EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2010:184:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 184, 17 ta' Lulju 2010

Display all documents published in this Official Journal
 
ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.184.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 184

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
17 ta' Lulju 2010

Werrej

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 629/2010 tas-16 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi l-ammont finali tal-għajnuna għall-għalf niexef għas-sena tas-suq 2009/2010

1

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 630/2010 tas-16 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

2

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 631/2010 tas-16 ta’ Lulju 2010 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Settembru 2010 sat-30 ta’ Novembru 2010

4

DEĊIŻJONIJIET

2010/399/UE

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 2010 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifikata bid-dokument numru C(2010) 4894)

6

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

17.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 629/2010

tas-16 ta’ Lulju 2010

li jistabbilixxi l-ammont finali tal-għajnuna għall-għalf niexef għas-sena tas-suq 2009/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1), u partikolarment l-Artikolu 90(c) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 88(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistabbilixxi l-ammont tal-għajnuna li għandha titħallas lill-impriżi tal-ipproċessar tal-għalf niexef, fil-limitu tal-kwantità massima garantita stipulata fl-Artikolu 89 tal-istess Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 33(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2005 tas-7 ta’ Marzu 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-għalf niexef (2), l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet tal-għalf niexef li għalihom ġew rikonoxxuti l-intitolamenti għall-għajnuna għas-sena tas-suq 2009/2010. Dawn in-notifikazzjonijiet jindikaw li ma nqabżitx il-kwantità massima garantita għall-għalf niexef.

(3)

L-ammont tal-għajnuna għall-għalf niexef għaldaqstant huwa EUR 33 għal kull tunnellata, skont l-Artikolu 88(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-suq 2009/2010, l-ammont finali tal-għajnuna għall-għalf niexef huwa stabbilit għal EUR 33 għal kull tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 61, 8.3.2005, p. 4.

17.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 630/2010

tas-16 ta’ Lulju 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

29,3

TR

59,4

ZZ

44,4

0707 00 05

MK

41,0

TR

105,8

ZZ

73,4

0709 90 70

TR

102,3

ZZ

102,3

0805 50 10

AR

96,4

UY

118,3

ZA

76,7

ZZ

97,1

0808 10 80

AR

85,7

BR

81,4

CL

79,2

CN

58,6

NZ

103,7

US

113,1

UY

116,3

ZA

94,9

ZZ

91,6

0808 20 50

AR

81,2

CL

117,1

CN

98,4

NZ

146,8

ZA

92,4

ZZ

107,2

0809 10 00

TR

193,9

ZZ

193,9

0809 20 95

CL

150,0

TR

274,1

ZZ

212,1

0809 30

AR

130,0

TR

158,7

ZZ

144,4

0809 40 05

BR

123,2

IL

165,9

TR

141,2

ZZ

143,4

(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.

17.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 631/2010

tas-16 ta’ Lulju 2010

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Settembru 2010 sat-30 ta’ Novembru 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi.

(2)

Il-kwantitajiet li għalihom ġew introdottti applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda fl-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Lulju 2010, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina u mill-pajjiżi terzi kollha għajr iċ-Ċina u l-Arġentina.

(3)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-erbatax tax-xahar ta’ Lulju 2010 jistgħu jiġu sodisfatti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007.

(4)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni “A” ippreżentati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 fl-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Lulju 2010 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-erbatax tax-xahar ta’ Lulju 2010 ġew sodisfatti skont il-perċentwali tal-kwantitajiet mitluba indikati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.

ANNESS

Oriġini

Nru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

L-Arġentina

Importaturi tradizzjonali

09.4104

X

Importaturi ġodda

09.4099

X

Iċ-Ċina

Importaturi tradizzjonali

09.4105

18,265014  %

Importaturi ġodda

09.4100

0,381896  %

Pajjiżi terzi oħra

Importaturi tradizzjonali

09.4106

100  %

Importaturi ġodda

09.4102

89,361808  %

“X

:

Mingħajr koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu għal dan il-pajjiż.”

DEĊIŻJONIJIET

17.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/6

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Lulju 2010

li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4894)

(it-testi bid-Daniż, l-Ingliż, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Ungeriż, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol u l-Isvediż biss huma awtentiċi)

(2010/399/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999, u l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni għandha twettaq il-verifiki meħtieġa, tikkomunika lill-Istati Membri r-riżultati ta’ dawn il-verifiki, tieħu nota tal-kummenti tal-Istati Membri, tagħti bidu għal diskussjonijiet bilaterali sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim mal-Istati Membri involuti, u tikkomunikalhom formalment il-konklużjonijiet tagħhom.

(2)

L-Istati Membri kellhom opportunità jitolbu t-tnedija ta’ proċedura ta’ konċiljazzjoni. Dik l-opportunità ntużat f’xi każijiet u r-rapporti maħruġa li saru abbażi r-riżultati ġew eżaminati mill-Kummissjoni.

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u r-Regolament (KE) Nru 1290/2005, tista’ tiġi ffinanzjata biss in-nefqa agrikola mġarrba b’mod li ma jkunx kiser ir-regoli tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Fid-dawl tal-verifiki mwettqa, ir-riżultati li joħorġu mid-diskussjonijiet bilaterali u l-proċeduri ta’ konċiljazzjoni, parti min-nefqa ddikjarata mill-Istati Membri ma tissodisfax dan ir-rekwiżit, u għalhekk ma tistax tiġi ffinanzjata mit-Taqsima ta’ Garanzija tal-FAEG u l-FAEŻR.

(5)

Għandhom jiġu indikati l-ammonti li mhumiex meqjusa li jistgħu jitħallsu mit-Taqsima ta’ Garanzija tal-FAEGG, il-FAEG u l-FAEŻR. Dawk l-ammonti mhumiex marbutin man-nefqa mġarrba aktar minn erbgħa u għoxrin xahar qabel in-notifika bil-miktub tal-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-verifiki lill-Istati Membri.

(6)

Rigward il-każijiet koperti b’din id-Deċiżjoni, il-valutazzjoni tal-ammonti li jridu jiġu esklużi minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħhom mar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea ġiet ikkomunikata lill-Istati Membri f’rapport sommarju li ħarġet il-Kummissjoni dwar is-suġġett.

(7)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr ħsara għal xi konklużjonijiet finanzjarji li tista’ tasal għalihom il-Kummissjoni abbażi tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja f’każijiet pendenti fit-30 ta’ April 2010 u li għandhom x’jaqsmu mas-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

In-nefqa elenkata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, imġarrba mill-aġenziji ta’ ħlas akkreditati tal-Istati Membri u ddikjarata taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-FAEGG, taħt il-FAEG jew taħt il-FAEŻR għandha tiġi eskluża mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea minħabba li mhijiex konformi mar-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Renju ta’ Spanja, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika tal-Ungerija, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

ANNESS

PARTITA TAL-BAĠIT 6 7 0 1

SM

Miżura

SF

Raġuni

Tip

%

Munita

Ammont

Deduzzjonijiet

Impatt finanzjarju

AT

Primjums tal-Laħam - Bovini

2006

nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll fuq il-post/ kalkolu mhux preċiż tas-sanzjonijiet

rata fissa

2  %

EUR

–1 679,96

0,00

–1 679,96

AT

Primjums tal-Laħam - Bovini

2006

nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll fuq il-post/ kalkolu mhux preċiż tas-sanzjonijiet

ta' darba

0  %

EUR

–9 517,64

0,00

–9 517,64

AT

Primjums tal-Laħam - Bovini

2007

nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll fuq il-post/ kalkolu mhux preċiż tas-sanzjonijiet

rata fissa

2  %

EUR

–1 573,73

0,00

–1 573,73

AT

Primjums tal-Laħam - Bovini

2007

nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll fuq il-post/ kalkolu mhux preċiż tas-sanzjonijiet

ta' darba

0  %

EUR

–12 065,28

0,00

–12 065,28

AT

Primjums tal-Laħam - Bovini

2008

nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll fuq il-post/ kalkolu mhux preċiż tas-sanzjonijiet

rata fissa

2  %

EUR

–1 364,34

0,00

–1 364,34

AT

Primjums tal-Laħam - Bovini

2008

nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll fuq il-post/ kalkolu mhux preċiż tas-sanzjonijiet

ta' darba

0  %

EUR

–12 346,20

0,00

–12 346,20

AT

“Miżuri ta' akkumpanjament ta' Garanzija ta' ŻR (relatati ma' qasam partikolari) ”

2006

nuqqasijiet fil-proċedura ta' kontroll fuq il-post

rata fissa

5  %

EUR

– 958 551,00

0,00

– 958 551,00

AT

“Miżuri ta' akkumpanjament ta' Garanzija ta' ŻR (relatati ma' qasam partikolari) ”

2006

nuqqasijiet fil-proċedura ta' kontroll fuq il-post

ta' darba

0  %

EUR

–90 193,00

0,00

–90 193,00

AT

Awditjar Finanzjarju - Qbiż tal-Limiti

2006

qbiż tal-limiti finanzjarji

ta' darba

0  %

EUR

– 720 696,92

– 720 696,92

0,00

Total AT

–1 807 988,07

– 720 696,92

–1 087 291,15

DE

Kundizzjonalità

2006

nuqqasijiet fil-kontrolli u l-ebda applikazzjoni/applikazzjoni ħażina tas-sanzjonijiet

rata fissa

2  %

EUR

– 340 646,38

0,00

– 340 646,38

DE

Kundizzjonalità

2007

nuqqasijiet fil-kontrolli u l-ebda applikazzjoni/applikazzjoni ħażina tas-sanzjonijiet

rata fissa

2  %

EUR

– 761 982,35

0,00

– 761 982,35

DE

Frott u Ħxejjex - Programmi Operazzjonali

2005

nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll rigward il-programmi operazzjonali u r-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi

ta' darba

0  %

EUR

–1 843 395,60

–2 639 854,96

–2 395 925,77

0,00

–2 395 925,77

DE

Għajnuniet skont il-qasam

2006

Nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post

rata fissa

2  %

EUR

– 545 241,63

0,00

– 545 241,63

DE

Għajnuniet skont il-qasam

2007

Nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post

rata fissa

2  %

EUR

– 825 953,23

0,00

– 825 953,23

DE

Għajnuniet skont il-qasam

2008

Nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post

rata fissa

2  %

EUR

–1 738,04

0,00

–1 738,04

Total DE

–9 354 737,96

0,00

–9 354 737,96

DK

Awditjar Finanzjarju - Qbiż tal-Limiti

2006

qbiż tal-limiti finanzjarji

ta' darba

0  %

EUR

–3 820 260,57

0,00

–3 820 260,57

DK

Awditjar Finanzjarju - Qbiż tal-Limiti

2006

qbiż tal-limiti finanzjarji

ta' darba

0  %

EUR

–1 171 734,39

–1 171 734,39

0,00

Total DK

–4 991 994,96

–1 171 734,39

–3 820 260,57

ES

Primjums tal-Laħam - Bovini

2005

esklużjoni minn kontrolli fuq il-post ta' ċertu primjum ta' ċanġa speċjali

rata fissa

10  %

EUR

– 971,74

0,00

– 971,74

ES

Primjums tal-Laħam - Bovini

2005

sanzjonijiet mhux applikati għall-primjum tal-qatla

ta' darba

0  %

EUR

–9 964,00

0,00

–9 964,00

ES

Primjums tal-Laħam - Bovini

2006

esklużjoni minn kontrolli fuq il-post ta' ċertu primjum ta' ċanġa speċjali

rata fissa

10  %

EUR

– 736,24

0,00

– 736,24

ES

Primjums tal-Laħam - Bovini

2006

sanzjonijiet mhux applikati għall-primjum tal-qatla

ta' darba

0  %

EUR

–17 601,00

0,00

–17 601,00

ES

Primjums tal-Laħam - Bovini

2007

sanzjonijiet mhux applikati għall-primjum tal-qatla

ta' darba

0  %

EUR

–12 770,10

0,00

–12 770,10

ES

Għajnuniet skont il-qasam

2006

nuqqasijiet fil-kontrolli u kalkolu ħażin tas-sanzjonijiet

rata fissa

2  %

EUR

–2 726 605,00

0,00

–2 726 605,00

ES

Għajnuniet skont il-qasam

2007

nuqqasijiet fil-kontrolli u kalkolu ħażin tas-sanzjonijiet

rata fissa

2  %

EUR

–1 900 131,00

0,00

–1 900 131,00

ES

Għajnuniet skont il-qasam

2007

Kalkolu ħażin tas-sanzjonijiet

ta' darba

0  %

EUR

– 392 090,14

0,00

– 392 090,14

ES

Għajnuniet skont il-qasam

2008

Kalkolu ħażin tas-sanzjonijiet

ta' darba

0  %

EUR

– 467 281,93

0,00

– 467 281,93

ES

“Miżuri ta' akkumpanjament ta' Garanzija ta' ŻR (relatati ma' qasam partikolari) ”

2006

qbiż tal-ammonti tal-għajnuna mħallsa u kalkolu ħażin tas-sanzjonijiet

rata fissa

2  %

EUR

– 251 015,00

0,00

– 251 015,00

ES

Għajnuniet skont il-qasam

2006

LPIS mhux aġġornat skont ir-riżultati tal-kontrolli

ta' darba

0  %

EUR

–2 315,31

0,00

–2 315,31

ES

Għajnuniet skont il-qasam

2006

LPIS mhux aġġornat skont ir-riżultati tal-kontrolli

ta' darba

0  %

EUR

–9 850,00

0,00

–9 850,00

ES

Għajnuniet skont il-qasam

2007

LPIS mhux aġġornat skont ir-riżultati tal-kontrolli

ta' darba

0  %

EUR

–8 591,31

0,00

–8 591,31

ES

Għajnuniet skont il-qasam

2007

LPIS mhux aġġornat skont ir-riżultati tal-kontrolli

ta' darba

0  %

EUR

–14 045,00

0,00

–14 045,00

ES

Għajnuniet skont il-qasam

2008

LPIS mhux aġġornat skont ir-riżultati tal-kontrolli

ta' darba

0  %

EUR

–12 885,31

0,00

–12 885,31

ES

Għajnuniet skont il-qasam

2008

LPIS mhux aġġornat skont ir-riżultati tal-kontrolli

ta' darba

0  %

EUR

–14 045,00

0,00

–14 045,00

ES

Assi 2 tal-Iżvilupp Rurali (2000-2006, miżuri relatati mal-qasam)

2006

LPIS mhux aġġornat skont ir-riżultati tal-kontrolli

ta' darba

0  %

EUR

–11 968,41

0,00

–11 968,41

ES

Żejt taż-Żebbuġa - Finanzjament GIS

2005

nefqa mhux eliġibbli

ta' darba

0  %

EUR

–1 296 714,44

0,00

–1 296 714,44

Total ES

–7 149 580,93

0,00

–7 149 580,93

FI

Awditjar Finanzjarju - Qbiż tal-Limiti

2007

qbiż tal-limiti finanzjarji

ta' darba

0  %

EUR

–1 671 589,80

0,00

–1 671 589,80

Total FI

–1 671 589,80

0,00

–1 671 589,80

GB

Għajnuniet skont il-qasam

2006

nuqqasijiet fis-sistema LPIS-GIS, proċeduri amministrattivi għall-kontrolli u l-kundizzjonalità, elaborazzjjoni tal-analiżi tar-riskju, prestazzjoni tal-kontrolli fuq il-post u kalkolu ħażin tas-sanzjonijiet.

rata fissa

5  %

GBP

–77 020 748,00

–28 096 340,44

–48 924 407,56

GB

Għajnuniet skont il-qasam

2007

nuqqasijiet fis-sistema LPIS-GIS, proċeduri amministrattivi għall-kontrolli u l-kundizzjonalità, elaborazzjjoni tal-analiżi tar-riskju, prestazzjoni tal-kontrolli fuq il-post u kalkolu ħażin tas-sanzjonijiet.

rata fissa

2  %

EUR

–48 275 334,89

0,00

–48 275 334,89

GB

Għajnuniet skont il-qasam

2005

nuqqasijiet fl-LPIS-GIS u l-kontrolli fuq il-post

rata fissa

2  %

GBP

– 689 685,19

0,00

– 689 685,19

GB

Assi 2 tal-Iżvilupp Rurali EAGGF (2000-2006, miżuri relatati mal-qasam)

2005

nuqqasijiet fl-LPIS-GIS u l-kontrolli fuq il-post

rata fissa

5  %

GBP

– 569 887,01

0,00

– 569 887,01

GB

Għajnuniet skont il-qasam

2006

nuqqasijiet fl-LPIS-GIS u l-kontrolli fuq il-post

rata fissa

5  %

GBP

–11 009 183,28

0,00

–11 009 183,28

GB

Għajnuniet skont il-qasam

2006

nuqqasijiet fl-LPIS-GIS u l-kontrolli fuq il-post

rata fissa

5  %

GBP

– 112 386,01

0,00

– 112 386,01

GB

Għajnuniet skont il-qasam

2006

nuqqasijiet fl-LPIS-GIS u l-kontrolli fuq il-post

rata fissa

2  %

GBP

–9 697,79

0,00

–9 697,79

GB

Rural Development EAGGF Axis 2 (2000-2006, area related measures)

2006

nuqqasijiet fl-LPIS-GIS u l-kontrolli fuq il-post

rata fissa

5  %

GBP

– 732 267,13

0,00

– 732 267,13

GB

Għajnuniet skont il-qasam

2007

nuqqasijiet fl-LPIS-GIS u l-kontrolli fuq il-post

rata fissa

5  %

EUR

–18 600 258,71

0,00

–18 600 258,71

GB

Għajnuniet skont il-qasam

2006

nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll. Kalkolu mhux preċiż tas-sanzjonijiet.

ta' darba

0  %

EUR

–45 966,93

0,00

–45 966,93

GB

Għajnuniet skont il-qasam

2007

nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll. Kalkolu mhux preċiż tas-sanzjonijiet.

ta' darba

0  %

EUR

– 236 631,98

0,00

– 236 631,98

GB

Għajnuniet skont il-qasam

2008

nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll. Kalkolu mhux preċiż tas-sanzjonijiet.

ta' darba

0  %

EUR

– 231 771,95

0,00

– 231 771,95

GB

Għajnuna Diżakkoppjata Diretta (skema ta' pagament uniku - SPS)

2006

proċess ta' redefinizzjoni

ta' darba

0  %

GBP

–73 654,20

0,00

–73 654,20

GB

Għajnuna Diżakkoppjata Diretta (skema ta' pagament uniku - SPS)

2006

formula ħażina għall-investituri fir-riżerva nazzjonali

ta' darba

0  %

GBP

–6 454 006,67

0,00

–6 454 006,67

GB

Għajnuna Diżakkoppjata Diretta (skema ta' pagament uniku - SPS)

2006

allokazzjoni tar-riżerva nazzjonali skont il-kategorija ta' investituri

rata fissa

10  %

GBP

–5 808 606,00

–2 904 303,00

–2 904 303,00

GB

Għajnuna Diżakkoppjata Diretta (skema ta' pagament uniku - SPS)

2006

bdiewa ġodda

rata fissa

10  %

GBP

–1 023 521,91

– 511 760,96

– 511 760,95

GB

Għajnuna Diżakkoppjata Diretta (skema ta' pagament uniku - SPS)

2007

proċess ta' redefinizzjoni

ta' darba

0  %

EUR

–49 868,01

0,00

–49 868,01

GB

Għajnuna Diżakkoppjata Diretta (skema ta' pagament uniku - SPS)

2007

formula ħażina għall-investituri fir-riżerva nazzjonali

ta' darba

0  %

EUR

–8 768 128,77

0,00

–8 768 128,77

GB

Għajnuna Diżakkoppjata Diretta (skema ta' pagament uniku - SPS)

2007

korrezzjoni b'rata fissa għall-allokazzjoni tar-Riżerva Nazzjonali skont il-kategorija tal-investituri

rata fissa

10  %

EUR

–7 891 315,89

–1 578 263,18

–6 313 052,71

GB

Għajnuna Diżakkoppjata Diretta (skema ta' pagament uniku - SPS)

2007

korrezzjoni b'rata fissa għall-bdiewa ġodda

rata fissa

10  %

EUR

–2 225 441,01

– 445 088,20

–1 780 352,81

GB

Għajnuna Diżakkoppjata Diretta (skema ta' pagament uniku - SPS)

2008

proċess ta' redefinizzjoni

ta' darba

0  %

EUR

–4 669,16

0,00

–4 669,16

GB

Għajnuna Diżakkoppjata Diretta (skema ta' pagament uniku - SPS)

2008

formula ħażina għall-investituri fir-riżerva nazzjonali

ta' darba

0  %

EUR

–7 190 363,64

0,00

–7 190 363,64

GB

Għajnuna Diżakkoppjata Diretta (skema ta' pagament uniku - SPS)

2008

korrezzjoni b'rata fissa għall-allokazzjoni tar-Riżerva Nazzjonali skont il-kategorija tal-investituri

rata fissa

10  %

EUR

–6 471 327,27

0,00

–6 471 327,27

GB

Għajnuna Diżakkoppjata Diretta (skema ta' pagament uniku - SPS)

2008

korrezzjoni b'rata fissa għall-bdiewa ġodda

rata fissa

10  %

EUR

–4 438 172,99

0,00

–4 438 172,99

GB

Approvazzjoni tal-Kontijiet

2006

żbalji fit-tranżazzjonijiet LMCS

ta' darba

0  %

GBP

–62 928,00

0,00

–62 928,00

Total GB (GBP)

– 103 566 571,19

–31 512 404,40

–72 054 166,79

Total GB (EUR)

– 104 429 251,20

–2 023 351,38

– 102 405 899,82

HU

Rifużjoni tal-esportazzjonijiet - Zokkor u Iżoglukożju

2006

kampjun insuffiċjenti u analiżi taz-zokkor esportat b'rifużjoni

rata fissa

2  %

HUF

–31 662 787,54

0,00

–31 662 787,54

HU

Rifużjoni tal-esportazzjonijiet - Zokkor u Iżoglukożju

2007

kampjun insuffiċjenti u analiżi taz-zokkor esportat b'rifużjoni

rata fissa

2  %

HUF

–4 239 145,14

0,00

–4 239 145,14

HU

Ħażna Pubblika - Zokkor

2005

rata tal-kambju żbaljata

ta' darba

0  %

HUF

–3 342 018,00

0,00

–3 342 018,00

HU

Ħażna Pubblika - Ċereali

2005

aġġustament tal-kwantità għat-teħid in-situ fl-2004/2005

ta' darba

0  %

EUR

– 335 107,00

0,00

– 335 107,00

HU

Ħażna Pubblika - Zokkor

2006

inklużjoni tal-VAT fil-valur tax-xiri taz-zokkor

ta' darba

0  %

HUF

–2 955 303 504,00

0,00

–2 955 303 504,00

HU

Awditjar Finanzjarju - Qbiż tal-Limiti

2007

qbiż tal-limiti finanzjarji

ta' darba

0  %

EUR

–1 553 836,42

–1 652 789,71

98 953,29

Total HU (HUF)

–2 994 547 454,68

0,00

–2 994 547 454,68

Total HU (EUR)

–1 888 943,42

–1 652 789,71

– 236 153,71

LU

Pagamenti Diretti

2006

LPIS-GIS dgħajfin u nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post

rata fissa

2  %

EUR

– 645 946,68

0,00

– 645 946,68

LU

Pagamenti Diretti

2007

LPIS-GIS dgħajfin u nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post

rata fissa

2  %

EUR

–2 488,50

0,00

–2 488,50

LU

Pagamenti Diretti

2007

LPIS-GIS dgħajfin u nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post

ta' darba

0  %

EUR

– 153 075,60

0,00

– 153 075,60

LU

Assi 2 tal-Iżvilupp Rurali (2000-2006, miżuri relatati mal-qasam)

2007

LPIS-GIS dgħajfin u nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post

ta' darba

0  %

EUR

–30 690,90

0,00

–30 690,90

Total LU

– 832 201,68

0,00

– 832 201,68

SK

Ħażna Pubblika Ċereali

2005

nuqqasijiet fl-analiżi tal-kwalità taċ-ċereali maħżuna

ta' darba

0  %

EUR

–45 853,00

0,00

–45 853,00

Total SK

–45 853,00

0,00

–45 853,00

PARTITA TAL-BAĠIT 6 7 1 1

SM

Miżura

SF

Raġuni

Tip

%

Munita

Ammont

Deduzzjonijiet

Impatt Finanzjarju

ES

“Miżuri ta' akkumpanjament ta' Garanzija ta' ŻR (relatati ma' qasam partikolari) ”

2007

qbiż tal-ammonti tal-għajnuna mħallsa u kalkolu ħażin tas-sanzjonijiet

rata fissa

2  %

EUR

–1 973,00

0,00

–1 973,00

ES

Assi 2 tal-Iżvilupp Rurali EAGGF (2007-2013, miżuri relatati mal-qasam)

2007

LPIS mhux aġġornat skont ir-riżultati tal-kontrolli

ta' darba

0  %

EUR

–18 028,45

0,00

–18 028,45

ES

Assi 2 tal-Iżvilupp Rurali EAGGF (2007-2013, miżuri relatati mal-qasam)

2008

LPIS mhux aġġornat skont ir-riżultati tal-kontrolli

ta' darba

0  %

EUR

–49 464,87

0,00

–49 464,87

Total ES

–69 466,32

0,00

–69 466,32

PARTITA TAL-BAĠIT 6 5 0 0

SM

Miżura

SF

Raġuni

Korrezzjoni tat-Tip

%

Munita

Ammont

Deduzzjonijiet

Impatt Finanzjarju

SI

“Miżuri ta' akkumpanjament ta' Garanzija ta' ŻR (relatati ma' qasam partikolari) ”

2005

applikazzjonijiet tal-verifika li waslu tard u proċeduri ta' rkupru

ta' darba

0  %

EUR

–1 354 253,00

0,00

–1 354 253,00

SI

“Miżuri ta' akkumpanjament ta' Garanzija ta' ŻR (relatati ma' qasam partikolari) ”

2006

applikazzjonijiet tal-verifika li waslu tard u proċeduri ta' rkupru

ta' darba

0  %

EUR

– 926 607,00

0,00

– 926 607,00

Total SI

–2 280 860,00

0,00

–2 280 860,00

Top