EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2009:307:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 307, 21 ta' Novembru 2009


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.307.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 307

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
21 ta' Novembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1117/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1118/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom ( 1 )

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1119/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1090/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Novembru 2009

4

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/847/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2005/176/KE li twaqqaf l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika ta’ mard tal-annimali skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9007)  ( 1 )

7

 

 

Rettifika

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2009 tad-19 ta’ Novembru 2009 li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji ( ĠU L 306, 20.11.2009 )

8

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1097/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għal dimethoate, ethephon, fenamiphos, fenarimol, methamidophos, methomyl, omethoate, oxydemeton-methyl, procymidone, thiodicarb u vinclozolin fi jew fuq ċerti prodotti ( ĠU L 301, 17.11.2009 )

9

 

*

Rettifika għar-Direttiva tal-Kunsill 2005/19/KE tas-17 ta' Frar 2005 li temenda d-Direttiva 90/434/KEE dwar is-sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għal mergers , diviżjonijiet, trasferimenti ta' assi u skambji ta' ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta' Stati Membri differenti ( ĠU L 58, 4.3.2005 , Ħarġa Speċjali bil-Malti L 159M, 13.6.2006 )

9

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1117/2009

tal-20 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

38,6

MA

32,3

MK

39,6

TR

60,0

ZZ

42,6

0707 00 05

JO

171,8

MA

46,5

TR

96,1

ZZ

104,8

0709 90 70

MA

53,1

TR

113,0

ZZ

83,1

0805 20 10

MA

71,1

ZZ

71,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

49,5

HR

60,0

MA

74,5

TR

75,4

ZZ

64,9

0805 50 10

AR

55,9

TR

73,3

ZA

61,6

ZZ

63,6

0808 10 80

AU

171,8

CA

63,9

MK

20,3

NZ

102,0

US

94,1

ZA

101,0

ZZ

92,2

0808 20 50

CN

64,6

TR

89,0

US

72,0

ZZ

75,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1118/2009

tal-20 ta’ Novembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 (2) jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar għajr għal tjur tar-razzett fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina applikabbli għal għasafar bħal dawn wara l-importazzjoni.

(2)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 jeħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista tal-għadd ta’ ta’ approvazzjonijiet tal-faċilitajiet jew ċentri ta’ kwarantina approvati li jinsabu fit-territorju tagħhom. L-Anness V ma’ dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta’ faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina approvati.

(3)

L-Awstrija rrevediet il-faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina approvati u bagħtet lista aġġornata lill-Kummissjoni ta’ dawk il-faċilitajiet u ċentri. Il-lista ta’ faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina approvati stipulati fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandha għalhekk tkun emendata skont dan.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 318/2007, titħassar l-annotazzjoni li ġejja għall-Awstrija:

“AT

L-AWSTRIJA

AT-3-HO-Q-1”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)  ĠU L 84, 24.3.2007, p. 7.


21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1119/2009

tal-20 ta’ Novembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1090/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Novembru 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Novembru 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1090/2009 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 1090/2009.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1090/2009 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1090/2009 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-21 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 299, 14.11.2009, p. 3.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-21 ta’ Novembru 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,28

ta' kwalità baxxa

20,28

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

44,40

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

15,68

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

15,68

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

44,40


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

13.11.2009-19.11.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

146,67

105,00

Prezz FOB USA

124,51

114,51

94,51

71,10

Tariffa fuq il-Golf

14,72

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

12,65

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

22,34  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

44,14  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Novembru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2005/176/KE li twaqqaf l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika ta’ mard tal-annimali skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9007)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/847/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 82/894/KEE tikkonċerna n-notifiki ta’ tifqigħat ta’ mard tal-annimali elenkati fl-Anness I magħha.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE (2) tistipula l-forma kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika ta’ mard tal-annimali skont id-Direttiva 82/894/KEE. L-Anness X/01 ma’ dik id-deċiżjoni telenka l-kodiċijiet għar-reġjuni veterinarji fil-Ġermanja.

(3)

Il-Ġermanja aġġustat l-ismijiet u l-konfini tar-reġjuni veterinarji tagħha. L-aġġustament ta’ dawn ir-reġjuni taffettwa s-Sistema ta’ Notifika tal-Mard tal-Annimali. Ir-reġjuni l-ġodda għandhom għalhekk jissostitwixxu dawk li bħalissa huma elenkati f’dik is-sistema. Huwa għalhekk xieraq li l-Anness X/01 mad-Deċiżjoni 2005/176/KE jiġi emendat skont dan.

(4)

Id-Deċiżjoni 2005/176/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

Biex titħares il-kunfidenzjalità tat-tagħrif trażmess, l-Annessi ma’ din id-Deċiżjoni m’għandhomx jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness X/01 tad-Deċiżjoni 2005/176/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58.

(2)  ĠU L 59, 5.3.2005, p. 40.


Rettifika

21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/8


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2009 tad-19 ta’ Novembru 2009 li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 306, tal-20 ta’ Novembru 2009 )

F’paġna 15, fl-Anness, it-tieni u t-tielet tabella għandhom jinqraw kif ġej:

‘Iz-zokkor mill-Balkani’

Is-sena tas-suq 2009/10

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.11.2009 sas-7.11.2009

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(%)

Iktar applikazzjonijiet

09.4324

L-Albania

 

09.4325

Il-Bożnija u Ħerzegovina

 

09.4326

Is-Serbia, il-Montenegro u l-Kosovo (*)

 (1)

 

09.4327

L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 

09.4328

Il-Kroazja

 (1)

 

‘—’

:

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


‘Iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali u dak għall-importazzjoni industrijali’

Is-sena tas-suq 2009/10

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.11.2009 sas-7.11.2009

In-numru tas-serje

It-tip

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(%)

Iktar applikazzjonijiet

09.4380

Eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

 (2)

 

‘—’

:

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


(*)  Il-Kosovo taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.

(1)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.

(2)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.”


21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/9


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1097/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għal dimethoate, ethephon, fenamiphos, fenarimol, methamidophos, methomyl, omethoate, oxydemeton-methyl, procymidone, thiodicarb u vinclozolin fi jew fuq ċerti prodotti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 301, tas-17 ta’ Novembru 2009 )

F’paġna 22, fl-Anness, fin-noti ta’ qiegħ il-paġni “(*)” u “(**)” fit-tabella:

flok:

“(*)

Kombinazzjoni ta' pestiċida-kodiċi li għalihom japplika l-MRL stabbilit fl-Annex III Parti B.

(**)

Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika”,

aqra:

“(*)

Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika.

(**)

Kombinazzjoni ta' pestiċida-kodiċi li għalihom japplika l-MRL stabbilit fl-Annex III Parti B.”.


21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/9


Rettifika għar-Direttiva tal-Kunsill 2005/19/KE tas-17 ta' Frar 2005 li temenda d-Direttiva 90/434/KEE dwar is-sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għal mergers , diviżjonijiet, trasferimenti ta' assi u skambji ta' ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta' Stati Membri differenti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 58 tal-4 ta’ Marzu 2005 , Ħarġa Speċjali bil-Malti L 159M tat-13 ta’ Ġunju 2006 )

F’paġna 164, fl-Anness, punt (y):

minflok:

“(y)

kumpanniji taħt il-liġi Svediża magħrufa bħala ‘aktiebolag’, ‘försäkringsaktiebolag’, ‘ekonomiska föreningar’, ‘sparbanker’, ‘ömsesidiga försäkringsbolag’;”;

aqra:

“(y)

kumpanniji taħt il-liġi Svediża magħrufa bħala ‘aktiebolag’, ‘bankaktiebolag’, ‘försäkringsaktiebolag’, ‘ekonomiska föreningar’, ‘sparbanker’, ‘ömsesidiga försäkringsbolag’;”.


Top