EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOC_2016_317_R_0001

Nota lill-qarrejja

ĠU C 317, 30.8.2016, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/1


NOTA LILL-QARREJJA

(2016/C 317/01)

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jagħti lill-Qorti tal-Awdituri r-responsabbiltà li tawditja d-dħul u l-infiq kollu tal-Unjoni, u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 319 tat-Trattat imsemmi dwar l-għoti tal-kwittanza, il-Qorti tal-Awdituri kellha l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tagħha awditjati minn awditur estern kull sena mill-għeluq tas-sena finanzjarja 1987 ‘il hawn.

Ir-rapporti li l-awditur estern tal-Qorti tal-Awdituri fassal fir-rigward tal-kontijiet tal-Qorti għas-snin finanzjarji 1987 sa 1991 intbagħtu biss lill-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.

Skont deċiżjoni li ttieħdet mill-Membri tal-Qorti tal-Awdituri fil-laqgħa tal-Qorti tat-8 ta’ Lulju 1993, minn dakinhar ‘il hawn ir-rapporti tal-awditur estern ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn l-ewwel rapport kien dak dwar is-sena finanzjarja 1992.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Eduardo RUIZ GARCÍA

Segretarju Ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri


Top