EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2008:318:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 318, 28 ta' Novembru 2008


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 318

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
28 ta' Novembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1173/2008 tas-27 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1174/2008 tas-27 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1134/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Novembru 2008

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1175/2008 tas-27 ta’ Novembru 2008 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

6

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2008/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE dwar il-projbizzjoni ta’ l-użu fit-trobbija tal-bhejjem ta’ ċerti sustanzi li jkollhom effett ormonali u tireostatiku u ta’ beta-agonists ( 1 )

9

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/889/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2008 li temenda d-Deċiżjonijiet 2002/747/KE, 2003/31/KE, 2005/342/KE, 2005/344/KE u 2005/360/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għal ċerti prodotti (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6941)  ( 1 )

12

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

 

2008/890/PESK

 

*

Deċizjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2008 li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina

14

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

28.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 318/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1173/2008

tas-27 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Novembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

AL

25,7

MA

57,3

TR

85,2

ZZ

56,1

0707 00 05

EG

188,1

JO

167,2

MA

72,1

TR

90,0

ZZ

129,4

0709 90 70

MA

67,0

TR

107,1

ZZ

87,1

0805 20 10

MA

62,3

TR

70,0

ZZ

66,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

54,3

HR

54,6

IL

76,8

TR

60,7

ZZ

61,6

0805 50 10

MA

64,0

TR

69,5

ZA

117,7

ZZ

83,7

0808 10 80

CA

88,7

CL

67,1

CN

54,0

MK

32,9

US

109,7

ZA

110,9

ZZ

77,2

0808 20 50

CN

92,9

TR

43,6

ZZ

68,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


28.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 318/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1174/2008

tas-27 ta’ Novembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1134/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Novembru 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Novembru 2008 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1134/2008 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 1134/2008.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1134/2008 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1134/2008 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika fit-28 ta’ Novembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 306, 15.11.2008, p. 63.


ANNESS I

Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mit-28 ta’ Novembru 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

24,22

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

20,22

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

20,22

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

24,22


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

14.11.2008-26.11.2008

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

200,85

113,32

Prezz FOB USA

239,24

229,24

209,24

123,19

Tariffa fuq il-Golf

12,14

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

23,58

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

12,06  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

10,09  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


28.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 318/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1175/2008

tas-27 ta’ Novembru 2008

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) [traduzzjoni mhux uffiċjal] (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 stabbilixxa qafas legali wieħed għal appoġġ mill-FAEŻR għall-izvilupp rurali madwar il-Komunità.. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 (2) kkumplementa dak il-qafas billi introduċa regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni.

(2)

L-Artikolu 57(2) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 jagħti dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tal-għajnuniet mill-Istat f’każijiet ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji provduti mill-Istati Membri bħala kumpliment finanzjarju tal-appoġġ Komunitarju u l-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar finanzjament nazzjonali addizzjonali 'l barra mill-ambitu tal-Artikolu 36 tat-Trattat. Huwa xieraq li xi miżuri relatati mal-forestrija jiġu inklużi f'dan l-artikolu. Għaldaqstant, il-punt 9 B tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandu jiġi emendat skond dan.

(3)

L-Artikolu 63(8) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 jipprovdi dettalji dwar l-iskambju ta’ dejta bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri f’każijiet eċċezzjonali jew ta’ force majeure, u b’mod partikolari meta s-Sistema ma taħdimx tajjeb jew f’nuqqas ta’ konnessjoni dejjiema. Sabiex l-għodod tekniċi disponibbli jintużaw bis-sħiħ, huwa prattiku li jkun hemm possibbiltà li d-dokumenti jiġu ppreżentati b'mezzi elettroniċi adattati oħrajn flimkien mal-preżentazzjoni ta’ kopji fuq karta.

(4)

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 jiffissa r-rati ta’ konverżjoni ta’ annimali għal unitajiet ta’ bhejjem kif imsemmi fl-Artikolu 27(13) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006. Kien hemm żball tipografiku fir-rata ta’ konverżjoni għal “tjur oħrajn”. Biex jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet ta’ ċerti tjur irid ikun hemm il-possibbiltà li r-rata tal-konverżjoni tiżdied. L-Anness V għandu għalhekk jiġi adattat.

(5)

L-Artikolu 44a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (3) [traduzzjoni mhux uffiċjali] jobbliga lill-Istati Membri biex jiżguraw li jkun hemm pubblikazzjoni annwali ex-post tal-benefiċjarji tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-ammonti li kull benefiċjarju rċieva taħt kull wieħed minn dawn il-Fondi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008 tat-18 ta' Marzu 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (4), jipprovdi regoli dwar il-kontenut, il-forma u d-data tal-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji. It-tieni subparagrafu tal-punt 2.1 fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 jistabbilixxi ċerti responsabbiltajiet tal-Awtorità tat-Tmexxija biex tippubblika tagħrif dwar il-benefiċjarji li jirċievu appoġġ minn programmi tal-iżvilupp rurali. Sabiex ma jkunx hemm dispożizzjonijiet imrikkba fuq l-istess suġġett huwa xieraq li t-tieni subparagrafu tal-punt 2.1 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 jitħassar.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandu jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1974/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 57(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Programmi tal-iżvilupp rurali jistgħu jinkludu għajnuna mill-Istat maħsuba biex tipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji provduti mill-Istati Membri li jikkumplimentaw l-appoġġ Komunitarju skond l-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 favur miżuri skond l-Artikoli 25, 43 sa 49 u 52 ta’ dak ir-Regolament u operazzjonijiet għal miżuri skond l-Artikoli 21, 24, 28, 29 u 30 ta’ dak ir-Regolament jew finanzjament nazzjonali addizzjonali skond l-Artikolu 89 ta' dak ir-Regolament favur miżuri skond l-Artikoli 25, 27, 43 sa 49 u 52 ta' dak ir-Regolament u ta' operazzjonijiet għal miżuri skond l-Artikoli 21, 24, 28, 29 u 30 ta’ dak ir-Regolament, li jaqgħu 'l barra mill-ambitu tal-Artikolu 36 tat-Trattat, meta l-għajnuna mill-Istat hija identifikata skond il-punt 9.B tal-Anness II għal dan ir-Regolament biss.”

(2)

Fl-Artikolu 63, il-paragrafu 8 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“8.   F’każijiet ta’ force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali, u b’mod partikolari meta s-Sistema ma taħdimx tajjeb jew f’nuqqas ta’ kuntatt dejjiemi, l-Istat Membru jista’ jippreżenta d-dokumenti lill-Kummissjoni b’kopja fuq karta jew b’mezzi oħra elettroniċi adattati. Din il-preżentazzjoni teħtieġ il-qbil formali u minn qabel tal-Kummissjoni.

Hekk kif tieqaf il-kawża tal-force majeure jew iċ-ċirkustanza eċċezzjonali li tipprevjeni l-użu tas-Sistema, l-Istat Membru għandu jdaħħal id-dokumenti konċernati fis-Sistema. F’dan il-każ, id-data li fih tintbagħat titqies li hija d-data tal-preżentazzjoni tad-dokumenti b’kopja fuq karta jew b’mezzi oħra elettroniċi adattati.”

(3)

L-Annessi II, V u VI għandhom jiġu emendati skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15.

(3)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 76, 19.3.2008, p. 28.


ANNESS

L-Annessi I, II, V u VI għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness II l-ewwel subparagrafu tal-punt 9B għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Għall-miżuri skond l-Artikoli 25, 27 (għal tal-aħħar għal finanzjament nazzjonali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005), 43 sa 49 u 52 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u operazzjonijiet għall-miżuri skond l-Artikoli 21, 24, 28, 29 u 30 ta’ dak ir-Regolament li jaqgħu 'l barra mill-ambitu tal-Artikolu 36 tat-Trattat, jew:

indika jekk hux se jingħata appoġġ rigward ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 (*); jew

elenka n-numru tar-reġistrazzjoni u r-referenza għar-Regolament tal-Kummissjoni dwar l-eżenzjoni addottata abbażi tar-Regolament (KE) Nru 994/98 li skontu kienet introdotta l-miżura; jew

agħti n-numru tal-każ u tar-referenza li skontu l-miżura kienet iddikjarata kompatibbli mat-Trattat mill-Kummissjoni; jew

indika għal liema raġunijiet oħra l-iskema ta’ għajnuna kkonċernata se tikkostitwixxi għajnuna eżistenti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 inklużi miżuri ta’ għajnuna eżistenti fi ħdan it-tifsira tat-Trattati tal-Adeżjoni.

(*)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5.”"

(2)

Fl-Anness V r-ringiela li tirreferi għal “tjur oħrajn” għandha tinbidel b’dan li ġej:

“TJUR OĦRAJN (**)

0,03  LU

(3)

Fl-Anness VI, it-tieni subparagrafu tal-punt 2.1 għandu jitħassar.


(**)  Din ir-rata ta’ konverżjoni tista’ tiżdied meta titqies evidenza xjentifika li tiġi spjegata u ġġustifikata kif jixraq fil-programmi tal-iżvilupp rurali.”


DIRETTIVI

28.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 318/9


DIRETTIVA 2008/97/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Novembru 2008

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE dwar il-projbizzjoni ta’ l-użu fit-trobbija tal-bhejjem ta’ ċerti sustanzi li jkollhom effett ormonali u tireostatiku u ta’ beta-agonists

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 152(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/22/KE (3) speċifikament jipprojbixxi, inter alia, it-tqegħid fis-suq ta’ stilbeni, derivattivi ta’ l-istilbeni, l-imluħ u l-esteri tagħhom u s-sustanzi tireostatiċi għall-amministrazzjoni lill-annimali ta’ l-ispeċijiet kollha.

(2)

Ir-raġuni għal dik il-projbizzjoni assoluta kienet li l-potenzjal għall-abbuż jew l-użu ħażin ikun iktar diffiċli jekk fis-suq ma jkun hemm ebda prodott awtorizzat għal kwalunkwe speċi ta’ l-annimali.

(3)

Madankollu, l-esperjenza li nkisbet partikolarment bil-pjanijiet nazzjonali għar-residwi mressqa skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali (4) wriet li l-użu ħażin tal-preżentazzjonijiet tal-prodotti maħsuba għall-annimali domestiċi ma għandhiex rwol bħala sors ta’ abbuż jew użu ħażin. Parzjalment dan huwa dovut għall-fatt li m’huwiex ekonomikament attraenti li jintużaw preżentazzjonijiet maħsuba għall-annimali domestiċi għall-istimolu ta’ l-żvilupp f’annimali maħsuba għall-produzzjoni alimentari.

(4)

Barra minn hekk, il-projbizzjoni tas-sustanzi tireostatiċi għandha konsegwenzi ta’ ħsara għall-benesseri ta’ l-annimali domestiċi (klieb u qtates) minħabba n-nuqqas ta’ trattament alternattiv għall-ipertirojdiżmu f’dawk l-annimali.

(5)

Il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benesseri ta’ l-annimali anness mat-Trattat jipprovdi illi l-Komunità u l-Istati Membri għandhom iqisu sewwa r-rekwiżiti tal-benesseri ta’ l-annimali fl-implimentazzjoni tal-linji politiċi Komunitarji, b’mod partikolari fir-rigward tas-suq intern.

(6)

Għalhekk jidher xieraq li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/22/KE jiġi limitat biss għal annimali maħsuba għall-produzzjoni alimentari u li l-projbizzjoni għall-annimali domestiċi tiġi irtirata, kif ukoll li tiġi aġġustata d-definizzjoni ta’ trattament terapewtiku.

(7)

L-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar Miżuri Veterinarji relatati mas-Saħħa Pubblika (SCVPH) tat-30 ta’ April 1999 dwar ir-riskji potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem mir-residwi ta’ l-ormoni fil-laħam u l-prodotti tal-laħam tal-bovini (li ġiet riveduta fit-3 ta’ Mejju 2000 u kkonfermata fl-10 ta’ April 2002) ikkonkludiet li hemm evidenza riċenti sostanzjali li tissuġġerixxi li l-estradjol 17ß għandha titqies bħala sustanza kompletament karċinoġena, peress illi teżerċita effetti kemm li jikkawżaw it-tumuri kif ukoll li jistimolawhom, u li bid-data li hija disponibbli bħalissa mhuwiex possibbli li tingħata stima kwantitattiva tar-riskju fuq is-saħħa tal-bniedem. Konsegwentement, id-Direttiva 96/22/KE ġiet emendata bid-Direttiva 2003/74/KE sabiex, inter alia, tipprojbixxi b’mod permanenti l-użu ta’ l-estradjol 17ß bħala stimolatur ta’ l-iżvilupp u tnaqqas sostantivament iċ-ċirkostanzi l-oħra kollha li fihom tista’ tiġi amministrata lill-annimali ta’ l-irziezet għal skopijiet terapewtiċi jew żootekniċi sakemm issir eżaminazzjoni ulterjuri tal-qagħda fattwali u xjentifika u l-prattika veterinarja fl-Istati Membri.

(8)

L-Artikolu 11a tad-Direttiva 96/22/KE jirrikjedi li l-Kummissjoni tippreżenta rapport sa l-14 ta’ Ottubru 2005 dwar id-disponibbilta’ ta’ prodotti mediċinali veterinarji alternattivi għal dawk li fihom l-estradjol 17β għall-annimali maħsuba għall-produzzjoni alimentari għal skopijiet terapewtiċi. Il-Kummissjoni talbet parir espert u stabbiliet ir-rapport xjentifiku rilevanti, li ntbagħat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-11 ta’ Ottubru 2005. Dak ir-Rapport jikkonkludi li l-estradjol 17β mhuwiex essenzjali fil-produzzjoni ta’ l-annimali maħsuba għall-produzzjoni alimentari għaliex l-użu ta’ l-alternattivi disponibbli (speċjalment il-prostaglandini) minn veterinarji prattikanti diġà huwa pjuttost komuni fl-Istati Membri u li l-projbizzjoni sħiħa ta’ l-użu ta’ l-estradjol 17β għall-annimali li jipproduċu l-ikel ma jkollux impatt jew inkella jkollu impatt negliġibbli fuq il-biedja u l-benesseri ta’ l-annimali.

(9)

Il-konformità xierqa mal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-eliminazzjoni ta’ l-użu mhux f’loku ta’ sustanzi mhux awtorizzati jistgħu jiġu mtejba permezz ta’ informazzjoni objettiva u kampanji li jqajmu kuxjenza.

(10)

Ingħatat eżenzjoni temporanja għall-użu ta’ l-estradjol 17ß għall-istimolu ta’ l-estrus fil-bhejjem ta’ l-ifrat, iż-żwiemel, in-nagħaġ jew il-mogħoż sa l-14 ta’ Ottubru 2006. Peress li jeżistu prodotti alternattivi effettivi u li jintużaw diġà u sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa magħżul fil-Komunità, din l-eżenzjoni ma għandhiex tiġġedded.

(11)

Id-Direttiva 96/22/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 96/22/KE hija b’din emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1(2), il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

‘trattament terapewtiku’ ifisser l-amministrazzjoni ta’ sustanza awtorizzata – skond l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva – lil annimal agrikolu individwali sabiex ifejjaq problema ta’ fertilità – inkluża t-twaqqif ta’ tqala mhux mixtieqa – wara eżaminazzjoni ta’ veterinarju u fil-każ ta’ beta-agonists, biex titqanqal tokolożi fil-baqar fil-waqt li jwelldu u biex tittratta l-problemi respiratorji, mard navikulari u l-laminitis u tqanqal it-tokolożi fl-equidae;”.

(2)

L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tas-sustanzi elenkati fl-Anness II, biex jingħataw lil kwalunkwe annimal, li l-laħam u l-prodotti tagħhom huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għal skopijiet mhux previsti fil-punt 2 ta’ l-Artikolu 4.”.

(3)

Fl-Artikolu 4, il-punt 2 (i) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

allyl trenbolone, amministrat oralment, jew beta-agonists lil equidae, sakemm dawn ikunu wżati skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur;”.

(4)

L-Artikolu 5a għandu jitħassar.

(5)

Fl-Artikoli 3, 6, 7, 8, 11 u 14 a, għandhom jitħassru r-referenzi għall-Artikolu 5a.

(6)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Pajjiżi terzi fejn il-leġiżlazzjoni tawtorizza t-tqegħid fis-suq u l-amministrazzjoni ta’ stilbeni, derivattivi ta’ l-istilbeni, l-imluħ u l-esteri tagħhom, jew ta’ sustanzi tireostatiċi għall-amministrazzjoni lil annimali ta’ kwalunkwe speċi li l-laħam jew il-prodotti tagħhom huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem ma jistgħu jidhru fuq ebda mil-listi ta’ pajjiżi previsti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja li minnha l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw annimali agrikoli jew ta’ l-akkwakultura jew laħam u prodotti miksuba minn tali annimali.”.

(7)

L-Artikolu 11a għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11a

Fir-rigward tas-sustanzi elenkati fl-Anness III, il-Kummissjoni għandha tfittex aktar informazzjoni, waqt li tieħu kont tad-data xjentifika riċenti mis-sorsi kollha possibli, u tirrevedi regolarment il-miżuri applikati bl-iskop li kull proposta neċessarja tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’waqtha.”.

(8)

Għandu jiġi inserit l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 11b

Il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni ma’ l-Istati Membri, għandha torganizza kampanja ta’ informazzjoni u li tqajjem kuxjenza dwar il-projbizzjoni sħiħa fuq l-użu ta’ l-estradjol 17ß fl-annimali maħsuba għall-produzzjoni alimentari, immirata lejn il-bdiewa u l-organizzazzjonijiet tal-veterinarji fl-UE kif ukoll l-organizzazzjonijiet rilevanti barra l-UE li huma direttament jew indirettament involuti fl-esportazzjoni lejn l-UE ta’ ikel li ġej mill-annimali li jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.”.

(9)

L-Anness II għandu jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Jannar 2009. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien t-test ta’ tali liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi flimkien ma’ tabella li tur il-korrelazzjoni bejn dawn u din id-Direttiva.

Meta jiġu addottati mill-Istati Membri, dawn il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 19 ta’ Novembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J.-P. JOUYET


(1)  ĠU C 10, 15.1.2008, p. 57.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Ġunju 2008 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2008.

(3)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3.

(4)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.


ANNESS

“ANNESS II

Lista ta’ sustanzi pprojbiti:

 

Lista A: sustanzi pprojbiti

Sustanzi tireostatiċi,

Stilbeni, derivattivi ta’ l-istilbeni, l-imluħ u l-esteri tagħhom,

Estradjol 17ß u d-derivattivi tiegħu li jixbhu l-esteri.

 

Lista B: sustanzi pprojbiti b’derogi

Beta-agonists”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

28.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 318/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Novembru 2008

li temenda d-Deċiżjonijiet 2002/747/KE, 2003/31/KE, 2005/342/KE, 2005/344/KE u 2005/360/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għal ċerti prodotti

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6941)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/889/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-ekotikketta Komunitarja (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord għall-Ittikkettjar Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/747/KE tad-9 ta’ Settembru 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għall-bozoz tal-elettriku u li temenda d-Deċiżjoni 1999/568/KE (2) tiskadi fit-28 ta’ Frar 2009.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/31/KE tad-29 ta’ Novembru 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għad-deterġenti tal-magni għall-ħasil tal-platti u li temenda d-Deċiżjoni 1999/427/KE (3) tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2008.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/342/KE tat-23 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għal deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn [titlu mhux uffiċjali] (4) tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2008.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/344/KE tat-23 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għall-prodotti tat-tindif in ġenerali u għall-prodotti tat-tindif tal-faċilitajiet sanitarji (5) [titlu mhux uffiċjali] tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2008.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/360/KE tas-26 ta’ April 2005 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti tal-valutazzjoni u verifika għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għal-lubrikanti [titlu mhux uffiċjali] (6) tiskadi fil-31 ta’ Mejju 2009.

(6)

B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, saret analiżi f’waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta’ valutazzjoni u verifika, stabbiliti b’dawk id-Deċiżjonijiet.

(7)

Minħabba l-istadji differenti tal-proċess ta’ reviżjoni ta’ dawn id-Deċiżjonijiet, huwa xieraq li l-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u tar-rekwiżiti jittawwal b’perjodu ta’ 24 xahar għad-Deċiżjonijiet 2003/31/KE, 2005/342/KE u 2005/344/KE, u b’perjodu ta’ 14-il xahar għad-Deċiżjoni 2002/747/KE u għad-Deċiżjoni 2005/360/KE.

(8)

Peress li l-obbligu ta’ analiżi previst fir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jikkonċerna biss il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika, huwa xieraq li d-Deċiżjonijiet 2002/747/KE, 2003/31/KE, 2005/342/KE, 2005/344/KE u 2005/360/KE jibqgħu fis-seħħ.

(9)

Għalhekk, id-Deċiżjonijiet 2002/747/KE, 2003/31/KE, 2005/342/KE 2005/344/KE u 2005/360/KE għandhom jiġu emendati skond dan.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2002/747/KE qed jitbiddel b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tal-bozoz tal-elettriku, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ valutazzjoni u verifika, se jibqgħu validi sat-30 ta’ April 2010.”

Artikolu 2

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2003/31/KE qed jitbiddel b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tad-‘deterġenti għall-magni għall-ħasil tal-platti’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ valutazzjoni u verifika, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2010.”

Artikolu 3

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2005/342/KE qed jitbiddel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tad-‘deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ valutazzjoni u verifika, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2010.”

Artikolu 4

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2005/344/KE qed jitbiddel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ ‘prodotti tal-’prodotti tat-tindif in ġenerali u l-prodotti tat-tindif tal-faċilitajiet sanitarji’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ valutazzjoni u verifika, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2010.”

Artikolu 5

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2005/360/KE qed jitbiddel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tal-‘lubrikanti’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ valutazzjoni u verifika, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Lulju 2010.”

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 44.

(3)  ĠU L 9, 15.1.2003, p. 11.

(4)  ĠU L 115, 4.5.2005, p. 9.

(5)  ĠU L 115, 4.5.2005, p. 42.

(6)  ĠU L 118, 5.5.2005, p. 26.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

28.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 318/14


DEĊIZJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Novembru 2008

li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina

(2008/890/PESK)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/749/PESK tad-19 ta’ Novembru 2007 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha, flimkien mat-tielet inċiż tal-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ Novembru 2007, il-Kunsill addotta l-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK, li tipprevedi li l-EUPM għandha tinżamm sal-31 ta’ Diċembru 2009. Il-baġits għall-2008 u l-2009 għandhom jiġu deċiżi fuq bażi annwali.

(2)

Il-mandat tal-EUPM ser ikun eżegwit fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tmur għall-agħar u li tista’ tkun ta’ ħsara għall-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni kif stabbilit fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja li għandu jkopri l-ispejjeż marbutin mal-implimentazzjoni tal-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK għandu jkun ta’ EUR 12 400 000 għall-2009.

2.   Il-ġestjoni tal-ispejjeż finanzjarji għall-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha ssir skond il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008.

Ghall-Kunsill

Il-President

M. ALLIOT-MARIE


(1)  ĠU L 303, 21.11.2007, p. 40.


28.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 318/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.


Top