EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2008:002:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 2, 05 ta' Jannar 2008


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 2

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
5ta' Jannar 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 002/01

Ir-rata ta' l-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 4,20 % fl-1 ta' Jannar 2008 — Rata tal-kambju ta' l-euro

1

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 002/02

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat għax-xogħol ( 1 )

2

2008/C 002/03

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

5.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 2/1


Ir-rata ta' l-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

4,20 % fl-1 ta' Jannar 2008

Rata tal-kambju ta' l-euro (2)

It-4 ta' Jannar 2008

(2008/C 2/01)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4727

JPY

Yen Ġappuniż

160,86

DKK

Krona Daniża

7,4509

GBP

Lira Sterlina

0,74495

SEK

Krona Żvediża

9,3755

CHF

Frank Żvizzeru

1,6406

ISK

Krona Iżlandiża

90,45

NOK

Krona Norveġiża

7,8650

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,129

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

253,64

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6985

PLN

Zloty Pollakk

3,6016

RON

Leu Rumen

3,5775

SKK

Krona Slovakka

33,339

TRY

Lira Turka

1,7107

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6710

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4553

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,4874

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9043

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1102

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 382,42

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,0643

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,7109

HRK

Kuna Kroata

7,3444

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 894,92

MYR

Ringgit Malażjan

4,8349

PHP

Peso Filippin

60,337

RUB

Rouble Russu

35,9780

THB

Baht Tajlandiż

43,874

BRL

Real Brażiljan

2,5709

MXN

Peso Messikan

16,0171


(1)  

Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata ta' l-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

5.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 2/2


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat għax-xogħol

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 2/02)

Għajnuna Nru

XE 29/07

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Dolnośląskie

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna

Program pomocy w zakresie zatrudnienia w ramach wyłączeń grupowych dla przedsiębiorców tworzących nowe miejsca pracy na terenie Gminy Miasto Świdnica

Bażi legali

Art. 7 ust. 3 ustawy z dnia 12 stycznia 1991 r. o podatkach i opłatach lokalnych (tekst jednolity z 2006 r. Dz.U. nr 121, poz. 844 ze zmianami)

L-Estimi

Baġit annwali: 0,263852 miljun EUR; Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(5) 5 u 6 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

26.5.2007

Tul ta' l-iskema

30.6.2008

L-objettiv ta' l-għajnuna

Art. 4: Ħolqien ta' xogħol

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha tal-Komunità  (1)eliġibbli għal għajnuna għall-impjieg

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Gmina Miasto Świdnica/Urząd Miejski w Świdnicy

ul. Armii Krajowej 49

PL-58-100 Świdnica


(1)  Bl-eċċezzjoni tas-settur tal-bini tal-vapuri u setturi oħrajn suġġetti għal regoli speċjali f'regolamenti u direttivi li jirregolaw l-għajnuna Statali fi ħdan is-settur.


5.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 2/3


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 2/03)

XA Number: XA 201/07

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Provincia autonoma di Bolzano

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija benefiċjarja ta' għajnuna individwali: Criteri e modalità per la concessione di contributi per il primo insediamento di giovani agricoltori

Bażi ġuridika: Articolo 4, comma 1, lett. r), della legge provinciale 14 dicembre 1998, n. 11, e successive modifiche

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħti lill-kumpanija: Nefqa annwali ta' l-iskema ta' għajnuniet: 3 000 000 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna: 30 000 EUR għal kull benefiċjarju

Data ta' l-implimentazzjoni:

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali:

Għan ta' l-għajnuna: Għajnuna għall-bdiewa żgħażagħ għall-bidu ta' l-attivitajiet tagħhom skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Settur(i) ekonomiku/i kkonċernat/i: Tkabbir ta' ħxejjex, tkabbir ta' għeneb, tkabbir ta' tuffieħ u frott ta' l-għadma,

Trobbija ta' bovini għall-ħalib, bovini oħra, żwiemel, ovini u kaprini, suidae/ħnieżer, tjur

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Provincia autonoma di Bolzano

Ripartizione provinciale agricoltura

via Brennero, 6

I-39100 Bolzano

Sit ta' l-internet: www.provincia.bz.it/agricoltura/Agevolazioni/Premio per il primo insediamento

Id-Direttur għat-Tqassim

Dr Martin Pazeller

XA Number: XA 204/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Muniċipalità ta' Vrhnika

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Programi ohranjanja in razvoja kmetijstva in podeželja v Občini Vrhnika 2007-2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Vrhnika (II. poglavje)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: 35 470 EUR

 

2008: 36 400 EUR

 

2009: 37 300 EUR

 

2010: 38 200 EUR

 

2011: 39 200 EUR

 

2012: 40 200 EUR

 

2013: 41 200 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.

Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati;

40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f'żoni oħra;

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investment f'żoni żvantaġġati u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f'żoni oħra fejn l-investment jikkonċerna bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin minn meta jistabbilixxu l-attivitajiet tagħhom.

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment biex jerġgħu jinġiebu lura l-karatteristiċi ta' l-azjenda agrikola, biex jinxtara tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'għelejjel permanenti u għat-titjib ta' l-art agrikola u tal-mergħat

2.

Konservazzjoni ta' pajsaġġi u bini tradizzjonali:

għall-karatteristiċi mhux produttivi sa 100 % ta' l-ispejjeż reali;

għall-investment f'mezzi tal-produzzjoni agrikola sa 75 % ta' l-ispejjeż reali f'żoni żvantaġġati jew 60 % f'żoni oħra, bil-kundizzjoni li ma jinvolvix żieda fil-kapaċità produttiva ta' l-azjenda agrikola;

Għajnuna għal xogħol imwettaq mill-bidwi għall-investment f'wirt mhux produttiv tingħata sa 10 000 EUR fis-sena

3.

Trasferiment tal-bini ta' l-azjenda agrikola fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali fejn it-trasferiment jikkonsisti sempliċement fiż-żarmar, tneħħija u kostruzzjoni mill-ġdid ta' bini eżistenti;

fejn it-trasferiment jirriżulta f'li l-bidwi jgawdi minn aktar faċilitajiet moderni, il-bidwi għandu jikkontribwixxi ta' lanqas 60 %, jew 50 % fiż-żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet konċernati wara t-trasferiment; Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żgħażugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun ta' l-anqas 55 % jew 45 % rispettivament;

Fejn it-trasferiment jirriżulta f'żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun ta' l-anqas ugwali għal 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġi, ta' l-ispejjeż relatati ma' din iż-żieda; Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żgħażugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun ta' l-anqas 55 % jew 45 % rispettivament

4.

Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' assigurazzjoni:

l-ammont ta' sostenn muniċipali hija d-differenza bejn l-ammont tal-kofinanzjament tal-primjums ta' assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' għelejjel u prodotti u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard

5.

Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba fi proċeduri ġuridiċi u amministrattivi

6.

Produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli mġarrba f'forma ta' servizzi sussidjati; din ma għandhiex tinvolvi pagamenti diretti ta' flus lill-produtturi

7.

Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur ta' l-agrikoltura:

sa 100 % ta' l-ispejjeż li jikkonċernaw l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, konkorsi, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalogi u siti ta' l-internet, biex jinxtered l-għarfien xjentifiku u għall-finanzjament ta' servizzi ta' sostituzzjoni tal-bdiewa matul perjodu ta' mard jew vaganza. L-għajnuna għandha tingħata f'forma ta' servizzi sussidjati u ma għandhiex tinvolvi pagamenti diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Awwissu 2007 (jew id-data li fiha jidħlu fis-seħħ ir-Regoli)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tal-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II tar-Regoli dwar l-għoti ta' għajnuna għall-konservazzjoni, il-programmi agrikoli u programmi ta' żvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Vrhnika jinkludi l-miżuri li jikkostitwixxi Għajnuna mill-Istat skond dawn l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

Artikolu 4: Investiment fl-azjendi agrikoli,

Artikolu 5: Konservazzjoni ta' pajsaġġi u bini tradizzjonali,

Artikolu 6: Trasferiment tal-bini ta' l-azjenda agrikola fl-interess pubbliku,

Artikolu 12: Ħlas ta' primjums ta' assigurazzjoni,

Artikolu 13: Tqassim mill-ġdid ta' l-art,

Artikolu 14: Produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur ta' l-agrikoltura

Settur(i) ekonomiċi kkonċernati: Agrikoltura: biedja u trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għotja:

Občina Vrhnika

Tržaška cesta 1

SLO-1360 Vrhnika

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200770&dhid=91167

Tagħrif ieħor: Il-miżura tikkonċerna l-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ u l-prodotti tinkludi l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi negattivi fejn jista' jiġi assimilat għad-diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 li jikkonċerna l-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (azzjonijiet ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u l-monitoraġġ ta' l-għajnuna)

Firma tal-persuna responsabbli fil-Muniċipalità ta' Vrhnika

Numru XA: XA 205/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Il-muniċipalità ta' Solčava

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-benefiċjarju: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v Občini Solčava za programsko obdobje 2007-2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva, gozdarstva in podeželja v občini Solčava za programsko obdobje 2007-2013 (II. poglavje)

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: 9 000 EUR

 

2008: 9 000 EUR

 

2009: 9 000 EUR

 

2010: 9 000 EUR

 

2011: 9 000 EUR

 

2012: 9 000 EUR

 

2013: 9 000 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.

Investiment fil-farms għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati,

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra,

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra fejn l-investiment isir minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin minn meta jibdew l-attivitajiet tagħhom.

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment biex jerġgħu jinġiebu lura l-karatteristiċi ta' l-azjendi agrikoli, biex jinxtara tagħmir għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'għelejjel permanenti u għat-titjib ta' l-art agrikola u tal-mergħat

2.

Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali fir-rigward ta' elementi mhux produttivi,

sa 60 % ta' l-ispejjeż reali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati fir-rigward ta' l-investiment f'assi produttivi dwar l-azjendi agrikoli, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni ta' l-azjenda agrikola,

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini

3.

Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali, fejn it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini eżistenti,

meta t-trasferiment iwassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara t-trasferiment. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament,

meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament.

4.

Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' appoġġ muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-prodotti u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard

5.

Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli ġuridiċi u amministrattivi

6.

Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba; Din l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

7.

Provvista ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza, għall-organizzazzjoni ta' fora, konkorsi, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalogi u siti ta' l-internet u l-ispejjeż għas-servizzi ta' sostituzzjoni. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Awwissu 2007 (jew id-data li fiha r-Regoli jidħlu fis-seħħ)

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu, forestali u rurali fil-muniċipalità ta' Solčava għall-perjodu 2007-2013 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,

Artikolu 6: Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku,

Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): Agrikoltura: biedja u trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Solčava

Solčava 16

SLO-3335 Solčava

Indirizz ta' l-internet: http://www.zadruga-solcava.si/slike/novice/Pravilnik_Solcava_popravljen18_7_07.doc?PHPSESSID=1a52976ac5167152992bf6f78c45b3bb

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-prodotti tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu meqjusa bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Firma tal-persuna inkarigata

Alojz Lipnik

Sindku

Numru XA: XA 206/07

Stat Membru: Is-Slovenja

Reġjun: Il-muniċipalità ta' Trebnje

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna u/jew l-isem tal-benefiċjarju: Sofinanciranje programov na področju kmetijstva Občine Trebnje

Bażi ġuridika: Pravilnik o sofinanciranju programov na področju kmetijstva v Občini Trebnje za programsko obdobje 2007-2013

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: 126 410 EUR

 

2008: 130 202 EUR

 

2009: 134 108 EUR

 

2010: 138 132 EUR

 

2011: 142 276 EUR

 

2012: 146 544 EUR

 

2013: 150 370 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.

Investiment f'azjendi agrikoli:

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment biex jerġgħu jinġiebu lura l-karatteristiċi ta' l-azjenda agrikola, biex jinxtara tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'għelejjel permanenti u għat-titjib ta' l-art agrikola

2.

Tqassim mill-ġdid ta' l-artijiet:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli mġarrba fi proċeduri ġuridiċi u amminisitrattivi

3.

Ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni:

l-ammont tal-kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont tal-kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel, il-prodotti u l-bhejjem kontra l-mard

4.

Provvista ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora, konkorsi, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalogi u siti ta' l-internet u għat-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

Data ta' l-implimentazzjoni: Awwissu 2007 (jew id-data li fiha r-Regoli jidħlu fis-seħħ).

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli il-konfinanzjament tal-programmi agrikoli fil-muniċipalità ta' Trebnje jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

Artikolu 13: Tqassim mill-ġdid ta' l-artijiet,

Artikolu 12: Ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni,

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): Agrikoltura: biedja u trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Trebnje

Goliev trg 5

SLO-8210 Trebnje

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200770&dhid=91165

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-prodotti tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu meqjusa bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Firma tal-persuna inkarigata

Kap tad-Dipartiment ta' l-Ekonomija

Mojca Pekolj


Top