EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2007:264:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 264, 10 ta' Ottubru 2007


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 264

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
10 ta' Ottubru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2007 tad-9 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1178/2007 tal-5 ta’ Ottubru 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċertu merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1179/2007 tad-9 ta’ Ottubru 2007 li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Bayerischer Meerrettich jew Bayerischer Kren (IĠP))

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1180/2007 tad-9 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lemon sole u l-witch fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV ta' l-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1181/2007 tad-9 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni I u II b ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

9

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/654/PESK tad-9 ta’ Ottubru 2007 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

11

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

10.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 264/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1177/2007

tad-9 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

91,4

MK

32,1

TR

121,7

ZZ

81,7

0707 00 05

TR

138,6

ZZ

138,6

0709 90 70

TR

117,9

ZZ

117,9

0805 50 10

AR

72,0

TR

95,1

UY

81,5

ZA

57,3

ZW

52,6

ZZ

71,7

0806 10 10

BR

277,2

IL

284,6

MK

44,5

TR

136,6

US

284,6

ZZ

205,5

0808 10 80

AR

90,2

AU

138,9

CL

27,4

MK

13,8

NZ

78,8

US

100,9

ZA

86,4

ZZ

76,6

0808 20 50

CN

65,1

TR

124,1

ZA

65,4

ZZ

84,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


10.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 264/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1178/2007

tal-5 ta’ Ottubru 2007

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċertu merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari Artiklu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tkun garantita l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu wkoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha, jew li żżid magħha xi subdiviżjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bi ħsieb li tkun applikata tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ fil-merkanzija.

(3)

Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, l-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun klassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna nru 2, minħabba fir-raġunijiet mniżżla fil-kolonna nru 3.

(4)

Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li, bla ħsara għall-miżuri li jeżistu fil-Komunità dwar sistemi doppji ta’ kontroll u dwar sorveljanza tal-Komunità qabel u wara ma ssir importazzjoni ta’ prodotti tessili fil-Komunità, informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda u li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata minn min iżomm l-informazzjoni tat-tariffa li torbot għal perijodu ta’ 60 jum, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ppubblikax opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness tkun klassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi NM fil-kolonna nru 2.

Artikolu 2

Bla ħsara għall-miżuri li jeżistu fil-Komunità dwar sistemi doppji ta’ kontroll u dwar sorveljanza tal-Komunità qabel u wara ma ssir importazzjoni ta’ prodotti tessili fil-Komunità, informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament, tista’ tkun invokata għal perijodu ta’ 60 jum, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif amendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif amendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett magħmul minn żewġ drappijiet minsuġa ta' kulur differenti, ta' fibri magħmula mill-bniedem. Id-drappijiet huma tajbin għall-malji ta' l-għawm. L-oġġett għandu jintlibes fuq il-ġilda, li jilħaq sa taħt is-sider, b'żewġ cups iffurmati b'ikkuttunar artab rqiq u bil-wajers għas-sostenn.

L-oġġett għandu ċineg irqaq għal fuq l-ispalel, li jistgħu jitneħħew. Jingħalaq minn wara permezz ta' klipp. Il-parti ta' l-oġġett li tinqafel minn wara, min-naħa ta' ġewwa għandha strixxi adeżivi li jaqbdu ma' dahar min jilbishom u jżommu l-oġġett f'postu flimkien maċ-ċineg ta' l-ispallejn u l-cups bil-wajer, iffurmati.

(riċipettu mfassal bħala bikini topp)

(Ara r-ritratti Nri 640 A, 640 B) (*)

6212 10 90

Il-klassifika hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, nota 2 (a) ta’ kapitlu 61 kif ukoll bil-kliem tal-kodiċi tan-NM 6212 , 6212 10 u 6212 10 90 .

Minkejja li, mill-apparenza ġenerali, il-qatgħa u n-natura tad-drapp l-artiklu jidher li huwa l-parti ta' fuq ta' malja ta' l-għawm f'biċċtejn (bikini), il-klassifikazzjoni f’titlu 6112 (malji ta' l-għawm) hija eskluża, għaliex l-oġġett jonqsu l-parti ta' taħt tal-“malja ta' l-għawm f'biċċtejn”. Ara wkoll in-Noti ta' Spjega SA għal titlu 6112 (Ċ).

Barra minn hekk, l-oġġett mhuwiex “oġġett inkomplet” ta' titlu 6112 (malji ta' l-għawm) fit-tifsira ta' GIR 2 (a), għaliex l-oġġett m'għandux il-karattru essenzjali ta' l-oġġett sħiħ (jiġifieri malja ta' l-għawm f'biċċtejn), peress li ma jistax jintuża għall-għawm bħala tali u jista' jintlibes mingħajr il-parti ta' taħt ta' bikini, eż. flimkien ma' par qalziet.

L-oġġett huwa klassifikat bħala riċipettu f’titlu 6212 , għaliex dan it-titlu jinkludi riċipetti tat-tipi kollha. Ara n-Noti ta' Spjega SA għal titlu 6212 , it-tieni paragrafu, (1). Iż-żewġ cups, iffurmati b’ikkuttunar u bil-wajer għas-sostenn, huma karatteristiċi tar-riċipetti klassiċi. Flimkien mal-istrixxi adeżivi li jaqbdu ma' dahar min jilbishom u biċ-ċineg għall-ispallejn li jistgħu jinqalgħu jew mingħajrhom, l-oġġett huwa tat-tip “disinjat bħala lbies għas-sostenn tal-ġisem” Ara wkoll in-Noti ta' Spjega SA għal titlu 6212 , l-ewwel paragrafu. Barra minn hekk, bħal riċipetti oħra, l-oġġett huwa maħsub li jintlibes fuq il-ġilda.


Image

Image


(*)  Ir-ritratti huma biss għall-informazzjoni.


10.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 264/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1179/2007

tad-9 ta’ Ottubru 2007

li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Bayerischer Meerrettich jew Bayerischer Kren (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b'applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) ta’ l-imsemmi Regolament, l-applikazzjoni mressqa mill-Ġermanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Bayerischer Meerrettich” jew “Bayerischer Kren”, ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, ġiet innotifikata dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni. Billi din id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni ġiet sussegwentement irtirata, id-denominazzjoni għandha għaldaqstant tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU C 283, 21.11.2006, p. 12.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6

Frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali tagħhom jew ipproċessati

IL-ĠERMANJA

Bayerischer Meerrettich jew Bayerischer Kren (IĠP)


10.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 264/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1180/2007

tad-9 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lemon sole u l-witch fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV ta' l-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

47

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

L/W/2AC4-C

Speċi

Lemon sole u witch (Microstomus kitt u Glyptocephalus cynoglossus.)

Żona

L-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV

Data

1.9.2007


10.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 264/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1181/2007

tad-9 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni I u II b ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

50

Stat Membru

Spanja

Stokk

COD/1/2B.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

I u II b

Data

10.9.2007


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

10.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 264/11


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/654/PESK

tad-9 ta’ Ottubru 2007

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-adozzjoni fit-18 ta’ April 2005 tar-Riżoluzzjoni 1596 (2005) mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kunsill adotta, fit-13 ta’ Ġunju 2005, il-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK).

(2)

Fil-31 ta’ Lulju 2007, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1768 (2007) li testendi l-miżuri restrittivi fis-seħħ sa l-10 ta’ Awwissu 2007. Dawk il-miżuri ġew estiżi sal-15 ta’ Frar 2008 bir-Riżoluzzjoni 1771 (2007) (“UNSCR 1771 (2007)”) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adottata fl-10 ta’ Awwissu 2007.

(3)

L-UNSCR 1771 (2007) tipprevedi eżenzjoni ġdida għat-taħriġ u l-assistenza teknika għall-unitajiet tal-pulizija u ta’ l-armata fir-RDK fil-provinċji ta’ Kivu tat-Tramuntana u ta’ Nofsinhar u fid-distrett ta’ Ituri.

(4)

Il-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(5)

Hija meħtieġa azzjoni mill-Komunità sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK hija permezz ta’ dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

1.   L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:

(a)

il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u kwalunkwe materjal relatat jew il-forniment ta’ assistenza teknika, il-finanzjament ta’ servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati ma’ l-armi u materiel relatat esklużivament għas-sostenn ta’ jew l-użu mill-unitajiet ta’ l-armata u l-pulizija tar-RDK, dment li l-unitajiet imsemmija:

(i)

ikunu lestew il-proċess ta’ l-integrazzjoni tagħhom, jew

(ii)

joperaw taħt il-kmand, rispettivament, ta’ l-‘état-major intégré’ tal-Forzi Armati jew tal-Pulizija Nazzjonali tar-RDK, jew

(iii)

huma fil-proċess ta’ l-integrazzjoni tagħhom, fit-territorju tar-RDK barra mill-provinċji ta’ Kivu tat-Tramuntana u ta’ Nofsinhar u d-distrett ta’ Ituri:

(b)

il-forniment ta’ taħriġ u l-assistenza teknika miftiehma mill-Gvern tar-RDK u maħsuba esklużivament għas-sostenn ta’ l-unitajiet ta’ l-armata u l-pulizija tar-RDK li huma fil-proċess ta’ l-integrazzjoni tagħhom fil-provinċji ta’ Kivu tat-Tramuntana u ta’ Nofsinhar u d-distrett ta’ Ituri;

(c)

il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u kwalunkwe materiel relatat jew il-forniment ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati ma’ l-armi u materiel relatat maħsubin esklużivament għas-sostenn ta’ jew l-użu mill-Missjoni ta’ l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK (‘MONUC’);

(d)

il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ tagħmir militari mhux letali maħsub esklużivament għall-użu umanitarju jew protettiv, jew il-forniment ta’ assistenza u taħriġ relatati għal tali tagħmir mhux letali, dment li tali provvista jew forniment ikun ġie notifikat minn qabel lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

2.   Il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materiel relatat, imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru biss lil siti riċeventi kif indikati mill-Gvern tar-RDK, f’koordinazzjoni mal-MONUC, u notifikati minn qabel lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

3.   Il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materiel relatat jew il-forniment ta’ servizzi jew ta’ taħriġ u l-assistenza teknika, imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kunsinni taħt il-paragrafu 1 fuq bażi ta’ każ b’każ, b’kont sħiħ meħud tal-kriterji stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Kondotta ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-Esportazzjoni ta’ l-Armi. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu salvagwardji adegwati kontra l-użu ħażin ta’ l-awtorizzazzjoni mogħtija skond il-paragrafu 3 u, fejn xieraq, jagħmlu dispożizzjonijiet għar-ripatrijazzjoni ta’ l-armi u l-materiel relatat ikkunsinnati.”;

(2)

L-Artikolu 8 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tapplika sal-15 ta’ Frar 2008. Hija għandha tiġi riveduta jew emendata fid-dawl ta’ deċiżjonijiet rilevanti permezz tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.”.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 9 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU L 152, 15.6.2005, p. 22. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bil-Pożizzjoni Komuni 2006/624/PESK (ĠU L 253, 16.9.2006, p. 34).


Top