EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2013:241:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 241, 22 ta' Awwissu 2013


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.241.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 241

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
22 ta' Awwissu 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 241/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Awwissu 2013 dwar l-applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' tagħmir li fih, jew li jiddependi minn, sustanzi kkontrollati bir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, fir-rigward ta' kontejners intermodali ( 1 )

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 241/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6988 – CKH/CKI/PAH/AVR) ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 241/03

Rata tal-kambju tal-euro

4

2013/C 241/04

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Novembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/M.6203 – Western Digital Ireland/Viviti Technologies – Relatur: L-Italja

5

2013/C 241/05

Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – COMP/M.6203 – Western Digital Ireland/Viviti Technologies

7

2013/C 241/06

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Novembru 2011 li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.6203 – Western Digital Ireland/Viviti Technologies) (notifikata bid-dokument C(2011) 8664)  ( 1 )

11

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2013/C 241/07

Opinjoni tar-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA u tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar il-Kumitat Konsultattiv dwar l-għaqdiet fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Novembru 2011 dwar abbozz ta' deċiżjoni rigward il-Każ COMP/M.6203 – Western Digital Ireland/Vivital Technologies – Relatur: L-Italja

19

 

Is-Segretarjat tal-EFTA

2013/C 241/08

Pubblikazzjoni tan-notifika tal-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni Norveġiż li jagħti kuntratt dirett ta’ servizz pubbliku skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70

22

2013/C 241/09

Pubblikazzjoni tal-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni Norveġiż ‘notifika ta' għoti dirett ta' kuntratt ta’ servizz pubbliku skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70

23

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 241/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6950 – UPC/GPT/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

24

2013/C 241/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6990 – Vodafone/Kabel Deutschland) ( 1 )

26

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

22.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Awwissu 2013

dwar l-applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' tagħmir li fih, jew li jiddependi minn, sustanzi kkontrollati bir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, fir-rigward ta' kontejners intermodali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 241/01

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Europea, u b’mod partikolari l-Artikolu 288 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15 u 17 tiegħu, jistabbilixxi r-regoli li jirrestrinġu l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I tar-Regolament u li jissejħu “sustanzi kkontrollati”, kif ukoll l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti u tagħmir li fihom is-sustanzi kkontrollati jew li jiddependu minn dawn is-sustanzi.

(2)

L-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 jeħtieġ li l-Istati Membri jwettqu l-ispezzjonijiet dwar il-konformità tal-impriżi ma' dak ir-Regolament.

(3)

Skont il-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (2), għadu permess li jintużaw l-idroklorofluworokarburi anki fil-produzzjoni ta' kontejners intermodali.

(4)

L-importazzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' kontenituri intermodali li jkun fihom, jew li jiddependu mill-idroklorofluworokarburi ilhom projbiti fl-Unjoni Ewropea mill-2004, iżda mhuwiex meħtieġ id-dekummissjonar ta' dawn il-kontejners.

(5)

Għaldaqstant, il-kontejners intermodali li jintużaw fil-kummerċ internazzjonali ħafna drabi jkun fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu fil-fowm iżolanti jew f'tagħmir tat-tkessiħ li jkun konness magħhom jew integrat fihom, li jużaw s-sustanzi kkontrollati bħala refriġerant.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 huwa aktar strett mill-Protokoll ta' Montreal, u jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' kontejners intermodali li jkun fihom, jew li jiddependu minn, sustanzi kkontrollati.

(7)

Skont il-konvenzjonijiet internazzjonali bħall-Konvenzjoni dwar id-Dħul Temporanju (3), jew il-Konvenzjoni Dwar it-Trattament Doganali tal-Kontejners Pool Użati Fit-Trasport Internazzjonali (4), ma għandux ikun ristrett il-moviment liberu tal-kontejners intermodali.

(8)

Skont il-Konvenzjoni dwar id-Dħul Temporanju li kien ratifikat mill-Komunità u l-Istati Membri kollha, ċerti prodotti li jiġu importati b'rabta ma' ħidma kummerċjali, inklużi l-kontejners, għandhom jingħataw permess għad-dħul temporanju. L-Artikoli 553, 554, 555 u 557 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju (5), inter alia jistipulaw li l-kontejners huma kompletament ħielsa mid-dazji tal-importazzjoni f'ċerti kundizzjonijiet. B'mod partikolari, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jiżguraw li, sakemm ma jingħatawx eżenzjonijiet speċifiċi, il-perjodu sħiħ li tulu l-kontejners jibqgħu taħt l-arranġamenti għall-istess għan u fir-responsabbiltà tal-istess detentur, ma għandux jaqbeż l-24 xahar.

(9)

Skont il-ġurisprudenza kostanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-atti legali tal-istituzzjonijiet iridu jiġu interpretati b'mod li hu konsistenti mal-ftehimiet internazzjonali li tkun Parti għalihom l-Unjoni.

HIJA TAL-FEHMA:

1.

Li meta jkunu qegħdin japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009, l-Istati Membri ma għandhomx iqisu d-dħul jew il-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni ta' kontejner intermodali bħala importazzjoni jew esportazzjoni għall-finijiet tal-Artikoli 15 u 17 ta' dak ir-Regolament jekk il-kontenituri intermodali jkunu taħt dħul temporanju.

2.

Li meta jkunu qegħdin jispezzjonaw il-kontejners intermodali li fihom jew li jiddependu minn sustanzi kontrollati skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-kontejners li jkunu deħlin fit-territorju doganali tal-Unjoni taħt dħul temporanju jkunu konformi mal-Artikoli 553, 554, 555 u 557 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u li dawk il-kontejners ma jitqegħdux fis-suq fl-Unjoni.

3.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 286, 30.10.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 297, 31.10.1988, p. 8.

(3)  ĠU L 130, 27.5.1993, p. 4.

(4)  ĠU L 91, 22.4.1995, p. 46.

(5)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6988 – CKH/CKI/PAH/AVR)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 241/02

Fis-16 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6988. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Awwissu 2013

2013/C 241/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3384

JPY

Yen Ġappuniż

130,52

DKK

Krona Daniża

7,4585

GBP

Lira Sterlina

0,85295

SEK

Krona Żvediża

8,7277

CHF

Frank Żvizzeru

1,2310

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0535

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,775

HUF

Forint Ungeriż

299,67

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7028

PLN

Zloty Pollakk

4,2403

RON

Leu Rumen

4,4420

TRY

Lira Turka

2,6185

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4811

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3966

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,3789

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6913

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7087

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 494,91

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,6506

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1956

HRK

Kuna Kroata

7,5430

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 504,51

MYR

Ringgit Malażjan

4,4080

PHP

Peso Filippin

58,808

RUB

Rouble Russu

44,2007

THB

Baht Tajlandiż

42,601

BRL

Real Brażiljan

3,2155

MXN

Peso Messikan

17,4634

INR

Rupi Indjan

86,2700


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


22.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/5


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Novembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/M.6203 – Western Digital Ireland/Viviti Technologies

Relatur: L-Italja

2013/C 241/04

Konċentrazzjoni

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-UE skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Definizzjoni tas-suq

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' kif il-Kummissjoni tiddefinixxi s-swieq ta' prodotti relevanti kif iddikjarat fl-abbozz tad-Deċiżjoni.

B'mod partikulari, fir-rigward tad-definizzjoni tal-prodotti tas-suq, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-impatt tat-tranżazzjoni proposta għandu jiġi vvalutat fis-swieq li ġejjin:

(a)

Is-suq għal HDDs tal-Intrapriżi Kritiċi għall-Missjonijiet;

(b)

Is-suq għal HDDs 3,5″ Kritiċi fin-Negozju;

(c)

Is-suq għal HDDs 3,5″ għal Kompjuters Desktop;

(d)

Is-suq għal HDDs 3,5″ għall-Elettronika tal-Konsumatur (CE);

(e)

Is-suq għal HDDs 2,5″ Mobbli;

(f)

Is-suq għal CE HDDs 2,5″; kif ukoll

(g)

Is-suq tal-ħardisks esterni (XHDD)?

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjoni tas-suq ġeografiku għal:

(a)

HDDs; kif ukoll

(b)

XHDDs.

Kontrofattwali

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, għall-fini tal-valutazzjoni kompetittiva tat-tranżazzjoni proposta, l-aktar approċċ xieraq huwa li jiġi adottat il-prinċipju ta' prijorità (“min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”) fuq il-bażi tad-data ta' notifika u li t-tranżazzjoni proposta trid tiġi vvalutata billi titqies l-operazzjoni Seagate/Samsung li ġiet approvata bid-deċiżjoni tal-Kumissjoni tad-19 ta' Ottubru 2011 (Każ COMP/M.6214 – Seagate/HDD Negozju ta' Samsung). Stat Membru wieħed ma jaqbilx.

Il-valutazzjoni kompettittiva

Effetti mhux koordinati

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni x'aktarx mhijiex se twassal għal effetti mhux koordinati li jistgħu jfixklu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq globali tal-HDDs Kritiċi għall-Missjonijiet, HDDs 2,5″ Mobbli, u CE HDDs 2,5″.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta kif innotifikata x'aktarx se twassal għal tfixkil sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva bħala riżultat tal-effetti mhux koordinati fis-swieq globali tal-HDDs 3,5″ tal-Kompjuters Desktop, CE HDDs 3,5″ u HDDs 3,5″ Kritiċi fin-Negozju.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li minkejja li hemm indikazzjonijiet li t-tranżazzjoni proposta kif notifikata tista' twassal għal tfixkil sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva bħala riżultat tal-effetti mhux koordinati fis-suq tal-XHDD madwar iż-ŻEE, fid-dawl tar-rimedji li jneħħu t-tfixkil sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fis-swieq globali aktar 'il fuq fil-katina ta' attivitajiet għall-HDDs 3,5″ tal-Kompjuters Desktop, CE HDDs 3,5″ u HDDs 3,5″ Kritiċi fin-Negozju, it-tranżazzjoni proposta xorta waħda x'aktarx mhijiex se twassal għal tfixkil sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-XHDD madwar iż-ŻEE aktar 'l isfel fil-katina ta' attivitajiet.

Effetti kkoordinati

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-operazzjoni proposta x'aktarx mhijiex se twassal għal effetti koordinati li jfixklu b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq relevanti tal-HDD u fis-suq tal-XHDD madwar iż-ŻEE.

Effetti vertikali

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jikkondividi l-konklużjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta ma għandhiex tfixkel b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat tal-esklużjoni tal-manifatturi tal-komponenti (heads u mezzi) minn biżżejjed klijentela li min-naħa tagħhom jimminaw l-abbiltà ta' Toshiba li tikkompeti fis-swieq tal-HDD.

Effiċjenzi

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni li l-effiċjenzi allegati li nħolqu mit-tranżazzjoni proposta ma jippermettux lill-Kumissjoni li tiddikjara l-operazzjoni proposta, kif innotifikata, kompatibbli mas-suq intern meta mqabbla mas-swieq globali għal 3,5″ Kompjuters Desktop, CE 3,5″ u HDDs 3,5″ Kritiċi fin-Negozju u fis-suq tal-XHDDs madwar iż-ŻEE.

Rimedji

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni li l-pakkett ta' rimedji mressaq mill-Partijiet jindirizza b'mod sħiħ it-tħassib tal-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni dwar is-suq globali għal HDDs 3,5″ Kritiċi fin-Negozju, is-suq globali għal HDDs 3,5″ tal-Kompjuters Desktop, is-suq globali għal CE HDDs 3,5″ u s-suq tal-XHDDs madwar iż-ŻEE.

Konklużjoni

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li, bil-kundizzjoni ta' konformità sħiħa mal-impenji offruti mill-Partijiet, it-tranżazzjoni proposta x'aktarx mhijiex se tfixkel b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f'parti sostanzjali minnu.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni nnotifikata għandha tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-ħidma tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.

15.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


22.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/7


Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

COMP/M.6203 – Western Digital Ireland/Viviti Technologies

2013/C 241/05

I.   Ħarsa ġenerali

(1)

Fl-20 ta’ April 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) li biha Western Digital Corporation (“WD”, “Il-Parti Notifikanti”) għandha l-ħsieb li takkwista, permezz tax-xiri ta’ ishma, il-kontroll uniku skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet ta’ Viviti Technologies Ltd, li qabel kienet magħrufa bħala Hitachi Global Storage Technologies Holdings Ltd (“HGST”) (3). Fit-30 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(2)

Fit-18 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, fejn il-Kummissjoni provviżorjament ikkonkludiet li t-tranżazzjoni proposta toħloq tfixkil sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fuq għadd ta’ swieq tad-diski riġidi (HDD).

(3)

Wara li ngħatat aċċess għall-fajl fid-19 ta’ Awwissu 2011 (4), il-Parti Notifikanti ssottomettiet il-kummenti tagħha bil-miktub dwar id-DO fl-1 ta’ Settembru 2011. Fil-kummenti tagħha, il-Parti Notifikanti ma talbitx biex tiżviluppa l-argumenti tagħha fi smigħ verbali formali skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 802/2004 (5). Minflok, hija żviluppat l-argumenti tagħha verbalment f’laqgħa dwar is-sitwazzjoni attwali mad-DĠ għall-Kompetizzjoni fis-6 ta’ Settembru 2011.

(4)

Fid-dawl ta’ ċerti argumenti mqajma mill-Parti Notifikanti fil-kummenti tagħha dwar id-DO u waqt il-laqgħa dwar is-sitwazzjoni attwali tas-6 ta’ Settembru, il-Kummissjoni wettqet investigazzjoni ulterjuri tas-suq. F’laqgħa dwar is-sitwazzjoni attwali fl-20 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni qasmet mal-Parti Notifikanti r-riżultati ta’ din l-investigazzjoni ulterjuri tas-suq, u ressqet il-fehmiet tagħha dwar ċerti argumenti mqajma mill-Parti Notifikanti. Din tal-aħħar talbet biex ikollha l-opportunità sabiex sas-26 ta’ Settembru tippreżenta l-kummenti supplimentari b'reazzjoni għas-sejbiet tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni qablet ma’ din it-talba. Fit-22 ta’ Settembru, il-Parti Notifikanti ngħatat aċċess għall-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tad-dokumenti rċevuti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-investigazzjoni ulterjuri tas-suq. Aktar informazzjoni ġiet ukoll ipprovduta lill-partijiet fit-23, l-24 u s-26 ta’ Settembru. Ġew ippreżentati kummenti supplimentari mill-Parti Notifikanti fit-23 ta’ Settembru u fis-26 ta’ Settembru.

(5)

Fit-3 ta’ Ottubru 2011, il-Parti Notifikanti ppreżentat l-ewwel proposta għall-impenji. Il-Kummissjoni indikat li l-impenji offruti ma kinux adegwati biex jissolva t-tħassib relatat mal-kompetizzjoni. Fl-10 ta’ Ottubru 2011, il-Parti Notifikanti ressqet sett rivedut ta’ impenji, li l-Kummissjoni ppreżentat għal test tas-suq fl-istess data. Pakkett ulterjuri ta' rimedji reveduti tressaq quddiem il-Kummissjoni fl-24 ta’ Ottubru 2011, u sussegwentement ġie emendat skont diskussjonijiet ulterjuri mal-Kummissjoni. Il-Parti Notifikanti offriet sett finali ta’ impenji fis-27 ta’ Ottubru 2011, li skont il-Kummissjoni, kien jindirizza t-tħassib kollu li kien għad fadal fir-rigward tal-kompatibbiltà tat-tranżazzjoni proposta mas-suq intern.

II.   Talbiet lill-uffiċjal tas-seduta

(6)

Matul il-proċedura, il-Parti Notifikanti ssottomettiet tliet talbiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl.

L-ewwel talba

(7)

Fis-26 ta’ Awwissu 2011, il-Parti Notifikanti talbitni biex nirrevedi deċiżjoni tad-DĠ Kompetizzjoni li kienet tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti li jinsabu fil-fajl ta’ proċedimenti oħra skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet, jiġifieri Każ COMP/M.6214 – Seagate Technology PLC/The HDD Business of Samsung Electronics Co Ltd (“Każ M.6214”). Il-partijiet f’dawn il-proċedimenti, li huma kompetituri ta’ WD u HGST dwar ċerti swieq tal-HDD, innotifikaw il-konċentrazzjoni proposta tagħhom lill-Kummissjoni jum qabel ġiet notifikata l-konċentrazzjoni proposta bejn WD u HGST. Fit-30 ta’ Awwissu jien weġibt għat-talba tal-Parti Notifikanti fuq il-linji li ġejjin.

(8)

L-ewwel nett, il-Parti Notifikanti talbet sabiex tingħata aċċess għall-fajl fil-Każ M.6214 fuq il-bażi li kellha “interess suffiċjenti” għaliex kienet kompetitur importanti tal-partijiet involuti f’dak il-każ. Jien irrifjutajt din it-talba billi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 802/2004 (6), il-Kummissjoni għandha tagħti aċċess għall-file lill-partijiet li lilhom tkun indirizzat id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet u, fuq talba, lill-partijiet l-oħra involuti (kif definit fl-Artikolu 11(b) ta’ dak ir-Regolament). Billi WD ma taqa' fl-ebda kategorija fil-Każ M.6214, ma kellha l-ebda dritt ta’ aċċess għall-fajl f’dak il-każ.

(9)

It-tieni, il-Parti Notifikanti ddikjarat li, fil-Każ M.6203, fid-DO il-Kummissjoni kienet iddependiet estensivament fuq dokumentazzjoni u informazzjoni mill-fajl tal-Każ M.6214 li ma kienx sar disponibbli għaliha. Jien analizzajt bir-reqqa d-DO u sibt li din kienet iddependiet biss fuq ftit dokumenti li oriġinarjament kienu ġew ippreżentati fil-Każ M.6214 u li wara reġgħu ġew ippreżentati fil-Każ M. 6203 fuq talba mid-DĠ Kompetizzjoni. Verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta’ dawn id-dokumenti kienu aċċessibbli għall-Parti Notifikanti fil-fajl tal-Każ M.6203. Id-dikjarazzjoni li l-Kummissjoni kienet iddependiet, fid-DO, fuq dokumenti minn Każ M.6214 mhux aċċessibbli għall-Parti Notifikanti għalhekk kienet bla bażi.

(10)

It-tielet, fit-talba tagħha, il-Parti Notifikanti dehret li ssuġġeriet li d-DĠ Kompetizzjoni kien ikkonsulta l-fajl fil-Każ M.6214 b'mod ġenerali u ħa minnu għall-analiżi tiegħu dokumenti fil-Każ M.6203. Għalhekk, fl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-parità tal-armi, il-Parti Notifikanti kkunsidrat li bl-istess mod għandha tkun tista’ tanalizza dokumenti mill-Każ M.6214 biex tfittex informazzjoni ġustifikanti. Jien investigajt il-kwistjoni mad-DĠ Kompetizzjoni u ma sibt l-ebda evidenza li d-DĠ Kompetizzjoni kien wettaq rieżami ġenerali tal-fajl tal-każ fil-Każ M.6214 bil-għan li jsib evidenza kuntrarja speċifika biex tintuża fil-valutazzjoni tiegħu fil-Każ M.6203. L-uniċi dokumenti li kienu ppreżentati mill-ġdid fil-Każ M.6203 deher li kienu dokumenti strateġiċi ġenerali reċenti tal-partijiet fil-Każ M.6214 u studji dwar is-suq ta’ konsulenti indipendenti, it-tnejn tat-tip li l-Kummissjoni normalment titlob mingħand il-kompetituri f’investigazzjoni dwar amalgamazzjoni. Barra minn hekk, dawn id-dokumenti ma kinux jidhru li huma, min-natura tagħhom, intrinsikament aktar negattivi jew aktar favorevoli għall-Parti Notifikanti. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, jien ma rajt l-ebda raġuni biex naċċetta t-talba tal-Parti Notifikanti biex tingħata l-opportunità li teżamina mill-ġdid id-dokumenti fil-fajl tal-Każ M.6214, u għaldaqstant ċħadt it-talba.

It-tieni talba

(11)

Fil-31 ta’ Awwissu, il-Parti Notifikanti talbitni biex neżamina mill-ġdid deċiżjoni mid-DĠ Kompetizzjoni li ssir redazzjoni tar-riżultat tal-analiżi tad-dejta dwar l-offerta li tinsab fir-rapport imħejji mill-konsulenti ekonomiċi tal-Parti Notifikanti fil-kuntest tal-kamra tad-dejta (7). Billi t-talba ma kinitx raġjunata biżżejjed, fil-31 ta’ Awwissu nfurmajt lill-Parti Notifikanti li ma stajtx nindirizza t-talba qabel tingħata kjarifika suffiċjenti.

(12)

Sadattant, investigajt il-kwistjoni mad-DĠ Kompetizzjoni, li sussegwentement iddeċieda li jiżvela informazzjoni ulterjuri mir-rapport tal-konsulenti ekonomiċi lill-Parti Notifikanti.

(13)

Il-Parti Notifikanti ma pprovdietli l-ebda kjarifika dwar it-talba inizjali, u lanqas ma għamlet talba ta’ segwitu.

It-tielet talba

(14)

Fis-27 ta’ Settembru 2011, il-Parti Notifikanti bagħtitli talba biex neżamina mill-ġdid deċiżjoni tad-DĠ Kompetizzjoni, wara l-laqgħa dwar is-sitwazzjoni attwali tal-20 ta’ Settembru 2011, li kienet tirrifjuta aċċess sħiħ jew aċċess aktar speċifiku għal ċerti dejta u informazzjoni redatti miġbura mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni tagħha tas-suq. Il-Parti Notifikanti rċeviet aċċess għall-verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta’ dawn id-dejta u l-informazzjoni fit-22, it-23, l-24 u s-26 ta’ Settembru (8). Jien weġibt għat-talba fit-3 ta’ Ottubru 2011, kif stipulat hawn taħt.

(15)

L-ewwel nett, il-Parti Notifikanti talbet aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali ppreżentata minn kompetitur bi tweġiba għal mistoqsijiet fuq id-dħul fis-suq tat-3.5" Desktop sabiex tivverifika s-sejbiet tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward. B’mod parallel għar-rieżami tiegħi ta' din il-kwistjoni, id-DĠ Kompetizzjoni organizza proċedura ta' kamra tad-dejta li tat lill-konsulenti esterni tal-Parti Notifikanti, skont regoli stretti ta’ kunfidenzjalità, l-aċċess għal aktar partijiet tal-informazzjoni ppreżentata mill-kompetitur (9). Id-DĠ Kompetizzjoni pprovda wkoll lill-Parti Notifikanti iktar informazzjoni, fil-forma limitata, fuq id-dejta oriġinarjament redatta. Fir-risposta tiegħi għal talba mill-Parti Notifikanti, jien ipprovdejt ukoll deskrizzjonijiet ġenerali tan-natura u tal-kontenut tal-informazzjoni kunfidenzjali li kienet għadha ma ġietx żvelata fil-kamra tad-dejta. Jien ikkonkludejt li l-informazzjoni li ġiet provduta kienet suffiċjenti għall-Parti Notifikanti biex tesprimi effettivament l-fehmiet tagħha dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fuq il-punt fil-kwistjoni u ġew ippreżentati lill-Parti Notifikanti fil-laqgħa dwar is-sitwazzjoni attwali tal-20 ta’ Settembru.

(16)

Dwar l-istess kwistjoni, il-Parti Notifikanti talbet ukoll li l-Kummissjoni tikseb dejta (jiġifieri dejta li ma kinitx fil-fajl) sottostanti għall-kalkoli ta' ċerti kosti ppreżentati mill-kompetitur imsemmi fil-paragrafu preċedenti. Il-Kummissjoni tabilħaqq talbet, u kisbet, aktar informazzjoni mingħand il-kompetitur. Partijiet minn din l-informazzjoni kienu aċċessibbli fil-kamra tad-dejta msemmija hawn fuq. Jien ikkunsidrajt għalhekk li t-talba tal-Parti Notifikanti dwar din l-ewwel kwistjoni kienet ġiet indirizzata.

(17)

It-tieni, il-Parti Notifikanti lmentat miegħi li kienet irċeviet biss aċċess parzjali għal informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni minn ċertu grupp ta’ klijenti bi tweġiba għal mistoqsija fuq ix-xiri tagħhom ta’ HDD. Id-DĠ Kompetizzjoni kien ta lill-Parti Notifikanti aċċess għal verżjonijiet “anonimizzati” ta' partijiet tar-risposti tal-klijenti, kif ukoll informazzjoni aggregata li turi d-distribuzzjoni ta’ xiri għal kull grupp ta’ prodotti. Il-Parti Notifikanti lmentat li, mingħajr aċċess għall-volumi ta' xirjiet tal-klijent individwali, ma setgħetx tivvaluta l-importanza relattiva tat-tweġiba ta' kull klijent u għaldaqstant il-kapaċità tagħha li tiddefendi lilha nnifisha kienet imfixkla b’mod sinifikanti.

(18)

Fir-risposta tiegħi, jien ikkunsidrajt li l-iżvelar tal-volumi individwali ta' xirjiet, kif mitlub, jista' potenzjalment jippermetti l-identifikazzjoni ta’ klijenti li wieġbu għall-kwestjonarji u kienu talbu li t-tweġibiet tagħhom jibqgħu anonimi (talba li kienet ġiet aċċettata (10)). Barra minn hekk, jien sibt li l-informazzjoni mitluba mill-Parti Notifikanti kienet taqa' fil-kategorija ta’ sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra. Barra minn hekk, il-Parti Notifikanti ma kienet ipprovdiet l-ebda raġuni għaliex kien meħtieġ għaliha li tivvaluta l-importanza relattiva tat-tweġiba ta' kull klijent. Fl-aħħar nett, wara rieżami tal-informazzjoni li d-DĠ Kompetizzjoni kien ipprovda lill-Parti Notifikant fit-23, l-24 u s-26 ta’ Settembru 2011, jien ikkonkludejt li din l-informazzjoni kienet tippermetti lill-Parti Notifikanti biex tikkummenta b’mod utli dwar is-sejbiet tal-Kummissjoni ppreżentati lilha fil-laqgħa dwar is-sitwazzjoni attwali tal-20 ta’ Settembru. Jiena xorta waħda pprovdejt xi informazzjoni addizzjonali biex naċċerta lill-Parti Notifikanti dwar il-kapaċità rappreżentattiva tar-risposti tal-klijenti miġbura mill-Kummissjoni.

(19)

It-tielet, il-Parti Notifikanti talbet aċċess għal sett ieħor ta’ dejta pprovduta mill-klijenti b’risposta għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, li, skont il-Parti Notifikanti, il-Kummissjoni dehret li kienet qed tibbaża “essenzjalment” fuqha biex issostni wħud mill-konklużjonijiet tagħha. L-ewwel nett, iċċarajt lill-Parti Notifikanti li, għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni tagħha, l-informazzjoni li kienet tinsab fit-tweġibiet tal-klijenti, ma kinitx kruċjali għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, iżda kienet isservi biss biex tikkonferma r-riżultati ta’ investigazzjoni preċedenti tas-suq, li kienu saru aċċessibbli lill-Parti Notifikanti matul l-aċċess għall-fajl tad-19 ta’ Awwissu 2011. It-tieni, wara li nvestigajt il-kwistjoni mad-DĠ Kompetizzjoni, tlabt lil dan tal-aħħar biex jagħti lill-Parti Notifikanti l-aċċess għall-informazzjoni mitluba f’forma ta’ tabelli, inklużi l-partijiet relevanti tat-tweġibiet tal-klijenti, b’mod li jkunu jiggarantixxu l-anonimità tal-klijenti. L-aċċess ingħata parzjalment mid-DĠ Kompetizzjoni fit-28 ta’ Settembru 2011 u parzjalment minni fit-3 ta’ Ottubru 2011. Fid-dawl ta’ dan l-aċċess addizzjonali, jien ikkunsidrajt li t-talba tal-Parti Notifikanti kienet ġiet issodisfata.

(20)

Il-Parti Notifikanti ma ssottomettiet l-ebda kumment ta' segwitu jew talba ġdida wara t-tweġiba tiegħi tat-3 ta’ Ottubru.

III.   Id-deċiżjoni

(21)

Id-deċiżjoni tikkonkludi li t-tranżazzjoni proposta hija kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim taż-ŻEE, soġġett għall-kundizzjoni li l-Parti Notifikanti tonora l-impenji li daħlet għalihom fir-rigward tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, dawn jinkludu klawżola dwar “xerrej inizjali”, li skontha l-Parti Notifikanti ma tkunx tista’ tikkonkludi t-tranżazzjoni proposta qabel ma tkun daħlet għal ftehim vinkolanti ta’ bejgħ u xiri għall-bejgħ tan-negozju ċedut b’xerrej xieraq, li jkun approvat mill-Kummissjoni. Id-deċiżjoni ma fiha l-ebda oġġezzjoni li dwarha l-partijiet ma kellhomx l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom.

IV.   Konklużjoni

(22)

Minbarra t-tliet talbiet dwar l-aċċess għall-fajl imsemmija fit-Taqsima II hawn fuq, jien ma rċevejt l-ebda talba jew ilment mingħand kwalunkwe parti għall-proċedimenti. Fid-dawl ta’ dan, u fid-dawl tal-konklużjoni fit-Taqsima III li d-deċiżjoni ma fiha l-ebda oġġezzjoni li dwarha l-Parti Notifikanti ma ġietx mismugħa, inqis li t-tħaddim effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-parteċipanti kollha f’dan il-każ ġie rrispettat.

Brussell, il-21 ta’ Novembru 2011.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1) (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(3)  Il-proċedimenti huma imsemmija hawn taħt bħala l-Każ M.6203.

(4)  Ġiet organizzata kamra għall-aċċess tad-dejta bejn it-22 u s-26 ta’ Awwissu 2011 sabiex il-konsulenti ekonomiċi tal-Parti Notifikanti setgħu jaċċessaw informazzjoni kwantitattiva kunfidenzjali.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1).

(6)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 5.

(7)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 4 aktar 'il fuq.

(8)  Ara l-paragrafu 4 hawn fuq.

(9)  Il-kamra tad-dejta kienet organizzata fit-30 ta’ Settembru 2011.

(10)  Ma rajt l-ebda raġuni f’dan il-każ biex nirrifjuta t-talba għall-anonimità tal-klijenti.


22.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/11


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-23 ta’ Novembru 2011

li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/M.6203 – Western Digital Ireland/Viviti Technologies)

(notifikata bid-dokument C(2011) 8664)

(il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 241/06

Fit-23 ta' Novembru 2011 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f'każ ta' amalgamazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi  (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) ta' dak ir-Regolament. Verżjoni mhux konfidenzjali dwar id-Deċiżjoni sħiħa hija disponibbli fil-lingwa awtentika tal-każ u fil-lingwi proċedurali tal-Kummissjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fuq l-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

I.   IL-PARTIJIET

(1)

Western Digital Corporation (“WD” jew “il-Parti Notifikanti”, l-Istati Uniti) tfassal, tiżviluppa, timmanifattura u tbigħ hard disk drives (“HDDs”), solid state drives (“SSDs”), hard disk drives esterni (“XHDDs”) u media players. L-operazzjonijiet tagħha huma integrati b’mod vertikali upstream fil-manifatturar tal-komponenti ewlenin, bħalma huma heads għall-qari/kitba.

(2)

Hitachi Global Storage Technologies (“HGST”, Singapor), reċentement imsemmija mill-ġdid Viviti Technologies, hija sussidjarja kollha kemm hi propjetà ta’ Hitachi, Ltd. Din tiżviluppa u timmanifattura apparat għall-ħażna diġitali, bħal HDDs u SSDs, flimkien ma’ xi XHDDs tad-ditta. Hija wkoll integrata b’mod vertikali upstream.

(3)

WD u HGST minn issa 'l quddiem huma referuti bħala “il-Partijiet”. L-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni proposta minn hawn ‘il quddiem hija msemmija bħala “l-Entità Amalgamata”.

II.   L-OPERAZZJONI

(4)

Fl-20 ta’ April 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li bih WD takkwista, permezz tax-xiri ta' ishma, il-kontroll fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet ta’ HGST kollha (minn hawn 'l quddiem imsejħa “it-tranżazzjoni proposta”).

(5)

Bħala riżultat tat-tranżizzjoni proposta, HGST se tiġi kkontrollata b’mod sħiħ minn WD. Għaldaqstant l-operazzjoni tikkostitwixxi konċentrazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(6)

It-tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-UE skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

III.   SOMMARJU

A.   Qafas analitiku

(7)

Konċentrazzjoni oħra li taffettwa l-istess swieq, jiġifieri l-kisba minn Seagate (“Seagate”) ta' kontroll waħdieni fuq HDD Business of Samsung Electronics Co., Ltd (“Samsung HDD”, il-Korea ta’ Isfel) (2), kienet innotifikata lill-Kummissjoni fid-19 ta' April 2011, jum wieħed qabel it-tranżazzjoni preżenti.

(8)

B’mod konsistenti mal-prattika riċenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tevalwa dawn it-tranżazzjonijiet paralleli li jaffettwaw l-istess swieq skont ir-regola ta’ prijorità (“min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”) bbażata fuq id-data ta’ notifika.

(9)

Il-Kummissjoni hija tal-Opinjoni li huwa inerenti fis-sistema ġenerali tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li l-ewwel parti li tinnotifika konċentrazzjoni li, permezz ta’ evalwazzjoni fuq il-merti tagħha stess, ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f'parti kbira minnu, l-operazzjoni tagħha tista' tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern fi ħdan il-limiti taż-żmien applikabbli. Mhuwiex meħtieġ u lanqas xieraq li jiġu kkunsidrati bidliet futuri fil-kondizzjonijiet tas-suq li jirriżultaw minn konċentrazzjonijiet sussegwentement notifikati.

(10)

L-approċċ ta’ “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel” huwa l-uniku wieħed li jiżgura ċertezza legali biżżejjed u oġġettività. Il-Kummissjoni tfakkar li wieħed mill-għanijiet prinċipali tar-Regolament dwar l-Għaqdiet huwa li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali.

(11)

Barra minn hekk, skont l-iskema tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, id-data ta’ notifika hija l-bażi l-aktar xierqa għall-applikazzjoni tar-regola ta’ prijorità. Din ir-regola hija kriterju ċar u oġġettiv, determinat fil-każijiet kollha skont ir-regoli tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 802/2004, li jagħmel parti minn sistema ta’ kontroll tal-amalgamazzjonijiet ibbażati fuq notifika. Kriterji oħra, bħalma huma d-data li jiġi ffirmat ftehim obbligatorju jew il-mument li konċentrazzjoni proposta ssir pubblika, huma iktar diffiċli li japplikaw u jistgħu jwasslu għal inċertezza.

(12)

Għalhekk, fid-dawl tad-dati ta' notifika, it-tranżazzjoni proposta hija evalwata billi titqies it-tranżazzjoni Seagate/Samsung li ġiet innotifikata jum wieħed qabel u approvata mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Ottubru 2011. Il-punt tal-bidu tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni hija struttura tas-suq mal-fornituri HDD li ġejjin: HGST, l-entità amalgamata Seagate/Samsung, Toshiba u WD.

B.   Is-swieq rilevanti

1.   Introduzzjoni

(13)

HDDs huma apparat li jagħmel użu minn diska tar-rotazzjoni waħda jew aktar bl-uċuħ superfiċjali manjetiċi (mezzi) għall-ħżin u l-aċċess tad-dejta. L-HDDs jipprovdu ħżin ta’ dejta li ma tintilifx, jiġifieri d-dejta tibqa’ preżenti meta l-apparat ma jkunx imqabbad mal-elettriku.

(14)

Il-komponenti ewlenin ta’ hard drive huma l-Assemblaġġ tal-Head-Disk (“HDA”) u l-Assemblaġġ tal-Bord taċ-Ċirkwiti Stampati (“PCBA”). L-impriżi Toshiba u Samsung HDD jixtru komponenti kbar bħal heads u media mingħand kumpaniji terzi li jimmanifatturawhom, bħal TDK għall-heads u Showa Denko għall-media. Fornituri oħra, jiġifieri Seagate, WD u HGST, jipproduċu huma stess il-maġġoranza kbira ta’ dawn il-komponenti ewlenin.

(15)

Id-differenzazzjoni tal-HDDs hija possibbli skont il-karatteristiċi tekniċi tagħhom, bħall-qies (fatturi tal-għamla 3,5″, 2,5″, 1,8″), il-veloċità tar-rotazzjoni (ħin ta’ tfittxija), il-wisa’ għall-ħżin u t-tip ta’ interfaces.

(16)

Barra dan, l-HDDs huma ġeneralment kategorizzati skont ir-referenza tal-użu finali tagħhom, b’mod partikolari:

(a)   HDDs tal-Intrapriża

(17)

HDDs tal-Intrapriża huma użati l-aktar f’servers u sistemi għall-ħżin tal-intrapriża. Il-HDDs tal-Intrapriża jistgħu jkomplu jiġu mqassma f’: (i) L-HDDs ta’ Missjoni Kritika (użati f’servers jew diods tal-ħżin bi prestazzjoni għolja li jeħtieġu affidabilità ta’ 99,999 %); u (ii) L-HDDs Kritiċi fin-Negozju (użati l-aktar fil-faċilitajiet il-kbar tal-ħżin jew il-kmamar tas-servers (server farms) ta’ kumpaniji tal-internet li joperaw 24 siegħa kuljum).

(b)   HDDs għall-Kompjuters Desktop

(18)

L-HDDs għall-Kompjuters Desktop huma inkorporati fil-kompjuters personali maħsubin għall-użu regolari f’post wieħed (djar, negozji u netwerks b’aktar minn utent wieħed). Kważi l-HDDs kollha għall-applikazzjonijiet tal-Kompjuters Desktop huma bbażati fuq 3,5″, li joffri l-akbar wisa’ għall-ħżin bl-anqas prezz għal kull GB.

(c)   HDDs Mobbli

(19)

Il-HDDs Mobbli huma primarjament inkorporati f’kompjuters notebook u apparat ieħor mobbli. Il-konsumaturi jużaw kompjuters mobbli kemm fid-djar kif ukoll barra u fin-negozji. Ħafna HDDs Mobbli huma bbażati fuq 2,5″. Ġeneralment dawn l-HDDs ikunu ogħla fil-prezz u jkollhom anqas wisa’ għall-ħżin minn HDDs għall-Kompjuters Desktop 3,5″.

(d)   HDDs għall-Elettronika tal-Konsumatur (“CE”)

(20)

L-HDDs għall-Elettronika tal-Konsumatur jintużaw f’(i) reġistraturi tal-vidjows diġitali (“DVRs”) u f’dekodifikaturi li joperaw bis-satellita u bil-kejbil (“STBs”), u (ii) consoles tal-logħob. Il-HDDs fornuti għall-applikazzjonijiet tal-Elettronika tal-Konsumatur jinkludu kemm drives 3,5″ kif ukoll 2,5″ (3). B’kuntrast mal-HDDs użati fl-applikazzjonijiet tal-kompjuters personali (kemm jekk Kompjuters Desktop kif ukoll Mobbli), l-HDDs 2,5″ u 3,5″ użati fil-prodotti tal-Elettronika tal-Konsumatur huma fornuti b’kodiċi speċifiċi ta’ firmware addattati skont l-iskop speċifiku tal-applikazzjoni.

2.   Swieq differenti tal-HDDs skont il-fattur tal-għamla u l-użu finali

(21)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni żvelat li ma teżisti ebda sostitwibbiltà mil-lat tad-domanda fl-HDDs kollha billi d-diversi applikazzjonijiet tal-użu finali fejn l-HDDs huma l-biċċa l-kbira inkorporati jiddeterminaw il-ħtiġijiet tekniċi tal-HDDs (il-wisa’, l-interfaċċja, il-veloċità tar-rotazzjoni (rpm) u l-fattur tal-għamla). B’żieda ma’ dan, fi ħdan l-istess applikazzjoni tal-użu finali HDDs b’fatturi differenti tal-għamla (jiġifieri ta’ 3,5″ u 2,5″) ma jistgħux jinbidlu min-naħa tal-konsumatur.

(22)

L-HDDs użati f’applikazzjonijiet differenti tal-użu finali huma soġġetti wkoll għal dinamiki industrijali differenti u mudelli differenti tal-katina ta’ provvista. L-investigazzjoni tal-Kummissjoni indikat ukoll li m’hemmx biżżejjed sostitwibbiltà mil-lat tal-provvista fit-tipi kollha tal-HDDs f’termini ta’ effettività u immedjatezza. Fin-nuqqas ta’ tali sostitwibbiltà mil-lat tal-provvista, is-suq ma jistax jiġi mfisser f’mod aktar wiesa’.

(23)

Il-Kummissjoni fissret dawn is-swieq tal-prodott rilevanti li ġejjin: (i) L-HDDs ta’ Missjoni Kritika għall-Intrapriża (4), (ii) L-HDDs Kritiċi fin-Negozju għall-Intrapriża 3,5″, (iii) L-HDDs għall-Kompjuters Desktop 3,5″, (iv) L-HDDs għall-Elettronika tal-Konsumatur (“CE”) 3,5″ (v) L-HDDs Mobbli 2,5″ u (vi) L-HDDs għall-Elettronika tal-Konsumatur 2,5″.

(24)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni u d-deċiżjonijiet preċedenti indikaw li s-swieq tal-HDDs kollha huma ta’ dimensjoni mondjali.

3.   XHDDs

(25)

Hard Disk Drives esterni (XHDDs) jippermettu lill-utenti tal-kompjuters personali li jżidu l-ispazju għall-ħżin tas-sistemi tal-Kompjuters Personalizzati tagħhom, tan-netwerks fid-dar u dawk żgħar fl-uffiċju tagħhom, jew tal-apparat għall-elettronika tal-konsumatur tagħhom. Dawn il-hard disk drives jipprovdu soluzzjonijiet awtonomi għall-ħżin. L-XHDDs jużaw l-HDDs bħala inputs. B’kuntrast mal-HDDs interni, l-XHDDs jinbiegħu bħala prodotti lesti fis-suq ħieles u sostanzjalment jimmiraw lejn konsumaturi differenti, l-aktar utenti finali tal-Kompjuters Personalizzati u tal-apparat għall-elettronika tal-konsumatur b’kuntrast mal-manifatturi ta’ tagħmir oriġinali (OEMs). Il-biċċa l-kbira tal-XHDDs jirrappreżentaw negozju tal-prodotti bil-marka tad-ditta.

(26)

Il-Kummissjoni tqis li l-XHDDs jikkostitwixxu suq tal-prodott separat downstream minn dak tal-HDDs. Barra minn hekk il-Kummissjoni tqis li s-suq tal-XHDDs huwa attwalment reġjonali u għalhekk għandu jiġi valutat fil-livell taż-ŻEE kollha, billi l-konsumaturi kif ukoll it-taħlita tal-konsumaturi tvarja b’mod sinifikanti bejn reġjuni differenti tad-dinja. Bl-istess mod, l-identità u n-numru tal-fornituri tal-XHDDs ivarjaw tul ir-reġjuni differenti fid-dinja.

C.   Evalwazzjoni kompetittiva

Effetti li mhumiex ikkordinati

(27)

WD bħalissa hija l-akbar fornitur tal-HDD f'termini ta' volum, u t-tieni mill-qrib wara Seagate f'termini ta' dħul. Hija l-akbar fornitur fis-swieq sinifikanti għal HDDs għall-Kompjuters Desktop 3,5″, ([40-50]* % sehem mis-suq tad-dħul) u HDDs Mobbli 2,5″ ([30-40]* % sehem mis-suq tad-dħul), hija l-akbar fornitur fis-suq għal HDDs għall-Elettronika tal-Konsumatur 3,5″ ([40-50]* % sehem mis-suq tad-dħul), u t-tieni l-ikbar fis-suq għal HDDs Kritiċi fin-Negozju 3,5″ ([30-40]* % sehem mis-suq fid-dħul).

(28)

Skont it-tranżazzjoni proposta, WD issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha ta’ tmexxija biex issir bil-wisq l-akbar fornitur tal-HDD fis-swieq kollha tal-HDD ħlief fis-suq għal HDDs ta’ Missjoni Kritika għan-Negozju fejn WD daħlet biss riċentament. L-attivitajiet ta' WD u HGST jikkoinċidu fis-swieq tal-HDD kollha, u t-tranżazzjoni proposta ġeneralment tirriżulta f’żidiet sinifikanti għall-ishma tas-suq attwali ta' WD.

(29)

Il-Kummissjoni vvalutat l-effetti kompetittivi tat-tranżazzjoni proposta fuq kull wieħed mis-swieq relevanti.

(30)

F'konformità mar-regola tal-prijorità msemmija hawn fuq, il-kontrafattwali relevanti hija li qabel l-amalgamazzjoni, Seagate/Samsung, WD, HGST u Toshiba jibqgħu bħala kompetituri tal-HDD fis-swieq diversi ta' 2,5″ u ta' 3,5″ Kritiċi għan-Negozju u WD, Seagate/Samsung u HGST jibqgħu bħala kompetituri fis-swieq ta' Kompjuters Desktop 3,5″ u Elettronika tal-Konsumatur 3,5″.

(31)

L-istruttura tas-suq u d-dinamiki kompetittivi jvarjaw għal kull wieħed mis-swieq rilevanti tal-HDDs. Xorta waħda hemm numru ta’ fatturi rilevanti għall-istima kompetittiva tal-Kummissjoni għal kull wieħed minn dawn is-swieq, kif spjegat hawn taħt.

(32)

Il-Kummissjoni tqis li l-prodotti fis-swieq tal-HDD għandhom fatturi tal-prodotti differenzjati aktar milli prodotti purament ta’ komodità. L-investigazzjoni tal-Kummissjoni tabilħaqq ikkonfermat li t-teknoloġija u l-innovazzjoni huma importanti, u li fatturi bħal prestazzjoni (rotazzjoni, veloċità tat-tiftix), il-kwalità tal-prodott u l-affidabbiltà, l-istorbju u l-konsum tal-enerġija tal-HHDs huma fatturi importanti meta klijenti tal-OEM jiddeċiedu liema waħda jixtru. Fatturi ewlenin li jmexxu l-kompetizzjoni bejn fornituri tal-HDD differenti huma wkoll il-kapaċità tal-fornituri tal-HDD li jeżegwixxu l-pjanijiet tagħhom tajjeb u li jdaħħlu prodotti ta' kwalità għolja fis-suq fil-ħin u b’mod kost-effettiv.

(33)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni indikat li l-prattika tal-multisourcing hija importanti ħafna għall-konsumaturi tal-HDDs minħabba raġunijiet ta’ sigurtà tal-provvista kif ukoll biex wieħed jibbenifika mill-provvista bi prezzijiet kompetittivi. Barra dan, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni żvelat li mill-anqas tliet fornituri kwalifikati u affidabbli huma meħtieġa għal politika effettiva ta’ multisourcing. Minn dan isegwi li l-kapaċità tal-klijenti tal-HDD li jibdlu l-fornituri u li jallokaw mill-ġdid ishma tax-xiri jkunu ferm limitati f'xenarju ta' żewġ fornituri.

(34)

Il-kompetituri għandhom kapaċitajiet u strateġiji differenti. Għall-iskop tal-analiżi tal-qrubija tal-kompetizzjoni bejn WD u HGST u l-forza tal-kompetittiva ta' HGST, il-Kummissjoni vvalutat is-saħħiet kompetittivi ta' kull waħda mill-kompetituri tal-HDD fuq il-bażi ta' riferiment varji identifikati mill-eżekuttivi ewlenin tal-Parti Notifikanti, kif ukoll mill-klijenti tal-HDD, li speċifikament huma, varjetà tal-prodott, id-disponibilità tal-prodotti u l-eżekuzzjoni tal-pjanijiet tal-prodott, il-kwalità tal-prodott, it-teknoloġija u l-kost-effettività/prezz.

(35)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni indikat li hemm barrieri sinifikanti għad-dħul u li m'hemm ebda dħul probabbli, f’waqtu u suffiċjenti f'xi wieħed mis-swieq tal-HDD rilevanti, la minn parteċipant ġdid fl-industrija tal-HDD u lanqas minn fornitur tal-HDD li fil-preżenti mhuwiex diġà f'suq tal-HDD speċifiku (bħad-dħul possibbli minn Toshiba f'HDD għall-Kompjuters tad-Desktop 3,5″ jew is-Swieq tal-Elettonika tal-Konsumatur 3,5″ kif spjegat aktar ’l isfel).

1.   Is-suq globali għal HDDs 3,5″ għal Kompjuters Desktop

(36)

WD diġà hija waħda mill-fornituri ewlenin tas-suq tad-Desktop 3,5″ b'sehem tas-suq ta' [40-50]* %. Is-sehem tas-suq ta' HGST huwa [10-20]* % u għalhekk huwa insinifikanti. It-tranżazzjoni proposta se tnaqqas in-numru ta' kompetituri fis-suq tad-Desktop HHD 3,5″ minn tlieta għal tnejn. Wara l-amalgamazzjoni, l-Entità Amalgamata jkollha l-ogħla seħem tas-suq bil-valur ta' ([50-60]* %). In-nofs l-ieħor tas-suq ikun ikkontrollat minn Seagate/Samsung, b'sehem tas-suq ta' [40-50]* %. Billi Toshiba mhix preżenti f'dan is-suq, ma jkunx hemm fornitur ieħor alternattiv għall-klijenti ħlief l-Entità Amalgamata u Seagate/Samsung.

(37)

Għalkemm il-Parti Notifikanti tasserixxi li l-OEMs jirriallokaw ix-xiri tal-ishma bejn il-fornituri tal-HDD kemm-il darba t-tranżazzjoni proposta tiġi implimentata, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni proposta hija differenti mill-konċentrazzjonijiet preċedenti fl-industrija tal-HDD. F'dawk il-każijiet preċedenti, il-Kummissjoni aċċettat li l-“Effett Conner” jista' jtaffi l-effetti tal-konċentrazzjonijiet bejn iż-żewġ kompetituri tal-HDD, peress li l-klijenti kienu kapaċi li jċaqalqu x-xiri tal-ishma u fl-aħħar mill-aħħar iżommu n-numru totali tagħhom ta' fornituri HDD kostanti (5).

(38)

Diversi sorsi ta' evidenza jikkonfermaw li l-multi-sourcing tal-fornimenti tal-HDD huwa prevalenti fis-suq tad-Desktop 3,5″. Kuntrarju għad-dikjarazzjoni tal-Parti Notifikati, anke f'xenarju ta' żewġ fornituri, il-parti l-kbira tal-OEMs jikkonfermaw li huma ma jkunux lesti li jallokaw ishma tax-xiri għolja ħafna lil fornitur wieħed tal-HDD. Dan ifisser li f'xenarju ta' żewġ fornituri, permezz tal-kostruzzjoni, is-sehem allokat lill-offerent l-aktar kompetittiv ma jistax ikun b’mod drammatiku akbar mis-sehem allokat lil offerent l-inqas kompetittiv.

(39)

Minkejja t-talba tal-Parti Notifikanti li WD/HGST u Seagate jkomplu jikkompetu b'mod intensiv għall-ogħla sehem tax-xiri ta' kull klijent HDD minkejja l-impatt tat-tneħħija ta' HGST, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li t-tranżazzjoni proposta setgħet tat lok għal effett ta' prezz negattiv. Il-Kummissjoni tqis li l-evidenza dwar “l-aħjar rispons” ta' fornituri tal-HDD meta ffaċċjati bejn l-għażla li jikkompetu b’mod aggressiv għall-ogħla sehem tax-xiri jew inqas intensament għal sehem inqas, ma tipprovdi l-ebda indikazzjonijiet dwar l-effett li t-tneħħija tat-tielet kompetitur ikollha fuq il-kompetizzjoni bejn iż-żewġ kompetituri li jifdal. L-istess jgħodd għall-argument li wara l-amalgamazzjoni, WD/HGST u Seagate/Samsung dejjem ikollhom l-inċentiv biex inaqqsu l-prezzijiet u jżidu l-produzzjoni.

(40)

Għas-suq tal-HDD għad-Desktop 3,5″ b'żewġ fornituri biss, għax il-klijenti jeħtiġilhom multisource, l-offerent li jiġi t-tieni ma jkollux domanda ta' żero, imma għall-kuntrarju, jkollu waħda sinifikanti. F'din il-perspettiva, il-preżenza ta’ kompetitur terz x'aktarx li toħloq limitu kompetittiv sinifikanti fuq WD. Din is-sejba hija aktar valida minħabba li HGST kienet limitu kompetittiv importanti fis-suq tal-HDD għad-Desktop 3,5″ kif muri minn (i) id-dejta tal-offerti, (ii) il-preżenza ta' HGST f'OEMs kbar u (iii) dokumenti interni u stqarrijiet pubbliċi ta' WD HGST u Seagate. L-opinjonijiet li l-klijenti tas-suq tad-Desktop 3,5″ esprimew matul il-kors tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni jikkonfermaw li t-tranżazzjoni proposta x'aktarx li tneħħi restrizzjoni importanti tal-kompetittività mis-suq tad-Desktop 3,5″ u li jkollha effett negattiv fuq il-prezz.

(41)

Mhuwiex probabbli li Seagate jkollha l-kapaċità u l-inċentiv biex iżżid il-provvista tagħha sabiex jiġu kkumpensati xi żidiet fil-prezz mill-Entità Amalgamata.

(42)

Il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni proposta żżid serjament id-diffikultajiet li OEMs kbar jiffaċċjaw biex jibdlu l-fornituri tal-HDD tagħhom. Għalhekk, is-saħħa tan-negozjar tal-OEMs se tiġi affettwata b'mod negattiv mit-tranżazzjoni proposta u l-klijenti ma jkollhomx biżżejjed poter kompensatorju biex jirribattu għaż-żieda fil-qawwa tas-suq miġjuba mit-tranżazzjoni proposta. L-evidenza mill-Partijiet tikkonferma li l-impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva li x'aktarx isseħħ fir-rigward ta' OEMs kbar, tapplika bl-istess qawwa jew anke b'qawwa akbar għal distributuri u OEMs iżgħar, li fil-biċċa l-kbira jixtru HDDs mill-kanal ta' distribuzzjoni, kif ukoll il-fornituri tal-XHDD li jbiegħu l-HDD tagħhom fis-suq tad-Desktop 3,5″.

(43)

Il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li d-dħul minn Toshiba fis-suq tad-Desktops 3,5″ se jseħħ u se jkun suffiċjenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li filwaqt li d-dħul minn Toshiba jista' jseħħ fi żmien sentejn normalment previsti mil-Linjigwida dwar l-Amalgamazzjonijiet Orizzontali, mhux ċert jekk tali dħul għandux ikun f'waqtu minħabba ċ-ċikli tal-ħajja qosra tal-prodott fis-suq tad-Desktops 3,5″. Il-Kummissjoni tikkonkludi li ma jeżistix dħul probabbli, f’waqtu u suffiċjenti minn kompetitur ġdid tal-HDD biex ipatti għall-effetti x'aktarx kontra l-kompetizzjoni tat-tranżizzjoni proposta.

(44)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tranżazzjoni proposta x'aktarx ser tirriżulta f'impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fis-suq globali għal kompjuters Desktop HHDs 3,5″.

2.   Is-suq globali għal CE HDDs 3,5

(45)

WD attwalment hija t-tieni l-akbar attur fis-suq b'sehem tas-suq ta' [40-50]* %. L-entità amalgamata WD/HGT tkun il-mexxej tas-suq li jkollha sehem fis-suq ta' [50-60]* %. Iż-żieda mis-sehem tas-suq miġjuba mit-tranżazzjoni proposta tkun ta' [10-20]* % u għalhekk sinifikanti. Wara l-amalgamazzjoni, l-Entità Amalgamata ser taffaċċja kompetitur wieħed biss, Seagate/Samsung, b'sehem tas-suq simili ([40-50]* %).

(46)

Il-fatt li xi klijenti tas-CE 3,5″ jitolbu offerti minn żewġ sorsi ta' provvista biss għal ċerti prodotti HDD ma timminax l-importanza kbira assoċjata man-numru ta' fornituri disponibbli fis-suq għal skopijiet ta' negozjar minħabba li dan jista' jkollu impatt fuq l-abbiltà tal-OEMs li jassiguraw volumi suffiċjenti tal-provvista bi prezzijiet kompetittivi. Prattikament is-CE OEMs kollha jikkonfermaw li huma jużaw il-preżenza fis-suq ta’ sorsi alternattivi tal-provvista biex jinkisbu prezzijiet aħjar minn dawk tal-fornituri tal-HDD li ġew mistiedna biex jagħmlu offerta.

(47)

WD u HGST jappartjenu għall-istess grupp ta' fornituri tal-HDD, u HGST hija għalhekk kompetitur qrib għal WD u ġeneralment forza kompetittiva importanti fis-suq 3,5″ CE.

(48)

Wara l-amalgamazzjoni ma jkunx hemm biżżejjed qawwa kompensatorja tax-xerrej, peress li l-konsumaturi mhumiex f'pożizzjoni li jpattu għall-effetti antikompetittivi probabbli tat-tranżizzjoni proposta.

(49)

Il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li d-dħul minn Toshiba fis-suq tal-HDDs CE 3,5″ se jseħħ u se jkun suffiċjenti.

(50)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tranżazzjoni proposta x'aktarx ser tirriżulta f'impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fis-suq globali għal kompjuters HHDs CE 3,5″.

3.   Is-suq globali għal HDDs tal-Intrapriżi Kritiċi fin-Negozju 3,5

(51)

Attwalment hemm erba’ fornituri fis-suq għal HDDs tal-Intrapriżi Kritiċi fin-Negozju 3,5″ Seagate/Samsung, WD, HGST u Toshiba. WD attwalment hija t-tieni l-akbar attur fis-suq b'sehem tas-suq ta' [30-40]* %. HGST hija t-tielet l-akbar attur tas-suq. L-entità amalgamata WD/HGST tkun il-mexxej tas-suq u jkollha sehem fis-suq ta' aktar minn [50-60]* %, b’żieda sinifikanti ta’ [20-30]* %.

(52)

Il-qawwiet kompetittivi ta' WD u HGST huma kumplementari f'numru ta' parametri importanti tal-kompetizzjoni, bħal portafoll tal-prodotti u l-flessibilità tal-provvista.

(53)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni indikat li t-tneħħija ta' HGST bħala sors importanti tal-provvista fis-suq tal-3,5″ Kritiku għan-Negozju x’aktarx ikollha effett detrimentali fuq l-abbiltà tal-klijenti li jiżguraw prezzijiet kompetittivi f'dak is-suq meta jiksbu l-provvisti tagħhom. Kuntrarju għall-opinjoni tal-Parti Notifikanti, is-sempliċi fatt li xi klijenti jużaw biss żewġ sorsi ta' provvista għal ċerti prodotti ma jdgħajjifx l-importanza kbira assoċjata man-numru disponibbli ta’ fornituri fis-suq għal skopijiet ta' negozjar billi dan jista' jkollu impatt fuq l-abbiltà tal-OEMs biex jiżguraw volumi suffiċjenti tal-provvista bi prezzijiet kompetittivi.

(54)

L-investigazzjoni mill-Kummissjoni wriet li t-tranżazzjoni proposta tneħħi r-restrizzjoni kompetittiva attwalment eżerċitata minn HGST bħala t-tielet l-aqwa attur fis-suq u attur importanti f’termini ta’ kwalità u innovazzjoni.

(55)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni indikat li Toshiba attwalment ma teżerċitax influwenza biżżejjed fis-suq Kritiku għan-Negozju 3,5″ biex tiskoraġġixxi jew tegħleb il-qawwa tas-suq miżjuda tal-Entità Amalgamata wara t-tranżazzjoni. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ċara li Toshiba aktarx tiżviluppa restrizzjoni kompetittiva suffiċjenti b'mod biżżejjed mgħaġġel u sostnut.

(56)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tranżazzjoni proposta x'aktarx ser tirriżulta f'impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fis-suq globali għal HHDs għall-Intrapriżi Kritiċi għan-Negozju 3,5″.

4.   Is-suq globali għal HDDs Mobbli 2,5

(57)

It-tranżazzjoni proposta għandha tnaqqas in-numru ta' fornituri ta' HDDs Mobbli 2,5″ minn erbgħa għal tlieta. Wara l-amalgamazzjoni, WD/HGST jkollha [40-50]* % sehem mis-suq (WD [30-40]* %; HGST [10-20]* %) u tkun qed taffaċċja lil Seagate/Samsung ([30-40]* %), kif ukoll kompetitur wieħed ieħor Toshiba ([10-20]* %).

(58)

It-tranżazzjoni proposta ma jkollhiex impatt fuq l-abbiltà tal-klijenti li jixtru m'għand diversi sorsi u li jibdlu l-fornitur fis-suq tal-Mobbli 2,5″ fejn il-klijenti se jkunu jistgħu jixtru mingħand Seagate/Samsung kif ukoll mingħand Toshiba. Jista’ jkun mistenni li Toshiba se tiggwadanja ishma fis-suq tal-HDD Mobbli 2,5″ billi maġġoranza tal-OEMs li jixtru HDDs Mobbli 2,5″ iddikjaraw li ser “jirriallokaw” l-ishma tax-xiri tal-HDD wara t-tranżazzjoni.

(59)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tranżazzjoni proposta x'aktarx mhux ser tirriżulta f'impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fis-suq globali għal HHDs Mobbli 2,5″.

5.   Is-suq globali għal HDDs CE 2,5

(60)

It-tranżazzjoni proposta tnaqqas in-numru ta' fornituri tal-HDDs CE 2,5″ minn erbgħa għal tlieta. Attwalment HGST hija l-fornitur fit-tieni post, wara Toshiba, fis-suq ta' 2,5″ CE b'sehem mis-suq ta' [30-40]* % f’valur. It-tranżazzjoni proposta se tirriżulta biss f’żieda żgħira ta' [0-5]* % fis-sehem tas-suq, minħabba l-preżenza fis-suq limitata ta' WD. Barra minn hekk, wara l-amalgamazzjoni, l-Entità Amalgamata ser tkompli tħabbat wiċċha mal-kompetizzjoni minn Toshiba u Seagate/Samsung, żewġ fornituri b'saħħithom li se jkollhom sehem mis-suq ta' [40-50]* % u [10-20]* % rispettivament.

(61)

It-tranżazzjoni proposta ma jkollhiex impatt fuq l-abbiltà tal-klijenti li jixtru m'għand diversi sorsi u li jibdlu l-fornitur fis-suq CE 2,5″ fejn il-klijenti se jkunu jistgħu jixtru HDDs mingħand Toshiba u Seagate/Samsung.

(62)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tranżazzjoni proposta x'aktarx mhux ser tirriżulta f'impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fis-suq globali għal HHDs CE 2,5″.

6.   Is-suq globali għal HDDs b'Missjoni Kritika għall-Intrapriżi

(63)

It-tranżazzjoni proposta se tirriżulta biss f’żieda negliġibbli ([0-5]* %) għas-sehem mis-suq ta' dak li bħalissa huwa t-tieni attur fis-suq, HGST ([20-30]* %). WD u HGST mhumiex kompetituri mill-qrib peress li dan tal-aħħar huwa t-tieni attur stabbilit sew wara Seagate/Samsung ([60-70]* %) filwaqt li WD hija attur żgħir li daħlet f'dan is-suq xi ftit snin ilu iżda ltaqgħet ma' diffikultajiet sabiex tikseb sehem sinifikanti mis-suq. Għalhekk, l-operazzjoni proposta mhux se jkollha impatt materjali fuq l-istruttura kompetittiva fis-suq globali għal HDDs b'Missjoni Kritika għall-Intrapriżi.

(64)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tranżazzjoni proposta x'aktarx mhux ser tirriżulta f'impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fis-suq globali għal HDDs b'Missjoni Kritika għall-Intrapriżi.

7.   Is-suq madwar iż-ŻEE għal XHDDs

(65)

Is-suq tal-XHDDs qed jikber b’rata aktar mgħaġġla minn swieq għal HDDs interni. Mil-lat tal-provvista, is-suq tal-XHDDs jidher li huwa anqas konċentrat mis-swieq tal-HDDs. B’żieda mal-produtturi tal-HDDs, hemm fornituri alternattivi tal-XHDDs li mhumiex integrati b’mod vertikali upstream fil-manifatturar tal-HDDs.

(66)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni indikat li WD hija l-akbar parteċipant fis-suq ([30-40]* %) u wara l-akkwist ta' HGST ([0-5]* %), l-uniċi kompetituri oħra ta' XHDD integrati jkunu Seagate/Samsung ([10-20]* %) u Toshiba (madwar 2 % biss). Il-kompetituri mhux integrati huma Iomega ([10-20]* %), LaCie ([5-10]* %), Verbatim/Freecom ([5-10]* %), Trekstor ([5-10]* %) u Buffalo ([0-5]* %).

(67)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li, l-ewwel nett, WD diġà hija l-attur ewlieni fl-XHDD fis-suq XHDD taż-ŻEE u l-akkwist ta' HGST ikompli jikkonsolida l-pożizzjoni ewlenija attwali tagħha. It-tieni, l-ishma tas-suq u ż-żieda jistgħu jissottovalutaw il-qawwa tas-suq tal-Entità Amalgamata u r-restrizzjoni kompetittiva eżerċitata minn HGST fuq WD. Is-suq XHDD għandu jiġi vvalutat f'perspettiva dinamika għaliex id-dħul tal-manifatturi fis-suq tal-XHDD attwalment qed jibdel b'rata mgħaġġla x-xenarju kompetittiv, u jirrifletti b'mod aktar mill-qrib is-swieq HDD upstream. It-tielet, HGST hija kompetitur mill-qrib ta’ WD. Ir-raba', l-investigazzjoni tal-Kummissjoni indikat ukoll li t-tranżazzjoni proposta tista’ żżid il-kapaċità u l-inċentiv ta' WD biex tgħolli l-ispejjeż tar-rivali mhux integrati tagħha fis-suq taż-ŻEE XHDD downstream. Fl-aħħar nett, ma hemmx fatturi kompensatorji bħal ostakli baxxi għad-dħul jew il-poter tax-xerrejja li jtaffu b’mod sinifikanti ir-restrizzjoni kompetittiva mneħħija mit-tranżazzjoni proposta.

8.   Konklużjoni

(68)

Il-Kummissjoni tinnota li l-impenji li l-Parti Notifikanti offriet li tneħħi t-tħassib unilaterali upstream fis-swieq HDD 3,5″ ikun jipprekludi xi impediment sinifikattiv għall-kompetizzjoni effettiva milli jinħoloq downstream fis-suq XHDD taż-ŻEE. B'mod partikolari, dawn l-impenji ser jippermettu l-ħolqien ta' kompetitur ġdid, vijabbli u effettiv fuq dawk is-swieq upstream tal-HDD 3,5″.

(69)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tranżazzjoni proposta, kif emendata permezz tal-impenji offruti mill-Parti Notifikanti, x’aktarx ma twassalx għal tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva li toħroġ minn effetti mhux koordinati fis-suq madwar iż-ŻEE għal XHDDs.

(70)

Fid-dawl tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tranżazzjoni proposta x'aktarx ser tirriżulta f'impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq li ġejjin: (i) is-suq dinji tal-HDD Desktop 3,5″; (ii) is-suq dinji HDD CE 3,5″; (iii) is-suq dinji HDD b’Missjoni Kritika għall-Intrapriża 3,5″; u (iv) is-suq madwar iż-ŻEE għall-XHDD.

Effetti kkoordinati

(71)

Fis-swieq dinjija għal HDDs Desktop 3,5″ u HDDs CE 3,5″, żewġ kompetituri biss jibqgħu wara t-tranżazzjoni. Minħabba d-dħul riċenti ta' Toshiba, hemm kompetitur terz potenzjali fis-suq ta’ HDDs b’Missjoni Kritika għall-Intrapriża 3,5″ għalkemm għad trid tikseb sehem mis-suq. Il-kumpaniji jistgħu jsibuha aktar faċli biex jilħqu ftehim komuni fuq it-termini tal-kordinazzjoni jekk huma relattivament simmetriċi, inkluż f’termini ta’ ishma tas-suq. Madankollu, għadd ta' elementi jidhru li jikkumplikaw li jintlaħaq ftehim dwar it-termini tal-koordinazzjoni b’mod sostenibbli f’dawn is-swieq. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kollużjoni fuq il-prezz, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni indikat li s-suq huwa kkaratterizzat minn offerti mhux trasparenti.

(72)

Fir-rigward ta’ kollużjoni taċita potenzjali fuq il-produzzjoni (eż. fuq kull sehem tal-fornitur tas-Suq Disponibbli Totali (TAM)) kull tliet xhur, jidher li l-koordinazzjoni fuq livell aggregat (bħal fil-livell ta' kull suq tal-prodott), tista' potenzjalment tiġi distabbilizzata minħabba effetti tat-taħlita tal-prodott. Kull kumpanija tkun tixtieq tikseb is-sehem tagħha bi prodotti b’marġini għoli fi ħdan is-sehem allokat tat-TAM. Koordinazzjoni effettiva u sostenibbli għalhekk teħtieġ kollużjoni fil-livell tal-prodotti u mill-inqas fuq bażi ta’ kull tliet xhur (minħabba li n-negozjati tal-prezz mal-klijenti ġeneralment iseħħu fuq mill-inqas bażi trimestrali). L-għadd kbir ta' prodotti f'suq partikolari, kif ukoll il-frekwenza ta’ negozjati fil-prezz mal-klijenti għalhekk tagħmilha anqas probabbli li jiġi implimentat proċess li bih jintlaħqu t-termini tal-kordinazzjoni.

(73)

F'kull każ, wara r-rimedji offruti mill-Parti Notifikanti, ix-xerrej futur jidħol fis-swieq kollha li fihom ikun fadal biss żewġ fornituri tal-HDDs. Huwa probabbli li x-xerrej – b'ishma tas-suq komparattivament baxxi f'dawn is-swieq – ikollu inċentivi qawwija li ma jipparteċipax fi kwalunkwe koordinazzjoni li tipprova tippreżerva l-istatus quo, jew li tiddevja mit-termini tal-kordinazzjoni.

(74)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tranżazzjoni proposta m'għandiex tirriżulta fi tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva li toħroġ minn effetti koordinati fis-swieq rilevanti.

Relazzjonijiet vertikali

(75)

It-tranżazzjoni proposta tiġbor flimkien żewġ kumpanniji li huma diġà integrati vertikalment upstream fil-produzzjoni ta' heads u media użati fil-manifattura ta’ HHDs. Iż-żewġ Partijiet ukoll jixtru parti mir-rekwiżiti tal-heads u l-media tagħhom esternament, minn manifatturi indipendenti preżenti fis-suq kummerċjali. Il-limitu ta' dan l-użu ta' sorsi esterni ta' heads u media huwa differenti bejn WD u HGST.

(76)

Il-Kummissjoni evalwat jekk it-tranżazzjoni proposta twassalx għal riskju ta' esklużjoni tal-klijent għad-detriment ta’ fornituri tal-heads u media u l-impatt possibbli li jirriżulta fuq il-kapaċità ta’ Toshiba li tixtri komponenti kompetittivi u fl-aħħar mill-aħħar il-kapaċità tagħha li tikkompeti fis-swieq tal-HDD.

(77)

Id-dejta provduta mill-partijiet flimkien mar-riżultati tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li filwaqt li l-Entità Amalgamata jista' jkollha ċertu kapaċità li teskludi fornituri ta’ komponenti indipendenti mhux se jkollha l-inċentiv li tagħmel dan u f'kull każ, kull tentattiv ta' esklużjoni ma jkollu l-ebda effett fuq fornituri tal-komponenti indipendenti u b'konsegwenza ta' dan fuq is-swieq HDD downstream.

(78)

Fid-dawl tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tranżazzjoni proposta x'aktarx mhux se tirriżulta f'impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva li tkun ġejja minn esklużjoni tal-konsumatur.

Effiċjenzi

(79)

Fuq il-bażi tal-evidenza mibgħuta mill-Parti Notifikanti, il-Kummissjoni mhix f’pożizzjoni li tikkonkludi li l-effiċjenzi ġġenerati permezz tat-tranżazzjoni proposta huma probabbli li jżidu l-kapaċità u l-inċentiv tal-Entità Amalgamata biex taġixxi favur il-kompetizzjoni għall-benefiċċju tal-konsumaturi, u b'hekk jingħelbu l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni li t-tranżazzjoni proposta x’aktarx ikollha. Għaldaqstant, il-Kummissjoni mhix f’pożizzjoni li tikkonkludi li t-tranżazzjoni proposta hija kompatibbli mas-suq intern bħala riżultat tal-effiċjenzi li din iġġib magħha.

D.   Rimedji

(80)

Il-Parti Notifikanti offriet impenji fit-3 ta’ Ottubru 2011. Ir-rimedji proposti essenzjalment kienu jikkonsistu f'linji tal-produzzjoni ta' qsim użati minn HGST biex jipproduċu HDDs Desktop, CE u Kritiċi għall-Intrapriżi 3,5″, flimkien ma' xi persunal u liċenzja għal drittijiet tal-IP. Il-Parti Notifikanti ssottomettiet impenji riveduti fl-10 ta’ Ottubru 2011.

(81)

L-impenji offruti mill-Parti Notifikanti fl-10 ta’ Ottubru 2011 kienu jikkonsistu fit-tneħħija ta' negozju tal-HDD ta' HGST, inklużi l-assi tanġibbli u intanġibbli ewlenin li ġejjin:

(i)

Impjant ta' HGST fi […]* li jinkludu [20-30]* linji tal-produzzjoni kompletament konfigurati kapaċi jimmanifatturaw HDDs Desktop, CE u Kritiċi għall-Intrapriżi 3,5″, inkluż XHDDs.

(ii)

Disinji tal-prodott għal HDDs 3,5″ fi produzzjoni u prodotti li qegħdin jiġu żviluppati minn HGST;

(iii)

Uffiċċji tad-distribuzzjoni fl-Amerika, l-Asja u l-Ewropa;

(iv)

Trasferiment tad-drittijiet tal-IP użati minn Negozju Żvestit biss fil-manifattura ta’ HDDs 3,5″;

(v)

Liċenzja mhux esklussiva, perpetwa, kompletament ħielsa mir-royalty, u mħallsa kompletament għad-drittijiet tal-IP użati min-negozju żvestit għall-manifattura ta' HDDs 3,5″ u minn HGST għall-manifattura ta' HDDs;

(vi)

It-trasferiment tal-persunal tal-impjant, kif ukoll xi persunal ieħor tal-R&D u l-kummerċjalizzazzjoni;

(vii)

Ftehimiet ta' forniment wieħed jew aktar, li taħthom l-Entità Amalgamata tipprovdi komponenti tal-HDD […]* lin-Negozju Żvestit bil-prezzijiet tas-suq prevalenti għal perjodu sa tliet snin.

(82)

It-test tas-suq tar-rimedji mwettqa mill-Kummissjoni indika li għadd ta' titjib għar-rimedji kien meħtieġ u, l-aktar importanti, li klawżola ta' xerrej bil-quddiem u kriterji tax-xiri adatti aktar stretti kienu neċessarji sabiex tiġi żgurata l-effettività għar-rimedju propost ta' żvestiment.

(83)

Wara t-test tas-suq, fl-24 u s-27 ta' Ottubru, il-Parti Notifikanti ssottomettiet impenji mtejba li jindirizzaw l-aspetti kollha tal-impenji li kienu ġew identifikati bħala li jeħtieġu titjib, b'mod partikolari: (i) l-inklużjoni ta’ klawsola ta’ xerrej bil-quddiem u kriterji tax-xiri aktar stretti; (ii) l-inklużjoni ta' assi addizzjonali relatati ma’ HDDs 4- u 5-platter fl-ambitu tan-Negozju Żvestit; (iii) it-trasferiment ta' privattivi tax-Xerrej u ġeneralment drittijiet tal-IP aktar qawwija biex ikunu għad-dispożizzjoni tan-Negozju Żvestit; u (iv) l-provvediment għal termini kuntrattwali speċifiċi relatati mal-provvista ta' komponenti u t-twaqqif ta’ firewalls fi ħdan WD sabiex jiġi evitat li tikseb aċċess għal informazzjoni sensittiva kompetittivament tan-Negozju Żvestit.

(84)

Taħt il-klawżola ta' xerrej bil-quddiem, il-Parti Notifikanti timpenja ruħha li mhix se tagħlaq l-akkwist propost ta' HGST qabel ma tkun ikkonkludiet ftehim vinkolanti għall-bejgħ tan-Negozju Żvestit lil Xerrej xieraq li jkun approvat mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Parti Notifikanti inkludiet kriterji tax-xiri aktar stretti li skonthom ix-xerrej se jeħtieġ li (i) jkun impenjat sabiex tinżamm il-kompetittività tan-Negozju Żvestit inkluż l-iżvilupp tat-teknoloġija ta’ HDD 3,5″ f'kull wieħed mis-swieq ta’ tħassib; u (ii) jkollu esperjenza ppruvata u rekord kurrenti ta' innovatur fl-R&D fi ħdan l-industrija tal-HDD, u preferibbilment ħila ppruvata f'suq ġar ta' tħassib. Din id-dispożizzjoni flimkien ma' titjib fl-assi trasferiti u impenn akbar rigward il-provvista ta' komponenti jiżguraw il-vijabbiltà fit-tul u l-kompetittività tan-Negozju Żvestit.

(85)

L-impenji finali jipprovdu wkoll għal rwol rinfurzat tal-Fiduċjarju li jagħmel il-Monitoraġġ, għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-impenji.

(86)

L-impenji se jippermettu ż-żamma ta’ fornitur alternattiv vijabbli u kompetittiv terz fis-swieq globali għal HDDs Desktop, CE u Kritiċi għall-Intrapriżi 3,5″, sakemm in-negozju żvestit jinxtara minn xerrej xieraq. Wara t-tranżazzjoni l-Entità Amalgamata ser tkompli tħabbat wiċċha mal-kompetizzjoni minn Seagate/Samsung u n-Negozju Żvestit (is-suċċessur ta' HGST fis-swieq konċernati). Il-klijenti f'dawn is-swieq, inklużi fornituri XHDD mhux integrati, se jkomplu jaffaċċjaw numru suffiċjenti ta' fornituri alternattivi.

(87)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-impenji finali sottomessi mill-Parti Notifikanti huma biżżejjed biex jeliminaw it-tħassib tagħha rigward il-kompatibbiltà tat-tranżazzjoni proposta mas-suq intern.

IV.   KONKLUŻJONI

(88)

Għar-raġunijiet imsemmijin hawn fuq, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta mhijiex se xxekkel il-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f'xi parti sostanzjali minnu b'mod sinifikanti.

(89)

Bħala konsegwenza l-konċentrazzjoni għandha tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern u mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE, b’konformità mal-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  Każ COMP/M.6214 – Seagate/HDD Business of Samsung.

(3)  Id-drive bil-fattur tal-għamla ta’ 1,8″ mhux se jkun diskuss billi la WD u lanqas HGST ma jimmanifatturaw dan it-tip ta’ HDDs.

(4)  Għall iskop tad-deċiżjoni m’hemmx bżonn li ssir distinzjoni fl-HDDs ta’ Missjoni Kritika għall-Intrapriża skont il-fattur tal-għamla billi ma joħroġ l-ebda tħassib ta' kompetittività f'dan is-suq taħt kwalunkwe definizzjoni alternattiva ta' suq tal-prodott.

(5)  Ara, pereżempju, Każ COMP/M.5483 – Toshiba/Fujitsu HDD business.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

22.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/19


Opinjoni tar-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA u tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar il-Kumitat Konsultattiv dwar l-għaqdiet fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Novembru 2011 dwar abbozz ta' deċiżjoni rigward il-Każ COMP/M.6203 – Western Digital Ireland/Vivital Technologies

Relatur: L-Italja

2013/C 241/07

Konċentrazzjoni

1.

Ir-rappreżentant tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.

Ir-rappreżentant tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-UE fit-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Definizzjoni tas-suq

3.

Ir-rappreżentant tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu ma' kif il-Kummissjoni tiddefinixxi s-swieq tal-prodotti relevanti fl-abbozz tad-Deċiżjoni.

B’mod partikolari, dwar id-definizzjoni tas-suq tal-prodotti, ir-rappreżentant tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-Kummissjoni li l-impatt tat-tranżazzjoni proposta jrid jiġi evalwat skont is-swieq li ġejjin:

(a)

Is-suq għal HDDs tal-Intrapriżi għal Missjonijiet Kritiċi;

(b)

Is-suq għal HDDs 3,5″ Kritiċi fin-Negozju;

(c)

Is-suq għal HDDs 3,5″ għal Kompjuters Desktop;

(d)

Is-suq għal HDDs 3,5″ għall-Elettronika tal-Konsumatur (CE);

(e)

Is-suq għal HDDs 2,5″ Mobbli;

(f)

Is-suq għal HDDs 2,5″ CE; kif ukoll

(g)

Is-suq tal-ħardisks esterni (XHDD)

4.

Ir-rappreżentant tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mad-definizzjoni tas-suq ġeografiku għall-:

(a)

HDDs; kif ukoll

(b)

XHDDs.

Kontrofattwali

5.

Ir-rappreżentant tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-Kummissjoni li, għall-fini tal-valutazzjoni kompetittiva tat-tranżazzjoni proposta, l-approċċ l-aktar xieraq huwa li jiġi adottat il-prinċipju ta' prijorità (“min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”) fuq il-bażi tad-data tan-notifika u li t-tranżazzjoni proposta trid tiġi vvalutata filwaqt li titqies it-tranżazzjoni Seagate/Samsung li ġiet approvata bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2011 (Każ COMP/M.6214 – Seagate/HDD Business of Samsung).

Il-valutazzjoni tal-kompetizzjoni

Effetti mhux koordinati

6.

Ir-rappreżentant tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jabqlu mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta x'aktarx mhijiex se twassal għal effetti mhux koordinati li jfixklu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq globali tal-HDDs għal Missjonijiet Kritiċi, HDDs 2,5″ Mobbli u HDDs 3,5″ CE.

7.

Ir-rappreżentant tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta kif nnotifikata x'aktarx twassal għal tfixkil sinifikanti lill-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat tal-effetti mhux koordinati fis-swieq globali għal HDDs 3,5″ għal Kompjuters Desktop, HDDs 3,5″ CE u HDDs 3,5″ Kritiċi fin-Negozju.

8.

Ir-rappreżentant tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li minkejja li hemm indikazzjonijiet li t-tranżazzjoni proposta kif innotifikata tista' twassal għal tfixkil sinifikanti lill-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat tal-effetti mhux koordinati fis-suq tal-XHDD madwar iż-ŻEE, fid-dawl tar-rimedji li jneħħu t-tfixkil sinifikanti lill-kompetizzjoni effettiva fis-swieq globali aktar 'il fuq fil-katina ta' attivitajiet għal HDDs 3,5″ għal Kompjuters Desktop, HDDs 3,5″ CE u HDDs 3,5″ Kritiċi fin-Negozju, it-tranżazzjoni proposta xorta waħda ma għandhiex twassal għal tfixkil sinifikanti lill-kompetizzjoni effettiva fis-suq aktar 'l isfel fil-katina ta' attivitajiet tal-XHDD fiż-ŻEE kollha.

Effetti koordinati

9.

Ir-rappreżentant tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta x'aktarx mhijiex se twassal għal effetti koordinati li jfixklu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq globali tal-HDD u fis-suq tal-XHDD madwar iż-ŻEE.

Effetti vertikali

10.

Ir-rappreżentant tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jikkondividu l-konklużjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta x'aktarx mhijiex se tfixkel b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat tal-esklużjoni tal-manifatturi tal-komponenti (heads u media) minn biżżejjed klijentela li min-naħa tagħhom jimminaw l-abbiltà ta' Toshiba li tikkompeti fis-swieq tal-HDD.

Effiċjenzi

11.

Ir-rappreżentant tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-opinjoni tal-Kumissjoni li l-effiċjenzi allegati li nħolqu mit-tranżazzjoni proposta ma jippermettux lill-Kummissjoni li tiddikjara t-tranżazzjoni proposta, kif innotifikata, kompatibbli mas-suq intern meta mqabbla mas-swieq globali għal 3,5″ Kopjuters Desktop, CE 3,5″ u HDDs 3,5″ Kritiċi fin-Negozju u fis-suq tal-XHDDs fiż-ŻEE kollha.

Rimedji

12.

Ir-rappreżentant tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-opinjoni tal-Kummissjoni li l-pakkett ta' rimedji mressaq mill-Partijiet jindirizza bi sħiħ it-tħassib tal-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni dwar is-suq globali għal HDDs 3,5″ Kritiċi fin-Negozju, is-suq globali għal HDDs 3,5″ tal-Kompjuters Desktop, is-suq globali għal CE HDDs 3,5″ u s-suq tal-XHDDs fiż-ŻEE kollha.

Konklużjoni

13.

Ir-rappreżentant tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li, bil-kundizzjoni ta' konformità sħiħa mal-impenji offerti mill-Partijiet, it-tranżazzjoni proposta x’aktarx ma tfixklix b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f'parti sostanzjali minnu.

14.

Ir-rappreżentant tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni nnotifikata trid tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mat-tħaddim tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Silje THORSTENSEN


Is-Segretarjat tal-EFTA

22.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/22


Pubblikazzjoni tan-notifika tal-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni Norveġiż li jagħti kuntratt dirett ta’ servizz pubbliku skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70

2013/C 241/08

1.   L-isem u indirizz tal-entità kontraenti:

Il-Ministeru Norveġiż tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet

Dipartiment tat-Trasport Pubbliku u l-Ferrovija

Kaxxa tal-Uffiċċju Postali 8010 Dep

0030 Oslo

NORWAY

Hedmark fylkeskommune

PO Box 4404

2325 Hamar

NORWAY

2.   It-tul ta' żmien tal-kuntratt ta' servizz pubbliku:

Il-ftehim ikopri perjodu ta’ sitt (6) snin li jibda minn T13 sa, u inkluż, T18. Kull parti jkollha l-opzjoni li tħassar il-ftehim bl-għan li tibda negozjati; dan il-proċess għandu jibda mhux iktar tard minn tmintax-il (18) xahar qabel T16, jiġifieri Ġunju 2014.

3.   Id-deskrizzjoni tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri li għandhom isiru:

Servizz internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija Kongsvinger-Charlottenberg bi tliet vjaġġi bir-ritorn kuljum maqsuma b’mod ugwali fuq filgħodu, nofsinhar u filgħaxija.

4.   Id-deskrizzjoni tal-parametri tal-kumpens finanzjarju:

Il-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni Norveġiż u Hedmark fylkeskommune qegħdin jikkofinanzjaw il-ftehim b’SEK 1 747 000, VAT eskluża, għall-ewwel perjodu ta’ tliet snin (T13-T15). Il-Ministeru Norveġiż tat-Trasport u l-Komunikazzjoni għandu jħallas SEK 407 000 u Hedmark fylkeskommmune SEK 1 340 000.

5.   Il-miri ta' kwalità, bħal ma huma l-puntwalità u l-affidabilità u premjijiet u penali applikabbli:

Ir-rapport għandu bħala minimu jinkludi l-parametri li ġejjin: km tal-ferrovija Kongsvinger-Charlottenberg, postijiet-km Kongsvinger-Charlottenberg, introjtu għal kull passiġġier-km Kongsvinger-Carlottenberg, in-numru ta’ vjaġġaturi Kongsvinger-Charlottenberg, km tal-ferrovija miftiehma, u km attwali koperti.

6.   Il-kundizzjonijiet relatati ma' assi essenzjali:

Il-VTAB hija responsabbli biex tiżgura li s-servizz tal-ferrovija ikollu kapaċità materjal xieraq u kapaċità suffiċjenti, b’ferrovija tat-tip Regina b'żewġ vaguni jew tlieta.


22.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/23


Pubblikazzjoni tal-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni Norveġiż ‘notifika ta' għoti dirett ta' kuntratt ta’ servizz pubbliku skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70

2013/C 241/09

1.   Isem u indirizz tal-entità kontraenti:

Il-Ministeru Norveġiż tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet

Dipartiment tat-Trasport Pubbliku u l-Ferrovija

Kaxxa tal-Uffiċċju Postali 8010 Dep

0030 Oslo

NORWAY

2.   Perjodu ta' validità tal-kuntratt ta' servizz pubbliku:

Minn Diċembru 2012 sa Diċembru 2017: Il-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni Norveġiż għandu l-għażla li jestendi l-kuntratt għal perjodu ta’ 3 + 2 snin.

3.   Deskrizzjoni tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri li għandhom isiru:

Servizz internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija Oslo–Karlstad– (Stokkolma) b’żewġ vjaġġi bir-ritorn kuljum. Dan huwa ekwivalenti għall-produzzjoni ta’ 355 000 kilometri bil-ferrovija fis-sena (Karlstad–Oslo).

4.   Deskrizzjoni tal-parametri tal-kumpens finanzjarju:

Il-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni Norveġiż għandu jħallas il-kuntrattur somma fissa kull sena, VAT eskluża. Għall-2013 din hija ta' 4,5 MSEK u għal kull sena 2014-2017, 4 MSEK.

5.   Miri ta' kwalità, bħal ma huma l-puntwalità u l-affidabilità u premjijiet u penali applikabbli:

Għandhom japplikaw ir-regoli u r-regolamenti tal-Kuntrattur stess li jirrigwardaw it-trasport u l-bejgħ ta’ biljetti. L-istandard ta’ puntwalità għandu jkun 90 % + 15-il minuta. L-istandard tar-regolarità għandu bħala minimu jkun ta' 98 %. F’oqsma oħra li mhumiex regolati separatament mill-ftehim, il-kuntrattur huwa obbligat li jilħaq l-istess rekwiżiti ġenerali ta’ kwalità li jistabbilixxi għas-servizzi ta’ trasport simili tiegħu stess.

6.   Kundizzjonijiet relatati ma' assi essenzjali:

L-ebda.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6950 – UPC/GPT/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 241/10

1.

Fl-14 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Joint Stock Company United Petrochemical Company (“UPC”, ir-Russja) u Grupo Petrotemex SA de CV (“GPT”, il-Messiku) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta li għadha kif inħolqot (il-“JV”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal UPC: attivitajiet fil-qasam tal-petrokimiċi u l-ipproċessar tal-gass permezz tal-kumpaniji li għandha fir-Russja, kif ukoll riċerka u analiżi għal opportunitajiet ta’ investiment fin-negozju tal-petrokimiċi,

għal GPT: il-manifattura u l-bejgħ ta’ ktajjen tal-polijester prinċipalment fl-Ameriki (b’mod partikolari aċidu tereftaliku, reżinu tat-teleftalat tal-polijetilin, fibra ewlenija tal-polijester) għall-użu fost l-oħrajn fl-imballaġġ tal-ikel/kura personali u fit-tessuti, bħala l-kumpanija possedenti ta' kumpaniji tal-manifattura tal-petrokimiċi,

għall-JV: il-manifattura u l-bejgħ ta’ ktajjen tal-polijester (b'mod partikolari reżina tat-teleftalat tal-polijetelin) fil-CIS, iż-ŻEE u pajjiżi ġirien oħra.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6950 – UPC/GPT/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


22.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/26


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6990 – Vodafone/Kabel Deutschland)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 241/11

1.

Fis-16 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Vodafone Group Plc. (“Vodafone”, ir-Renju Unit) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Kabel Deutschland Holding AG (“KDG”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Vodafone: l-operat ta’ netwerks ta’ telekomunikazzjoni bil-mowbajl; il-provvista ta’ servizzi relatati ta’ telekomunikazzjonijiet, inkluż it-telefonija bil-leħen u servizzi tal-internet,

għal KDG: il-provvista ta’ servizzi tat-TV u tat-telekomunikazzjonijiet, inkluż it-telefonija bil-leħen u servizzi tal-Internet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6990 – Vodafone/Kabel Deutschland, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top