EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2013:294:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 294, 10 ta' Ottubru 2013


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.294.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 294

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
10 ta' Ottubru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 294/01

Deċiżjonijiet fil-kuntest tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-għajnuna għar-ristrutturar u l-likwidazzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 294/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 294/03

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2013/C 294/04

Azzjoni mressqa fit-3 ta’ Lulju 2013 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda (Kawża E-12/13)

4

2013/C 294/05

Azzjoni mressqa fl-10 ta’ Lulju 2013 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda (Kawża E-18/13)

5

2013/C 294/06

Azzjoni mressqa fl-10 ta’ Lulju 2013 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda (Kawża E-17/13)

6

2013/C 294/07

Azzjoni mressqa fid-9 ta’ Lulju 2013 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda (Kawża E-16/13)

7

2013/C 294/08

Azzjoni mressqa fid-9 ta’ Lulju 2013 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda (Kawża E-15/13)

8

2013/C 294/09

Azzjoni mressqa fit-3 ta’ Lulju 2013 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda (Kawża E-14/13)

9

2013/C 294/10

Azzjoni mressqa fit-3 ta' Lulju 2013 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja (Kawża E-13/13)

10

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 294/11

Avviż dwar il-miżuri tal-antidumping fis-seħħ rigward l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' alkoħol xaħmi u t-taħlit tiegħu li joriġina fl-Indja: bidla fl-isem korporattiv ta’ kumpanija suġġetta għal rata individwali ta’ dazju tal-antidumping

11

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/1


Deċiżjonijiet fil-kuntest tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-għajnuna għar-ristrutturar u l-likwidazzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 294/01

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

9.7.2013

Għajnuna Nru

SA.36784 (13/MC)

Stat Membru

L-Irlanda

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Bank of Ireland: Amendment of commitments

Tip ta’ Deċiżjoni

Deċiżjonijiet fil-kuntest tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-għajnuna għar-ristrutturar u l-likwidazzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji

Kontenut

Adattament tar-rekwiżiti strutturali: sawp ta’ negozju li se jiġi divestit, Adattament tal-miżuri ta’ mġiba jew rekwiżiti simili, Adattament ieħor

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta’ Ottubru 2013

2013/C 294/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3515

JPY

Yen Ġappuniż

131,55

DKK

Krona Daniża

7,4595

GBP

Lira Sterlina

0,84640

SEK

Krona Żvediża

8,7445

CHF

Frank Żvizzeru

1,2313

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1100

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,598

HUF

Forint Ungeriż

296,20

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7027

PLN

Zloty Pollakk

4,1995

RON

Leu Rumen

4,4658

TRY

Lira Turka

2,6857

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4299

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4029

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4801

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6269

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6918

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 453,88

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,5072

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2709

HRK

Kuna Kroata

7,6125

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 068,43

MYR

Ringgit Malażjan

4,3222

PHP

Peso Filippin

58,346

RUB

Rouble Russu

43,7300

THB

Baht Tajlandiż

42,488

BRL

Real Brażiljan

2,9800

MXN

Peso Messikan

17,8128

INR

Rupi Indjan

83,5980


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

10.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/3


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 294/03

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

12.8.2013

Tul ta’ żmien

12.8.2013-31.12.2013

Stat Membru

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

HER/6AS7BC

Speċi

Aringa (Clupea harengus)

Żona

VIaS, VIIb, VIIc

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta' referenza

35/TQ39


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

10.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/4


Azzjoni mressqa fit-3 ta’ Lulju 2013 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda

(Kawża E-12/13)

2013/C 294/04

Fit-3 ta' Lulju 2013 l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Xavier Lewis, Clémence Perrin u Catherine Howdle, li qegħdin jaġixxu ta' Aġenti tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, li tinsab f'35, Rue Belliard, 1040 Brussell, Belgium ħadet azzjoni kontra l-Islanda fil-Qorti tal-EFTA.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

(1)

Tiddikjara li billi l-Islanda naqset li timplimenta b’mod korrett l-Artikoli 1, il-paragrafi 15-18, 19(a), 21, 22(a), 23-29, 36-37, 39-42 u l-Artikolu 2 il-paragrafi 5, 6 tal-Att imsemmi fil-punti 14, 16e u 31 tal-Anness IX għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet), kif adattati għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, fiż-żmien preskritt, kif ukoll naqset milli tinforma lill-Awtorità tat-test bit-tali miżuri, hija naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha taħt l-Att u taħt l-Artikolu 7 tal-Ftehim ŻEE.

(2)

Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u r-raġunijiet legali miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Islanda li tikkonforma, mhux aktar tard mit-12 ta’ Novembru 2012, ma’ opinjoni motivata maħruġa mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA nhar it-12 ta’ Settembru 2012 dwar in-nuqqas li timplimenta b’mod korrett l-Artikoli 1, il-paragrafi 15-18, 19(a), 21, 22 (a), 23-29, 36-37, 39-42 u l-Artikolu 2 il-paragrafi 5, 6 tal-Att imsemmi fil-punti 14, 16e u 31 tal-Anness IX għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet).

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-Islanda naqset milli timplimenta bis-sħiħ l-Att fiż-żmien stipulat preskritt u li tinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont dan.


10.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/5


Azzjoni mressqa fl-10 ta’ Lulju 2013 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda

(Kawża E-18/13)

2013/C 294/05

Fl-10 ta' Lulju 2013 l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, irrapreżentata minn Xavier Lewis, Auður Ýr Steinarsdóttir and Maria Moustakali, li qegħdin jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, li tinsab f'35, Rue Belliard, 1040 Brussell, Belgium ħadet azzjoni kontra l-Islanda fil-Qorti tal-EFTA.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

(1)

Tiddikjara li billi l-Islanda naqset li (i) tadotta, jew (ii) tinnotifika lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA minnufih dwar, il-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi implimentat l-Att imsemmi fil-punt 21ar tal-Anness XX għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi), kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, fiż-żmien preskritt, hija ma tkunx issodisfat l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim.

(2)

Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

L-isfond ġuridiku u fattwali u r-raġunijiet ġuridiċi miġjuba bħala sostenn:

Din l-applikazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tindirizza n-nuqqas tal-Islanda milli tikkonforma, sa mhux aktar tard mit-3 ta’ Diċembru 2012, ma’ opinjoni motivata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-3 ta’ Ottubru 2012 dwar in-nuqqas ta' dan l-Istat li jimplimenta fl-ordni legali nazzjonali tiegħu, id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (l-Att), kif imsemmi fil-punt 21ar tal-Anness XX mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif adattat għal dan il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-Islanda ma kkontestatx li għad hemm dewmien fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 2 tal-Att u li m’għandha l-ebda informazzjoni quddiemha li tista’ tindika li l-Att ġie implimentat bis-sħiħ. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 15 tal-Att flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, Nru 149/2009, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim ŻEE, billi naqset milli tadotta, jew tinnotifika, il-miżuri meħtieġa biex jiġi implimentat l-Att fiż-żmien preskritt.


10.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/6


Azzjoni mressqa fl-10 ta’ Lulju 2013 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda

(Kawża E-17/13)

2013/C 294/06

Fl-10 ta' Lulju 2013 l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Xavier Lewis and Clémence Perrin, li qegħdin jaġixxu ta' Aġenti tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, li tinsab f'35, Rue Belliard, 1040 Brussell, Belgium ħadet azzjoni kontra l-Islanda fil-Qorti tal-EFTA.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

(1)

Tiddikjara li billi l-Islanda naqset (i) li tadotta, jew (ii) li tinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA minnufih dwar il-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi implimentat l-Artikolu 2 tal-Att imsemmi fil-punt 16b, l-ewwel inċiż, tal-Anness IX u l-punt 4, l-ewwel inċiż, tal-Anness XII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu), kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, fiż-żmien preskritt, hija naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim.

(2)

Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u r-raġunijiet legali miġjuba bħala sostenn:

Din l-applikazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tindirizza n-nuqqas tal-Islanda milli tikkonforma, mhux aktar tard mit-12 ta’ Novembru 2012, ma’ opinjoni motivata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA nhar it-12 ta’ Settembru 2012 dwar in-nuqqas ta' dan l-Istat li jimplimenta fl-ordni legali nazzjonali tiegħu, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jemenda d-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu (l-Att), kif imsemmi fil-punt 16b, l-ewwel inċiż, tal-Anness IX u l-punt 4, l-ewwel inċiż, tal-Anness XII għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif adattat għal dan il-ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-Islanda ma kkontestatx li hemm dewmien kontinwu fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 2 tal-Att. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-Islanda ma ssodisfatx l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 3 tal-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim ŻEE billi ma adottatx, jew ma nnotifikatx lill-Awtorità dwar il-miżuri meħtieġa biex jiġi implimentat l-Artikolu 2 tal-Att fiż-żmien preskritt.


10.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/7


Azzjoni mressqa fid-9 ta’ Lulju 2013 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda

(Kawża E-16/13)

2013/C 294/07

Fid-9 ta' Lulju 2013 l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Markus Schneider and Catherine Howdle, li qegħdin jaġixxu ta' Aġenti tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, li tinsab f'35, rue Belliard, 1040 Brussell, Belgium, ħadet azzjoni kontra l-Islanda fil-Qorti tal-EFTA.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

(1)

Tiddikjara li billi l-Islanda naqset (i) li tadotta, jew (ii) li tinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA minnufih dwar il-miżuri neċessarji sabiex jiġi implimentat l-Att imsemmi fil-punt 7b tal-Anness XIX għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju), kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, fiż-żmien preskritt, hija naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim.

(2)

Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u r-raġunijiet legali miġjuba bħala sostenn:

Din l-applikazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tindirizza n-nuqqas tal-Islanda li tikkonforma, mhux aktar tard mill-11 ta’ Settembru 2012, ma’ opinjoni motivata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fil-11 ta’ Lulju 2012 dwar in-nuqqas ta' dan l-Istat li jimplimenta fl-ordni legali nazzjonali tiegħu, id-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perjodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (l-Att), kif imsemmi fil-punt 7b tal-Anness XIX għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif adattat għal dan il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li m’għandha l-ebda informazzjoni quddiemha li tista’ tindika li l-Att ġie implimentat bis-sħiħ.


10.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/8


Azzjoni mressqa fid-9 ta’ Lulju 2013 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda

(Kawża E-15/13)

2013/C 294/08

Fid-9 ta Lulju 2013 l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Markus Schneider u Catherine Howdle, li qegħdin jaġixxu ta' Aġenti tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, li tinsab f'35, Rue Belliard, 1040 Brussell, Belgium ħadet azzjoni kontra l-Islanda fil-Qorti tal-EFTA.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

(1)

Tiddikjara li billi l-Islanda naqset li (i) tadotta, jew (ii) tinnotifika lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar il-miżuri meħtieġa biex jiġi implimentat l-Att imsemmi fil-punt 7d tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi), kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, fiż-żmien preskritt, l-Islanda ma tkunx issodisfat l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim.

(2)

Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u r-raġunijiet legali miġjuba bħala sostenn:

Din l-applikazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tindirizza n-nuqqas tal-Islanda li tikkonforma, sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Novembru 2012, ma’ opinjoni motivata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA nhar il-5 ta' Settembru 2012 dwar in-nuqqas ta' dan l-Istat li jimplimenta fl-ordni legali nazzjonali tiegħu, id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (l-Att), kif imsemmi fil-punt 7d tal-Anness XIX għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattat għal dan il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li m’għandha l-ebda informazzjoni quddiemha li tista’ tindika li l-Att ġie implimentat bis-sħiħ.


10.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/9


Azzjoni mressqa fit-3 ta’ Lulju 2013 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda

(Kawża E-14/13)

2013/C 294/09

Fit-3 ta' Lulju 2013 l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Xavier Lewis, Gjermund Mathisen u Auður Ýr Steinarsdóttir, li qegħdin jaġixxu ta' Aġenti tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, li tinsab f'35, rue Belliard, 1040 Brussell, Belgium, ħadet azzjoni kontra l-Islanda fil-Qorti tal-EFTA.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA tiddikjara li:

(1)

Billi l-Islanda żammet fis-seħħ differenza fit-trattament bejn l-amalgamazzjonijiet nazzjonali u l-amalgamazzjonijiet transkonfinali li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 51 paragrafu 1 tal-Att Nru 90/2003 tat-Taxxa fuq l-Introjtu (lög nr. 90/2003 um tekjuskatt), u naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea.

(2)

Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u r-raġunijiet legali miġjuba bħala sostenn:

Din l-applikazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tindirizza n-nuqqas tal-Islanda li tissodisfa l-obbligi tagħha fir-rigward tal-libertà ta' stabbiliment u l-moviment liberu tal-kapital taħt l-Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Ftehim ŻEE), billi imponiet taxxa immedjata fuq l-assi u l-ishma ta’ kumpaniji li jingħaqdu b'mod transkonfinali ma’ kumpaniji stabbiliti fi Stati oħra taż-ŻEE u fuq l-azzjonisti ta’ dawn il-kumpaniji, filwaqt li tranżazzjonijiet simili fit-territorju Islandiż ma jħallu l-ebda konsegwenza fiskali immedjata.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li dan it-trattament differenti bejn l-amalgamazzjonijiet nazzjonali u l-amalgamazzjonijiet transkonfinali mhuwiex ġustifikat, u għalhekk inkompatibbli mal-Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim ŻEE.


10.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/10


Azzjoni mressqa fit-3 ta' Lulju 2013 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja

(Kawża E-13/13)

2013/C 294/10

Fit-3 ta' Lulju 2013 l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ħadet azzjoni fil-Qorti tal-EFTA, irrappreżentata minn Xavier Lewis and Catherine Howdle, li qegħdin jaġixxu ta' Aġenti tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, li tinsab f'35, Rue Belliard, 1040 Brussell, Belgium, kontra r-Renju tan-Norveġja.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA tiddikjara li:

(1)

Ir-Renju tan-Norveġja, billi naqas li jimplimenta b’mod korrett fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu l-Artikolu 37(1) tal-Att imsemmi fil-punt 23b tal-Anness IX għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (jiġifieri d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu) kif adattat għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu li jirriżultaw minn dak Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Renju tan-Norveġja għandu jħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u r-raġunijiet legali miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas mir-Renju tan-Norveġja li jimplimenta b’mod korrett l-Att imsemmi fil-punt 23b tal-Anness IX għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif adattat għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-liġi Norveġiża ma żguratx il-monitoraġġ effettiv tal-attivitajiet ta’ ċerti persuni li jaqgħu taħt l-ambitu tar-ratione personae tad-Direttiva. Hija ssostni wkoll li n-Norveġja ma ħadet l-ebda azzjoni biex tirrimedja għan-nuqqasijiet fil-liġi nazzjonali tagħha.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li s-sitwazzjoni preżenti fin-Norveġja tippreżenta ksur kontinwu tal-obbligi tan-Norveġja biex timplimenta fil-liġi nazzjonali d-Direttiva 2005/60/KE, kif inkorporata fl-Annessi għall-Ftehim ŻEE.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

10.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/11


Avviż dwar il-miżuri tal-antidumping fis-seħħ rigward l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' alkoħol xaħmi u t-taħlit tiegħu li joriġina fl-Indja: bidla fl-isem korporattiv ta’ kumpanija suġġetta għal rata individwali ta’ dazju tal-antidumping

2013/C 294/11

Importazzjonijiet ta' alkoħols xaħmin u t-taħlit tagħhom li joriġinaw fl-Indja huma suġġetti għal dazji definittivi ta' antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1138/2011 (1).

VVF Limited, kumpanija li tinsab fir-Repubblika tal-Indja, li l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni ta’ alkoħols xaħmin u t-taħlit tagħhom huma soġġetti għal rata individwali ta’ dazju tal-antidumping ta’ EUR 46,98 għal kull tunnellata netta, skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament imsemmi qabel, għarrfet lill-Kummissjoni Ewropea li fl-1 ta’ Ġunju 2012, l-operazzjonijiet pertinenti għall-produzzjoni u l-esportazzjonijiet ta’ alkoħols xaħmin u t-taħlit tagħhom ġew trasferiti lil entità ġuridika oħra fil-grupp eżistenti bl-isem VVF (Indja) Limited.

Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija u kkonkludiet li l-bidla fl-isem ma taffettwa bl-ebda mod is-sejbiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1138/2011. Għaldaqstant, ir-referenza fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1138/2011 għal “VVF Ltd” għandha tinqara bħala “VVF (Indja) Ltd”, bl-indirizz korporattiv mhux mibdul.

Il-kodiċi addizzjonali TARIC B110 attribwit qabel lil VVF Ltd għandu japplika għal VVF (Indja) Ltd.


(1)  ĠU L 293, 11.11.2011, p. 1.


Top