas minn sitt xhur qabel tasal it-talba huwa normalment ikkunsidrat biex tiġi stabbilita prima facie l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u 4(2).”

4.

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni se tidentifika perjodu ta’ investigazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk tagħtix eżenzjoni li normalment tkun tkopri perjodu ta’ 12-il xahar, iżda mhux inqas minn sitt xhur mid-data tas-sospensjoni tal-pagament tad-dazju estiż fuq parts essenzjali tar-roti. Matul il-kors tal-eżaminazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob iżjed informazzjoni addizzjonali mill-applikant għall-eżami u/jew tesegwixxi verifiki fuq il-post.”

(b)

Il-Paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-eżaminazzjoni dwar il-merti tat-talba normalment ikun konkluż fi żmien 12-il xahar wara li tkun irċeviet l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 6(1).”

5.

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Fejn il-fatti kif finalment aċċertati juru li l-operazzjonijiet ta’ mmuntar tal-applikant ma jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, l-eżenzjoni tal-applikant mid-dazju estiż tkun awtorizzata, wara l-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.”

(b)

Il-Paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Fejn il-kriterji għal eżenzjoni mhumiex sodisfatti, it-talba tinċaħad, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u s-sospensjoni tal-pagament tad-dazju estiż imsemmi fl-Artikolu 5 titħassar.”

6.

L-Artikolu 8(1)(a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

l-operazzjonijiet tal-immuntar tagħha ma jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009;”

7.

L-Artikolu 9(1) jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess tanalizza s-sitwazzjoni tal-parti eżentata sabiex tivverifika li l-operazzjonjiet tal-immuntar tagħha ma jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.”

8.

L-Artikolu 10 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 10

It-tħassir ta’ eżenzjoni

Eżenzjoni tiġi revokata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, wara li l-persuna eżentata tingħata l-opportunità biex tikkummenta:

fejn l-analiżi tkun uriet li l-operazzjonijiet tal-immuntar tal-persuna eżentata jkunu jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009,

fil-każ ta’ vjolazzjoni tal-obbligi tal-parti skont l-Artikolu 8, jew

fil-każ ta’ nuqqas ta’ koperazzjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni.”

9.

L-Artikolu 13 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Dispożizzjonijiet proċedurali

Id-dispożizzjonijiet relevanti fir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 fir-rigward:

tat-tmexxija tal-investigazzjonijiet (l-Artikolu 6(2), (3), (4) u (5)),

tal-visti ta’ verifika (l-Artikolu 16),

tan-nuqqas ta’ koperazzjoni (l-Artikolu 18), u

tal-kunfidenzjalità (l-Artikolu 19),

japplikaw għall-eżaminazzjoni skont dan ir-Regolament.”

10.

L-Artikolu 14(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

kull xaħar, inqas minn 300 unità għal kull tip ta’ part essenzjali tar-rota jkunu jew iddikjarati għal ċirkolazzjoni ħielsa minn parti jew imwasslin lilha. L-għadd ta’ parts iddikjarati minn parti jew imwasslin lilha jiġu kkalkulati permezz ta’ referenza għall-għadd ta’ parts iddikjarati jew imwassla lill-partijiet kollha li huma assoċjati ma’ dik il-parti jew għandhom arranġamenti kumpensatorji magħha; jew”

11.

Fl-Artikolu 14, jiddaħħal is-subparagrafu (d) li ġej:

“(d)

il-parts essenzjali tar-rota huma għall-użu fl-immuntar tar-roti lijkun fihom mutur supplimentari (TARIC kodiċi addizzjonali 8835).”

12.

L-Artikolu 16(3) huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u japplika għall-investigazzjonijiet kollha ġodda u pendenti kollha mid-dħul teigħu fis-seħħ.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 153, 5.6.2013, p. 17.

(3)  ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

(5)  ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

(6)  ĠU L 55, 28.2.2008, p. 1.

(7)  ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1.

(8)  ĠU C 71, 9.3.2012, p. 10.


5.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 513/2013

tal-4 ta’ Ġunju 2013

li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 u 14(5) tiegħu,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Tnedija

(1)

Fis-6 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“in-Notifika ta’ Bidu”), ħabbret il-bidu ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (l-Unjoni) ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”).

(2)

L-investigazzjoni nbdiet wara lment imressaq fil-25 ta’ Lulju 2012 minn EU ProSun (“l-ilmentatur”) f’isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ moduli fotovoltajċi (“PV”) bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping tal-imsemmi prodott u tad-dannu materjali li jirriżulta minnu, li tqies bħala suffiċjenti biex jiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni.

2.   Reġistrazzjoni

(3)

Wara talba mill-ilmentatur appoġġata bl-evidenza meħtieġa, il-Kummissjoni fl-1 ta’ Marzu 2013 adottat ir-Regolament (UE) Nru 182/2013 (3) li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni mis-6 ta’ Marzu 2013.

3.   Partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(4)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment dwar il-bidu tal-investigazzjoni lill-ilmentatur, lil produtturi oħra magħrufin tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet tar-RPĊ u lill-importaturi magħrufa. Il-Kummissjoni avżat ukoll lill-produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerka li kienet prevista bħala pajjiż analogu possibbli.

(5)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stipulat fin-Notifika ta’ Bidu. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan, u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(6)

Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, l-importaturi mhux relatati u l-produtturi tal-Unjoni involuti fl-investigazzjoni u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti taż-żmien statutorji, fin-Notifika ta’ Bidu l-Kummissjoni ħabbret li kienet iddeċidiet li tillimita għal numru raġonevoli l-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, l-importaturi mhux relatati u l-produtturi tal-Unjoni li kienu ser jiġu investigati billi tagħżel kampjun skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”).

(a)   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(7)

Fin-Notifika ta’ Bidu l-Kummissjoni ħabbret li kienet għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi kollha magħrufin tal-Unjoni u l-assoċjazzjoni tal-produtturi magħrufa ġew infurmati dwar l-għażla tal-kampjun provviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun provviżorju kien jikkonsisti minn disa’ produtturi tal-Unjoni minn fost il-madwar 220 produttur tal-Unjoni li kienu magħrufa qabel il-bidu tal-investigazzjoni li jipproduċu l-prodott simili (ara l-premessa (26) aktar ’l isfel), magħżula fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni, meta jitqiesu l-volum tal-bejgħ u l-pożizzjoni ġeografika li setgħet raġonevolment tiġi investigata fiż-żmien disponibbli. Kien assigurat li l-kampjun ikopri kemm produtturi tal-Unjoni integrati vertikalment kif ukoll produtturi tal-Unjoni mhux integrati. Il-partijiet interessati kienu mistiedna wkoll jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kampjun provviżorju. Numru ta’ partijiet interessati kkummentaw dwar il-kampjun provviżorju u parti waħda talbet smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta.

(8)

Diversi partijiet interessati qajmu l-oġġezzjonijiet li ġejjin rigward il-kampjun provviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni:

(i)

Xi partijiet sostnew li l-informazzjoni limitata pprovduta fir-rigward tal-kampjun magħżul b’mod provviżorju ma kinitx suffiċjenti u ma kinitx tippermettilhom li jagħmlu kummenti siewja dwar il-kampjun propost. B’mod partikolari, huma kkritikaw il-fatt li l-identità tal-produtturi tal-Unjoni nżammet kunfidenzjali u talbu li għandhom jiġu żvelati l-Istati Membri fejn kienu jinsabu l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, kif ukoll is-sehem tal-produzzjoni tal-produtturi magħżula tal-Unjoni fil-volum totali tal-produzzjoni ta’ moduli fotovoltajċi, ċelloli u wejfers u l-perċentwal tal-produzzjoni u l-bejgħ rappreżentat mill-kumpaniji fil-kampjun b’mod individwali u mill-kampjun kollu kemm hu.

(ii)

Il-metodu użat għall-għażla tal-kampjun ġie kkontestat fuq il-bażi li “iħawwad tliet passi differenti”, jiġifieri l-appoġġ għall-bidu tal-investigazzjoni, id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-kampjunar. Għalhekk, ġie sostnut li ma kienx ċar jekk l-industrija tal-Unjoni kinitx diġà definita fil-mument tal-għażla tal-kampjun, u għalhekk jekk il-kampjun setax jitqies bħala rappreżentattiv. Mingħajr definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-istadju tal-kampjunar, il-partijiet interessati ma setgħux jivverifikaw jekk il-kampjun provviżorju kienx rappreżentattiv, u għalhekk jekk fuq il-bażi tal-kampjun, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni kif definit fil-premessa (19) aktar ’l isfel setgħetx tiġi vvalutata b’mod korrett. Barra minn hekk, ġie sostnut li ma kienx xieraq li l-kampjun provviżorju jintgħażel fuq il-bażi tat-tweġibiet tal-produtturi tal-Unjoni għall-eżami tal-appoġġ għall-bidu tal-investigazzjoni.

(iii)

Ġie sostnut ukoll li l-kampjun provviżorju ġie magħżul sempliċement fuq il-bażi tal-kumpaniji li esprimew l-appoġġ tagħhom għall-investigazzjoni preżenti.

(iv)

Waħda mill-partijiet sostniet li billi l-kumpaniji integrati vertikalment huma inklużi fil-kampjun provviżorju, il-volum tal-produzzjoni tal-wejfers u ċ-ċelloli jista’ jkun magħdud darbtejn jew tliet darbiet, li jixħet dubji dwar ir-rappreżentattività globali tal-kampjun. Ġie mitlub li għall-produtturi integrati vertikalment għandu jingħadd biss il-volum tal-produzzjoni tal-moduli, iżda mhux il-volum taċ-ċelloli u l-wejfers.

(v)

L-istess parti allegat li d-dejta li fuqha kienet ibbażata l-għażla tal-kampjun kienet mill-anqas parzjalment mhux affidabbli u dan jista’ jkollu impatt fuq ir-rappreżentattività tal-kampjun provviżorju kollu kemm hu.

(vi)

Waħda mill-partijiet ipprovdiet lista li allegatament tinkludi madwar 150 produttur addizzjonali tal-prodott simili tal-Unjoni, fejn sostniet li dawn messhom ġew ikkunsidrati għall-finijiet tal-għażla ta’ kampjun tal-produtturi tal-Unjoni.

(9)

L-argumenti mqajma mill-partijiet kienu indirizzati kif ġej:

(i)

Il-produtturi tal-Unjoni talbu li l-ismijiet tagħhom jinżammu kunfidenzjali minħabba r-riskju ta’ ritaljazzjoni. Fil-fatt kien hemm theddidiet reali kontra l-produtturi tal-Unjoni li ssirilhom ħsara lin-negozju tagħhom kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha. Il-Kummissjoni ħasset li dawn it-talbiet kienu ssostanzjati b’mod suffiċjenti sabiex jintlaqgħu. L-iżvelar tal-pożizzjoni jew tas-sehem fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-produtturi individwali tal-Unjoni magħżula fil-kampjun seta’ faċilment jikxef l-identità tal-produttur ikkonċernat u t-talbiet f’dan ir-rigward kellhom jiġu rifjutati.

(ii)

Il-Kummissjoni “ma ħawditx” l-istabbiliment tal-appoġġ għall-bidu tal-investigazzjoni, l-istabbiliment tal-industrija tal-Unjoni u l-għażla tal-kampjun provviżorju billi dawn il-passi baqgħu indipendenti minn xulxin u ttieħdet deċiżjoni dwarhom separatament. Ma ntweriex safejn l-użu tad-dejta dwar il-produzzjoni u l-bejgħ mogħtija mill-produtturi tal-Unjoni fil-kuntest tal-eżami tal-appoġġ għall-bidu tal-investigazzjoni kien affettwa r-rappreżentattività tal-kampjun. Fil-bidu l-industrija tal-Unjoni fil-fatt kienet ġiet definita b’mod provviżorju. L-informazzjoni kollha disponibbli rigward il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment u d-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni u partijiet oħra qabel il-bidu tal-investigazzjoni, intużat sabiex tiġi stabbilita b’mod provviżorju l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-perjodu tal-investigazzjoni, kif definit fil-premessa (19) aktar ’l isfel.

(iii)

Il-produtturi kollha tal-Unjoni li wieġbu l-mistoqsijiet relatati mal-appoġġ għall-bidu tal-investigazzjoni kienu kkunsidrati għall-kampjun, irrispettivament minn jekk kinux jappoġġjaw, jopponu jew ma esprimew l-ebda opinjoni dwar l-investigazzjoni; din l-affermazzjoni għalhekk kienet rifjutata.

(iv)

Il-kwistjoni tal-għadd doppju/triplu ġiet ikkunsidrata meta ntgħażel il-kampjun provviżorju. Deher li l-esklużjoni tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-wejfers u ċ-ċelloli tal-produtturi tal-Unjoni integrati vertikalment ma tikkunsidrax dik il-parti tal-produzzjoni tal-wejfers u ċ-ċelloli mibjugħa fis-suq ħieles. Għalhekk tqies li l-esklużjoni tal-bejgħ tal-wejfers u ċ-ċelloli mill-volum totali tal-produzzjoni mhux neċessarjament twassal għal kampjun aktar rappreżentattiv. Barra minn hekk, ir-rappreżentattività tal-kampjun ġiet stabbilita mhux biss fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni iżda wkoll fuq il-bażi tal-firxa ġeografika u rappreżentanza bilanċjata ta’ produtturi integrati vertikalment u produtturi mhux integrati. Ir-rappreżentattività relattiva tal-volum tal-produzzjoni ġiet ikkalkulata fil-livell ta’ kull tip tal-prodott simili. Fuq din il-bażi, kien ikkunsidrat li l-metodoloġija għall-għażla tal-kampjun provviżorju kienet raġonevoli u l-kampjun għalhekk huwa meqjus bħala rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat kollha kemm hi. Għalhekk, dan l-argument ġie rifjutat.

(v)

Rigward l-affidabbiltà tad-dejta, il-kampjun intgħażel fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-għażla tal-kampjun kif previst fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tal-affidabbiltà tal-dejta użata b’appoġġ għall-bidu tal-investigazzjoni, l-investigazzjoni ma sabet l-ebda evidenza li d-dejta miġbura qabel il-bidu kienet defiċjenti b’mod sinifikanti. Għalhekk, wieħed jista’ jassumi b’mod raġonevoli li l-bażi li fuqha ntgħażel il-kampjun provviżorju kienet affidabbli b’mod suffiċjenti. Għalhekk, din l-affermazzjoni kienet rifjutata.

(vi)

Dwar il-lista ta’ madwar 150 produttur addizzjonali tal-Unjoni, għandu jiġi nnotat li din l-informazzjoni ġiet ippreżentata ħafna wara d-data tal-għeluq stabbilita għall-partijiet interessati sabiex jikkummentaw dwar l-għażla tal-kampjun provviżorju u għall-produtturi tal-Unjoni sabiex jippreżentaw ruħhom u jitolbu li jiġu inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, madwar 30 mill-produtturi tal-Unjoni inklużi f’din il-lista kienu magħrufa mill-Kummissjoni fiż-żmien tal-għażla tal-kampjun. Barra dan, il-produtturi kollha tal-Unjoni li ppreżentaw irwieħhom wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu ġew ikkunsidrati meta ntgħażel il-kampjun. Fuq din il-bażi, ir-rappreżentattività tal-kampjun ma kinitx affettwata. Għalhekk, din l-affermazzjoni kienet rifjutata.

(10)

Wara li waslu l-kummenti, il-kompożizzjoni tal-kampjun kienet riveduta fuq il-bażi li kien hemm indikazzjonijiet li waħda mill-kumpaniji magħżula ma kinitx tkun fil-pożizzjoni li tikkoopera b’mod sħiħ. Sabiex jinżamm il-livell ta’ rappreżentattività tal-kampjun ġie magħżul produttur ieħor tal-Unjoni. Dan il-kampjun rivedut għalhekk kien jikkonsisti minn għaxar kumpaniji, magħżula fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv għal kull livell tal-produzzjoni, billi tqiesu l-volum tal-bejgħ fis-suq tal-UE u l-pożizzjoni ġeografika li setgħu raġonevolment jiġu investigati fiż-żmien disponibbli. B’riżultat ta’ dan, il-kampjun rivedut tal-produtturi tal-Unjoni, imfisser bħala perċentwal mill-produzzjoni totali tal-Unjoni, kien jammonta għal bejn 18 % u 21 % għall-moduli, bejn 17 % u 24 % għaċ-ċelloli u bejn 28 % u 35 % għall-wejfers u kien ikopri produtturi integrati vertikalment u produtturi mhux integrati. Minħabba li perċentwal preċiż jagħmilha possibbli li jiġi kkalkulat il-volum tal-produzzjoni tal-produttur addizzjonali tal-Unjoni hawn fuq imsemmi u b’hekk tkun tista’ tiġi determinata l-identità tiegħu, ma setgħux jiġu żvelati tali perċentwali preċiżi.

(b)   Kampjunar tal-importaturi mhux relatati

(11)

Minħabba n-numru potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati, in-Notifika ta’ Bidu kienet tipprevedi teħid ta’ kampjuni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ teħid ta’ kampjuni u, jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha ntalbu jippreżentaw irwieħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fin-Notifika ta’ Bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott taħt investigazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni, kif definit fil-premessa (19) aktar ’l isfel.

(12)

Mill-madwar 250 importatur mhux relatat ippreżentati mill-ilmentatur, li kkuntattjat il-Kummissjoni, sitta u tletin parti wieġbu għall-formola tal-kampjunar mehmuża man-Notifika ta’ Bidu, ħamsa u tletin għall-moduli, tweġiba waħda għaċ-ċelloli u l-ebda tweġiba għall-wejfers. Il-kampjun intgħażel skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku sabiex ikopri l-akbar volum rappreżentattiv ta’ importazzjonijiet li jista’ b’mod raġonevoli jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet importaturi mhux relatati għall-moduli u wieħed għaċ-ċelloli. Wara l-kummenti li rċeviet, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi importatur mhux relatat ieħor għall-moduli fil-kampjun. Din il-kumpanija ppreżentat ruħha u argumentat li l-livell ta’ attività tagħha jiġġustifika l-inklużjoni tagħha fil-kampjun. Is-sottomissjoni inizjali tagħha għalhekk reġgħet ġiet eżaminata u deher li kien seħħ żball klerikali fir-rigward tal-volum tal-importazzjonijiet irrappurtat mill-importatur ikkonċernat. Għal dawn ir-raġunijiet, il-kumpanija inkwistjoni ġiet inkluża fil-kampjun tal-importaturi mhux relatati. Barra minn hekk, żewġ kumpaniji li inizjalment kienu magħżula fil-kampjun ma weġbux għall-kwestjonarju u għalhekk tqiesu li ma kinux qed jikkooperaw fl-investigazzjoni u ġew esklużi mill-kampjun tal-importaturi mhux relatati. Għalhekk, il-kampjun tal-importaturi mhux relatati kien jikkonsisti minn żewġ importaturi għall-moduli u importatur wieħed għaċ-ċelloli, li jirrappreżentaw madwar 2 %–5 % tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat. Madankollu, wara li waslet t-tweġiba għall-kwestjonarju, deher evidenti li l-attività ewlenija ta’ tnejn mit-tliet importaturi kienet fil-fatt l-installazzjoni solari u mhux in-negozjar tal-prodott ikkonċernat. L-investigazzjoni żvelat li l-maġġoranza tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jidħlu fis-suq tal-Unjoni permezz ta’ kumpaniji relatati mal-produtturi esportaturi fir-RPĊ jew permezz tal-installaturi jew l-iżviluppaturi ta’ proġetti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kampjun tqies provviżorjament bħala rappreżentattiv. Matul il-kors ta’ aktar investigazzjoni, madankollu, il-Kummissjoni se tikkuntattja importaturi mhux relatati oħra li kkooperaw sabiex tivverifika jekk dawn jikkwalifikawx bħala importaturi u biex tara jekk jistax jiżdied id-daqs tal-kampjun.

(c)   Kampjunar tal-produtturi esportaturi

(13)

Minħabba n-numru li deher għoli ta’ produtturi esportaturi, fin-Notifika ta’ Bidu kien previst teħid ta’ kampjuni għall-istabbiliment tad-dumping, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ teħid ta’ kampjuni u, jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha ntalbu jippreżentaw irwieħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fin-Notifika ta’ Bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott taħt investigazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni, kif definit fil-premessa (19) aktar ’l isfel. Ġew ikkonsultati wkoll l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

(14)

Fl-eżerċizzju tal-kampjunar ippreżentaw irwieħhom 135 produttur esportatur Ċiniż (ħafna drabi gruppi ta’ diversi kumpaniji). Il-kumpaniji li kkooperaw jirrappreżentaw 80 % tal-valur totali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi. Il-kampjun magħżul ta’ seba’ gruppi ta’ kumpaniji jikkonsisti mit-tliet esportaturi li kkooperaw bl-akbar volum ta’ esportazzjonijiet tal-moduli, iż-żewġ esportaturi li kkooperaw bl-akbar volum ta’ esportazzjonijiet taċ-ċelloli u ż-żewġ esportaturi li kkooperaw bl-akbar volum ta’ esportazzjonijiet tal-wejfers.

(d)   Tweġibiet għall-kwestjonarji u verifiki

(15)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha inklużi fil-kampjun kif ukoll lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u l-operaturi upstream u downstream u l-assoċjazzjonijiet tagħhom li ppreżentaw irwieħhom fil-limiti taż-żmien stabbiliti fin-Notifika ta’ Bidu. Il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll assoċjazzjoni tal-konsumaturi rappreżentattiva.

(16)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarji mingħand il-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha inklużi fil-kampjun, mingħand il-produtturi tal-Unjoni kollha inklużi fil-kampjun, mingħand tliet importaturi tal-Unjoni mhux relatati inklużi fil-kampjun u wieħed u għoxrin operatur upstream u downstream u tlieta mill-assoċjazzjonijiet tagħhom.

(17)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset neċessarja għall-iskop ta’ stabbiliment provviżorju tad-dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini tal-(gruppi ta’) kumpaniji li ġejjin.

(a)

Produtturi tal-Unjoni

Saru żjarat ta’ verifika fil-bini tal-għaxar produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(b)

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Changzhou Trina Solar Energy Co Ltd, RPĊ

Delsolar (Wujiang) Co Ltd, RPĊ

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co Ltd, RPĊ

JingAo Group, RPĊ

Jinzhou Yangguang Energy, RPĊ

Wuxi Suntech Power Co Ltd, RPĊ

Yingli Green Energy Holding Company, RPĊ

(c)

Importaturi relatati fl-Unjoni

Yingli Green Energy Greece Sales GmbH, Munich, il-Ġermanja

LDK Solar Italia S.r.l., San Zenone degli Ezzelini (TV), l-Italja

Delta Energy Systems S.r.l., Rome, l-Italja

Sunways AG, Konstanz, il-Ġermanja

JA Solar GmbH, Munich, il-Ġermanja

(d)

Negozjanti/importaturi relatati barra mill-Unjoni

Delsolar Co Ltd, Zhunan City, it-Tajwan

JA Solar Hong Kong Ltd, Ħong Kong SAR

Wealthy Rise International Ltd, Ħong Kong SAR

Suntech Power International Ltd, Schaffhausen, l-Isvizzera

Trina Solar (Schweiz) AG, Wallisellen, l-Isvizzera

(e)

Importatur mhux relatat fl-Unjoni

IBC AG, Bad Staffelstein, il-Ġermanja

(f)

Operaturi Upstream

Roth & Rau AG, Hohenstein-Ernsthal, il-Ġermanja

WACKER Chemie AG, Burghausen, il-Ġermanja

(g)

Operaturi Downstream

Juwi Solar GmbH, Worrstadt, il-Ġermanja

ValSolar SL, Badajoz, Spanja

(h)

Assoċjazzjonijiet

EPIA, Brussels, il-Belġju

(18)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi stabbilit valur normali għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ f’każ li dawn ma jingħatawx MET, saret verifika biex jiġi stabbilit il-valur normali fuq il-bażi tad-dejta mill-Indja bħala pajjiż analogu, fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

EMMVEE Photovoltaic Power Private Limited, Bengaluru, l-Indja

Tata Power Solar Systems Limited, Bengaluru, l-Indja

4.   Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

(19)

L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-2009 sal-aħħar tal-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(20)

Il-prodott ikkonċernat huwa moduli jew pannelli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u ċelloli u wejfers tat-tip użati fil-moduli jew il-pannelli fotovoltajċi bis-silikon kristallin, li joriġinaw jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Iċ-ċelloli u l-wejfers għandhom ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru. Dan il-prodott attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 3818 00 10, ex 8501 31 00, ex 8501 32 00, ex 8501 33 00, ex 8501 34 00, ex 8501 61 20, ex 8501 61 80, ex 8501 62 00, ex 8501 63 00, ex 8501 64 00 u ex 8541 40 90 (“il-prodott ikkonċernat”).

(21)

It-tipi ta’ prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat:

ċarġers solari li jikkonsistu minn anqas minn sitt ċelloli, li jistgħu jinġarru u li jfornu l-elettriku lil apparat jew li jiċċarġjaw il-batteriji;

prodotti fotovoltajċi tat-tertuqa rqiqa;

prodotti fotovoltajċi bis-silikon kristallin li huma integrati b’mod permanenti fi prodotti elettriċi, fejn il-funzjoni tal-prodotti elettriċi ma tkunx il-ġenerazzjoni tal-enerġija, u fejn dawn il-prodotti elettriċi jikkunsmaw l-elettriku ġġenerat miċ-ċellola(i) fotovoltajka(ċi) integrati bis-silikon kristallin.

(22)

Il-moduli fotovoltajċi, iċ-ċelloli u l-wejfers jaqilbu d-dawl tax-xemx f’elettriku. Din il-konverżjoni ssir permezz ta’ ċelloli li jassorbu d-dawl u jaqilbuh f’elettriku permezz tas-silikon kristallin.

(23)

Il-wejfers huma l-ewwel pass fil-proċess tal-produzzjoni. Huma magħmula mis-silikon kristallin u huma l-komponent ewlieni għall-produzzjoni taċ-ċelloli.

(24)

Is-silikon kristallin l-ewwel irid jiġi mdewweb sabiex jinkisbu l-ingotti tas-silikon kristallin li jiġu mqattgħin f’wejfers. Il-wejfers jiġu ttrattati permezz ta’ sekwenza ta’ pproċessar tas-semikondutturi ta’ teknoloġija għolja sabiex jinħolqu ċelloli solari funzjonali. Iċ-ċelloli huma t-tieni pass fil-proċess tal-produzzjoni. Huma għandhom junction pożittiva-negattiva biex tiġbor u tittrażmetti l-elettriku li jiġi ġġenerat miċ-ċellola.

(25)

Il-moduli huma t-tielet pass fil-proċess tal-produzzjoni. Sabiex jiġu assemblati l-moduli, iċ-ċelloli jiġu stanjati flimkien b’wajers ċatti jew żagarelli tal-metall biex jipproduċu sensiela ta’ ċelloli. Dawn jiġu laminati bejn folji. Ġeneralment jintuża l-ħġieġ fuq u folja polimerika ta’ sostenn fil-qiegħ. Ġeneralment jinħolqu oqfsa biex jippermettu l-immuntar fil-post (eż. fuq il-bjut). Il-modulu jista’ jkun b’inverter jew mingħajru.

2.   Il-prodott simili

(26)

L-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat u l-prodott magħmul u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Indja, li serviet bħala pajjiż analogu sabiex jiġi stabbilit il-valur normali, kif ukoll il-prodott magħmul u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi finali bażiċi. Għalhekk qegħdin jitqiesu b’mod provviżorju bħala simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   Affermazzjonijiet rigward il-firxa tal-prodott

(i)   Il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u l-użi finali

(27)

Diversi partijiet interessati sostnew li l-investigazzjoni ma tistax tkopri tliet prodotti b’karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi differenti, u għalhekk il-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers għandhom ikunu soġġetti għal tliet investigazzjonijiet separati. Barra minn hekk, huma sostnew li mhux ċar jekk l-investigazzjoni tkoprix prodott wieħed jew tliet prodotti separati u għalhekk ma għandhomx opportunità sħiħa biex jiddefendu l-interessi tagħhom. Kienet mitluba wkoll l-esklużjoni tal-wejfers mill-investigazzjoni bħala alternattiva jekk ma jkunux esklużi l-monowejfers (ara l-premessi (42) sa (44) aktar ’l isfel).

(28)

Il-produzzjoni tal-wejfers, iċ-ċelloli u l-moduli huwa proċess wieħed ta’ produzzjoni b’passi differenti fil-produzzjoni. Il-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers jistabbilixxu flimkien il-karatteristiċi tal-prodott lest (jiġifieri l-moduli). L-investigazzjoni wriet li l-produzzjoni tal-wejfers u ċ-ċelloli hija ddedikata direttament u esklussivament għall-produzzjoni tal-moduli; il-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi (determinati mill-materja prima użata) u għandhom l-istess użi finali bażiċi, jiġifieri jinbiegħu biex jiġu integrati f’sistemi solari fotovoltajċi. Il-prestazzjoni tal-moduli hija marbuta direttament mal-prestazzjoni tal-wejfers u ċ-ċelloli.

(29)

In-Notifika ta’ Bidu tal-investigazzjoni esprimiet b’mod ċar li l-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers jikkostitwixxu l-prodott li qed jiġi investigat. Il-partijiet interessati għalhekk kellhom l-opportunità sħiħa li jiddefendu l-interessi tagħhom abbażi tal-prodott ikkonċernat kif definit. Għal dawn ir-raġunijiet, l-argumenti kienu rifjutati.

(ii)   Nomenklatura differenti

(30)

Ġie sostnut ukoll li l-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers ma setgħux jitqiesu bħala prodott wieħed billi huma għandhom diversi kodiċijiet tan-NM differenti bi tmien ċifri, subintestatura b’sitt ċifri, intestatura HS b’erba’ ċifri u livelli ta’ kapitoli b’żewġ ċifri, u jinsabu wkoll f’sezzjonijiet differenti tan-Nomenklatura HS. Bħala tali, dan l-argument huwa irrelevanti sabiex tiġi determinata l-firxa tal-prodott ta’ investigazzjoni anti-dumping li hija bbażata fuq il-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott ikkonċernat.

(iii)   Valur miżjud taċ-ċelloli

(31)

Diversi partijiet sostnew li l-valur miżjud fil-proċess ta’ konverżjoni taċ-ċelloli jammonta għall-akbar parti mill-valur ta’ modulu u għalhekk iċ-ċelloli jridu jitqiesu bħala prodott separat.

(32)

L-investigazzjoni żvelat li l-produzzjoni taċ-ċelloli hija l-aktar parti teknoloġikament sofistikata fil-proċess tal-produzzjoni. Madankollu, hija wriet ukoll li t-tliet stadji tal-ipproċessar huma marbutin ma’ xulxin u l-valur miżjud mhuwiex ikkonċentrat fi stadju partikolari tal-proċess tal-produzzjoni iżda huwa mifrux fuq il-proċess sħiħ tal-produzzjoni. Minħabba f’hekk, dan l-argument kien rifjutat.

(iv)   Swieq ta’ negozjanti separati

(33)

Xi partijiet interessati sostnew li l-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers għandhom swieq ta’ negozjanti separati u għalhekk għandhom jiġu ttrattati bħala prodotti differenti li jista’ jintwera wkoll mill-fatt li numru kbir ta’ produtturi mhumiex integrati vertikalment.

(34)

Il-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers ma jistgħux jitqiesu bħala prodotti separati li l-prezzijiet tagħhom ivarjaw biss skont il-fatturi tas-suq. Fil-fatt il-prezzijiet tagħhom huma interkonnessi b’mod strett u affettwati mill-prezz tal-polisilikon. Bl-istess mod, kif ġie spjegat fil-premessi (23) sa (25) aktar ’il fuq, il-prodott ikkonċernat isir fi proċess wieħed tal-produzzjoni bi stadji differenti. Il-fatt li xi produtturi mhumiex integrati vertikalment huwa dovut biss għal deċiżjoni tan-negozju u l-ekonomiji ta’ skala u ma jdawwarx din il-konklużjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

(v)   L-użu finali u l-interskambjalità

(35)

Diversi partijiet interessati sostnew li l-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers iridu jiġu ttrattati bħala prodotti differenti minħabba li għandhom użi finali differenti u ma kinux interskambjabbli.

(36)

Kif issemma aktar ’il fuq, l-investigazzjoni wriet li l-proċess tal-produzzjoni tal-wejfers-ċelloli-moduli huwa proċess ta’ produzzjoni wieħed u għalhekk il-kwistjoni tal-interskambjalità bejn l-istadji differenti ta’ proċess uniku tal-produzzjoni ma tapplikax. Barra minn hekk, il-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers għandhom l-istess użu finali, jiġifieri dak li jaqilbu d-dawl tax-xemx f’elettriku u għalhekk ma jistgħux jintużaw f’applikazzjonijiet oħra.

(vi)   Kanali ta’ distribuzzjoni

(37)

Waħda mill-partijiet interessati sostniet li l-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers ma jużawx l-istess kanali ta’ distribuzzjoni u għalhekk m’għandhomx jitqiesu bħala prodott wieħed. L-investigazzjoni wriet li l-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers jistgħu jiġu distribwiti fi ħdan kanali ta’ distribuzzjoni differenti jew simili. Madankollu l-kriterji prinċipali għad-definizzjoni ta’ prodott uniku huma l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u l-użi finali. Fid-dawl tal-premessi (27) sa (29) aktar ’il fuq, għalhekk ġie konkluż li l-kanali ta’ distribuzzjoni differenti mhumiex ikkunsidrati bħala element determinanti. L-argument għalhekk għandu jiġi rifjutat.

(vii)   Perċezzjoni tal-konsumaturi

(38)

Ġie sostnut li l-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers ivarjaw b’mod sostanzjali f’termini tal-perċezzjoni tal-konsumaturi u għalhekk ma għandhomx jitqiesu bħala prodott uniku.

(39)

Bl-istess mod bħal hawn fuq, il-kriterji prinċipali għad-definizzjoni ta’ prodott uniku huma l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u l-użi finali. Fid-dawl tal-premessi (27) sa (29) aktar ’il fuq, għalhekk ġie konkluż li l-perċezzjoni differenti tal-konsumaturi mhijiex ikkunsidrata bħala element determinanti. Għalhekk l-argument għandu jiġi rifjutat.

(viii)   Prodotti tat-tertuqa rqiqa

(40)

Waħda mill-partijiet interessati sostniet li l-prodotti fotovoltajċi tat-tertuqa rqiqa għandhom jiġu inklużi fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, fuq l-argument li dawn għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi finali bażiċi.

(41)

Il-prodotti fotovoltajċi tat-tertuqa rqiqa huma esklużi b’mod ċar mid-definizzjoni tal-prodott, ara l-premessa (21) aktar ’il fuq. Fil-fatt il-prodotti fotovoltajċi tat-tertuqa rqiqa għandhom karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi differenti meta mqabbla mal-prodott ikkonċernat. Huma jsiru bi proċess ta’ produzzjoni differenti u mhux mis-silikon kristallin li huwa l-materja prima sabiex jiġu prodotti l-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers. Huma għandhom effiċjenza ta’ konverżjoni aktar baxxa u għalhekk mhumiex adatti għall-istess tipi ta’ applikazzjonijiet minn dawk tal-prodott ikkonċernat. Għal dawn ir-raġunijiet, l-argumenti kellhom jiġu rifjutati.

(ix)   Esklużjoni tal-monowejfers

(42)

Waħda mill-partijiet interessati sostniet li l-monowejfers għandhom jiġu esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, billi dawn għandhom karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi differenti mill-multiwejfers. Ġie sostnut li dawn huma differenti fl-istruttura tal-kristalli, fil-forma u fl-aspett. Barra minn hekk, ġie sostnut li ma kien hemm l-ebda produzzjoni ta’ monowejfers tal-Unjoni.

(43)

L-investigazzjoni sabet li l-monowejfers huma ta’ kwalità ogħla mill-multiwejfers, minkejja li jinħarġu minn proċessi simili ta’ produzzjoni bl-użu tal-istess materja prima prinċipali (polisilikon). Għalhekk ġie konkluż li l-monowejfers u l-multiwejfers għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi.

(44)

L-investigazzjoni wriet li l-użi finali bażiċi huma l-istess, billi kemm il-monowejfers kif ukoll il-multiwejfers huma ddedikati esklussivament għall-produzzjoni taċ-ċelloli solari (mono u multi rispettivament) u jirriżultaw fil-produzzjoni ta’ moduli solari (mono u multi rispettivament). Ma hemmx differenzi sostanzjali bejn iż-żewġ tipi ta’ wejfers u huma interskambjabbli, billi t-tnejn jistgħu jintużaw għall-produzzjoni taċ-ċelloli. Barra minn hekk, fir-rigward tal-affermazzjoni li ma kien hemm l-ebda produzzjoni ta’ monowejfers fl-Unjoni, l-investigazzjoni wriet li kemm il-monowejfers kif ukoll il-multiwejfers jiġu prodotti fl-Unjoni. Minħabba f’hekk, dan l-argument għandu jiġi rifjutat.

(x)   Prodotti nofshom lesti

(45)

Barra minn hekk ġie sostnut li l-wejfers u ċ-ċelloli għandhom jitqiesu bħala żewġ prodotti ta’ input nofshom lesti filwaqt li l-moduli huma prodotti finali, u għalhekk m’għandhomx jitqiesu bħala prodott uniku.

(46)

Kif issemma aktar ’il fuq, il-kriterji prinċipali għad-definizzjoni ta’ prodott uniku huma l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u l-użi finali. Fid-dawl tal-premessi (27) sa (29) aktar ’il fuq għalhekk ġie konkluż li d-differenza bejn il-prodotti nofshom lesti u l-prodotti lesti mhijiex ikkunsidrata bħala element determinanti. L-argument għalhekk għandu jiġi rifjutat.

(xi)   Ċarġers solari

(47)

Waħda mill-partijiet interessati talbet l-esklużjoni tal-pannelli solari ddedikati esklussivament għall-iċċarġjar tal-batteriji ta’ 12 V fuq il-bażi li dawn għandhom użu finali differenti mill-moduli għall-konnessjoni mal-grilja minħabba li dawn jiġġeneraw vultaġġ ferm aktar baxx u għalhekk mhumiex adatti għall-konnessjoni mal-grilja.

(48)

Skont in-Notifika ta’ Bidu, iċ-ċarġers solari li jikkonsistu minn inqas minn sitt ċelloli, li huma mobbli u li jfornu l-elettriku lil apparat jew li jiċċarġjaw il-batteriji huma esklużi mill-prodott li qed jiġi investigat. Il-moduli ta’ aktar minn sitt ċelloli ddedikati biss għall-iċċarġjar tal-batteriji għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi u prestazzjoni bħall-moduli għall-konnessjoni mal-grilja. Huma jużaw ċirkwit ta’ vultaġġ miftuħ li għandu vultaġġ aktar baxx miċ-ċirkwit użat fil-moduli għall-konnessjoni mal-grilja. Minkejja din id-differenza, l-investigazzjoni żvelat li dawn it-tip ta’ moduli jistgħu jitqabbdu mal-grilja. Il-vultaġġ aktar baxx jista’ faċilment jiġi kkumpensat b’żieda fid-daqs u/jew fin-numru ta’ ċelloli. Għalhekk il-moduli ddedikati għall-iċċarġjar tal-batteriji u li jikkonsistu minn aktar minn sitt ċelloli jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(xii)   Konklużjoni

(49)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie provviżorjament konkluż li l-moduli jew il-pannelli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u ċ-ċelloli u l-wejfers, tat-tip użati fil-moduli jew pannelli fotovoltajċi bis-silikon kristallin, kif deskritti hawn fuq, jikkostitwixxu prodott uniku. Madankollu, il-Kummissjoni se teżamina aktar il-kwistjoni dwar jekk il-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers jikkostitwux prodott uniku jew żewġ jew tliet prodotti separati. Għalhekk hija qiegħda tistieden lill-partijiet interessati kollha sabiex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar din il-kwistjoni, filwaqt li jqisu l-konklużjoni provviżorja mogħtija mill-Kummissjoni f’dan l-istadju. Fi kwalunkwe każ, anki jekk dawn finalment jinstabu li jikkostitwixxu żewġ jew tliet prodotti differenti, l-investigazzjoni preżenti tkopri dawn il-prodotti kollha differenti, u jistgħu jiġu imposti miżuri definittivi fuq il-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk dawn jikkostitwux prodott wieħed jew diversi prodotti.

C.   DUMPING

1.   Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1.1.   Trattament ta’ ekonomija tas-suq

(50)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet anti-dumping li jirrigwardaw importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 2(1) sa (6) għal dawk il-produtturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(51)

Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma ppreżentati hawn taħt:

1.

id-deċiżjonijiet tan-negozju jsiru bħala reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat, u l-ispejjeż jirriflettu l-valuri tas-suq;

2.

id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords kontabilistiċi bażiċi, li jiġu vverifikati b’mod indipendenti, skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità u huma applikati għall-finijiet kollha;

3.

ma hemmx distorsjonijiet sinifikanti trasferiti mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq;

4.

il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jipprovdu ċ-ċertezza u l-istabilità legali; u

5.

il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rata tas-suq.

(52)

Fl-investigazzjoni preżenti, il-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun talbu MET skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu għall-formola ta’ talba għal MET sal-iskadenzi mogħtija.

(53)

Il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha li hija qieset neċessarja u vverifikat l-informazzjoni ppreżentata fit-talbiet għal MET fil-bini tal-kumpaniji inkwistjoni.

(54)

Il-verifika stabbiliet li s-seba’ produtturi esportaturi (gruppi ta’ kumpaniji) kollha li talbu MET ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(55)

Is-seba’ gruppi ta’ kumpaniji bbenefikaw minn reġim(i) ta’ taxxa preferenzjali u għotjiet u konsegwentement ma wrewx li ma kinux soġġetti għal distorsjonijiet sinifikanti trasferiti mis-sistema ta’ ekonomija mhux tas-suq u għalhekk ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-kriterju 3 tal-valutazzjoni tal-MET.

(56)

Sitt gruppi ta’ kumpaniji naqsu milli juru li l-kontijiet tagħhom kienu ser jiġu awditjati b’mod indipendenti skont standards internazzjonali tal-kontabilità u għalhekk ma ssodisfawx il-kriterju 2 tal-valutazzjoni tal-MET.

(57)

Grupp wieħed ta’ kumpaniji naqas milli juri li l-kumpaniji tiegħu kollha se jkunu soġġetti għal-liġijiet dwar il-falliment u ma ssodisfax ir-rekwiżiti tal-kriterju 4 tal-valutazzjoni tal-MET.

(58)

Barra minn hekk, tliet gruppi ta’ kumpaniji ma kinux f’pożizzjoni li juru li huma ħielsa minn interferenza sinifikanti mill-Istat u ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-kriterju 1 tal-valutazzjoni tal-MET.

(59)

Wara d-divulgazzjoni tas-sejbiet tal-MET, waslu kummenti mill-kumpaniji kollha fil-kampjun.

(60)

Żewġ gruppi ta’ kumpaniji għamlu kumment proċedurali u sostnew li l-istabbiliment ta’ MET sar barra miż-żmien, jiġifieri wara l-perjodu ta’ tliet xhur stabbilit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u li l-investigazzjoni għalhekk għandha tiġi tterminata mingħajr dewmien. Bħala appoġġ għall-affermazzjoni huma bbażaw fuq is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi taż-żraben Brosmann (4) u Aokang (5).

(61)

L-ewwel nett, ta’ min ifakkar li l-kawżi ta’ Brosmann u Aokang mhumiex pertinenti għall-valutazzjoni tal-legalità tal-analiżi tal-MET f’din l-investigazzjoni billi dawk il-kawżi, kuntrarjament għal din l-investigazzjoni, jirrigwardaw sitwazzjonijiet fejn ma sarux il-valutazzjonijiet tal-MET.

(62)

Barra minn hekk, il-kawżi ta’ Brosmann u Aokang mhumiex rilevanti għall-valutazzjoni tal-legalità ta’ din l-investigazzjoni, billi r-Regolament bażiku sadanittant ġie emendat. L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, kif emendat, jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tagħmel determinazzjonijiet tal-MET biss fir-rigward ta’ kumpaniji inklużi f’kampjun skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku u li għandha tagħmel tali determinazzjoni fi żmien seba’ xhur minn, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni. Dan l-Artikolu emendat huwa applikabbli għall-investigazzjonijiet kollha ġodda u pendenti mill-15 ta’ Diċembru 2012, inkluża għaldaqstant l-investigazzjoni preżenti.

(63)

Fi kwalunkwe każ, l-interpretazzjoni tal-każistika stabbilita li ma kien hemm l-ebda ksur per se tad-dritt ta’ stabbiliment ta’ MET minkejja l-fatt li l-limitu ta’ żmien ta’ tliet xhur ma kienx irrispettat, għandha tinżamm.

(64)

Il-kummenti sostanzjali li waslu kienu jirrigwardaw ir-reġim ta’ taxxa preferenzjali u l-għotjiet. L-esportaturi ma kkontestawx il-fatti stabbiliti, iżda esprimew dubji dwar l-importanza tagħhom għall-issodisfar tal-kriterju 3 tal-MET. B’mod partikolari, huma argumentaw li l-benefiċċji tal-Istat ma jirrappreżentawx proporzjon sinifikanti mill-fatturati rispettivi tagħhom.

(65)

F’dan ir-rigward huwa nnotat li sistema tat-taxxa fuq l-introjtu li tittratta b’mod favorevoli ċerti kumpaniji li l-Gvern iqishom bħala strateġiċi żgur li mhijiex waħda ta’ ekonomija tas-suq. Sistema bħal din xorta hija influwenzata b’mod qawwi mill-ippjanar tal-Istat. Huwa nnotat ukoll li d-distorsjonijiet introdotti mit-tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu huma sinifikanti, billi biddlu għal kollox l-ammont tal-profitti ta’ qabel it-taxxa li l-kumpanija riedet tikseb sabiex tkun attraenti għall-investituri. Id-distorsjonijiet huma wkoll permanenti u, minħabba n-natura tal-vantaġġ, il-benefiċċju assolut miksub matul il-perjodu tal-investigazzjoni huwa irrelevanti sabiex jiġi valutat jekk id-distorsjoni hijiex “sinifikanti”. Pjuttost, il-valutazzjoni tas-sinifikat trid tkun ibbażata fuq l-impatt globali tal-miżura fuq is-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika tal-kumpanija.

(66)

Fir-rigward tal-kriterju 2, tliet gruppi ta’ kumpaniji sostnew li kienu konformi mar-regoli rispettivi tal-istandards internazzjonali tal-kontabilità billi l-kontijiet konsolidati tagħhom fl-Istati Uniti kienu kompletament konformi ma’ dawk l-istandards. Xi kumpaniji sostnew ukoll li, b’mod ġenerali, il-kontijiet tagħhom kienu konformi mal-istandards Ċiniżi tal-kontabilità, li huma jqisu bħala ekwivalenti għal dawk internazzjonali. Il-kwistjoni, madankollu, mhijiex jekk l-istandards Ċiniżi tal-kontabilità jaqblux mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità. Il-kwistjoni hija jekk il-kontijiet jikkonformawx jew le mal-istandards applikabbli tal-kontabilità. B’mod partikolari, dawk il-kummenti naqsu milli jindirizzaw il-fatt li, fir-rigward tar-rapporti finanzjarji individwali tal-kumpaniji Ċiniżi inkwistjoni, instab li nkisru numru ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (u l-ekwivalenti Ċiniżi korrispondenti), inkluż b’mod partikolari d-deprezzament tal-inventarji u d-divulgazzjoni tat-tranżazzjonijiet tal-partijiet relatati.

(67)

Fir-rigward tal-kriterju 1, wara li tqiesu l-kummenti li waslu mingħand il-partijiet u fid-dawl tas-sentenza fil-Kawża C-337/09 P (6), ġie konkluż li dan il-kriterju ntlaħaq mill-kumpaniji kollha. Madankollu, l-istabbiliment globali ta’ MET għall-esportaturi kollha fil-kampjun baqa’ ma nbidilx billi dawn xorta għadhom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-kriterji 2 u 3.

(68)

Fir-rigward tal-kriterju 4, il-grupp ta’ kumpaniji msemmi fil-premessa (57) aktar ’il fuq seta’ juri li sadanittant kien inbeda proċediment ta’ falliment kontra l-kumpaniji Ċiniżi prinċipali tal-grupp. Għalhekk ġie konkluż li dan il-kriterju kien issodisfat minn dan il-grupp ta’ kumpaniji. Madankollu, l-istabbiliment globali ta’ MET għal dan il-grupp ta’ kumpaniji baqa’ ma nbidilx billi dawn ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-kriterji 2 u 3.

(69)

Biex wieħed jikkonkludi, ma ntweriex li l-kriterji 2 u/jew 3 tal-MET ġew issodisfati minn xi wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Għalhekk, ma jista’ jingħata MET lill-ebda waħda minn dawn il-kumpaniji.

1.2.   Eżami individwali

(70)

Saru talbiet għal eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku minn tmintax-il produttur esportatur jew gruppi ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw mhux magħżula fil-kampjun.

(71)

Minħabba n-numru kbir tat-talbiet li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-eżamijiet individwali kienu jkunu ta’ piż eċċessiv u jimpedixxu t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin. Għaldaqstant, ġie provviżorjament deċiż li ma tiġi aċċettata l-ebda waħda mit-talbiet għal eżami individwali.

1.3.   Il-pajjiż analogu

(72)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx MET għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq (“pajjiż analogu”).

(73)

Fin-Notifika ta’ Bidu l-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-Istati Uniti tal-Amerka bħala pajjiż analogu xieraq sabiex jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ u stiednet lill-partijiet interessati kollha sabiex jikkummentaw dwar dan.

(74)

Numru ta’ esportaturi u importaturi ssottomettew kummenti dwar l-għażla tal-pajjiż analogu fejn argumentaw li l-Istati Uniti tal-Amerka ma tkunx pajjiż analogu xieraq, prinċipalment minħabba l-fatt li s-suq tal-Istati Uniti kien protett mill-importazzjonijiet Ċiniżi matul parti mill-PI permezz ta’ miżuri anti-dumping u kontra s-sussidji.

(75)

Il-partijiet interessati pproponew it-Tajwan, l-Indja u l-Korea ta’ Isfel bħala pajjiżi analogi aktar xierqa. Wara dawn il-kummenti, ġie deċiż li titwessa’ l-analiżi fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ pajjiż analogu xieraq. B’riżultat ta’ dan, kienu avviċinati l-produtturi prinċipali kollha tal-pannelli solari. B’kollox ġew ikkuntattjati 34 kumpanija fl-Indja, 9 kumpaniji fil-Ġappun, 15-il kumpanija fil-Malasja, 2 kumpaniji fil-Messiku, 34 kumpanija fil-Korea, 9 kumpaniji f’Singapor, 43 kumpanija fit-Tajwan u 21 kumpanija fl-Istati Uniti tal-Amerka.

(76)

Waslu tweġibiet mingħand żewġ kumpaniji fl-Indja, żewġ kumpaniji fit-Tajwan u żewġ kumpaniji fl-Istati Uniti tal-Amerka. Billi l-kumpaniji fit-Tajwan kienu jipproduċu esklussivament ċelloli fotovoltajċi filwaqt li l-esportazzjonijiet Ċiniżi huma prinċipalment fil-forma ta’ moduli, u l-Istati Uniti tal-Amerka ma tqisux bħala adatti fid-dawl tal-kummenti riċevuti, ġie provviżorjament deċiż li tintuża l-Indja bħala pajjiż analogu. Għandu jiġu nnutat li l-Kummissjoni tista’ terġa’ tirrevedi din il-kwistjoni jekk l-investigazzjoni addizzjonali li se ssir tiżvela li l-moduli u l-wejfers jikkostitwixxu żewġ jew tliet prodotti differenti. B’mod partikolari, minħabba li l-Indja ma tipproduċix wejfers, jista’ jintgħażel pajjiż analogu differenti għall-wejfers.

(77)

Wieħed mill-produtturi Indjani pprovda tweġiba mhux kompleta. Għalhekk, l-informazzjoni ppreżentata minn din il-kumpanija ma setgħetx tintuża biex jiġi stabbilit il-valur normali. Madankollu, l-informazzjoni ppreżentata minn dik il-kumpanija u vverifikata setgħet tintuża biex jiġi kkonfermat li l-informazzjoni ppreżentata mill-produttur tal-pajjiż analogu li kkoopera b’mod sħiħ kienet fil-fatt rappreżentattiva tas-suq Indjan.

1.4.   Il-Valur Normali

(78)

Billi l-ebda esportatur Ċiniż fil-kampjun ma ngħata MET, il-valur normali ġie stabbilit skont id-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fejn intużat l-Indja bħala pajjiż terz analogu b’ekonomija tas-suq.

(79)

L-ewwel nett, kienu identifikati t-tipi ta’ prodotti mibjugħa domestikament mill-produttur tal-pajjiż analogu li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(80)

Il-Kummissjoni wara eżaminat, għall-produttur mill-pajjiż analogu, jekk kull tip tal-prodott simili mibjugħ domestikament setax jitqies li kien qiegħed jinbiegħ fl-andament normali tal-kummerċ. Dan sar billi għal kull tip ta’ prodott ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-PI.

(81)

Fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni kkalkulat, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz tal-bejgħ medju peżat ta’ dak it-tip kien daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali. Dan il-prezz kien ikkalkulat bħala medja peżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip, li sar matul il-PI.

(82)

Fejn il-volum tal-bejgħ bi profitt ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % jew anqas tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, jew fejn il-prezz medju peżat ta’ dak it-tip kien aktar baxx mill-kost tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, ikkalkulat bħala medja peżata tal-bejgħ bi profitt ta’ dak it-tip biss.

(83)

Fejn it-tipi ta’ prodotti nbiegħu kollha b’telf, kien ikkunsidrat li dawn ma nbigħux fl-andament normali tal-kummerċ.

(84)

Għall-bejgħ ta’ tipi ta’ prodotti li ma sarx fl-andament normali tal-kummerċ, kif ukoll għat-tipi ta’ prodoti li ma nbigħux fis-suq domestiku, intuża valur normali maħdum.

(85)

Sabiex jinħadem il-valur normali, l-ispejjeż medji peżati tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) li jsiru u l-profitt medju peżat tal-uniku produttur tal-pajjiż analogu li kkoopera b’mod sħiħ, fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament normali tal-kummerċ matul il-perjodu tal-investigazzjoni, kienu miżjuda mal-kost medju proprju tal-produzzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Fejn kien meħtieġ, il-kostijiet tal-produzzjoni u l-ispejjeż SG&A ġew aġġustati, qabel ma ntużaw fit-test tal-andament normali tal-kummerċ u sabiex jinħadmu l-valuri normali.

(86)

Għall-wejfers solari, il-valur normali ma setax jiġi stabbilit bl-użu tal-metodoloġija deskritta fil-premessi (79) sa (85) hawn fuq billi l-ebda wieħed mill-produtturi Indjani li kkooperaw ma kien jipproduċi wejfers solari. Ġie vverifikat jekk il-valur normali setax jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ prodott qrib ħafna fix-xebh, billi jiġu applikati l-aġġustamenti neċessarji għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, jekk meħtieġa. Fil-każ tal-wejfers solari, l-eqreb prodott li jixxiebah tkun ċellola solari. Madankollu, il-wejfers iridu jgħaddu minn ipproċessar konsiderevoli biex isiru ċelloli. Barra minn hekk, l-użu ta’ dan il-metodu jkun jeħtieġ aġġustamenti sinifikanti li ma jistgħux jiġu kwantifikati b’mod affidabbli. Għalhekk, il-valur normali ta’ ċellola ma jistax jintuża bħala bażi biex jiġi kkalkulat il-valur normali għal wejfer. Bħala alternattiva, kien ikkunsidrat li jintużaw il-prezzijiet ta’ wejfers mibjugħa minn produtturi minn pajjiżi b’ekonomija tas-suq fis-suq Indjan, billi dawn il-prezzijiet huma rappreżentattivi għall-kundizzjonijiet tas-suq eżistenti fis-suq għall-wejfers fl-Indja. Billi l-Korea ta’ Isfel hija l-akbar fornitur b’ekonomija tas-suq, ta’ wejfers għall-produtturi tal-pajjiż analogu, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-wejfers tal-Korea ta’ Isfel fis-suq Indjan.

1.5.   Prezz tal-esportazzjoni

(87)

Il-produtturi esportaturi għamlu bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati li qegħdin fl-Unjoni.

(88)

Fejn il-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni sar direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew li riedu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(89)

Fejn il-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni sar permezz ta’ kumpaniji relatati li jinsabu fl-Unjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-ewwel bejgħ mill-ġdid ta’ dawk il-kumpaniji relatati lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi u l-profitt. Fir-rigward tal-marġini ta’ profitt, intuża l-profitt magħmul mill-importatur mhux relatat li kkoopera, tal-prodott ikkonċernat, billi l-profitt attwali tal-importatur relatat ma tqiesx bħala affidabbli minħabba r-relazzjoni bejn il-produttur esportatur u l-importatur relatat.

1.6.   Tqabbil

(90)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi tal-prezz mill-fabbrika.

(91)

Sabiex jiġi assigurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(92)

Saru aġġustamenti xierqa għall-karatteristiċi fiżiċi, it-taxxi indiretti, it-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, l-ippakkjar, il-kreditu, il-kummissjonijiet u l-imposti bankarji fil-każijiet kollha fejn dawn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġjati b’evidenza verifikata.

1.7.   Marġini ta’ dumping

(93)

Għall-kumpaniji fil-kampjun, il-valur normali medju peżat ta’ kull tip tal-prodott simili stabbilit għall-pajjiż analogu ġie pparagunat mal-prezz tal-esportazzjoni medju peżat tat-tip tal-prodott ikkonċernat korrispondenti, kif previst fl-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku.

(94)

Il-marġini ta’ dumping medju peżat tal-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ġie kkalkulat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Dan il-marġini ġie stabbilit bħala medja peżata tal-marġini stabbiliti għall-produtturi esportaturi fil-kampjun.

(95)

Fir-rigward tal-produtturi esportaturi l-oħra kollha inklużi fil-kampjun fir-RPĊ, il-marġini tad-dumping kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan il-livell ta’ kooperazzjoni l-ewwel ġie stabbilit billi l-volum tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni rrappurtati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew ipparagunati mal-volum totali tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni.

(96)

Billi l-kooperazzjoni kienet tammonta għal aktar minn 80 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi totali lejn l-Unjoni, il-livell ta’ kooperazzjoni jista’ jitqies bħala għoli. Billi ma kien hemm l-ebda raġuni sabiex wieħed jemmen li xi produttur esportatur astjena apposta milli jikkoopera, il-marġini ta’ dumping residwu ġie stabbilit fil-livell tal-kumpanija fil-kampjun bl-ogħla marġini ta’ dumping. Dan tqies bħala xieraq billi ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-kumpaniji li ma kkooperawx kienu qegħdin jagħmlu dumping f’livell aktar baxx, u sabiex tkun assigurata l-effikaċja ta’ kwalunkwe miżura.

(97)

Fuq din il-bażi, il-marġini ta’ dumping medju peżat provviżorju, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġini ta’ Dumping

Changzhou Trina Solar Energy Co., Ltd.;

Trina Solar (Changzhou) Science and Technology Co., Ltd.,

93,3  %

Delsolar (Wujiang) Co., Ltd.,

112,6  %

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd.;

LDK Solar Hi-Tech (Hefei) Co. Ltd.;

LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co., Ltd.;

LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co Ltd.,

88,4  %

JingAo Solar Co. Ltd.;

Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd.,

JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd.;

Shanghai Jinglong Solar Energy Technology Co. Ltd.;

Hefei JA Solar Technology Co. Ltd.,

99,0  %

Jinzhou Yangguang Energy Co., Ltd.;

Jinzhou Rixin Silicon Materials Co., Ltd.;

Jinzhou Youhua Silicon Materials Co., Ltd.;

Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co., Ltd.;

Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co., Ltd.,

48,1  %

Wuxi Suntech Power Co., Ltd.;

Luoyang Suntech Power Co. Ltd.;

Suntech Power Co., Ltd.;

Wuxi Sun-Shine Power Co., Ltd.;

Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co., Ltd.;

Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co., Ltd.

71,5  %

Yingli Energy (China) Co. Ltd;

Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd.;

Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd.,

96,2  %

Kumpaniji oħra li kkooperaw (Anness 1)

88,5  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

112,6  %

D.   DANNU

1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-produzzjoni tal-Unjoni

(98)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn madwar 220 produttur fl-Unjoni. Huma jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku u minn hawn ’il quddiem se ssir referenza għalihom bħala “l-industrija tal-Unjoni”.

(99)

L-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment, id-dejta makroekonomika pprovduta minn Europressedienst, ditta ta’ konsulenza indipendenti (“il-konsulent”) u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-PI billi ma kinitx disponibbli informazzjoni pubblika sħiħa dwar il-produzzjoni. Billi l-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers jiġu impurtati fl-Unjoni taħt intestaturi doganali li jkopru prodotti oħra mhux soġġetti għall-investigazzjoni preżenti, ma setgħetx tintuża l-Eurostat biex jiġu determinati l-volumi u l-valuri tal-importazzjoni. Il-volumi u l-valuri tal-importazzjoni kienu bbażati fuq id-dejta pprovduta mill-konsulent. Fejn kien possibbli, id-dejta riċevuta mill-konsulent ġiet kontroverifikata ma’ sorsi pubbliċi u mat-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji.

(100)

Fuq din il-bażi, il-produzzjoni totali tal-Unjoni kienet stmata li hija madwar 4 GW għall-moduli, 2 GW għaċ-ċelloli u 2 GW għall-wejfers matul il-PI.

(101)

Kif indikat fil-premessa (10) aktar ’il fuq, intgħażlu għaxar produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jirrappreżentaw 18 %–21 % tal-produzzjoni totali tal-moduli tal-Unjoni, 17 %–24 % tal-produzzjoni totali taċ-ċelloli tal-Unjoni u 28 %–35 % tal-produzzjoni totali tal-wejfers tal-Unjoni.

2.   Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni

(102)

Parti mill-industrija tal-Unjoni hija integrata vertikalment u parti sostanzjali mill-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet destinata għall-użu ristrett, b’mod partikolari l-produzzjoni taċ-ċelloli u l-wejfers.

(103)

Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni sofrietx dannu materjali jew le u sabiex jiġu determinati l-konsum u indikaturi ekonomiċi oħra, ġie eżaminat jekk kellux jiġi kkunsidrat u safejn l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-prodott simili (użu “ristrett’) mill-industrija tal-Unjoni.

(104)

Sabiex tiġi pprovduta stampa kemm jista’ jkun kompleta tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, kienet analizzata dejta għall-attività sħiħa tal-prodott simili u sussegwentement ġie stabbilit jekk il-produzzjoni kinitx destinata għall-użu ristrett jew għas-suq ħieles.

(105)

Instab li l-indikaturi ekonomiċi li ġejjin relatati mal-industrija tal-Unjoni għandhom jiġu eżaminati billi ssir referenza għall-attività totali (inkluż l-użu ristrett tal-industrija): il-konsum, il-volum tal-bejgħ, il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, it-tkabbir, l-investimenti, l-istokks, l-impjiegi, il-produttività, il-fluss tal-flus, ir-redditu fuq l-investiment, il-ħila li jiżdied il-kapital u d-daqs tal-marġini tad-dumping. Dan minħabba li l-investigazzjoni wriet li dawk l-indikaturi jistgħu raġonevolment jiġu eżaminati b’referenza għall-attività sħiħa billi l-produzzjoni destinata għall-użu ristrett kienet affettwata b’mod ugwali mill-kompetizzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. Minn hawn ’il quddiem is-suq magħluq u s-suq ħieles se ssir referenza għalihom bħala s-“suq totali”.

(106)

Fir-rigward tal-profittabilità, l-analiżi ffukat fuq is-suq ħieles billi l-prezzijiet fis-suq magħluq instabu li mhux dejjem jirriflettu l-prezzijiet tas-suq u kellhom impatt fuq dan l-indikatur.

3.   Konsum tal-Unjoni

(107)

Il-konsum tal-Unjoni kien jinkludi l-volum totali tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u l-volum tal-bejgħ totali tal-prodott simili fl-Unjoni, inklużi dawk destinati għall-użu ristrett. Ma kienet disponibbli l-ebda dejta kompleta għall-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet fl-Unjoni kienu rreġistrati taħt intestaturi doganali li jkopru prodotti oħra mhux soġġetti għall-investigazzjoni preżenti. Konsegwentement, ma setgħetx tintuża l-Eurostat biex jiġu determinati l-volumi u l-valuri tal-importazzjoni. Għalhekk, il-konsum tal-Unjoni kien ibbażat fuq dejta pprovduta mill-konsulent imsemmi fil-premessa (99) aktar ’il fuq u kontroverifikata ma’ sorsi pubbliċi bħar-riċerki dwar is-suq u studji pubblikament disponibbli u mat-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji.

(108)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1- a

Konsum tal-Unjoni għall-moduli (f’MW)

 

2009

2010

2011

PI

Suq totali

5 465

12 198

19 878

17 538

Indiċi (2009 = 100)

100

223

364

321

Sors:

Europressedienst

Tabella 1-b

Konsum tal-Unjoni għaċ-ċelloli (f’MW)

 

2009

2010

2011

PI

Suq totali

2 155

3 327

4 315

4 021

Indiċi (2009 = 100)

100

154

200

187

Sors:

Europressedienst

Tabella 1-c

Konsum tal-Unjoni għall-wejfers (f’MW)

 

2009

2010

2011

PI

Suq totali

1 683

2 376

2 723

2 163

Indiċi (2009 = 100)

100

141

162

129

Sors:

Europressedienst

(109)

Fil-perjodu kkunsidrat, il-konsum totali tal-Unjoni żdied b’221 % għall-moduli, 87 % għaċ-ċelloli u 29 % għall-wejfers bejn l-2009 u l-PI, iżda naqas fil-PI meta mqabbel mal-2011. F’termini globali l-konsum fl-Unjoni, tal-prodott li qed jiġi investigat, żdied b’mod sinifikanti meta mqabbel mal-livell tal-2009.

4.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(110)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 2-a

Importazzjonijiet ta’ moduli mir-RPĊ (f’MW)

 

2009

2010

2011

PI

Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

3 425

8 606

15 810

13 986

Indiċi (2009 = 100)

100

251

462

408

Sehem mis-suq fis-suq totali

63  %

71  %

80  %

80  %

Sors:

Europressedienst

Tabella 2-b

Importazzjonijiet ta’ ċelloli mir-RPĊ (f’MW)

 

2009

2010

2011

PI

Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

175

530

970

1 019

Indiċi (2009 = 100)

100

303

554

582

Sehem mis-suq fis-suq totali

8  %

16  %

22  %

25  %

Sors:

Europressedienst

Tabella 2-c

Importazzjonijiet ta’ wejfers mir-RPĊ (f’MW)

 

2009

2010

2011

PI

Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

95

523

880

711

Indiċi (2009 = 100)

100

551

926

748

Sehem mis-suq fis-suq totali

6  %

22  %

32  %

33  %

Sors:

Europressedienst

(111)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkunsidrat żdiedu b’mod konsiderevoli bi 308 % għall-moduli, 482 % għaċ-ċelloli u 648 % għall-wejfers. Dan wassal għal żidiet sinifikanti fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat. B’mod aktar speċifiku, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdied minn 63 % għal 80 % għall-moduli, minn 8 % għal 25 % għaċ-ċelloli u minn 6 % għal 33 % għall-wejfers. F’termini globali l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ żdiedu b’mod sinifikanti fil-volum u fis-sehem mis-suq bejn l-2009 u l-PI.

(112)

Għandu jiġi nnotat li ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat kienet ferm ogħla miż-żieda fil-konsum tal-Unjoni għall-prodott ikkonċernat. Konsegwentement, il-produtturi esportaturi kienu kapaċi jibbenefikaw mill-konsum li kien qiegħed jiżdied tal-Unjoni u l-pożizzjoni tagħhom fis-suq saret aktar b’saħħitha minħabba l-ishma akbar mis-suq.

4.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezz

(113)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 3-a

Prezz tal-importazzjoni tal-moduli mir-RPĊ (f’EUR/kW)

 

2009

2010

2011

PI

Prezzijiet tal-importazzjoni

2 100

1 660

1 350

764

Indiċi (2009 = 100)

100

79

64

36

Sors:

Europressedienst u t-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji tal-kampjun

Tabella 3-b

Prezz tal-importazzjoni taċ-ċelloli mir-RPĊ (f’EUR/kW)

 

2009

2010

2011

PI

Prezzijiet tal-importazzjoni

890

650

620

516

Indiċi (2009 = 100)

100

73

70

58

Sors:

Europressedienst u t-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji tal-kampjun

Tabella 3-c

Prezz tal-importazzjoni tal-wejfers mir-RPĊ (f’EUR/kW)

 

2009

2010

2011

PI

Prezzijiet tal-importazzjoni

550

400

400

333

Indiċi (2009 = 100)

100

73

73

60

Sors:

Europressedienst u t-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

(114)

Il-prezz medju tal-importazzjoni mir-RPĊ naqas b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat għall-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers. Għall-moduli, il-prezz medju tal-importazzjoni naqas b’64 %, minn 2 100 EUR/kW fl-2009 għal 764 EUR/kW fil-PI. Bl-istess mod, il-prezz medju tal-importazzjoni taċ-ċelloli mir-RPĊ naqas bi 42 %, minn 890 EUR/kW għal 516 EUR/kW. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz medju tal-importazzjoni tal-wejfers naqas b’40 %, minn 550 EUR/kW għal 333 EUR/kW.

(115)

F’termini globali, il-prezz tal-prodott ikkonċernat naqas b’mod sinifikanti bejn l-2009 u l-PI.

(116)

Sabiex jiġi determinat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet medji tal-bejgħ peżati għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal-livell tal-prezz mill-fabbrika, tqabblu mal-prezzijiet medji peżati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, b’aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni, jiġifieri l-kostijiet għall-ħruġ mid-dwana, il-ġarr u t-tagħbija. Intużaw il-kostijiet medji ta’ wara l-importazzjoni ta’ żewġ importaturi tal-moduli inklużi fil-kampjun. Il-fatt li l-attività prinċipali tagħhom ma kinitx l-importazzjoni, iżda l-installazzjoni tal-moduli, ma rrendiex id-dejta bħala mhux rappreżentattiva.

(117)

Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, debitament aġġustati fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil, meta espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-PI, wera marġini medji peżati ta’ twaqqigħ fil-prezz fil-meded ta’ 17,5 %–30,7 % għall-moduli, 4 %–24,2 % għaċ-ċelloli, 16,6 %–21,6 % għall-wejfers u 11,2 %–27,5 % f’termini globali għall-prodott ikkonċernat.

5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.1.   Ġenerali

(118)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet rilevanti kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(119)

Kif issemma fil-premessi (7) sa (10) aktar ’il fuq, intużaw kampjuni għall-eżami tad-dannu sofrut mill-industrija tal-Unjoni.

(120)

Għall-finijiet tal-analiżi tad-dannu, il-Kummissjoni ddistingwiet bejn indikaturi makroekonomiċi u indikaturi mikroekonomiċi tad-dannu. Il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi makroekonomiċi għall-perjodu kkunsidrat fuq il-bażi tad-dejta miksuba mill-konsulent indipendenti msemmi fil-premessa (99) aktar ’il fuq fir-rigward tal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tat-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(121)

Għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni, l-indikaturi makroekonomiċi li ġejjin kienu valutati fuq il-bażi ta’ informazzjoni relatata mal-produtturi kollha tal-prodott simili fl-Unjoni: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġini ta’ dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti.

(122)

L-indikaturi mikroekonomiċi li ġejjin kienu valutati fuq il-bażi ta’ informazzjoni relatata mal-produtturi inklużi fil-kampjun, tal-prodott simili fl-Unjoni: il-prezzijiet medji tal-unità, il-kost tal-unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abilità li jiżdied il-kapital.

(123)

Waħda mill-partijiet interessati sostniet li l-kundizzjonijiet tas-suq tal-prodott ikkonċernat ivarjaw għal kull Stat Membru u li għalhekk l-analiżi tad-dannu għandha ssir fil-livell ta’ kull Stat Membru separatament. Din l-allegazzjoni ma kinitx issostanzjata. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda ċirkustanza partikolari li tiġġustifika analiżi tad-dannu għal kull Stat Membru. Din l-affermazzjoni għalhekk kienet rifjutata.

5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(124)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 4-a

Moduli — produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità (MW)

 

2009

2010

2011

PI

Volum tal-produzzjoni

2 155

3 327

4 315

4 021

Indiċi (2009 = 100)

100

154

200

187

Kapaċità tal-produzzjoni

4 739

6 983

9 500

9 740

Indiċi (2009 = 100)

100

147

200

206

Użu tal-kapaċità

45  %

48  %

45  %

41  %

Sors:

Europressedienst

Tabella 4-b

Ċelloli — produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità (MW)

 

2009

2010

2011

PI

Volum tal-produzzjoni

1 683

2 376

2 723

2 024

Indiċi (2009 = 100)

100

141

162

120

Kapaċità tal-produzzjoni

2 324

3 264

3 498

3 231

Indiċi (2009 = 100)

100

140

151

139

Użu tal-kapaċità

72  %

73  %

78  %

63  %

Sors:

Europressedienst

Tabella 4-c

Wejfers — produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità (MW)

 

2009

2010

2011

PI

Volum tal-produzzjoni

1 600

2 677

2 553

2 017

Indiċi (2009 = 100)

100

167

160

126

Kapaċità tal-produzzjoni

2 600

3 410

3 945

3 636

Indiċi (2009 = 100)

100

131

152

140

Użu tal-kapaċità

62  %

79  %

65  %

55  %

Sors:

Europressedienst

(125)

Il-produzzjoni totali tal-moduli fl-Unjoni żdiedet b’87 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produzzjoni laħqet l-ogħla livell fl-2011 u mbagħad naqset fil-PI. Il-produzzjoni tal-moduli fl-Unjoni żdiedet b’pass ferm aktar bil-mod mit-tkabbir fil-konsum, li żdied b’aktar minn tliet darbiet matul l-istess perjodu. Fl-isfond ta’ żieda sinifikanti fil-konsum, il-produtturi tal-Unjoni rduppjaw il-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom għall-moduli matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, minkejja livelli ogħla ta’ produzzjoni, ir-rata ta’ użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni naqset b’4 punti perċentwali, fejn laħqet biss 41 % matul il-PI.

(126)

Il-produzzjoni taċ-ċelloli fl-Unjoni żdiedet b’20 % f’termini globali matul il-perjodu kkunsidrat. Hija laħqet l-ogħla livell fl-2011 u suċċessivament naqset fil-PI. Il-produzzjoni taċ-ċelloli fl-Unjoni segwiet ix-xejra tal-konsum fl-Unjoni b’żieda aktar bil-mod sal-2011 u mbagħad tnaqqis aktar evidenti fil-PI. Bi qbil mal-evoluzzjoni tal-konsum tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni l-ewwel żiedet il-kapaċità tagħha b’51 % sal-2011 u mbagħad din naqset matul il-PI. F’termini globali, il-kapaċità żdiedet b’39 % matul il-perjodu kkunsidrat. Ir-rata ta’ użu tal-kapaċità żdiedet sal-2011 fejn laħqet massimu ta’ 78 % u mbagħad naqset bi 15-il punt perċentwali matul il-PI. B’mod globali, l-użu tal-kapaċità tal-industrija taċ-ċelloli tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat fejn laħaq 63 % matul il-PI.

(127)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni tal-wejfers fl-Unjoni f’termini globali żdiedet b’26 %. Il-produzzjoni tal-Unjoni laħqet l-ogħla livell fl-2010 u mbagħad naqset kontinwament fl-2011 u għal livelli saħansitra aktar baxxi fil-PI. B’reazzjoni għal żieda fil-konsum tal-Unjoni, il-produtturi tal-wejfers tal-Unjoni żiedu l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom bi 52 % sal-2011 u mbagħad il-kapaċità tagħhom naqset fil-PI. Madankollu, il-kapaċità tal-produzzjoni għall-wejfers tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b’40 % f’termini globali matul il-perjodu kkunsidrat. Minkejja ż-żieda fil-produzzjoni, ir-rata ta’ użu tal-kapaċità tal-industrija tal-wejfers tal-Unjoni żdiedet sal-2010 u mbagħad naqset b’mod kontinwu wara dak il-perjodu, li fisser tnaqqis globali ta’ 7 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat, biex laħqet 55 % matul il-PI.

(128)

Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni espandiet il-kapaċità tagħha b’reazzjoni għal żieda fil-konsum. Madankollu, il-livelli tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’pass ferm aktar bil-mod mill-konsum, li wassal għal tnaqqis fir-rati ta’ użu tal-kapaċità għall-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat.

5.2.2.   Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(129)

Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 5-a

Moduli — volum tal-bejgħ u sehem mis-suq (f’MW)

 

2009

2010

2011

PI

Volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni

1 037

1 890

2 683

2 357

Indiċi (2009 = 100)

100

182

259

227

Sehem mis-suq

19  %

15  %

13  %

13  %

Sors:

Europressedienst

Tabella 5-b

Ċelloli — volum tal-bejgħ u sehem mis-suq (f’MW)

 

2009

2010

2011

PI

Volum tal-bejgħ fis-suq totali

1 470

1 913

2 245

1 545

Indiċi (2009 = 100)

100

130

153

105

Sehem mis-suq

68  %

57  %

52  %

38  %

Sors:

Europressedienst

Tabella 5-c

Wejfers — volum tal-bejgħ u sehem mis-suq (f’MW)

 

2009

2010

2011

PI

Volum tal-bejgħ fis-suq totali

1 363

1 520

1 608

1 269

Indiċi (2009 = 100)

100

112

118

93

Sehem mis-suq

81  %

64  %

59  %

59  %

Sors:

Europressedienst

(130)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-moduli żdied b’127 %. Madankollu, fil-kuntest ta’ żieda fil-konsum ta’ 221 %, dan kien tradott fi tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni minn 19 % fl-2009 għal 13 % matul il-PI. Fir-rigward taċ-ċelloli, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied biss marġinalment b’5 % filwaqt li l-konsum żdied b’87 % li rriżulta fi tnaqqis fis-sehem mis-suq minn 68 % fl-2009 għal 38 % fil-PI. Fir-rigward tal-wejfers, il-volum totali tal-bejgħ naqas b’7 % meta mqabbel ma’ żieda fil-konsum, li fisser tnaqqis fis-sehem mis-suq għall-wejfers minn 81 % fl-2009 għal 59 % fil-PI.

(131)

B’reazzjoni għal żieda fil-konsum, il-bejgħ tal-moduli u ċ-ċelloli tal-industrija tal-Unjoni żdied ferm anqas mill-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat filwaqt li l-bejgħ tal-wejfers naqas. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika miż-żieda fil-konsum. Minħabba f’hekk, l-ishma tas-suq għat-tliet segmenti kollha kemm huma naqsu matul il-perjodu kkunsidrat.

5.2.3.   L-impjiegi u l-produttività

(132)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6-a

Moduli –impjiegi u produttività

 

2009

2010

2011

PI

Numru ta’ impjegati

11 779

15 792

17 505

16 419

(Indiċi 2009 = 100)

100

134

149

139

Produttività (kW/impjegat)

183

211

247

245

(Indiċi 2009 = 100)

100

115

135

134

Sors:

Europressedienst

Tabella 6-b

Ċelloli — impjiegi u produttività

 

2009

2010

2011

PI

Numru ta’ impjegati

5 281

5 937

5 641

4 782

(Indiċi 2009 = 100)

100

112

107

91

Produttività (kW/impjegat)

319

400

483

423

(Indiċi 2009 = 100)

100

126

151

133

Sors:

Europressedienst

Tabella 6-c

Wejfers — impjiegi u produttività

 

2009

2010

2011

PI

Numru ta’ impjegati

1 944

3 853

4 291

3 920

(Indiċi 2009 = 100)

100

198

221

202

Produttività (kW/impjegat)

823

695

595

515

(Indiċi 2009 = 100)

100

84

72

63

Sors:

Europressedienst

(133)

Bejn l-2009 u l-PI l-impjiegi għall-moduli u l-wejfers żdiedu b’39 % u 102 %, rispettivament, filwaqt li naqsu b’9 % għaċ-ċelloli. Madankollu, huwa nnotat li l-impjiegi żdiedu sal-2011 u mbagħad naqsu matul il-PI għall-moduli u l-wejfers. Fil-każ taċ-ċelloli, l-impjiegi żdiedu sal-2010 u mbagħad naqsu matul l-2011 u l-PI. Il-produttività totali wriet xejriet pożittivi għall-moduli u ċ-ċelloli fejn din żdiedet b’34 % u 33 %. Dan huwa parzjalment dovut għall-isforzi tal-industrija tal-Unjoni biex tirrispondi għall-pressjoni tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Madankollu, il-produttività totali għall-wejfers naqset b’37 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(134)

Għalhekk, bi qbil mat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-moduli u l-wejfers tal-Unjoni bejn l-2011 u l-PI, l-impjiegi għall-moduli u l-wejfers naqsu wkoll matul l-istess perjodu. Fil-każ taċ-ċelloli, l-impjiegi żdiedu sal-2010 u mbagħad naqsu fl-2011 u fil-PI filwaqt li l-produzzjoni taċ-ċelloli tal-Unjoni żdiedet b’mod stabbli sal-2011 u mbagħad bdiet tonqos.

5.2.3.1.   Daqs tal-marġini ta’ dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti

(135)

Il-marġini kollha tad-dumping huma konsiderevolment ogħla mil-livell de minimis. Rigward l-impatt tad-daqs tal-marġini attwali ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni, minħabba l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, l-impatt jista’ jitqies bħala wieħed sostanzjali.

(136)

Billi din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, l-irkupru minn dumping preċedenti mhuwiex rilevanti.

5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(137)

Il-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7-a

Moduli — prezzijiet tal-bejgħ medji fl-Unjoni

 

2009

2010

2011

PI

Prezzijiet tal-bejgħ medji fl-Unjoni fis-suq ħieles (EUR/kW)

2 198,75

1 777,15

1 359,35

1 030,83

(Indiċi 2009 = 100)

100

81

62

47

Kost tal-produzzjoni (EUR/kW)

2 155,02

1 599,44

1 400,13

1 123,60

(Indiċi 2009 = 100)

100

74

65

52

Sors:

it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

Tabella 7-b

Ċelloli- prezzijiet tal-bejgħ medji fl-Unjoni

 

2009

2010

2011

PI

Prezzijiet tal-bejgħ medji fl-Unjoni fis-suq ħieles (EUR/kW)

1 525,09

1 160,99

777,62

474,91

(Indiċi 2009 = 100)

100

76

51

31

Kost tal-produzzjoni (EUR/kW)

1 647,10

1 021,67

1 057,56

745,61

(Indiċi 2009 = 100)

100

62

64

45

Sors:

it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

Tabella 7-c

Wejfers- prezzijiet tal-bejgħ medji fl-Unjoni

 

2009

2010

2011

PI

Prezzijiet tal-bejgħ medji fl-Unjoni fis-suq ħieles (EUR/kW)

709

564

515

426

(Indiċi 2009 = 100)

100

80

73

60

Kost tal-produzzjoni (EUR/kW)

631

496

520

648

(Indiċi 2009 = 100)

100

78

82

103

Sors:

it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

(138)

Il-prezzijiet tal-bejgħ naqsu b’mod qawwi, jiġifieri bi 53 % għall-moduli, b’69 % għaċ-ċelloli u b’40 % għall-wejfers matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-bejgħ naqsu b’mod kontinwu matul il-perjodu kkunsidrat, iżda t-tnaqqis fil-prezzijiet kien partikolarment evidenti matul il-PI fejn dawn niżlu f’livelli mhux sostenibbli. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kost tal-produzzjoni naqas bi 48 % għall-moduli u b’55 % għaċ-ċelloli. Għall-wejfers, il-kost tal-produzzjoni naqas fl-2010 meta mqabbel mal-2009, iżda żdied fl-2011 filwaqt li xorta baqa’ taħt il-livell tal-2009. Fil-PI, il-kostijiet żdiedu ulterjorment u laħqu livelli daqsxejn ogħla milli fl-2009 li jista’ jiġi spjegat prinċipalment minħabba waqfa fil-produzzjoni matul il-PI. L-industrija tal-Unjoni la setgħet tibbenefika mill-isforzi kontinwi tagħha sabiex iżżid il-kosteffiċjenza tagħha u lanqas mill-impatt tat-tnaqqis fil-kost tal-materja prima prinċipali, il-polisilikon. Dan kien dovut prinċipalment għaż-żieda fil-pressjoni tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping li kellhom effett negattiv fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li naqsu saħansitra aktar miż-żidiet fl-effiċjenza. Dan jista’ jidher fix-xejra negattiva tal-profittabbilità tal-industrija tal-Unjoni kif deskritta fil-premessa (144) aktar ’l isfel. B’mod globali kien hemm tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet medji tal-bejgħ u fil-kost tal-produzzjoni tal-prodott simili (ħlief għall-wejfers) b’effett devastanti fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni.

5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(139)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8-a

Moduli — kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2009

2010

2011

PI

Kost lavorattiv medju għal kull impjegat (EUR)

41 781

42 977

38 194

40 793

(Indiċi 2009 = 100)

100

107

110

113

Sors:

it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

Tabella 8-b

Ċelloli — kost lavorattiv medju għal kull impjegat

 

2009

2010

2011

PI

Kost lavorattiv medju għal kull impjegat (EUR)

49 677

49 357

49 140

49 350

(Indiċi 2009 = 100)

100

99

99

99

Sors:

it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

Tabella 8-c

Wejfers — kost lavorattiv medju għal kull impjegat

 

2009

2010

2011

PI

Kost lavorattiv medju għal kull impjegat (EUR)

39 409

40 933

39 323

46 060

(Indiċi 2009 = 100)

100

104

100

117

Sors:

it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

(140)

Bejn l-2009 u l-PI, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat fil-każ tal-moduli żdied kontinwament b’mod globali bi 13 %. Fir-rigward taċ-ċelloli, il-kost lavorattiv medju baqa’ stabbli matul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat u żdied daqsxejn b’1 % bejn l-2009 u l-2010 iżda mbagħad baqa’ stabbli sal-PI. Fir-rigward tal-wejfers, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat varja, billi żdied bejn l-2009 u l-2010, naqas fl-2011, iżda żdied matul il-perjodu kkunsidrat globalment bi 17 % għall-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda globali fil-kost lavorattiv tista’ tiġi spjegata parzjalment biż-żieda simultanja fil-produttività (moduli), l-evoluzzjoni tal-inflazzjoni u l-kostijiet soċjali ta’ xi produtturi tal-Unjoni (wejfers) marbuta mat-tnaqqis fin-numru tal-impjegati tal-industrija bejn l-2011 u l-PI.

5.3.3.   Inventarji

(141)

Il-livelli tal-ħażniet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9-a

Moduli — inventarji

 

2009

2010

2011

PI

Ħażniet tal-Għeluq (f’kW)

28 612

40 479

74 502

65 415

(Indiċi 2009 = 100)

100

141

260

229

Sors:

it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

Tabella 9-b

Ċelloli — inventarji

 

2009

2010

2011

PI

Ħażniet tal-Għeluq (f’kW)

16 995

23 829

76 889

68 236

(Indiċi 2009 = 100)

100

140

452

402

Sors:

it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

Tabella 9-c

Wejfers — inventarji

 

2009

2010

2011

PI

Ħażniet tal-Għeluq (f’kW)

34 891

5 601

36 697

59 340

(Indiċi 2009 = 100)

100

16

105

170

Sors:

it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

(142)

Il-ħażniet żdiedu b’mod sinifikanti, jiġifieri b’129 % għall-moduli, bi 302 % għaċ-ċelloli u b’70 % għall-wejfers matul il-perjodu kkunsidrat. Fir-rigward tal-moduli, il-ħażniet żdiedu b’mod kontinwu fejn laħqu livelli għoljin ħafna fl-2011 (b’160 %), filwaqt li naqsu fil-PI iżda xorta baqgħu f’livelli għoljin ħafna meta mqabbla mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Fir-rigward taċ-ċelloli, l-iżvilupp kien saħansitra aktar evidenti, b’żieda fil-ħażniet bejn l-2009 u l-2011 ta’ aktar minn 350 %. Bl-istess mod, il-ħażniet naqsu matul il-PI iżda baqgħu f’livelli għoljin ħafna meta mqabbla mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Fir-rigward tal-wejfers, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni naqqset il-ħażniet tagħha bejn l-2009 u l-2010 b’aktar minn 80 % minħabba ż-żieda fil-bejgħ tagħhom, il-ħażniet tal-għeluq żdiedu rapidament u laħqu livelli lil hinn mil-livell tal-2009 u żdiedu ulterjorment b’65 punt perċentwali fil-PI.

(143)

L-investigazzjoni wriet li minħabba s-sitwazzjoni ħażina preżenti, il-produtturi tal-Unjoni għandhom tendenza li jżommu ħażniet limitati għall-prodott simili, fejn jibbażaw il-produzzjoni tagħhom fuq l-ordnijiet. Għalhekk, iż-żieda fil-ħażniet għall-prodott simili matul il-perjodu kkunsidrat hija fattur rilevanti biex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni sofrietx dannu materjali.

5.3.4.   Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti, l-abilità ta’ żieda tal-kapital

(144)

Il-profittabilità u l-fluss tal-flus żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10–a

Moduli — profittabilità u fluss tal-flus

 

2009

2010

2011

PI

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ)

2  %

10  %

–3  %

–9  %

Fluss tal-flus

13  %

10  %

12  %

3  %

Sors:

it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

Tabella 10-b

Ċelloli — profittabilità u fluss tal-flus

 

2009

2010

2011

PI

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ)

–8  %

12  %

–36  %

–57  %

Fluss tal-flus

75  %

52  %

–0,3  %

–46  %

Sors:

it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

Tabella 10-c

Wejfers — profittabilità u fluss tal-flus

 

2009

2010

2011

PI

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ)

11  %

12  %

–1  %

–52  %

Fluss tal-flus

39  %

47  %

32  %

–19  %

Sors:

it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

(145)

Il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienet stabbilita billi l-profitt nett qabel it-taxxa, tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni, ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(146)

Il-profittabilità naqset b’mod qawwi u nbidlet f’telf matul il-perjodu kkunsidrat għall-prodott simili. Il-profittabilità naqset bi 11-il punt perċentwali għall-moduli, b’49 punt perċentwali għaċ-ċelloli u bi 63 punt perċentwali għall-wejfers.

(147)

Il-profittabilità għall-prodott simili żdiedet bejn l-2009 u l-2010 u mbagħad naqset b’mod sinifikanti fl-2011 meta l-industrija tal-Unjoni għamlet telf u kompliet tonqos b’mod sinifikanti fil-PI. It-telf kien partikolarment kbir għaċ-ċelloli u l-wejfers.

(148)

Ix-xejra tal-fluss tal-flus nett, li hija l-abilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jiffinanzjaw huma stess l-attivitajiet tagħhom, ukoll segwiet xejra progressivament negattiva bejn l-2009 u l-PI. Għalhekk, bi tnaqqis ta’ 10 punti perċentwali għall-moduli u żieda żgħira fl-2011, l-akbar tnaqqis fil-fluss tal-flus seħħ bejn l-2011 u l-PI. It-tnaqqis fil-fluss tal-flus għaċ-ċelloli u l-wejfers kien aktar qawwi milli għall-moduli u laħaq livelli negattivi b’mod sinifikanti matul il-PI. Għalhekk, il-fluss tal-flus għall-prodott simili naqas matul il-perjodu kkunsidrat.

(149)

Iċ-ċifri ta’ hawn isfel jirrappreżentaw l-evoluzzjoni tal-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun f’relazzjoni mas-suq totali matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11-a

Modules — investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2009

2010

2011

PI

Investimenti (EUR)

12 081 999

50 105 017

64 643 322

32 730 559

(Indiċi 2009 = 100)

100

415

535

271

Redditu fuq l-investimenti

–15  %

19  %

–15  %

–17  %

Sors:

it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

Tabella 11-b

Ċelloli — investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2009

2010

2011

PI

Investimenti (EUR)

31 448 407

34 451 675

10 234 050

6 986 347

(Indiċi 2009 = 100)

100

110

33

22

Redditu fuq l-investimenti

–4  %

10  %

–20  %

–19  %

Sors:

it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

Tabella 11-c

Wejfers — investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2009

2010

2011

PI

Investimenti (EUR)

201 911 346

83 802 212

74 166 331

39 938 349

(Indiċi 2009 = 100)

100

42

37

20

Redditu fuq l-investimenti

10  %

8  %

0  %

–7  %

Sors:

it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

(150)

It-Tabella ta’ hawn fuq turi li bejn l-2009 u l-PI, l-industrija tal-Unjoni żiedet l-investimenti tagħha għall-moduli b’171 %. Dan kien marbut prinċipalment maż-żidiet sinifikanti fil-kapaċità. Madankollu, matul l-istess perjodu, l-industrija tal-Unjoni naqqset l-investimenti tagħha bi 78 % għaċ-ċelloli u 80 % għall-wejfers; l-investimenti li saru kienu marbutin prinċipalment mar-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll mat-titjib u l-manteniment tat-teknoloġija u l-proċessi tal-produzzjoni sabiex tittejjeb l-effiċjenza. Billi l-industrija tal-Unjoni ma kinitx tiflaħ tagħmel investimenti addizzjonali għaċ-ċelloli u l-wejfers matul il-perjodu kkunsidrat, il-livell tal-investimenti matul il-PI kien pjuttost baxx. Billi l-investimenti kienu ffinanzjati prinċipalment permezz ta’ fluss tal-flus u self bejn il-kumpaniji, it-tnaqqis fil-fluss tal-flus kellu effett immedjat fuq il-livell tal-investimenti li saru.

(151)

Ir-redditu fuq l-investiment (“ROI”) kien espress bħala l-profitt f’perċentwali tal-valur nett tal-investimenti skont il-kotba. Ir-ROI tal-prodott simili segwa x-xejriet negattivi simili bħall-indikaturi l-oħra tal-prestazzjoni finanzjarja bejn l-2009 u l-PI għat-tliet tipi ta’ prodotti. Għaċ-ċelloli u l-wejfers, filwaqt li kien hemm żieda fl-2009 u fl-2010, ir-ROI naqas b’mod sinifikanti fl-2011 fejn laħaq livelli negattivi. Fil-każ tal-moduli, ir-ROI kien f’livelli negattivi matul il-perjodu kkunsidrat kollu, ħlief fl-2010 fejn dan laħaq 19 %. B’mod globali, huwa naqas matul il-perjodu kkunsidrat biex laħaq -17 % fil-PI għaċ-ċelloli, jiġifieri b’1 %, madankollu xorta baqa’ f’livelli negattivi sinifikanti, jiġifieri -19 %. Fir-rigward tal-wejfers, ir-ROI segwa xejra negattiva kontinwa biex laħaq – 7 % matul il-PI. B’mod globali r-ROI għall-prodott simili wera xejriet negattivi matul il-perjodu kkunsidrat.

(152)

L-abilità li jiżdied il-kapital ġiet analizzata f’relazzjoni mas-suq totali u nstab li kien hemm deterjorament kostanti fil-ħila tal-industrija tal-Unjoni sabiex tiġġenera flus għall-prodott simili u, konsegwentement, indeboliment tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

5.3.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(153)

L-analiżi tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni wriet xejra ’l isfel ċara tal-indikaturi prinċipali kollha tad-dannu. Fl-isfond ta’ żieda ġenerali fil-konsum, il-produzzjoni globali żdiedet għall-moduli u ċ-ċelloli matul il-perjodu kkunsidrat. Għalkemm il-volum tal-bejgħ żdied, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas fil-PI minħabba ż-żieda akbar fil-konsum matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet medji tal-bejgħ naqsu b’mod qawwi matul il-perjodu kkunsidrat, u affettwaw b’mod negattiv l-indikaturi kollha tal-prestazzjoni finanzjarja bħall-profittabilità, il-fluss tal-flus, ir-redditu fuq l-investiment u l-abilità li jiżdied il-kapital.

(154)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ globali tal-industrija tal-Unjoni żdied. Madankollu, iż-żieda fil-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienet akkumpanjata minn tnaqqis kbir ħafna fil-prezz medju tal-bejgħ.

(155)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet tal-partijiet interessati mir-RPĊ żdiedu f’termini tal-volumi u tas-sehem mis-suq. Fl-istess ħin, il-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu b’mod kontinwu, biex waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni.

(156)

Diversi partijiet interessati sostnew li l-industrija tal-Unjoni u b’mod speċifiku l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu sejrin tajjeb. Ġie sostnut li l-evoluzzjoni ta’ ċerti indikaturi tad-dannu, jiġifieri l-volum tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, il-bejgħ u l-impjiegi iżda wkoll fil-profittabilità ta’ xi produtturi fil-kampjun, kienu qegħdin jiżdiedu u ma jindikawx dannu materjali. Dawn l-allegazzjonijiet ma kinux ikkonfermati mir-riżultati tal-investigazzjoni, li wriet xejriet ċari ’l isfel ta’ bosta indikaturi tad-dannu, rilevanti għall-konklużjoni li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali.

(157)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-investigazzjoni kkonfermat b’mod partikolari l-fatt li l-prezzijiet tal-bejgħ huma aktar baxxi mill-kostijiet tal-produzzjoni, u b’hekk għandhom effett negattiv fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni, li laħqet livelli negattivi matul il-PI. Ġie konkluż li jekk ikomplu jidħlu importazzjonijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni, it-telf tal-industrija tal-Unjoni x’aktarx iwassal għat-twaqqif permanenti ta’ kwalunkwe produzzjoni mdaqqsa tal-prodott simili tal-Unjoni. Dan jidher li huwa kkonfermat mill-iżviluppi matul u wara l-PI, jiġifieri xi kumpaniji ddikjaraw insolvenza u/jew waqqfu b’mod temporanju jew permanenti l-produzzjoni.

(158)

Minħabba f’hekk, ġie provviżorjament konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

E.   KAWŻALITÀ

1.   Introduzzjoni

(159)

Skont l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku ġie eżaminat jekk id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kienx ikkawżat mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat. Barra minn hekk, fatturi magħrufin oħra għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, kienu eżaminati sabiex jiġi assigurat li kwalunkwe dannu kkawżat minn dawk il-fatturi ma ġiex attribwit lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(160)

Waħda mill-partijiet interessati sostniet li l-kundizzjonijiet tas-suq tal-prodott ikkonċernat ivarjaw għal kull Stat Membru u li għalhekk l-analiżi tal-kawżalità għandha ssir fil-livell ta’ kull Stat Membru separatament. L-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali jiddeterminaw sa ċertu punt id-daqs tas-swieq tal-Istati Membri. L-investigazzjoni madankollu żvelat ukoll li d-domanda ma tiddependix esklussivament fuq l-iskemi ta’ appoġġ. Jiddependi mill-pożizzjoni ġeografika (espożizzjoni għax-xemx) u l-prezz tal-elettriku f’post partikolari, il-pannelli solari jidhru li laħqu, jew tal-anqas kienu qrib li jilħqu, il-parità mal-grilja, li jfisser li ċerti investimenti saru indipendentement mill-iskemi ta’ appoġġ. Għaldaqstant, ma setax jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet tas-suq jiddependu esklussivament fuq l-iskemi ta’ appoġġ u għalhekk din l-affermazzjoni kienet rifjutata.

2.   Effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(161)

L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdiedu b’mod drammatiku matul il-perjodu kkunsidrat, li żied il-volumi tagħhom b’mod sinifikanti b’aktar minn 300 % għall-moduli, 482 % għaċ-ċelloli u 648 % għall-wejfers u s-sehem mis-suq tagħhom bi 17-il punt perċentwali għall-moduli, bi 17-il punt perċentwali għaċ-ċelloli u b’27 punt perċentwali għall-wejfers. Għalhekk, huwa kkonfermat li l-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq għall-prodott ikkonċernat żdiedu b’mod drammatiku matul il-perjodu kkunsidrat. Kien hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u t-telf fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. L-investigazzjoni stabbiliet ukoll li kif issemma fil-premessa (117) aktar ’il fuq, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

(162)

L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping naqsu b’64 % għall-moduli, bi 42 % għaċ-ċelloli u b’40 % għall-wejfers matul il-perjodu kkunsidrat u wasslu għal żieda fit-twaqqigħ tal-prezzijiet. Fl-isfond ta’ din il-pressjoni tal-prezzijiet, l-industrija tal-Unjoni għamlet sforzi konsiderevoli biex tnaqqas il-kostijiet tal-produzzjoni tagħha. Minkejja dawn l-isforzi, il-livell baxx ħafna tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi ġiegħel lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas ulterjorment il-prezz tal-bejgħ tagħha għal livelli mhux profittabbli. Għalhekk, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni naqset b’mod drammatiku matul il-perjodu kkunsidrat u wriet telf matul il-PI.

(163)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li l-preżenza tal-importazzjonijiet Ċiniżi u ż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina bi prezzijiet li kontinwament kienu qegħdin iwaqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni kellhom rwol determinanti fid-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, li huwa rifless b’mod partikolari fis-sitwazzjoni finanzjarja ħażina tagħha u fid-deterjorament tal-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu.

3.   Effett ta’ fatturi oħra

3.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(164)

Il-volum tal-importazzjonijiet tal-moduli minn pajjiżi terzi oħra matul il-perjodu kkunsidrat żdied bi 19 % filwaqt li s-sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat naqas minn 18,4 % għal 6,8 %. It-Tajwan huwa t-tieni l-akbar esportatur wara r-RPĊ.

(165)

Il-volum tal-importazzjonijiet taċ-ċelloli minn pajjiżi terzi oħra matul il-perjodu kkunsidrat żdied b’186 % li kien ifisser żieda fis-sehem mis-suq minn madwar 24 % fl-2009 għal madwar 36 % matul il-PI. L-istess bħal fil-każ taċ-ċelloli, it-Tajwan huwa t-tieni l-akbar esportatur wara r-RPĊ, billi jaqbeż bil-bosta l-kwantitajiet tal-importazzjonijiet u l-ishma mis-suq tal-pajjiżi terzi l-oħra, iżda xorta anqas minn dawk mir-RPĊ.

(166)

Il-volum tal-importazzjonijiet tal-wejfers minn pajjiżi terzi oħra matul il-perjodu kkunsidrat naqas bi 19 % u s-sehem mis-suq minn 13,4 % fl-2009 għal 8,5 % fil-PI. Bħal hawn fuq, it-Tajwan huwa t-tieni l-akbar esportatur tal-wejfers wara r-RPĊ. Madankollu, il-livelli tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq tat-Tajwan ma wrewx żidiet sinifikanti u baqgħu f’livelli baxxi matul il-perjodu kkunsidrat.

(167)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers ta’ pajjiżi terzi oħra kienu bħala medja ogħla mill-prezz unitarju medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi. L-informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-importazzjonijiet mit-Tajwan turi li l-prezz medju tal-importazzjoni għall-moduli u l-wejfers kien ogħla mill-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi għall-moduli u l-wejfers, filwaqt li l-prezz medju tal-importazzjoni għaċ-ċelloli kien fl-istess medda bħall-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi għaċ-ċelloli. Madankollu, billi ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni dettaljata dwar il-prezzijiet għal kull tip ta’ prodott, it-tqabbil tal-prezzijiet fuq il-bażi ta’ medja jista’ jintuża biss bħala indikazzjoni iżda ma jistgħu jinsiltu l-ebda konklużjonijiet b’saħħithom fuq din il-bażi. Matul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet taċ-ċelloli mit-Tajwan żdied b’mod kontinwu, u rriżulta f’żieda fis-sehem mis-suq ta’ madwar 14-il punt perċentwali. Madankollu, b’mod globali għall-prodott li qed jiġi investigat, minkejja ż-żieda fis-sehem mis-suq tagħhom, il-volumi kienu aktar baxxi mir-RPĊ u l-livelli tal-prezzijiet tagħhom kienu b’mod ġenerali aktar għoljin, bl-eċċezzjoni taċ-ċelloli matul il-PI. Għal dawn ir-raġunijiet, b’mod partikolari minħabba l-volumi tal-importazzjonijiet u l-ishma tas-suq minn pajjiżi terzi oħra kif ukoll il-livelli tal-prezzijiet tagħhom, li bħala medja huma simili jew ogħla minn dawk tal-industrija tal-Unjoni, jista’ jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi ma kisrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

Tabella 12

Importazzjonijiet u ishma tas-suq minn pajjiżi terzi oħra

Moduli

2009

2010

2011

PI

Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha (MW)

1 003

1 702

1 385

1 195

(Indiċi 2009 = 100)

100

169

138

119

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha

18,4  %

14,0  %

7,0  %

6,8  %

Prezz medju tal-importazzjoni EUR/kW

2 385,34

1 852,23

1 430,90

1 218,41

(Indiċi 2009 = 100)

100

78

60

51

Volum tal-importazzjonijiet mit-Tajwan (MW)

49

144

140

135

(Indiċi 2009 = 100)

100

294

286

276

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Tajwan

0,9  %

1,2  %

0,7  %

0,8  %

Prezz medju tal-importazzjoni EUR/kW

2 102,04

1 659,72

1 350,00

1 125,93

(Indiċi 2009 = 100)

100

79

64

54

Volum tal-importazzjonijiet mill-USA (MW)

140

180

51

60

(Indiċi 2009 = 100)

100

129

36

43

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-USA

2,6  %

1,5  %

0,3  %

0,3  %

Prezz medju tal-importazzjoni EUR/kW

2 400,00

1 872,22

1 431,37

1 233,33

(Indiċi 2009 = 100)

100

78

60

51

Volum tal-importazzjonijiet mill-bqija tal-Asja (MW)

720

1 140

1 029

879

(Indiċi 2009 = 100)

100

158

143

122

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-bqija tal-Asja

13,2  %

9,3  %

5,2  %

5,0  %

Prezz medju tal-importazzjoni EUR/kW

2 400,00

1 870,18

1 440,23

1 229,81

(Indiċi 2009 = 100)

100

78

60

51

Volum tal-importazzjonijiet mill-bqija tad-Dinja (MW)

94

238

165

121

(Indiċi 2009 = 100)

100

253

176

129

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-bqija tad-Dinja

1,7  %

2,0  %

0,8  %

0,7  %

Prezz medju tal-importazzjoni EUR/kW

2 404,26

1 869,75

1 442,42

1 231,40

(Indiċi 2009 = 100)

100

78

60

51

Sors:

Europressedienst


Ċelloli

2009

2010

2011

PI

Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha (MW)

510

884

1 100

1 457

(Indiċi 2009 = 100)

100

173

216

286

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha

23,7  %

26,6  %

25,5  %

36,2  %

Prezz medju tal-importazzjoni EUR/kW

1 166,67

1 072,40

751,82

553,88

(Indiċi 2009 = 100)

100

92

64

47

Volum tal-importazzjonijiet mit-Tajwan (MW)

235

400

540

997

(Indiċi 2009 = 100)

100

170

230

424

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Tajwan

10,9  %

12,0  %

12,5  %

24,8  %

Prezz medju tal-importazzjoni EUR/kW

948,94

1 100,00

670,37

514,54

(Indiċi 2009 = 100)

100

116

71

54

Volum tal-importazzjonijiet mill-USA (MW)

40

40

40

33

(Indiċi 2009 = 100)

100

100

100

83

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-USA

1,9  %

1,2  %

0,9  %

0,8  %

Prezz medju tal-importazzjoni EUR/kW

1 350,00

1 050,00

825,00

636,36

(Indiċi 2009 = 100)

100

78

61

47

Volum tal-importazzjonijiet mill-Ġappun (MW)

60

154

170

145

(Indiċi 2009 = 100)

100

257

283

242

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Ġappun

2,8  %

4,6  %

3,9  %

3,6  %

Prezz medju tal-importazzjoni EUR/kW

1 350,00

1 051,95

829,41

641,38

(Indiċi 2009 = 100)

100

78

61

48

Volum tal-importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja (MW)

175

290

350

282

(Indiċi 2009 = 100)

100

166

200

161

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja

8,1  %

8,7  %

8,1  %

7,0  %

Prezz medju tal-importazzjoni EUR/kW

1 348,57

1 051,72

831,43

638,30

(Indiċi 2009 = 100)

100

78

62

47

Sors:

Europressedienst


Wejfers

2009

2010

2011

PI

Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha (MW)

225

333

235

183

(Indiċi 2009 = 100)

100

148

104

81

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha

13,4  %

14,0  %

8,6  %

8,5  %

Prezz medju tal-importazzjoni EUR/kW

800,00

588,59

43,30

420,77

(Indiċi 2009 = 100)

100

74

55

52

Volum tal-importazzjonijiet mit-Tajwan (MW)

20

50

50

36

(Indiċi 2009 = 100)

100

250

250

180

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Tajwan

1,2  %

2,1  %

1,8  %

1,7  %

Prezz medju tal-importazzjoni EUR/kW

800,00

580,00

440,00

416,67

(Indiċi 2009 = 100)

100

73

55

52

Volum tal-importazzjonijiet mill-USA (MW)

50

55

40

28

(Indiċi 2009 = 100)

100

110

80

56

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-USA

3,0  %

2,3  %

1,5  %

1,3  %

Prezz medju tal-importazzjoni EUR/kW

800,00

581,82

450,00

428,57

(Indiċi 2009 = 100)

100

73

56

54

Volum tal-importazzjonijiet mill-Ġappun (MW)

55

50

30

26

(Indiċi 2009 = 100)

100

91

55

47

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Ġappun

3,3  %

2,1  %

1,1  %

1,2  %

Prezz medju tal-importazzjoni EUR/kW

800,00

580,00

433,33

423,08

(Indiċi 2009 = 100)

100

73

54

53

Volum tal-importazzjonijiet mill-bqija tad-Dinja (MW)

100

178

115

93

(Indiċi 2009 = 100)

100

178

115

93

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-bqija tad-Dinja

5,9  %

7,5  %

4,2  %

4,3  %

Prezz medju tal-importazzjoni EUR/kW

800,00

589,89

434,78

419,35

(Indiċi 2009 = 100)

100

74

54

52

Sors:

Europressedienst

Żvilupp tal-konsum tal-Unjoni

(168)

Kif issemma fil-premessa (108) aktar ’il fuq, il-konsum tal-Unjoni żdied b’221 % għall-moduli, 87 % għaċ-ċelloli u 29 % għall-wejfers matul il-perjodu kkunsidrat. Il-konsum laħaq l-ogħla livell fl-2011 u naqas matul il-PI filwaqt li xorta baqa’ ’l fuq sewwa mil-livell li kien hemm fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat fl-2009. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika minn din iż-żieda fil-konsum billi s-sehem mis-suq tagħha naqas minn 19 % għal 13 % għall-moduli, minn 68 % għal 38 % għaċ-ċelloli u minn 81 % għal 59 % għall-wejfers matul l-istess perjodu. Fl-istess ħin, is-sehem mis-suq tar-RPĊ kien qiegħed jiżdied b’mod qawwi sal-2011 u mbagħad baqa’ stabbli f’livell għoli sinifikanti matul il-PI, meta l-konsum naqas. Għalhekk, fid-dawl tal-fatt li, minkejja t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni matul il-PI, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jew żammew is-sehem tagħhom mis-suq (il-moduli) jew żiduh (iċ-ċelloli u l-wejfers) għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, ma jistax jiġi konkluż li t-tnaqqis fil-konsum kien tali li jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(169)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, huwa diffiċli biex jiġi stabbilit safejn id-domanda hija mmexxija mill-iskemi ta’ appoġġ tal-Istati Membri. Fil-fatt, kif jissemma aktar ’l isfel fil-premessa (171), jeżistu varjetà ta’ skemi ta’ appoġġ u l-interazzjoni bejn dawn l-iskemi u d-domanda hija kumplessa ħafna u għalhekk l-impatt preċiż tagħhom huwa diffiċli biex jiġi kwantifikat. Madankollu, l-evidenza disponibbli tindika wkoll li anki fin-nuqqas ta’ skemi ta’ appoġġ, id-domanda għall-enerġija solari se tibqa’ teżisti u saħansitra se tikber maż-żmien, minkejja li f’livelli aktar baxxi milli fil-kuntest tal-iskemi ta’ appoġġ. F’dan il-kuntest, diversi partijiet argumentaw li l-“parità mal-grilja” (jiġifieri meta l-kost għall-produzzjoni tal-enerġija solari jkun daqs il-kost għall-produzzjoni tal-enerġija konvenzjonali) diġà ntlaħqet jew kważi ntlaħqet f’xi reġjuni tal-Unjoni. Sa issa dawn l-affermazzjonijiet ma setgħux jiġu kkonfermati mill-investigazzjoni u se jiġu investigati aktar.

3.2.   It-tariffi feed-in (“FITs”) bħala l-eżempju prinċipali tal-iskemi ta’ appoġġ

(170)

Diversi partijiet interessati sostnew li l-kawża tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kienet marbuta mat-tnaqqis fit-tariffi feed-in li implimentaw l-Istati Membri. Dan it-tnaqqis allegatament wassal għal tnaqqis fl-installazzjonijiet solari u naqqas id-domanda għall-prodott taħt investigazzjoni fis-suq tal-Unjoni, u b’hekk ikkaġuna dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

(171)

L-Istati Membri introduċew il-FITs, obbligi ta’ kwoti ma’ ċertifikati ekoloġiċi negozjabbli, għotjiet għall-investimenti u inċentivi tat-taxxa sabiex jappoġġjaw il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli. F’ċerti Stati Membri jingħata appoġġ ukoll minn fondi strutturali tal-UE. L-aktar strument ta’ appoġġ implimentat b’mod frekwenti għall-enerġija solari kienu l-FITs. F’dan l-istadju, l-analiżi tal-Kummissjoni ffukat fuq din it-tip ta’ skema ta’ appoġġ.

(172)

Il-FITs huma strument ta’ appoġġ finanzjarju mmirat sabiex jintlaħqu miri nazzjonali obbligatorji għall-użu tal-enerġija rinnovabbli, kif preskritt mid-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Il-livell tal-appoġġ u l-mod kif jaħdmu l-FITs ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor. Permezz tal-FITs, l-operaturi tal-grilja jkunu marbuta li jixtru l-enerġija solari bi prezzijiet li jassiguraw li l-produtturi tal-enerġija solari (ġeneralment is-sidien tal-installazzjonijiet solari) jirkupraw l-ispejjeż tagħhom u jiksbu rati ta’ redditu raġonevoli. Il-FITs, bħal skemi oħra ta’ appoġġ, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet huma soġġetti wkoll għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat skont l-artikoli 107, 108 TFUE, li jassigura n-nuqqas ta’ kumpens eċċessiv għall-produtturi tal-elettriku.

(173)

Minkejja d-differenzi nazzjonali, setgħu jiġu osservati tliet fenomeni fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-FITs fl-Unjoni: (i) it-tnaqqis fir-rati tal-FITs, (ii) is-sospensjoni tal-iskema tal-FITs kollha kemm hi (Spanja) u (iii) l-introduzzjoni ta’ limiti tal-kapaċità (“limiti massimi”) għall-installazzjonijiet eliġibbli għal finanzjament kif ukoll limiti massimi globali fuq il-kapaċità ġdida appoġġjata li tiġi installata kull sena fil-livell tal-Istati Membri. Fir-rigward tal-limiti massimi, dawn jidhru li ddaħħlu prinċipalment matul l-2012 u għalhekk x’aktarx li ma kellhomx effett fuq il-konsum matul il-PI. Konsegwentement, l-analiżi ffukat fuq is-sospensjoni riċenti tal-FITs fi Spanja u t-tnaqqis fir-rati tal-FITs fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Ġie analizzat jekk dawn kellhomx impatt fuq id-domanda fis-suq tal-Unjoni u jekk dan setax ikkawża d-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, kien ikkunsidrat li l-impatt tal-evoluzzjoni tal-FITs fir-rigward tad-domanda għall-moduli kien rappreżentattiv ukoll għas-sitwazzjoni fir-rigward taċ-ċelloli u l-wejfers. Fil-fatt, billi ċ-ċelloli u l-wejfers huma indispensabbli għall-produzzjoni tal-moduli u ma jintużawx fi proċessi oħra tal-produzzjoni, tnaqqis fid-domanda għall-moduli jikkawża awtomatikament tnaqqis fid-domanda għaċ-ċelloli u l-wejfers.

(174)

Filwaqt li l-investigazzjoni kkonfermat ir-rabta bejn l-evoluzzjoni tal-FITs u l-konsum, l-investigazzjoni stabbiliet li t-tnaqqis fil-konsum bejn l-2011 u l-PI ma kkontribwiex sabiex tinkiser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu materjali sofrut mill-industrija tal-Unjoni kif deskritt fid-dettall fil-premessa (163) aktar ’il fuq. Fil-fatt, l-investigazzjoni wriet li filwaqt li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda teħżien, il-produtturi esportaturi kienu kapaċi jżommu l-ishma tas-suq għoljin tagħhom għall-moduli (80 %) u saħansitra żiedu l-ishma tas-suq tagħhom bi ftit għaċ-ċelloli (minn 22 % fl-2011 għal 25 % matul il-PI) u l-wejfers (minn 32 % fl-2011 għal 33 % matul il-PI). Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li l-prezz medju tal-moduli mitlub mill-industrija tal-Unjoni naqas bi 53 % matul il-perjodu kkunsidrat, prinċipalment minħabba ż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-pressjoni sostanzjali tal-prezzijiet li dawn ħolqu fuq is-suq tal-Unjoni. Għalhekk, it-tnaqqis fil-profittabilità li sofriet l-industrija tal-Unjoni ma jistax jiġi attribwit prinċipalment għat-tnaqqis fil-FITs.

(175)

Konsegwentement, huwa rikonoxxut li l-FITs ħolqu domanda għall-enerġija solari u li s-sospensjonijiet riċenti tal-FITs (bħal fi Spanja) u t-tnaqqis tagħhom fi Stati Membri oħra baxxew il-konsum għall-prodott tal-investigazzjoni matul il-PI, u b’hekk jista’ jkun li kkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, it-tnaqqis fil-konsum matul il-PI ma kienx tali biex jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(176)

Diversi partijiet argumentaw li t-tnaqqis fil-FITs irrenda l-opportunitajiet ta’ investiment solari mhux attraenti għall-investituri u għalhekk naqqas id-domanda għall-prodott ikkonċernat fl-Unjoni.

(177)

Filwaqt li l-investigazzjoni kkonfermat rabta bejn ir-rati tal-FITs u l-livell tal-investimenti fl-industrija solari, hija wriet ukoll li l-investimenti fl-enerġija solari huma inqas dipendenti f’reġjuni li għandhom espożizzjoni għolja għax-xemx fejn il-produzzjoni tal-enerġija solari hija aktar effiċjenti u f’reġjuni bi prezzijiet għoljin tal-elettriku. Fil-fatt, l-investigazzjoni wriet li xorta qegħdin isiru investimenti (eż. fi Spanja) minkejja s-sospensjoni tal-iskema tal-FITs. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-opportunitajiet ta’ investiment fl-enerġija solari xorta baqgħu attraenti anki b’rati ta’ FITs aktar baxxi.

(178)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ma setax jiġi konkluż b’mod ċar li t-tnaqqis fil-FITs għamel l-investimenti solari mhux attraenti għall-investituri u b’hekk ikkontribwixxa għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(179)

Waħda mill-partijiet interessati argumentat li t-tnaqqis fil-FITs ġiegħel lill-produtturi tal-Unjoni jnaqqsu l-prezzijiet tagħhom sabiex iżommu l-interess tal-investituri fl-enerġija fotovoltajka u sabiex ikomplu jiżviluppaw id-domanda u t-tkabbir.

(180)

L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kienet sfurzata tbaxxi l-prezzijiet tagħha l-aktar minħabba l-pressjoni tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u mhux minħabba t-tnaqqis fil-FITs. Dan huwa indikat mill-fatt li l-aktar tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni seħħ fl-2010 u fl-2011, qabel seħħ it-tnaqqis maġġuri fil-FITs. Fil-fatt, iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, li jwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, ġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni tbaxxi l-prezzijiet tagħha għal livelli dejjem aktar baxxi.

(181)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-argument għalhekk ġie rifjutat.

(182)

Fil-qosor, il-FITs kienu fattur importanti għall-iżvilupp tas-suq fotovoltajku fl-Unjoni u l-evoluzzjoni tal-konsum tal-prodott li qed jiġi investigat kienet influwenzata mill-eżistenza tal-FITs. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-konsum ma naqasx b’mod sinifikanti minkejja t-tnaqqis importanti fil-FITs. Għalhekk ġie konkluż b’mod provviżorju li l-iżviluppi fil-FITs ma kinux tali li jiksru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

3.3.   Appoġġ finanzjarju ieħor mogħti lill-industrija tal-Unjoni

(183)

Xi partijiet interessati sostnew li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien minħabba tnaqqis fl-appoġġ finanzjarju mogħti lill-industrija tal-Unjoni. B’appoġġ għal din l-affermazzjoni, kienet ipprovduta informazzjoni bbażata fuq is-sussidji mogħtija lil wieħed mill-produtturi tal-Unjoni qabel il-perjodu kkunsidrat (bejn l-2003 u l-2006).

(184)

L-evidenza pprovduta ma żvelat l-ebda rabta bejn id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u kwalunkwe allegat sussidju riċevut minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ qabel il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, billi din l-informazzjoni tirrigwarda żmien qabel il-perjodu kkunsidrat, tidher li hija irrilevanti. Għalhekk, ma setgħet tiġi stabbilita l-ebda rabta bejn kwalunkwe allegat sussidju riċevut mill-industrija tal-Unjoni u d-dannu materjali mġarrab. Minħabba f’hekk, l-argument kien rifjutat.

3.4.   Kapaċità żejda

(185)

Ġie sostnut li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien minħabba kapaċità żejda fis-suq tal-Unjoni u fis-suq globali b’mod ġenerali. Kien argumentat ukoll li l-kapaċità żejda fis-suq globali wasslet għall-konsolidazzjoni li qed isseħħ bħalissa fl-industrija tal-Unjoni u li kwalunkwe dannu mġarrab kien ir-riżultat ta’ wisq faċilitajiet tal-produzzjoni. Barra minn hekk, diversi partijiet interessati sostnew li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien marbut mal-espansjoni eċċessiva tal-kapaċità li l-industrija tal-UE kkawżat lilha nnifisha. Min-naħa l-oħra, xi partijiet interessati sostnew li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni huwa dovut għan-nuqqas tal-industrija tal-Unjoni li tagħmel l-investimenti neċessarji f’żidiet fil-kapaċità.

(186)

Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni fil-fatt żiedet il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha, il-volum tal-produzzjoni totali tagħha ma kopriex iż-żieda fil-livelli tal-konsum fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, iż-żieda fil-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet raġonevoli u segwiet l-iżviluppi tas-suq, jiġifieri ż-żieda fil-konsum. Għalhekk ma tistax titqies bħala kawża tad-dannu mġarrab.

(187)

Bl-istess mod, fuq din il-bażi, l-argument li l-industrija tal-Unjoni ma investietx fl-espansjoni tal-kapaċità ma ġiex ikkonfermat matul l-investigazzjoni. Bil-kuntrarju, madankollu, kif issemma aktar ’il fuq, matul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni żiedet progressivament il-kapaċità u kellha kapaċità żejda matul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat, li jindika li kienet kapaċi tforni domanda addizzjonali. Għalhekk, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

(188)

Xi partijiet interessati sostnew li l-operaturi kollha fis-settur, inklużi dawk fis-setturi downstream u upstream kienu f’sitwazzjoni diffiċli li kienet dovuta għall-kapaċità żejda fis-suq globali u t-tibdil li rriżulta fis-suq. F’dan ir-rigward kien argumentat li l-prodott li qiegħed jiġi investigat sar komodità fejn il-produtturi individwali m’għadhomx aktar kapaċi jistabbilixxu l-prezzijiet iżda fejn il-prezzijiet huma soġġetti għad-domanda u l-provvista fid-dinja kollha. Ġie allegat li kienet din is-sitwazzjoni li kkawżat id-dannu materjali tal-industrija tal-Unjoni pjuttost milli l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(189)

L-investigazzjoni kkonfermat l-eżistenza ta’ kapaċità żejda fis-suq globali, li toriġina prinċipalment mir-RPĊ. Rigward il-bidla fis-suq li allegatament tagħmel il-prodott li qiegħed jiġi investigat bħala komodità, din ma tiġġustifikax imġiba mhux ġusta fil-prezzijiet u prattiċi kummerċjali inġusti. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-industrija tal-Unjoni ilha tipproduċi u tbigħ il-prodott taħt investigazzjoni għal aktar minn 20 sena, filwaqt li l-industrija tal-prodott simili tar-RPĊ żviluppat biss dan l-aħħar (madwar nofs l-aħħar għaxar snin), attirata prinċipalment mit-tariffi feed-in u inċentivi oħra ta’ politika fl-Unjoni u ż-żieda sussegwenti fid-domanda.

(190)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-argumenti kienu rifjutati.

3.5.   Impatt tal-prezzijiet tal-materja prima

(191)

Diversi partijiet interessati sostnew li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien marbut mal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-polisilikon, li huwa l-materja prima prinċipali għall-produzzjoni tal-wejfers. Kien argumentat li l-industrija tal-Unjoni kkonkludiet kuntratti ta’ provvista ta’ terminu twil bi prezzijiet fissi u għalhekk ma setgħetx tibbenefika mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-polisilikon matul il-perjodu kkunsidrat.

(192)

L-investigazzjoni żvelat li l-prezzijiet tal-polisilikon żdiedu fl-2008, reġgħu naqsu fl-2009 u żdiedu biss daqsxejn fl-2010 u fil-bidu tal-2011. Il-prezzijiet naqsu b’mod sinifikanti matul il-PI.

(193)

L-investigazzjoni wriet li għalkemm l-industrija tal-Unjoni kellha kuntratti ta’ provvista ta’ terminu twil għall-polisilikon, it-termini ta’ dawn il-kuntratti kienu fil-biċċa l-kbira nnegozjati mill-ġdid abbażi tal-iżviluppi fil-prezzijiet tal-polisilikon u l-prezzijiet tal-kuntratti laħqu livelli qrib jew xi kultant saħansitra aktar baxxi mill-prezzijiet fis-suq spot.

(194)

Għal dawn ir-raġunijiet, ġie konkluż li anki jekk xi produtturi speċifiċi tal-Unjoni setgħu kienu affettwati minn kuntratti ta’ terminu twil għall-provvista tal-polisilikon, l-industrija tal-Unjoni, b’mod ġenerali, ma sofrietx minn dawn il-kuntratti ta’ terminu twil u setgħet tibbenefika b’mod sħiħ mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-polisilikon. Il-kuntratti ta’ terminu twil għalhekk ma nstabux li jikkontribwixxu għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

3.6.   Dannu kkawżat lilha nnifisha: l-impatt tal-awtomatizzazzjoni, id-daqs, l-ekonomiji ta’ skala, il-konsolidazzjoni, l-innovazzjoni, u l-kosteffiċjenza

(195)

Diversi partijiet interessati sostnew li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għall-grad għoli ta’ awtomatizzazzjoni tal-proċess tal-produzzjoni. Ġie sostnut li l-produtturi fuq skala żgħira kellhom żvantaġġ meta mqabbla mal-produtturi akbar integrati vertikalment u għalhekk kwalunkwe dannu mġarrab minn dawn il-produtturi ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. F’dan il-kuntest ġie sostnut ukoll li fi kwalunkwe każ, b’mod ġenerali, l-industrija tal-Unjoni kienet ta’ daqs żgħir u għalhekk ma kinitx kapaċi tibbenefika mill-ekonomiji ta’ skala.

(196)

L-investigazzjoni wriet li anki l-produtturi fuq skala żgħira fis-suq tal-Unjoni kellhom livell għoli ta’ awtomatizzazzjoni fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom b’effett pożittiv għall-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom. Ħafna mill-produtturi tal-Unjoni speċjalizzaw f’parti waħda tal-proċess tal-produzzjoni (wejfers, ċelloli jew moduli), li, permezz tal-ispeċjalizzazzjoni, żiedu l-kompetittività tagħhom fir-rigward tat-tip ta’ prodott speċifiku li kienu qegħdin jipproduċu. L-argument li l-impatt tal-livell għoli ta’ awtomatizzazzjoni kkaġuna d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni għalhekk kellu jiġi rifjutat.

(197)

Xi partijiet interessati sostnew li l-pressjoni tal-prezzijiet irriżultat fil-konsolidazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, b’din tal-aħħar tkun il-kawża tad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-konsolidazzjoni kienet pjuttost konsegwenza tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Barra minn hekk, din il-parti ma appoġġjat bl-ebda evidenza kemm il-proċess tal-konsolidazzjoni seta’ kien il-kawża tad-dannu mġarrab.

(198)

Barra dan, ġie sostnut li n-nuqqas ta’ integrazzjoni vertikali tal-industrija tal-Unjoni huwa l-kawża tad-dannu mġarrab. Ġeneralment il-produtturi integrati vertikalment f’kundizzjonijiet normali tas-suq għandhom ikollhom aktar sigurtà fuq il-katina tal-provvista tagħhom. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-vantaġġ tal-integrazzjoni vertikali min-naħa ta’ parti mill-industrija tal-Unjoni li kienet integrata vertikalment ma setax jiġi sfruttat b’mod sħiħ billi l-pressjoni tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping kienet għolja ħafna. Barra minn hekk, minħabba l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, l-industrija tal-Unjoni, inklużi l-produtturi tal-Unjoni integrati vertikalment, ma setgħetx tibbenefika b’mod sħiħ minn rati għolja ta’ użu tal-kapaċità biex tikseb ekonomiji ta’ skala. Barra dan, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda korrelazzjoni bejn l-integrazzjoni vertikali u rati aħjar ta’ profittabilità, billi l-pressjoni għolja tal-prezzijiet biddlet din il-korrelazzjoni.

(199)

Xi partijiet interessati sostnew li l-industrija tal-Unjoni kienet nieqsa mill-innovazzjoni teknika kif ukoll mill-investimenti f’teknoloġija ġdida. Madankollu, l-investigazzjoni ma kixfet l-ebda evidenza fattwali li tikkonferma dawn l-allegazzjonijiet. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni wriet li l-maġġoranza tal-investimenti magħmula mill-industrija tal-Unjoni kienu ddedikati għal makkinarju ġdid u R&Ż u li ma kienx hemm differenzi sinifikanti fit-teknoloġija bejn il-prodotti madwar id-dinja kollha.

(200)

Barra minn hekk, waħda mill-partijiet interessati sostniet li d-dannu materjali mġarrab huwa minħabba l-eżekuzzjoni ħażina ta’ proġetti (proġetti falluti). F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-argument ma kienx issostanzjat. Barra minn hekk, kwalunkwe proġett fallut jista’ pjuttost jitqies bħala konsegwenza tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. L-argument għalhekk kellu jiġi rifjutat.

(201)

Diversi partijiet interessati sostnew li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tirrazzjonalizza l-kostijiet tagħha fil-ħin biex tirrispondi għall-iżviluppi fis-suq dinji. Partijiet oħra sostnew li l-kostijiet lavorattivi u ġenerali huma aktar għoljin fl-Unjoni milli fir-RPĊ.

(202)

L-investigazzjoni wriet li l-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kien qiegħed jonqos b’mod stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, ħlief għall-wejfers fejn il-kostijiet kienu qed jonqsu fl-2010 iżda żdiedu fl-2011 u aktar fil-PI għal livelli daqsxejn ogħla milli kienu fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat (ara l-premessa (138) aktar ’il fuq). Il-produttività żdiedet għall-moduli u ċ-ċelloli, iżda naqset għall-wejfers. Kif issemma aktar ’il fuq, minħabba ż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-pressjoni sinifikanti konsegwenti tal-prezzijiet fuq is-suq tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tibbenefika mit-tnaqqis fil-kost.

(203)

Huwa nnotat li l-produtturi esportaturi fir-RPĊ ma jgawdu l-ebda vantaġġ komparattiv fir-rigward tal-materja prima (polisilikon) u tal-makkinarju użat billi t-tnejn kienu impurtati prinċipalment mill-Unjoni. Rigward il-kostijiet lavorattivi u ġenerali, dawn bħala medja kienu jirrappreżentaw inqas minn 10 % tal-kost totali ta’ modulu fil-PI u mhumiex meqjusa li kellhom xi rwol sinifikanti.

(204)

Barra minn hekk, ġie sostnut li xi produtturi tal-Unjoni akkwistaw il-wejfers, iċ-ċelloli u/jew il-moduli mill-pajjiż ikkonċernat, u reġgħu biegħu dawn il-prodotti fis-suq tal-Unjoni bħala tagħhom. L-investigazzjoni żvelat li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-industrija tal-Unjoni kienu kumplimentari fin-natura tagħhom kif ukoll limitati f’termini tal-volum meta mqabbla mal-produzzjoni tal-Unjoni u għalhekk ma jitqisux li kisru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(205)

Għalhekk, sabiex tikkonfronta t-tendenza tat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-industrija tal-Unjoni kellha tagħmel sforzi konsiderevoli biex tirrazzjonalizza l-kost tagħha tal-produzzjoni. Minkejja l-isforzi tal-industrija tal-Unjoni, din ir-razzjonalizzazzjoni tal-kostijiet ma setgħetx tiġi riflessa fil-prezz tal-bejgħ minħabba t-twaqqigħ sinifikanti tal-prezzijiet eżerċitat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(206)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-argumenti kollha msemmija hawn fuq kellhom jiġu rifjutati.

3.7.   Kompetizzjoni minn prodotti fotovoltajċi tat-tertuqa rqiqa u teknoloġiji fotovoltajċi oħra

(207)

Diversi partijiet interessati sostnew li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżaw mill-kompetizzjoni minn prodotti fotovoltajċi tat-tertuqa rqiqa u teknoloġiji fotovoltajċi oħra, billi dawn it-teknoloġiji kienu interskambjabbli u bl-istess użu finali.

(208)

L-investigazzjoni wriet li l-prodotti fotovoltajċi tat-tertuqa rqiqa jsiru minn materja prima differenti u ma jużawx wejfers tas-silikon kristallin. B’mod ġenerali, huma għandhom effiċjenzi ta’ konverżjoni ferm aktar baxxi u produzzjoni ta’ wattage aktar baxxa mill-moduli tas-silikon kristallin. Minħabba f’hekk, huma ma jistgħux jintużaw fuq spazji ristretti bħall-bjut, jiġifieri mhumiex kompletament interskambjabbli mal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, għalkemm jista’ jkun hemm xi kompetizzjoni bejn il-prodotti tat-tertuqa rqiqa u l-prodott ikkonċernat, din il-kompetizzjoni hija kkunsidrata bħala waħda marġinali.

(209)

Għalhekk l-investigazzjoni ma sabet l-ebda rabta bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-kompetizzjoni tal-prodotti fotovoltajċi tat-tertuqa rqiqa u teknoloġiji fotovoltajċi oħra.

(210)

Għal dawn ir-raġunijiet, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

3.8.   Il-kriżi finanzjarja u l-effetti tagħha

(211)

Ġie sostnut li l-kriżi finanzjarja u r-riċessjoni ekonomika kellhom effett negattiv fuq l-aċċess għall-finanzi tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk ikkawżaw id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(212)

Il-ħila tal-industrija tal-Unjoni sabiex iżżid il-kapital naqset b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Billi l-industrija solari hija bbażata fuq il-kapital, il-ħila li żżid il-kapital hija fundamentali. Ir-riċessjoni ekonomika kellha ċertu impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-investigazzjoni madankollu wriet li minkejja t-tkabbir tas-suq tal-Unjoni bejn l-2009 u l-2011, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar b’riżultat tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ li waqqgħu b’mod qawwi l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk ġie konkluż li l-effetti potenzjali tal-kriżi finanzjarja kienu aggravati miż-żieda fl-importazzjonijiet soġġetti għal dumping miċ-Ċina u li l-aċċess limitat għall-finanzi kien prinċipalment konsegwenza tal-klima negattiva tas-suq, is-sitwazzjoni u l-prospetti tal-industrija tal-Unjoni konsegwenza tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Għalhekk, filwaqt li l-kriżi finanzjarja kellha ċertu impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, hija ma setgħetx tikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. L-argument għalhekk ġie rifjutat.

3.9.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(213)

Xi partijiet interessati sostnew li l-bejgħ għall-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat u speċjalment bejn l-2009 u l-2011 għall-moduli u bejn l-2009 u l-ewwel kwart tal-2012 għaċ-ċelloli u li dan ikkaġuna d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(214)

Madankollu, kif jidher fit-Tabella hawn taħt, il-volumi tal-esportazzjonijiet fil-każ tal-moduli baqgħu sinifikanti minkejja tnaqqis żgħir fil-PI u l-livelli medji tal-prezzijiet matul il-PI kienu ogħla mill-kostijiet medji tal-moduli matul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat. Għalhekk, dan ma setax ikkawża d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Fir-rigward taċ-ċelloli, il-volumi tal-esportazzjoni kienu jirrappreżentaw biss madwar 12 % tal-volum tal-produzzjoni totali taċ-ċelloli. Għalhekk, minkejja l-prezzijiet baxxi matul il-PI, dan seta’ jkollu biss impatt limitat fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-wejfers, l-esportazzjonijiet kienu jirrappreżentaw madwar 24 % tal-volum tal-produzzjoni totali u bl-istess mod, minkejja l-prezzijiet baxxi tal-esportazzjoni matul il-PI, dan seta’ kellu biss impatt limitat fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-argumenti f’dan ir-rigward għalhekk kellhom jiġu rifjutati.

Tabella 13-a

Moduli

 

2009

2010

2011

PI

Volum tal-esportazzjonijiet tal-moduli f’MW

989

1 279

1 157

1 148

(Indiċi 2009 = 100)

100

129

117

116

Prezz medju tal-esportazzjoni (EUR/kW)

2 500

1 900

1 470

1 230

(Indiċi 2009 = 100)

100

76

59

49

Sors:

Europressedienst

Tabella 13-b

Ċelloli

 

2009

2010

2011

PI

Volum tal-esportazzjonijiet taċ-ċelloli f’MW

62

320

315

238

(Indiċi 2009 = 100)

100

516

508

384

Prezz medju tal-esportazzjoni (EUR/kW)

1 350

1 050

830

640

(Indiċi 2009 = 100)

100

78

61

47

Sors:

Europressedienst

Tabella 13-c

Wejfers

 

2009

2010

2011

PI

Volum tal-esportazzjonijiet tal-wejers f’MW

93

916

750

486

(Indiċi 2009 = 100)

100

985

806

523

Prezz medju tal-esportazzjoni (EUR/kW)

850

590

530

480

(Indiċi 2009 = 100)

100

70

63

57

Sors:

Europressedienst

(215)

Abbażi ta’ dan, instab li l-impatt tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma kienx tali li jikkontribwixxi għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-argumenti tal-partijiet f’dan ir-rigward kellhom jiġu rifjutati.

3.10.   L-iskoperta ta’ depożiti ta’ gass tax-shale fl-Unjoni Ewropea

(216)

Waħda mill-partijiet interessati sostniet li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-iskoperta ta’ depożiti ta’ gass tax-shale fl-Unjoni u l-prospett li tiżdied il-produzzjoni tal-gass tax-shale rħis fl-Unjoni naqqas l-investimenti pubbliċi u privati fil-proġetti tal-enerġija rinnovabbli.

(217)

L-investigazzjoni sabet li l-konsum tal-prodott li qiegħed jiġi investigat żdied b’mod sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat, kif diġà ssemma fil-premessa (108) aktar ’il fuq. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma kixfet l-ebda evidenza fattwali li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien minħabba l-iskoperta tad-depożiti ta’ gass tax-shale fl-Unjoni Ewropea. L-affermazzjoni għalhekk kienet rifjutata.

3.11.   L-Iskema tal-Unjoni Ewropea għan-Negozjar tal-Emissjonijiet (ETS)

(218)

L-istess parti sostniet li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-investimenti baxxi fil-produzzjoni tal-enerġija solari minħabba l-prezzijiet tas-suq baxxi għall-krediti tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-Iskema tal-Unjoni Ewropea għan-Negozjar tal-Emissjonijiet.

(219)

Madankollu ma kienet ipprovduta l-ebda evidenza u l-investigazzjoni ma sabet l-ebda ċirkustanza fattwali li tikkonferma dawn l-allegazzjonijiet. Bil-kuntrarju, l-investigazzjoni wriet li l-konsum tal-prodott li qiegħed jiġi investigat kien qiegħed jiżdied b’mod sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat. Għal dawn ir-raġunijiet, l-argument kien rifjutat.

3.12.   Deċiżjonijiet maniġerjali

(220)

Xi partijiet interessati sostnew li d-dannu materjali mġarrab minn tal-anqas wieħed mill-produtturi tal-Unjoni kien ikkawżat minn deċiżjonijiet maniġerjali ħżiena. Dawn l-allegazzjonijiet kienu bbażati fuq il-kontijiet annwali u xi informazzjoni kontenuta f’ittra mibgħuta minn azzjonist tal-kumpanija lill-azzjonisti l-oħra.

(221)

L-ebda informazzjoni fil-fajl ma wriet li xi deċiżjonijiet maniġerjali tal-kumpanija kkonċernata ma kinux normali jew mhux prudenti jew li kellhom effett fuq l-industrija sħiħa tal-Unjoni. Għalhekk, l-argumenti f’dan ir-rigward kienu rifjutati.

3.13.   Politiki oħra tal-gvern

(222)

Waħda mill-partijiet interessati sostniet li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat minn politiki oħra tal-gvern bħall-politiki dwar l-enerġija rinnovabbli, politiki mmirati sabiex jinkoraġġixxu l-innovazzjoni, politiki għat-tnaqqis tal-burokrazija, politiki għall-iffaċilitar tal-kummerċ u regolamenti dwar l-aċċess għall-grilja, billi dawn il-politiki huma ta’ benefiċċju għall-produtturi esportaturi. Madankollu, anki jekk huwa minnu li xi wħud mill-politiki msemmija jistgħu jiffaċilitaw l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra u t-tkabbir ġenerali tal-industrija solari, dawn il-politiki tgawdi minnhom ukoll l-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn il-politiki m’għandhomx ifissru li tali importazzjonijiet fl-Unjoni għandhom isiru bi prezzijiet dannużi li huma l-oġġett ta’ dumping. Għalhekk l-argumenti f’dan ir-rigward kienu rifjutati.

3.14.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(223)

L-investigazzjoni stabbiliet rabta kawżali bejn id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Kienu analizzati kawżi possibbli oħra tad-dannu, bħall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-konsum, it-tariffi feed-in, appoġġ finanzjarju ieħor mogħti lill-industrija tal-Unjoni, il-kapaċità żejda, l-impatt tal-prezzijiet tal-materja prima, id-dannu kkawżat lilha nnifisha, il-kompetizzjoni mit-tertuqa rqiqa, il-kriżi finanzjarja u l-effetti tagħha, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-iskoperta tad-depożiti ta’ gass tax-shale fl-Unjoni Ewropea, id-deċiżjonijiet maniġerjali, l-Iskemi tal-Unjoni Ewropea għan-Negozjar tal-Emissjonijiet, u politiki oħra tal-gvern u l-ebda waħda minnhom ma nstabet li kienet tali li tikser ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(224)

Fuq il-bażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat sewwa l-effett tal-fatturi magħrufin kollha fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, ġie għalhekk konkluż b’mod provviżorju li kien hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

F.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   Rimarki preliminari

(225)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar id-dumping dannuż, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti biex hija tikkonkludi li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri provviżorji f’dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, il-kumpaniji fis-swieq upstream u downstream tas-settur fotovoltajku, l-importaturi, l-utenti u l-konsumaturi tal-prodott ikkonċernat.

(226)

Madwar 150 operatur ippreżentaw irwieħhom wara l-bidu tal-investigazzjoni. Intbagħtu kwestjonarji speċifiċi lil importaturi mhux relatati, operaturi upstream (inkluż produttur tal-materja prima u fornituri ta’ tagħmir tal-produzzjoni għall-prodott taħt investigazzjoni), operaturi downstream (inklużi żviluppaturi ta’ proġetti u installaturi) u lill-BEUC — organizzazzjoni tal-konsumaturi. Issottomettew informazzjoni tliet assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw diversi operaturi (l-industrija tal-Unjoni, operaturi upstream u downstream) fis-settur fotovoltajku.

2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(227)

L-industrija tal-Unjoni kienet timpjega madwar 25 000 ruħ fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili matul il-PI.

(228)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Huwa mfakkar li numru ta’ indikaturi tad-dannu wrew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod partikolari, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, bħall-profittabilità, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment kienu affettwati serjament. Fil-fatt, il-produtturi tal-moduli, taċ-ċelloli u l-wejfers tal-Unjoni kienu qed jagħmlu t-telf fl-2011 u fil-PI. Konsegwentement, xi produtturi tal-Unjoni diġà kienu sfurzati jagħlqu l-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħhom filwaqt li xi oħrajn iffaċċjaw insolvenza. Fin-nuqqas ta’ miżuri, huwa probabbli ħafna li jkun hemm deterjorament ulterjuri fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(229)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji provviżorji anti-dumping terġa’ tistabbilixxi kundizzjonijiet ġusti ta’ kummerċ fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tallinja l-prezzijiet tal-prodott simili sabiex jirriflettu l-kostijiet tal-produzzjoni u b’hekk ittejjeb il-profittabilità tagħha. Jista’ jkun mistenni wkoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji tippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tikseb lura għall-inqas parti mis-sehem tas-suq li kienet tilfet matul il-perjodu kkunsidrat, b’impatt pożittiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tagħha. Barra minn hekk l-industrija tal-Unjoni għandha tkun kapaċi jkollha aċċess aħjar għall-kapital u biex tinvesti aktar fir-R&Ż u l-innovazzjoni fis-suq fotovoltajku. Fl-aħħar nett, l-investigazzjoni rreferiet ukoll għall-bidu mill-ġdid possibbli tal-attività kummerċjali tal-produtturi tal-Unjoni li kienu sfurzati jwaqqfu l-produzzjoni b’riżultat tal-pressjoni mill-importazzjonijiet Ċiniżi. B’mod ġenerali, f’dan ix-xenarju, mhux biss ikunu assigurati l-25 000 impjieg tal-industrija tal-Unjoni (fil-PI) iżda jkun hemm ukoll prospett raġonevoli ta’ aktar espansjoni fil-produzzjoni u żieda fl-impjiegi.

(230)

Jekk ma jiġux imposti miżuri, huwa mistenni aktar telf fis-sehem mis-suq li jwassal għal aktar deterjorament fil-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. Dan ma jkunx sostenibbli fuq terminu qasir għal medju. Bħala konsegwenza, minbarra n-numru kbir ta’ produtturi tal-Unjoni li diġà kienu sfurzati joħorġu mis-suq kif ġie deskritt fil-premessa (157) aktar ’il fuq, produtturi oħra jistgħu jiffaċċjaw insolvenza li fi żmien qasir għal medju twassal għall-għajbien probabbli tal-industrija tal-Unjoni, bl-impatt sinifikanti li jkun hemm fuq l-impjiegi eżistenti.

(231)

Għalhekk ġie konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

3.   L-interess tal-importaturi mhux relatati

(232)

Kif issemma fil-premessa (12) aktar ’il fuq, għal importatur wieħed biss mit-tlieta fil-kampjun, l-attività kummerċjali prinċipali kienet tikkonsisti fin-negozjar tal-prodott ikkonċernat.

(233)

Sar l-argument li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq il-prodott ikkonċernat taffettwa b’mod negattiv l-attività kummerċjali tal-importaturi. L-ewwel nett, l-impożizzjoni tad-dazji m’għandhiex twassal għall-eliminazzjoni tal-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ. It-tieni, għalkemm jista’ jiġi mistenni li l-impożizzjoni tal-miżuri jista’ jkollha effett negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-importaturi li jimportaw biss mir-RPĊ, minħabba ż-żieda probabbli fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, l-importaturi li jġibu l-prodotti tagħhom minn pajjiżi differenti għandhom ikunu f’pożizzjoni li jibdlu s-sorsi tagħhom ta’ provvista.

(234)

Għalhekk ġie konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni tal-miżuri fil-livell propost jista’ jkollha ċertu impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-importaturi mhux relatati tal-prodott ikkonċernat.

4.   L-interess tal-operaturi upstream

(235)

L-operaturi upstream huma attivi prinċipalment fil-produzzjoni tal-materja prima u fil-produzzjoni u l-inġinerija tat-tagħmir tal-manifattura għall-prodott li qiegħed jiġi investigat. Waslu tmien tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand l-operaturi upstream. Saru żewġ żjarat ta’ verifika li koprew produttur tal-materja prima u produttur tat-tagħmir tal-manifattura.

(236)

B’mod globali, matul il-PI, l-attività tat-tmien operaturi upstream li kkooperaw fir-rigward tal-prodott taħt investigazzjoni kienet tvarja meta mqabbla mal-attività totali tagħhom u kienet tirrappreżenta 100 % tan-negozju għal kumpanija waħda biss li kkooperat, filwaqt li għall-oħrajn din kienet tvarja bejn 6 % u 80 %. Bħala medja, fil-PI, l-attività relatata mal-prodott ikkonċernat kienet tirrappreżenta madwar 41 % tal-attività totali tal-operaturi upstream li kkooperaw. F’termini ta’ impjiegi, fil-PI, it-tmien operaturi upstream li kkooperaw kienu jimpjegaw madwar 4 200 persuna. Il-profittabilità varjat skont is-segment u l-kumpanija individwali minn rati għoljin sa profittabilità daqsxejn negattiva. L-investigazzjoni wriet li dawk l-operaturi bi profittabilità negattiva sofrew mis-sitwazzjoni li marret għall-agħar tal-industrija tal-Unjoni, billi xi wħud mill-klijenti li tilfu kienu produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat, u mit-tnaqqis fil-konsum.

(237)

Il-bejgħ tal-operaturi upstream tal-Unjoni kien ikopri l-Unjoni, ir-RPĊ u pajjiżi terzi oħra. Fil-PI, it-tqassim tal-bejgħ kien jikkorrispondi bħala medja għal madwar 20 % tal-bejgħ fl-Unjoni, kważi 50 % lir-RPĊ u madwar 30 % lil pajjiżi terzi oħra.

(238)

Xi partijiet fis-settur upstream sostnew li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping taffettwa l-attivitajiet tan-negozju tagħhom b’mod negattiv billi r-RPĊ hija s-suq tal-esportazzjoni prinċipali tagħhom. Kien argumentat li d-dazji jillimitaw serjament l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ bil-konsegwenza li r-RPĊ tillimita l-importazzjonijiet tal-polisilikon u tat-tagħmir tal-produzzjoni mill-Unjoni. Minħabba f’hekk, l-operaturi upstream tal-Unjoni fl-Unjoni allegatament ikunu jridu jċekknu l-attivitajiet tan-negozju tagħhom u jnaqqsu l-impjiegi.

(239)

Qabel xejn huwa nnotat li l-għan tad-dazju mhuwiex li jelimina l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat iżda li jerġa’ jistabbilixxi kundizzjonijiet ekwi ta’ kompetizzjoni. Għalhekk l-importazzjonijiet Ċiniżi għandhom ikomplu jfornu s-suq tal-Unjoni sa ċertu livell, iżda bi prezzijiet ġusti. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-operaturi upstream tal-Unjoni huma preżenti b’mod globali fi swieq nazzjonali differenti u għalhekk ma jiddependux esklussivament fuq l-esportazzjoni tagħhom lejn ir-RPĊ. Għaldaqstant wieħed jista’ raġonevolment jassumi li fis-suq fotovoltajku globali, l-operaturi upstream tal-Unjoni x’aktarx ikunu kapaċi jikkumpensaw it-tnaqqis eventwali fl-esportazzjoni lejn ir-RPĊ bl-esportazzjoni lejn is-swieq l-oħra li skont studji pubblikament disponibbli tas-swieq huma mistennija li jikbru. Fi kwalunkwe każ, is-suq fotovoltajku Ċiniż diġà qiegħed jiffaċċja kapaċità żejda sinifikanti ta’ produzzjoni u għalhekk huwa dubjuż jekk il-produtturi tal-makkinarju tal-Unjoni humiex se jkunu kapaċi jbigħu wisq aktar mit-tagħmir tal-manifattura fuq terminu qasir sa medju.

(240)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-impatt tad-dazji anti-dumping fuq il-produtturi tal-makkinarju ma jkunx wieħed sinifikanti, filwaqt li l-impatt fuq il-fornitur tal-materja prima jista’ jkun negattiv fuq perjodu ta’ żmien qasir minħabba t-tnaqqis li jista’ jkun hemm fil-bejgħ tiegħu lejn iċ-Ċina.

5.   L-interess tal-operaturi downstream

(241)

L-operaturi downstream huma attivi prinċipalment fl-iżvilupp ta’ proġetti, kummerċjalizzazzjoni u komunikazzjoni u installazzjonijiet fotovoltajċi. Filwaqt li waslu 13-il tweġiba għall-kwestjonarji downstream mill-operaturi downstream, sebgħa biss kienu kompluti b’mod suffiċjenti u ppemettew valutazzjoni siewja. Saru żewġ żjarat ta’ verifika li koprew l-iżvilupp ta’ proġetti fotovoltajċi u l-installazzjonijiet. Fl-analiżi tat-tweġibiet għall-kwestjonarji li waslu mingħand is-36 importatur mhux relatat li kkooperaw, irriżulta li ċertu numru minnhom jistgħu fil-fatt ikunu jridu jiġu kkwalifikati bħala operaturi downstream, billi l-attività prinċipali tagħhom hija l-installazzjoni. Din il-kwistjoni se tiġi investigata aktar matul l-investigazzjoni.

(242)

B’mod ġenerali, l-attività tal-operaturi downstream fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat tvarja meta mqabbla mal-attività totali tagħhom. Bħala medja, fil-PI, din kienet tirrappreżenta 41 %. Il-profittabilità tal-operaturi li kkooperaw, fir-rigward tal-prodott taħt investigazzjoni, kienet bħala medja madwar 11 %, fil-PI. F’termini ta’ impjiegi, is-seba’ operaturi downstream li kkooperaw, fil-PI kienu jimpjegaw madwar 550 ruħ.

(243)

Tqajjem l-argument li l-miżuri anti-dumping mhumiex fl-interess tal-Unjoni billi jgħollu l-prezz tal-moduli, u b’hekk jiskoraġġixxu lill-utenti finali/konsumaturi milli jagħmlu installazzjonijiet. Konsegwentement, l-operaturi downstream ikollhom ferm anqas ordnijiet u jkollhom iċekknu n-negozji tagħhom. Din il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq studju minn Prognos dwar it-telf li jista’ jkun hemm ta’ impjiegi, li ġie ppreżentat matul l-investigazzjoni. L-istudju jbassar li l-maġġoranza kbira tal-impjiegi fis-settur fotovoltajku tal-Unjoni jkunu fil-periklu jekk jiġu imposti d-dazji. L-istudju juża stima mill-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Industrija Fotovoltajka (EPIA) li skont din, in-numru totali ta’ impjiegi diretti li kienu jeżistu fl-2011 f’kull stadju tas-suq fotovoltajku tal-Unjoni, li jinkludi l-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi, l-operaturi upstream u downstream, huwa 265 000 ruħ. Billi beda mill-istima tal-2011 dwar l-impjiegi diretti totali fis-settur fotovoltajku, l-istudju ta’ Prognos ikkonkluda li minn 265 000 impjieg se jintilfu 242 000 fi tliet snin, skont il-livell tad-dazji. Il-biċċa l-kbira tat-telf tal-impjiegi allegatament se jseħħ fis-suq downstream, li fl-2011 skont Prognos kien jimpjega madwar 220 000 ruħ.

(244)

L-investigazzjoni ma kkonfermatx ix-xenarju ta’ hawn fuq u indikat numru ferm aktar baxx ta’ impjiegi diretti li kienu jeżistu fis-suq fotovoltajku tal-Unjoni fl-2011, matul il-PI u fl-2012.

(245)

L-ewwel nett, l-investigazzjoni qajmet dubji dwar l-eżattezza tan-numru totali ta’ impjiegi diretti fl-industrija fotovoltajka kif stmati mill-assoċjazzjoni Ewropea għall-industrija fotovoltajka. B’mod partikolari, matul iż-żjara ta’ verifika għand l-EPIA, irriżulta li d-dejta sottostanti li twassal għall-konklużjoni ta’ 265 000 ma kinitx preċiża u ma tippermettix tali konklużjoni. Fil-fatt, l-informazzjoni miksuba matul iż-żjara ta’ verifika tindika li n-numru ta’ impjiegi diretti fl-industrija fotovoltajka kkalkulati għall-2011 għandhom marġini ta’ żball sa 20 %. Barra minn hekk, l-istima tinkludi impjiegi f’pajjiżi Ewropej oħra li mhumiex fl-Unjoni Ewropea kif ukoll l-impjiegi relatati mal-prodott tat-tertuqa rqiqa, li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni.

(246)

Minkejja dawn id-dubji, anki kieku kellha tintuża l-istima oriġinali tal-impjiegi biex jiġi kkalkulat l-impatt fuq il-miżuri, iridu jsiru l-kummenti li ġejjin. L-istima tkopri l-impjiegi tal-industrija fotovoltajka Ewropea fl-2011, li kienet korrelata ma’ numru għoli ħafna ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi fl-UE f’dik is-sena (madwar 20 GW). Huwa raġonevoli li wieħed jassumi li fid-dawl tat-tnaqqis fl-installazzjonijiet li laħqu madwar 17,5 GW fil-PI u 15 GW fl-2012 in-numru ta’ impjiegi downstream b’mod partikolari, billi huwa korrelat direttament mal-livell tal-installazzjonijiet, naqas b’mod korrispondenti. F’dan ir-rigward, l-istampa speċjalizzata pubblikament disponibbli indikat li fil-Ġermanja, li hija l-akbar suq nazzjonali, bejn l-2011 u l-2012 l-impjiegi fis-settur fotovoltajku naqsu minn 128 000 għal 100 000, li jinkludu l-impjiegi fuq in-naħa tal-produtturi. Barra minn hekk, l-investigazzjoni qajmet dubji serji dwar jekk iċ-ċifra kinitx tinkludi biss impjiegi full time ddedikati esklussivament għall-industrija fotovoltajka. F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni żvelat li, b’mod partikolari fis-suq downstream (installazzjonijiet), l-attività fotovoltajka hija ġeneralment biss parti minn attività kummerċjali ferm aktar wiesgħa, bl-attività kummerċjali primarja jkunu l-installazzjonijiet tat-tisħin jew tal-elettriku, il-plumbing, eċċ.

(247)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa probabbli li l-impożizzjoni tal-miżuri tista’ twassal biex il-prezzijiet fl-Unjoni, tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, jogħlew u b’hekk jista’ jkun hemm inqas installazzjonijiet fotovoltajċi fuq terminu qasir. Madankollu l-impjiegi f’din il-parti tas-suq jistgħu jiġu affettwati negattivament b’mod limitat biss għar-raġunijiet li ġejjin. L-attività relatata mal-industrija fotovoltajka, tal-anqas għal xi wħud mill-installaturi, tikkostitwixxi biss parti mill-attivitajiet tan-negozju tagħhom u hija wkoll staġjonali. Għalhekk, l-installaturi għandhom ikunu kapaċi jwettqu attivitajiet oħra fis-sitwazzjoni ta’ tnaqqis fid-domanda għall-installazzjonijiet fotovoltajċi. Billi l-miri dwar l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika li ġew maqbula fil-livell tal-UE huma vinkolanti għall-Istati Membri, wieħed għandu jistenna li t-tnaqqis fid-domanda għall-installazzjonijet solari se jfisser żieda fid-domanda għal forom oħra ta’ elettriku rinnovabbli u effiċjenza enerġetika. Ħafna mill-impjegati fis-settur downstream x’aktarx li għandhom il-ħiliet neċessarji biex jibbenefikaw mid-domanda akbar f’dawn is-setturi simili. It-tieni, fid-dawl tal-profitti eżistenti fis-settur downstream (ara l-premessa (242) aktar ’il fuq), l-installaturi għandhom ikunu kapaċi jassorbu parti miż-żieda fil-prezz u b’hekk jillimitaw l-impatt fuq il-prezzijiet finali u fuq id-domanda għall-installazzjonijiet fotovoltajċi.

(248)

Indipendentement mill-impożizzjoni tad-dazji, il-previżjonijiet pubblikament disponibbli dwar id-domanda għall-installazzjonijiet fotovoltajċi jindikaw tnaqqis probabbli fid-domanda fl-2013, b’installazzjonijiet annwali ta’ bejn 9,8 GW u 16,5 GW fl-2013, li fi kwalunkwe każ x’aktarx ikollu impatt negattiv fuq in-numru ta’ impjiegi fis-suq downstream.

(249)

Fl-aħħar nett, huwa rrimarkat li din iż-żieda fil-prezzijiet tal-PVs hija probabbli li sseħħ fi kwalunkwe każ minħabba li l-produzzjoni tar-RPĊ li tforni s-suq tal-Unjoni tidher li fil-biċċa l-kbira qiegħda tagħmel it-telf, li hija sitwazzjoni mhux sostenibbli.

(250)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-impatt tad-dazji anti-dumping fuq l-operaturi downstream ikun sa ċertu punt limitat negattiv fuq terminu qasir, minħabba t-tnaqqis akbar fl-installazzjonijiet milli f’xenarju kontrofattwali mingħajr dazji mbassar minn ċentri prinċipali tar-riċerka u safejn id-dazju ma jistax jiġi assorbit mill-operaturi downstream. Minkejja t-tnaqqis possibbli fid-domanda għall-installazzjonijiet fotovoltajċi, l-installaturi għandhom ikunu kapaċi jwettqu attivitajiet oħra, sew jekk ikunu marbuta ma’ sorsi oħra ta’ enerġija nadifa jew mal-attività tan-negozju prinċipali tal-installaturi, kif issemma aktar ’il fuq.

6.   L-interess tal-utenti finali (konsumaturi)

(251)

L-ebda parti li tirrappreżenta direttament l-interessi tal-utenti finali bħall-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi ma għamlet rappreżentazzjonijiet. F’dan il-każ issir referenza għal żewġ tipi ta’ utenti finali: il-konsumaturi (djar) u utenti finali oħra (eż. istituzzjonijiet, kumpaniji). L-investigazzjoni żvelat li madwar kwart biss tal-installazzjonijiet fotovoltajċi eżistenti fl-Unjoni (hekk imsejħa installazzjonijiet iżgħar, ta’ fuq il-bejt) kienu ordnati minn konsumaturi. L-installazzjonijiet l-oħra (industrijali u kummerċjali ta’ skala ferm akbar, immuntati mal-art) kienu ordnati minn utenti finali oħra.

(252)

Diversi partijiet sostnew li jekk jiġu imposti dazji anti-dumping, il-konsumaturi jsofru minn żieda fil-prezzijiet tal-moduli fotovoltajċi. Filwaqt li b’riżultat tad-dazji, il-prezzijiet tal-moduli fotovoltajċi fis-suq tal-UE jistgħu jkunu mistennija li jiżdiedu xi ftit, huwa probabbli li l-konsumaturi u utenti finali oħra jkunu affettwati biss b’mod limitat minħabba li l-investigazzjoni wriet li l-prezz ta’ modulu jirrappreżenta sa 50 % tal-kostijiet totali ta’ installazzjoni fotovoltajka. Fid-dawl tal-marġini ta’ profitt miksuba mill-iżviluppaturi tal-proġetti u l-installaturi, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li ż-żieda eventwali fil-prezzijiet tal-moduli għall-konsumaturi tista’ tal-anqas tiġi assorbita b’mod parzjali u għalhekk tiġi mitigata. Fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-miżuri fil-livell tad-dazju propost se jkunu assorbiti tal-anqas b’mod parzjali mill-katina tal-provvista u, għalhekk, mhux neċessarjament jirriżultaw fi prezzijiet ogħla għall-konsumaturi fil-livell tal-bejgħ bl-imnut.

(253)

Huwa nnotat ukoll li jekk ma jiġux imposti d-dazji, l-għajbien probabbli tal-industrija tal-Unjoni jista’ jħalli lill-konsumaturi sors wieħed biss ta’ provvista tal-moduli fil-ġejjieni. F’dan ix-xenarju, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jkunu f’pożizzjoni li jżidu ulterjorment il-pożizzjoni b’saħħitha ħafna tagħhom fis-suq u dan jista’ jwassal ukoll għal prezzijiet ogħla fuq terminu qasir għal medju għad-dannu tal-konsumaturi/l-utenti finali. Fi kwalunkwe każ, kif issemma aktar ’il fuq, iż-żieda fil-prezzijiet hija probabbli li sseħħ xorta waħda minħabba l-fatt li l-produzzjoni tar-RPĊ qiegħda tagħmel it-telf.

(254)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż b’mod provviżorju li b’mod ġenerali l-impożizzjoni tal-miżuri jkollha impatt limitat fuq il-konsumaturi u utenti finali oħra. Dan irrispettivament mir-rwol tal-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali sabiex jistimulaw id-domanda għall-installazzjonijiet fotovoltajċi kif issemma fil-premessa (182) aktar ’il fuq. Jekk l-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali jiġu addattati għall-prezzijiet ogħla tal-pannelli solari (permezz ta’ FITs aktar għoljin), l-impatt fuq il-konsumaturi jista’ jkun ineżistenti.

7.   Argumenti oħra

(255)

Xi partijiet argumentaw li l-industrija tal-Unjoni mhijiex kapaċi tforni lis-suq tal-UE fil-kwantitajiet meħtieġa u għaldaqstant jekk jiġu imposti dazji anti-dumping ikun hemm riskju serju ta’ nuqqas ta’ provvista fl-UE, li tista’ twassal għal aktar żieda fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat.

(256)

L-investigazzjoni sabet dan l-argument bħala mhux ġustifikat. L-industrija tal-Unjoni ilha ma tużax biżżejjed il-kapaċitajiet tal-produzzjoni tagħha mill-2009. Fil-PI, ir-rata ta’ użu tal-kapaċità ta’ produzzjoni tal-moduli fl-Unjoni kienet ta’ 41 % b’kapaċità żejda addizzjonali ta’ madwar 5,7 GW; ir-rata ta’ użu tal-kapaċità ta’ produzzjoni taċ-ċelloli fl-Unjoni kienet ta’ 63 %, b’kapaċità żejda addizzjonali ta’ madwar 1,2 GW u r-rata ta’ użu tal-kapaċità ta’ produzzjoni tal-wejfers fl-Unjoni kienet ta’ 55 % b’kapaċità żejda addizzjonali ta’ madwar 1,6 GW. Għalhekk, bis-saħħa tal-kapaċità żejda, l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikkompeti għal parti addizzjonali mis-suq fuq terminu qasir. Anki fuq terminu medju, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li l-industrija tal-Unjoni se tespandi l-kapaċità tal-produzzjoni tagħha sabiex tkun tista’ tikseb ekonomiji ta’ skala aħjar u tippermetti aktar tnaqqis fil-prezzijiet. Barra minn hekk, hemm ukoll sorsi oħra ta’ provvista fid-dinja, li huma preżenti fis-suq tal-Unjoni u li se jkunu kapaċi jikkompetu fis-suq tal-Unjoni f’każ ta’ tnaqqis fl-importazzjonijiet tal-prodotti Ċiniżi. L-investigazzjoni żvelat li l-kapaċità żejda eżistenti tal-produzzjoni mhux Ċiniża barra mill-UE fil-PI kienet ta’ 5,6 GW għall-moduli, 6 GW għaċ-ċelloli u 6 GW għall-wejfers. Għalhekk huwa konkluż li l-kapaċità żejda totali tal-UE u ta’ produtturi terzi barra mill-UE hija suffiċjenti biex tagħmel tajjeb fuq terminu qasir għat-tnaqqis li jista’ jkun hemm fl-importazzjonijiet Ċiniżi fid-dawl tad-domanda għall-installazzjonijiet fotovoltajċi fl-UE kif imbassra għall-2013 (bejn 9,8 GW u 16,5 GW) u l-2014 (9 GW u 17,1 GW) minn ċentri prinċipali tar-riċerka bħall-EPIA.

(257)

Xi partijiet argumentaw ukoll li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping fuq il-prodott ikkonċernat se tkun ta’ ħsara għall-iżvilupp tas-suq fotovoltajku fl-Ewropa u għalhekk il-miri tal-Aġenda 2020 tal-UE fir-rigward tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u t-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-UE mhux se jintlaħqu.

(258)

L-ewwel nett, il-miri 2020 ma jiddependux esklussivament fuq l-enerġija solari. Importanti daqsha huma tipi oħra ta’ enerġija ekoloġika bħar-riħ, il-bijomassa, l-idro, eċċ. Billi ma huwa attribwit l-ebda perċentwal partikolari lill-enerġija solari għall-miri 2020, numru daqsxejn aktar baxx ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi mhuwiex mistenni li jżid il-kost globali tal-Aġenda 2020. Barra minn hekk, il-prezz tal-pannelli solari huwa biss wieħed minn ħafna fatturi li huma vitali għall-iżvilupp tal-industrija fotovoltajka fl-Ewropa. Daqstant importanti huma: qafas legali u finanzjarju favorevoli fuq livell Ewropew u nazzjonali, aċċess aħjar għall-finanzjament tal-proġetti tal-enerġija rinnovabbli u l-investiment fir-R&Ż. Rigward il-finanzjament tal-investimenti solari, l-impożizzjoni tad-dazji se ttejjeb is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tas-settur fotovoltajku kollu kemm hu. Minħabba f’hekk, huwa probabbli li se ttejjeb ukoll l-aċċess għall-kapital kemm għall-industrija tal-Unjoni kif ukoll għall-investituri fis-settur fotovoltajku. Fl-aħħar nett, huwa mfakkar li l-għan tad-dazju mhuwiex li jelimina l-importazzjonijiet Ċiniżi iżda li jerġa’ jistabbilixxi kompetizzjoni ġusta. Jekk il-prezz tal-prodott ikkonċernat jogħla, l-evidenza dwar il-profitti miksuba fis-suq downstream tippermetti s-suppożizzjoni li ż-żieda fil-prezz se tiġi assorbita parzjalment mill-operaturi fis-suq downstream. Għalhekk il-prezz tal-moduli m’għandux jiżdied b’mod sinifikanti għall-utenti finali/il-konsumaturi u d-domanda għall-installazzjonijiet solari tista’ tinżamm fil-medda mbassra.

(259)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni tal-miżuri, b’mod ġenerali, ma jkollhiex impatt ħażin sinifikanti fuq politiki oħra tal-UE.

8.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(260)

L-effetti pożittivi globali għall-industrija tal-Unjoni jegħlbu l-impatt negattiv li jista’ jkun hemm fuq operaturi oħra fis-suq fotovoltajku, inklużi l-konsumaturi/utenti finali oħra.

(261)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż b’mod provviżorju li abbażi tal-informazzjoni disponibbli rigward l-interess tal-Unjoni, m’hemmx raġunijiet konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ.

G.   MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI

(262)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji sabiex jiġi evitat li ssir aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

1.   Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

(263)

Sabiex jiġi stabbilit il-livell ta’ dawn il-miżuri, kienu kkunsidrati l-marġini ta’ dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni, mingħajr ma jinqabżu l-marġini ta’ dumping li nstabu.

(264)

Fil-kalkolu tal-ammont ta’ dazju neċessarju sabiex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż, ġie kkunsidrat li kwalunkwe miżura għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha u li tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ raġonevolment jinkiseb f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet soġġetti għal dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Għaldaqstant huwa meqjus li marġini ta’ profitt ta’ 10 % tal-fatturat ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta fl-ilment jista’ jitqies bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet tistenna li tikseb fin-nuqqas ta’ dumping dannuż.

(265)

Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz mhux dannuż għall-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili. Il-prezz mhux dannuż inkiseb billi mal-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-PI ġie miżjud il-marġinu ta’ profitt hawn fuq imsemmi ta’ 10 %.

(266)

Iż-żieda meħtieġa fil-prezz imbagħad ġiet stabbilita fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz tal-importazzjoni medju peżat tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ li kkooperaw inklużi fil-kampjun, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, aġġustat kif meħtieġ għall-kostijiet tal-importazzjoni u d-dazji doganali, mal-prezz medju peżat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju peżat tal-importazzjoni.

2.   Miżuri provviżorji

(267)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, u skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, tqies li għandhom jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati mir-RPĊ fil-livell tal-marġini l-aktar baxx ta’ dumping u ta’ dannu li nstab, skont ir-regola tad-dazju inferjuri.

(268)

Minħabba r-rata għolja ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, id-dazju għall-“kumpaniji l-oħra kollha” ġie stabbilit fil-livell tal-ogħla dazju li għandu jiġi impost fuq il-kumpaniji, rispettivament, inklużi fil-kampjun jew li kkooperaw fl-investigazzjoni. Id-dazju għall-“kumpaniji l-oħra kollha” se jiġi applikat għal dawk il-kumpaniji li ma kinux ikkooperaw fl-investigazzjoni.

(269)

Għall-kumpaniji Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, li huma elenkati fl-Anness, ir-rata tad-dazju provviżorju hija stabbilita fil-medja peżata tar-rati tal-kumpaniji fil-kampjun.

(270)

Ir-rati proposti tad-dazji anti-dumping provviżorji huma kif ġej:

Kumpanija

Marġini ta’ dumping

Marġini ta’ dannu

Rata tad-dazju

Changzhou Trina Solar Energy Co., Ltd.;

Trina Solar (Changzhou) Science and Technology Co., Ltd.,

93,3  %

51,5  %

51,5  %

Delsolar (Wujiang) Co., Ltd.,

112,6  %

67,9  %

67,9  %

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd.;

LDK Solar Hi-Tech (Hefei) Co. Ltd.;

LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co., Ltd.;

LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co Ltd.,

88,4  %

55,9  %

55,9  %

JingAo Solar Co. Ltd.;

Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd.,

JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd.;

Shanghai Jinglong Solar Energy Technology Co. Ltd.;

Hefei JA Solar Technology Co. Ltd.,

99,0  %

58,7  %

58,7  %

Jinzhou Yangguang Energy Co., Ltd.;

Jinzhou Rixin Silicon Materials Co., Ltd.;

Jinzhou Youhua Silicon Materials Co., Ltd.;

Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co., Ltd.;

Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co., Ltd.,

48,1  %

38,3  %

38,3  %

Wuxi Suntech Power Co., Ltd.;

Luoyang Suntech Power Co. Ltd.;

Suntech Power Co., Ltd.;

Wuxi Sun-Shine Power Co., Ltd.;

Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co., Ltd.;

Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co., Ltd.

71,5  %

48,6  %

48,6  %

Yingli Energy (China) Co. Ltd;

Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd.;

Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd.,

96,2  %

37,3  %

37,3  %

Kumpaniji oħra li kkooperaw (Anness)

88,5  %

47,6  %

47,6  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

112,6  %

67,9  %

67,9  %

(271)

Il-miżuri anti-dumping imsemmija hawn fuq huma stabbiliti b’mod provviżorju fil-forma ta’ dazji ad valorem.

(272)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (b’kuntrast mad-dazju nazzjonali applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) għalhekk japplikaw biss għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mmanifatturati mill-kumpaniji u għaldaqstant mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti impurtati mmanifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament b’isimha fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(273)

Kwalunkwe talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet oħra tal-produzzjoni jew bejgħ) għandha tiġi indirizzata mingħajr dewmien lill-Kummissjoni (7) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjati, pereżempju, ma’ din il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament għandu jiġi emendat kif meħtieġ billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali.

(274)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju anti-dumping, il-livell tad-dazju tal-kumpaniji l-oħra kollha m’għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI.

(275)

Kif issemma taħt is-Sezzjoni 5 tal-avviż ta’ bidu, il-Kummissjoni tinsab fil-proċess li tistabbilixxi jekk l-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ jistgħux jitqiesu bħala li joriġinaw mir-RPĊ. Dan huwa importanti b’mod partikolari fil-każ ta’ moduli li jistgħu jinkorporaw komponenti u partijiet minn pajjiżi differenti. Skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament bażiku anti-dumping, il-pajjiż esportatur ta’ prodott soġġett għal dumping jista’ jkun pajjiż intermedju. Għandu jiġi nnotat ukoll li l-ilment jirrigwarda importazzjonijiet mir-RPĊ mingħajr ma jispeċifika l-oriġini tagħhom. Fl-aħħar nett, l-investigazzjonijiet anti-dumping u kumpensatorji mwettqa mill-Istati Uniti tal-Amerka u li jinvolvu l-istess prodott importat mir-RPĊ, issottolinjaw il-kumplessità tal-operazzjonijiet ta’ produzzjoni u assemblaġġ li jistgħu jew ma jistgħux jagħtu l-oriġini (8). Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet u mingħajr preġudizzju għall-konklużjoni li għandha tintlaħaq dwar dawn il-kwistjonijiet fl-istadju definittiv, huwa kkunsidrat xieraq li l-miżuri provviżorji għandhom ikopru l-prodott taħt investigazzjoni li joriġina jew li jiġi kkonsenjat mir-RPĊ, sakemm il-prodott ma jkunx prodott fi transitu fis-sens tal-Artikolu V GATT.

(276)

Kif issemma aktar ’il fuq fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-RPĊ soġġetti għar-reġistrazzjoni permezz tar-Regolament (UE) Nru 182/2013. Dan kien minħabba l-applikazzjoni retroattiva possibbli tal-miżuri anti-dumping u kumpensatorji, skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 16(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (“Regolament bażiku kontra s-sussidji”) (9).

(277)

Rigward l-investigazzjoni anti-dumping preżenti u fid-dawl tas-sejbiet imsemmija hawn fuq, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet għall-finijiet tal-investigazzjoni anti-dumping skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku għandha tieqaf.

(278)

Rigward l-investigazzjoni parallela kontra s-sussidji, mibdija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, permezz ta’ Avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-8 ta’ Novembru 2012 (10), ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji għandha tissokta.

(279)

F’dan l-istadju tal-proċediment ma tista’ tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli tal-miżuri anti-dumping.

(280)

Fid-dawl taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali tal-proċediment preżenti, b'mod partikulari billi dan jikkonċerna prodott intiż lejn suq li jeħtieġ stabbiltà ta' fornimenti fil-medda qasira ta' żmien, huwa kkunsidrat xieraq li jiddaħħlu bil-mod mod il-miżuri anti-dumping provviżorji. Billi l-industrija tal-Unjoni b'mod partikulari sofriet dannu minħabba prattiċi kummerċjali mhux ġusti mill-pajjiż ikkonċernat fil-PI, il-produtturi tal-Unjoni ma jistgħux jissupplixxu immedjatament il-kwantitajiet meħtieġa jekk il-livelli tal-importazzjoni jaqgħu minħabba l-miżuri. Id-dħul gradwali tad-dazju anti-dumping jippermetti lill-industrija tal-Unjoni fil-medda qasira ta' żmien biex iżżid il-provvista. Barra minn hekk, bl-għoti ta' żmien biżżejjed biex l-industrija tal-Unjoni tkun tista' żżid il-livelli tal-produzzjoni tagħha, il-provvista tal-prodott ikkonċernat tibqa' f'livelli raġonevoli biex tlaħħaq mad-domanda. Għalhekk huwa meqjus xieraq li d-dazju jiddaħħal f'żewġ stadji.

I.   DISPOŻIZZJONI FINALI

(281)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi stabbilit perjodu li fih il-partijiet interessati li jkunu identifikaw ruħhom fil-limitu ta’ żmien speċifikat fir-Regolament jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazju magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun li jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-iskop ta’ kwalunkwe dazju definittiv,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għaldaqstant, qiegħed jiġi impost dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli jew pannelli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u ċelloli u wejfers tat-tip użati fil-moduli jew il-pannelli fotovoltajċi bis-silikon kristallin (iċ-ċelloli u l-wejfers għandhom ħxuna li ma taqbiżx 400 mikrometru), li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 3818 00 10, ex 8501 31 00, ex 8501 32 00, ex 8501 33 00, ex 8501 34 00, ex 8501 61 20, ex 8501 61 80, ex 8501 62 00, ex 8501 63 00, ex 8501 64 00 u ex 8541 40 90 (kodiċi TARIC 3818001011, 3818001019, 8501310081, 8501310089, 8501320041, 8501320049, 8501330061, 8501330069, 8501340041, 8501340049, 8501612041, 8501612049, 8501618041, 8501618049, 8501620061, 8501620069, 8501630041, 8501630049, 8501640041, 8501640049, 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) u li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, sakemm dawn ikunu fi tranżitu sont l-Artikolu V tal-GATT.

It-tipi ta’ prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat:

ċarġers solari li jikkonsistu minn anqas minn sitt ċelloli, li jistgħu jinġarru u li jfornu l-elettriku lil apparat jew li jiċċarġjaw il-batteriji;

prodotti fotovoltajċi tat-tertuqa rqiqa;

prodotti fotovoltajċi bis-silikon kristallin li huma integrati b’mod permanenti fi prodotti elettriċi, fejn il-funzjoni tal-prodotti elettriċi ma tkunx il-ġenerazzjoni tal-enerġija, u fejn dawn il-prodotti elettriċi jikkunsmaw l-elettriku ġġenerat miċ-ċellola(i) fotovoltajka(ċi) integrati bis-silikon kristallin.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:

(i)

mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sal-5 ta' Awwissu 2013:

Il-kumpanija

Ir-rata tad-dazju

Il-kumpaniji kollha

11,8  %

(ii)

mis-6 ta' Awwissu 2013:

Kumpanija

Rata tad-dazju

Kodiċi TARIC addizzjonali

Changzhou Trina Solar Energy Co., Ltd.;

Trina Solar (Changzhou) Science and Technology Co., Ltd.,

51,5  %

B791

Delsolar (Wujiang) Co., Ltd.,

67,9  %

B792

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd.;

LDK Solar Hi-Tech (Hefei) Co. Ltd.;

LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co., Ltd.;

LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co Ltd.,

55,9  %

B793

JingAo Solar Co. Ltd.;

Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd.,

JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd.;

Shanghai Jinglong Solar Energy Technology Co. Ltd.;

Hefei JA Solar Technology Co. Ltd.,

58,7  %

B794

Jinzhou Yangguang Energy Co., Ltd.;

Jinzhou Rixin Silicon Materials Co., Ltd.;

Jinzhou Youhua Silicon Materials Co., Ltd.;

Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co., Ltd.;

Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co., Ltd.,

38,3  %

B795

Wuxi Suntech Power Co., Ltd.;

Luoyang Suntech Power Co. Ltd.;

Suntech Power Co., Ltd.;

Wuxi Sun-Shine Power Co., Ltd.;

Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co., Ltd.;

Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co., Ltd.

48,6  %

B796

Yingli Energy (China) Co. Ltd;

Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd.;

Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd.,

37,3  %

B797

Kumpaniji elenkati fl-Anness

47,6  %

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

67,9  %

B999

3.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jkun soġġett għall-forniment ta’ titolu ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazji doganali.

Artikolu 2

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw għal smigħ mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu

Artikolu 3

Ir-Regolament (UE) Nru 182/2013 huwa emendat kif ġej:

1.

Iddaħħlu intestatura G ġdida u premessa 22 ġdida:

“G.   TWAQQIF TAR-REĠISTRAZZJONI GĦALL-FINIJIET TA’ PROTEZZJONI KONTRA L-IMPORTAZZJONIJIET LI HUMA L-OĠĠETT TA’ DUMPING

(22)

Mis-6 ta’ Ġunju 2013, dazju anti-dumping provviżorju jipprovdi għall-protezzjoni kontra importazzjonijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping. Għalhekk m’għadux aktar neċessarju li jiġu rreġistrati l-importazzjonijiet għall-finijiet ta’ protezzjoni kontra importazzjonijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping.”

2.

Fl-Artikolu 1(1), il-kliem “l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u” huma mħassra.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 269, 6.9.2012, p. 5.

(3)  ĠU L 61, 5.3.2013, p. 2.

(4)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Frar 2012 fil-kawża C-249/10 P, Brosmann Footwear HK u oħrajn v. Il-Kunsill.

(5)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Novembru 2012 fil-kawża C-247/10 P, Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd v Il-Kunsill.

(6)  Is-sentenza fil-kawża C-337/09 P, Il-Kunsill v Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group Co., Ltd.

(7)  Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, 1049 Brussell, Il-Belġju.

(8)  Ara Issues and Decision Memorandum for the Final Determination in the Antidumping Duty Investigation of Crystalline Silicon Photovoltaic Cells, Whether or Not Assembled into Modules, from the People’s Republic of China, 9 ta’ Ottubru 2012, fuq http://ia.ita.doc.gov/frn/summary/prc/2012-25580-1.pdf.

(9)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(10)  ĠU C 340, 8.11.2012, p. 13.


ANNESS

Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:

Isem tal-Kumpanija

Kodiċi TARIC addizzjonali

AIDE Solar Energy Technology Co., Ltd

B798

Alternative Energy (AE) Solar Co., Ltd

B799

Anhui Chaoqun Power Co., Ltd

B800

Anhui Schutten Solar Energy Co., Ltd

B801

Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co., Ltd

B802

Arhui Titan PV Co., Ltd

B803

BP SunOasis (Prime) Co., Ltd

B804

Canadian Solar Manufacturing (Luoyang) Inc.

CSI Cells Co., Ltd

Canadian Solar Manufacturing (Changshu) Inc.

B805

Changzhou NESL Solartech Co., Ltd

B806

Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co., Ltd

B807

Chinaland Solar Energy Co., Ltd

B808

China Sunergy (Nanjing) Co., Ltd

CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co., Ltd

CEEG Nanjing Renewable Energy Co., Ltd

B809

Chint Solar (Zhejiang) Co., Ltd

B810

ChuangZhou EGing Photovoltaic Technology Co., Ltd

B811

Cixi City Rixing Electronics Co., Ltd

B812

CNPV Dongying Solar Power Co., Ltd

B813

CSG PVtech Co., Ltd

B814

DCWATT POWER Co., Ltd

B815

Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co., Ltd

B816

EOPLLY New Energy Technology Co., Ltd

B817

ERA Solar Co., Ltd

B818

ET Solar Industry Limited

Dotec Electric Co., Ltd

B819

GD Solar (Jiangsu) Co., Ltd

B820

Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co., Ltd

B821

Guodian Jintech Solar Energy Co., Ltd

B822

GS PV Holdings Group

B823

Hangzhou Bluesun Solar Energy Technology Co., Ltd

B824

Hangzhou Zhejiang University Sunny Energy Science and Technology Co., Ltd

B825

Hanwha SolarOne Co., Ltd

Hanwha SolarOne (Qidong) Co., Ltd

B826

Hengdian Group DMEGC Magnetics Co., Ltd

B827

Hengji PV-Tech Energy Co., Ltd

B828

Himin Clean Energy Holdings Co., Ltd

B829

Jetion Solar (China) Co., Ltd

B830

Jiangsu Green Power PV Co., Ltd

B831

Jiangsu Hosun Solar Power Co., Ltd

B832

Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co., Ltd

B833

Jiangsu Runda PV Co., Ltd

B834

Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co., Ltd

B835

Jiangsu Seraphim Solar System Co., Ltd

B836

Jiangsu Shunfeng Photovoltic Technology Co., Ltd

B837

Jiangsu Sinski PV Co., Ltd

B838

Jiangsu Sunlink PV Technology Co., Ltd

B839

Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co., Ltd

B840

Jiangxi Risun Solar Energy Co., Ltd

B841

Jiangyin Hareon Power Co., Ltd

Schott Solar Hareon Co., Ltd

Hareon Solar Technology Co., Ltd

B842

Jiangyin Shine Science and Technology Co., Ltd

B843

Jinggong P-D Shaoxing Solar Energy Tech Co., Ltd

B844

Jinko Solar Co., Ltd

Zhejiang Jinko Solar Co., Ltd

B845

Juli New Energy Co., Ltd

B846

Jumao Photonic (Xiamen) Co., Ltd

B847

King-PV Technology Co., Ltd

B848

Kinve Solar Power Co., Ltd (Maanshan)

B849

Konca Solar Cell Co., Ltd

Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co., Ltd

Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co., Ltd

B850

Lightway Green New Energy Co., Ltd

Lightway Green New Energy (Zhuozhou) Co., Ltd

B851

Motech (Suzhou) Renewable Energy Co., Ltd

B852

Nanjing Dago New Energy Co., Ltd

B853

Nice Sun PV Co., Ltd

Levo Solar Technology Co., Ltd

B854

Ningbo Best Solar Energy Technology Co., Ltd

B855

Ningbo Huashun Solar Energy Technology Co., Ltd

B856

Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co., Ltd

B857

Ningbo Komaes Solar Technology Co., Ltd

B858

Ningbo Osda Solar Co., Ltd

B859

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co., Ltd

B860

Ningbo South New Energy Technology Co., Ltd

B861

Ningbo Sunbe Electric Ind Co., Ltd

B862

Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co., Ltd

B863

Perfectenergy (Shanghai) Co., Ltd

B864

Perlight Solar Co., Ltd

B865

Phono Solar Technology Co., Ltd

B866

Qingdao Jiao Yang Lamping Co., Ltd

B867

Risen Energy Co., Ltd

B868

Shandong Linuo Photovoltaic Hi-Tech Co., Ltd

B869

Shanghai Alex Solar Energy Science & Technology Co., Ltd

Shanghai Alex New Energy Co., Ltd

B870

Shanghai BYD Co., Ltd

B871

Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co., Ltd

Shanghai Weixue Solar Energy Co., Ltd

B872

Shanghai Propsolar New Energy Co., Ltd

Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co., Ltd

B873

Shanghai Shanghong Energy Technology Co., Ltd

B874

Shanghai Solar Energy Science & Technology Co., Ltd

Lianyungang Shenzhou New Energy Co., Ltd

Shanghai Shenzhou New Energy Development Co., Ltd

B875

Shanghai ST-Solar Co., Ltd

Jiangsu ST-Solar Co., Ltd

B876

Shanghai Topsolar Green Energy Co., Ltd

B877

Shenzhen Sacred Industry Co., Ltd

B878

Shenzhen Sungold Solar Co., Ltd

B879

Shenzhen Topray Solar Co., Ltd

B880

Sopray Energy Co., Ltd

B881

Sun Earth Solar Power Co., Ltd

Ningbo Sun Earth Solar Power Co., Ltd

B882

Suzhou Shenglong PV-Tech Co., Ltd

B883

TDG Holding Co., Ltd

B884

Tianwei New Energy Holdings Co., Ltd

Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co., Ltd

B885

Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd

B886

Winsun New Energy Co., Ltd

B887

Worldwide Energy and Manufacturing USA Co., Ltd

B888

Wuhu Zhongfu PV Co., Ltd

B889

Wuxi Saijing Solar Co., Ltd

B890

Wuxi Shangpin Solar Energy Science & Technology Co., Ltd

B891

Wuxi Solar Innova PV Co., Ltd

B892

Wuxi Taichang Electronic Co., Ltd

B893

Wuxi UT Solar Technology Co., Ltd

B894

Xiamen Sona Energy Co., Ltd

B895

Xi’an Huanghe Photovoltaic Technology Co., Ltd

B896

Xi’an LONGi Silicon Materials Corporation

Wuxi LONGi

B897

Years Solar Co., Ltd

B898

Yuhuan BLD Solar Technology Co., Ltd

Zhejiang BLD Solar Technology Co., Ltd

B899

Yuhuan Sinosola Science & Technology Co., Ltd

B900

Yunnan Tianda Photovoltaic Co., Ltd

B901

Zhangjiagang City SEG PV Co., Ltd

B902

Zhejiang Fengsheng Electrical Co., Ltd

B903

Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co., Ltd

B904

Zhejiang Heda Solar Technology Co., Ltd

B905

Zhejiang Jiutai New Energy Co., Ltd

Zhejiang Yutai Photovoltaic Material Co., Ltd

B906

Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co., Ltd

B907

Zhejiang Koly Energy Co., Ltd

B908

Zhejiang Longbai Photovoltaic Tech Co., Ltd

B909

Zhejiang Mega Solar Energy Co., Ltd

B910

Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co., Ltd

B911

Zhejiang Shinew Photoeletronic Technology Co., Ltd

B912

Zhejiang SOCO Technology Co., Ltd

B913

Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company

Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co., Ltd

B914

Zhejiang Sunrupu New Energy Co., Ltd

B915

Zhejiang Tianming Solar Technology Co., Ltd

B916

Zhejiang Trunsun Solar Co., Ltd

B917

Zhejiang Wanxiang Solar Co., Ltd

B918

Zhejiang Xiongtai Photovoltaic Technology Co., Ltd

B919

Zhejiang Yuanzhong Solar Co., Ltd

B920

Zhejiang Yuhui Solar Energy Source Co., Ltd

RENESOLA JIANGSU LTD

B921

Zhongli Talesun Solar Co., Ltd

B922

Znshine PV-Tech Co., Ltd

B923

Zytech Engineering Technology Co., Ltd

B924


5.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/48


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 514/2013

tal-4 ta’ Ġunju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

41,5

MA

51,3

MK

65,0

TN

25,9

TR

63,9

ZZ

49,5

0707 00 05

AL

41,5

MK

46,1

TR

142,5

ZZ

76,7

0709 93 10

TR

141,4

ZZ

141,4

0805 50 10

AR

115,5

TR

81,9

ZA

112,5

ZZ

103,3

0808 10 80

AR

181,7

BR

96,0

CL

115,9

CN

77,1

NZ

135,5

US

155,7

ZA

130,9

ZZ

127,5

0809 10 00

TR

195,8

ZZ

195,8

0809 29 00

TR

469,8

US

557,8

ZZ

513,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

5.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/50


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Ġunju 2013

li tawtorizza li laboratorju fl-Ukraina iwettaq testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija

(notifikata bid-dokument C(2013) 3193)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/261/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2000/258/KE taħtar lill-Agence française de sécurité sanitaire des aliments (AFSSA), f’Nancy, fi Franza (integrata mill-1 ta’ Lulju 2010 fl-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail, ANSES), bħala l-istitut speċifiku responsabbli biex jistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi sabiex tkun segwita l-effettività tal-vaċċini kontra l-idrofobija.

(2)

Dik id-Deċiżjoni tistipula wkoll li l-ANSES għandha tiddokumenta l-evalwazzjoni tal-laboratorji f’pajjiżi terzi li jkunu applikaw biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija.

(3)

Wara r-rapport ta’ stima mhux favorevoli stabbilit mill-ANSES, bid-data tat-3 ta’ Settembru 2012, l-awtorizzazzjoni mogħtija lil dak il-laboratorju fit-30 ta’ Jannar 2006 skont id-deċiżjoni 2000/258/KE lil-Laboratorju Ċentrali tal-Istat għall-Mediċina Veterinarja fi Kiev ġiet irtirata skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/436/UE tad-9 ta’ Awwissu 2010 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE fir-rigward tat-testijiet ta’ profiċjenza għall-finijiet taż-żamma tal-awtorizzazzjonijiet tal-laboratorji biex iwettqu testijiet seroloġiċi biex jimmonitorizzaw l-effettività tal-vaċċini tal-idrofobija (2).

(4)

L-awtorità kompetenti tal-Ukraina ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni mill-ġdid tal-Laboratorju Ċentrali tal-Istat għall-Mediċina Veterinarja fi Kiev li hija appoġġjata minn rapport ta’ stima favorevoli stabbilit għal dak il-laboratorju mill-ANSES, bid-data tas-6 ta’ Marzu 2013.

(5)

L-awtorità kompetenti tal-Ukraina, barra minn hekk, informat uffiċjalment lill-Kummissjoni li l-isem tal-laboratorju inbidel.

(6)

Għaldaqstant, dak il-laboratorju għandu jkun awtorizzat li jwettaq testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija fil-klieb, il-qtates u l-inmsa.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-laboratorju li ġej hu awtorizzat li jwettaq testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effettività tal-vaċċini kontra l-idrofobija fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa:

State Research Institute of Laboratory Diagnostics and Veterinary Sanitary Expertise

30, Donetskaya st.,

Kiev 03151

L-Ukraina

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-15 ta’ Ġunju 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.

(2)  ĠU L 209, 10.8.2010, p. 19.


5.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/52


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Ġunju 2013

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/715/UE li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi b’qafas regolatorju applikabbli għas-sustanzi attivi għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar li jiżguraw livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dak fl-Unjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/262/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-Kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u partikolarment l-Artikolu 111b(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 111b(1) tad-Direttiva 2001/83/KE pajjiż terz jista’ jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-qafas regolatorju tiegħu applikabbli għas-sustanzi attivi esportati lejn l-Unjoni u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar jiżgurawx livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dak tal-Unjoni sabiex ikun inkluż f’lista ta’ pajjiżi terzi li jiżguraw livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika.

(2)

Permezz tal-ittra tas-6 ta’ Diċembru 2012, il-Ġappun talab biex ikun inkluż fil-lista skont l-Artikolu 111b(1) tad-Direttiva 2001/83/KE. Il-valutazzjoni tal-ekwivalenza mill-Kummissjoni kkonfermat li r-rekwiżiti ta’ dak l-Artikolu ġew issodisfati.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/715/UE tat-22 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi b’qafas regolatorju applikabbli għas-sustanzi attivi għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar li jiżguraw livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dak fl-Unjoni, skont id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi emendata kif jixraq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni 2012/715/UE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(2)  ĠU L 325, 23.11.2012, p. 15.


ANNESS

“ANNESS

Pajjiż terz

Rimarki

L-Awstralja

 

Il-Ġappun

 

L-Isvizzera”

 


5.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.


Top