EUR-Lex Adgang til EU-lovgivningen

Tilbage til forsiden

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument L:2013:206:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 206, 2 ta' Awwissu 2013


Vis alle dokumenter, der er offentliggjort i denne EUT.
 

ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.206.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 206

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
2 ta' Awwissu 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina tal-1991 fil-qasam tat-Trasport (Protokoll tat-Trasport)

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 746/2013 tad-29 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi l-projbizzoni tas-sajd għall-megrims fiż-żoni VIIIc, IX u X; fl-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

2

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 747/2013 tal-1 ta’ Awwissu 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

4

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/414/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2013 li taħtar membru Spanjol fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

6

 

 

2013/415/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE rigward l-inklużjoni ta’ Tristan da Cunha fil-lista ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem huma permessi u t-tħassir ta’ Mayotte minn dik il-lista (notifikata bid-dokument C(2013) 4848)  ( 1 )

7

 

 

2013/416/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/195/KEE fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni Ewropea ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux iktar minn 30 jum (notifikata bid-dokument C(2013) 4850)  ( 1 )

9

 

 

2013/417/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman fir-rigward taż-żieda ta’ trattament biex jiġu eliminati ċerti riskji sanitarji għall-annimali fil-laħam (notifikata bid-dokument C(2013) 4853)  ( 1 )

13

 

 

2013/418/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Lulju 2013 dwar l-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta’ pjanijiet għat-teħid ta’ kampjuni, ta’ pjanijiet ta’ kontroll u ta’ programmi ta’ kontroll komuni għall-użin ta’ prodotti tas-sajd skont l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (notifikata bid-dokument C(2013) 4908)

16

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 

*

Nota lill-qarrejja – kif tirreferi għall-atti(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

2.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina tal-1991 fil-qasam tat-Trasport (Protokoll tat-Trasport)

Il-Protokoll (1) imsemmi hawn fuq, konkluż f’isem l-Unjoni Ewropea fl-10 ta’ Ġunju 2013 (2), għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Settembru 2013, f’konformità mal-Artikolu 24(3) tal-Protokoll.


(1)  Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 323, 8.12.2007, p. 15 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(2)  ĠU L 177, 28.6.2013, p. 13.


REGOLAMENTI

2.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 746/2013

tad-29 ta’ Lulju 2013

li jistabbilixxi l-projbizzoni tas-sajd għall-megrims fiż-żoni VIIIc, IX u X; fl-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 39/2013 tas-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2013.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2013 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Partikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jiġi żbarkat, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 23, 25.1.2013, p. 1.


ANNESS

Nru

15/TQ39

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

LEZ/8C3411

Speċi

Megrims (Lepidorhombus spp.)

Żona

Iż-żoni VIIIc, IX u X; Ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1

Data

26.6.2013


2.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 747/2013

tal-1 ta’ Awwissu 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

147,7

ZZ

147,7

0709 93 10

TR

120,5

ZZ

120,5

0805 50 10

AR

86,0

BO

73,4

CL

73,3

TR

71,0

UY

86,3

ZA

96,7

ZZ

81,1

0806 10 10

CL

140,3

EG

219,0

MA

158,2

MX

242,3

TR

178,0

ZZ

187,6

0808 10 80

AR

166,8

BR

115,9

CL

113,6

CN

96,3

NZ

136,1

US

149,4

ZA

119,8

ZZ

128,3

0808 30 90

AR

133,4

CL

147,5

NZ

177,1

TR

159,1

ZA

115,5

ZZ

146,5

0809 29 00

CA

303,6

TR

340,3

ZZ

322,0

0809 30

TR

149,1

ZZ

149,1

0809 40 05

BA

56,0

XS

61,9

ZZ

59,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

2.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Ġunju 2013

li taħtar membru Spanjol fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2013/414/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Spanjol,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Settembru 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1).

(2)

Post ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Alberto NADAL BELDA,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Eduardo del PUEYO PÉREZ huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


2.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/7


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE rigward l-inklużjoni ta’ Tristan da Cunha fil-lista ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem huma permessi u t-tħassir ta’ Mayotte minn dik il-lista

(notifikata bid-dokument C(2013) 4848)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/415/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li joriġinaw mill-annimali. B’mod partikolari, jistipula li prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom jiġu importati biss minn pajjiż terz jew parti ta’ pajjiż terz li jidher fuq il-lista mfassla u aġġornata skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprovdi wkoll li, fit-tfassil u l-aġġornamenti ta’ listi bħal dawn, għandhom jitqiesu l-kontrolli min-naħa tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u l-garanziji min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tal-konformità jew l-ekwivalenza mal-liġi tal-Unjoni dwar l-għalf u l-ikel u regoli dwar saħħet l-annimali kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2).

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE tas-6 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi (3), telenka dawk il-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u li għaldaqstant huma f’pożizzjoni li jiggarantixxu li dawk il-prodotti jissodisfaw il-kundizzjonijiet sanitarji stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biex titħares saħħet il-konsumaturi u jistgħu skont dan jiġu esportati lejn l-Unjoni. B’mod partikolari, l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem huma permessi. Din il-lista tindika wkoll ir-restrizzjonijiet fuq dawn l-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi.

(4)

Fid-19 ta’ Diċembru 2012, l-awtorità kompetenti ta’ Tristan da Cunha, parti minn Saint Helena, il-Gżira ta’ Ascension u Tristan da Cunha, f’territorju barrani tar-Renju Unit, ippreżentat lill-Kummissjoni applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-importazzjonijiet ta’ Awwista (friska jew iffriżata) fl-Unjoni. L-applikazzjoni kienet appoġġjata minn deskrizzjoni dettaljata tas-sistema ta’ kontroll u informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi żgurata protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur adegwata relatata ma’ awwista esportata lejn l-Unjoni. Din l-informazzjoni kienet sussegwentement ivvalutata mill-Kummissjoni u ma ġew identifikati ebda defiċjenzi. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli u garanziji, Tristan da Cunha tista’ tiġi inklża fil-lista tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2006/766/KE għal awwista.

(5)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE tal-11 ta’ Lulju 2012 li temenda l-istatus ta’ Mayotte fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (4), Mayotte mhux se tibqa’ pajjiż jew territorju barrani u se ssir reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. L-annotazzjoni għal Mayotte fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE għandhom għalhekk jitneħħew f’dik id-data.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2006/766/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2006/766/KE, l-annotazzjoni għall-Saint Helena tinbidel b’dan li ġej:

“SH

SAINT HELENA

Ma tinkludix il-gżejjer ta’ Tristan da Cunha u Ascension

 

TRISTAN DA CUNHA

Ma tinkludix il-gżejjer ta’ Saint Helena u Ascension

Awwist biss (frisk jew iffriżat)”

Artikolu 2

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE, titħassar l-entrata għall-Mayotte.

Artikolu 3

L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 320, 18.11.2006, p. 53.

(4)  ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131.


2.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/9


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/195/KEE fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni Ewropea ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux iktar minn 30 jum

(notifikata bid-dokument C(2013) 4850)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/416/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta’ Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (2) tistabbilixxi diversi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ żwiemel reġistrati esportati temporanjament lejn pajjiżi terzi biex jieħdu sehem fi tlielaq, kompetizzjonijiet u okkażjonijiet kulturali.

(2)

Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni Ewropea ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux iktar minn 30 jum, huwa stipulat fl-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/240/KE (3) li tistabbilixxi ċ-ċertifikati veterinarji l-ġodda għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin, tas-semen, tal-embrijuni, tal-ova u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali fil-Komunità skont, inter alia, id-Deċiżjoni 93/195/KEE tistabbilixxi mudell standardizzat taċ-ċertifikat tas-saħħa.

(4)

Hu meħtieġ li l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/195/KEE jiġi adattat għall-mudell previst fid-Deċiżjoni 2007/240/KE.

(5)

Barra minn hekk, l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/195/KEE, kif emendat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/266/UE tat-30 ta’ April 2010 li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/197/KEE u 2004/211/KE dwar l-importazzjoni ta’ żwiemel irreġistrati minn ċerti partijiet taċ-Ċina u l-adattament ta’ ċerti denominazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi (4), jeħtieġ ċerti korrezzjonijiet għal finijiet ta’ ċarezza legali.

(6)

Id-Deċiżjoni 93/195/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/195/KEE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sal-1 ta’ Ottubru 2013, l-Istati Membri għandhom ikomplu jawtorizzaw id-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara l-esportazzjoni temporanja lejn pajjiżi terzi għal perjodu ta’ mhux iktar minn 30 jum akkumpanjati minn mudell ta' ċertifikat veterinarju maħruġ mhux aktar tard mill-21 ta’ Settembru 2013 b’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/195/KEE fil-verżjoni tiegħu qabel l-emendi introdotti minn din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 104, 21.4.2007, p. 37.

(4)  ĠU L 117, 11.5.2010, p. 85.


ANNESS

“ANNESS II

ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni Ewropea ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux iktar minn 30 jum.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

2.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/13


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman fir-rigward taż-żieda ta’ trattament biex jiġu eliminati ċerti riskji sanitarji għall-annimali fil-laħam

(notifikata bid-dokument C(2013) 4853)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/417/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman, (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/99/KE tistabbilixxi r-regoli ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċċessar u d-distribuzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali fl-Unjoni, inkluża l-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

(2)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/99/KE jistipula li l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, suġġett għal konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet, il-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li ġejjin minn territorju jew parti minnu soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali. L-Anness III ta’ dik id-Direttiva jistipula tabella li telenka t-trattamenti li jistgħu jiġu applikati għal prodotti li joriġinaw mill-annimali sabiex jiġu eliminati r-riskji tas-saħħa tal-annimali marbutin mal-laħam u l-ħalib. Dawk it-trattamenti mhumiex skont it-trattamenti rakkomandati fil-kapitoli rilevanti tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (Kodiċi Terrestri tal-OIE).

(3)

Fil-Kapitolu dwar il-marda tal-ilsien u d-dwiefer tal-Kodiċi Terrestri tal-OIE, ġie inkluż trattament li jiżgura l-inattivazzjoni tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-laħam.

(4)

Dak it-trattament għandu għalhekk jiġi inkluż fil-lista ta’ trattamenti fit-Tabella stabbilita fl-Anness III għad-Direttiva 2002/99/KE bħala effettiva biex ikun eliminat ir-riskju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-laħam.

(5)

Barra minn dan, ir-referenza għal “il-pesta tan-nagħaġ u l-mogħoż” fit-Tabella stabbilita fl-Anness III għad-Direttiva 2002/99/KE għandha tiġi sostitwita b’“peste des petits ruminants (“pesta tar-ruminanti żgħar”) sabiex tiġi riflessa d-denominazzjoni uffiċjali ta’ dik il-marda fil-Kodiċi Terrestri tal-OIE. Barra minn hekk, in-numru “1” fit-titolu tat-tabella għandu jitħassar u it-terminu “LAĦAM” qabel it-trattamenti għall-ħalib għandu jiġi sostitwit b’ĦALIB”.

(6)

L-Anness III għad-Direttiva 2002/99/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-Anness III għad-Direttiva 2002/99/KE għandu jiġi mibdul bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.


ANNESS

“ANNESS III

Trattamenti biex jiġu eliminati ċerti riskji sanitarji għall-annimali marbuta mal-laħam u l-ħalib

+

:

Effettività rikonoxxuta.

0

:

Effettività mhux rikonoxxuta.

LAĦAM

Trattament (*)

Marda

Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer

Deni klassiku tal-ħnieżer

Marda vesikulari tal-ħnieżer

Deni Afrikan tal-ħnieżer

Ir-Rinderpest

Il-marda ta’ Newcastle

Influwenza tat-tjur

Il-pesta tal-annimali ruminanti żgħar

(a)

Trattament bis-sħana f’kontenitur ermetikament issiġillat b’valur F0 ta’ 3,00 jew aktar (**)

+

+

+

+

+

+

+

+

(b)

Trattament bis-sħana b’temperatura minima ta’ 70 °C li trid tintlaħaq fil-laħam kollu

+

+

+

0

+

+

+

+

(ba)

Is-sajran tajjeb tal-laħam, bil-għadam u bix-xaħam imneħħi minn qabel, soġġett għal tisħin sabiex tinżamm temperatura interna ta’ 70 °C jew akbar tinżamm għal minimu ta’ 30 minuta

+

0

0

0

0

0

0

0

(c)

Trattament bis-sħana b’temperatura minima ta’ 80 °C li trid tintlaħaq fil-laħam kollu

+

+

+

+

+

+

+

+

(d)

Trattament bis-sħana f’kontenitur ermetikament issiġillat sa mill-inqas 60 °C għal minimu ta’ 4 sigħat, u matul dan il-ħin it-temperatura fil-qalba trid tkun minn tal-inqas 70 °C għal 30 minuta

+

+

+

+

+

+

(e)

Fermentazzjoni naturali u maturazzjoni ta’ mhux inqas minn disa’ xhur għal-laħam bla għadam, li tirriżulta f’dawn il-karatteristiċi li ġejjin: Valur tal-aw ta’ mhux aktar minn 0,93, jew valur tal-pH ta’ mhux aktar minn 6,0.

+

+

+

+

+

0

0

0

(f)

L-istess trattament bħal f’(e) hawn fuq għalkemm il-laħam jista’ jkun fih l-għadam (*)

+

+

+

0

0

0

0

0

(g)

Salami: trattament f’konformità mal-kriterji li għandhom jiġu definiti mill-Artikolu 12(2) proċedura wara opinjoni mill-Kumitat Xjentifiku rilevanti

+

+

+

0

+

0

0

0

(h)

Perżut u flettijiet: Trattament li jinvolvi fermentazzjoni naturali u maturazzjoni matul mill-anqas 190 ġurnata għall-perżut u 140 ġurnata għall-flettijiet

0

0

0

+

0

0

0

0

(i)

Trattament bis-sħana li jiżgura li tintlaħaq temperatura fil-qalba ta’ mill-inqas 65 °C għall-ħin meħtieġ biex jinkiseb valur ta’ pasturizzazzjoni (pv) ta’ 40 jew aktar

+

0

0

0

0

0

0

+


ĦALIB

Trattament (*)

Marda

Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer

Deni klassiku tal-ħnieżer

Marda vesikulari tal-ħnieżer

Deni Afrikan tal-ħnieżer

Ir-Rinderpest

Il-marda ta’ Newcastle

Influwenza tat-tjur

Il-pesta tal-annimali ruminanti żgħar

ĦALIB u prodotti tal-ħalib (inkluża l-krema) għall-konsum mill-bniedem

 

 

 

 

 

 

 

 

(a)

Temperatura Għolja Ħafna (UHT)

(UHT = trattament minimu b’132 °C għal mill-inqas sekonda)

+

0

0

0

0

0

0

0

(b)

Jekk il-ħalib għandu pH ta’ inqas minn 7,0, temperatura għolja sempliċi — pastorizzazzjoni għal żmien qasir (HTST)

+

0

0

0

0

0

0

0

(c)

Jekk il-ħalib għandu pH ta’ 7,0 jew aktar, HTST doppja

+

0

0

0

0

0

0

0


(*)  Il-miżuri meħtieġa kollha għandhom jittieħdu biex tiġi evitata kontaminazzjoni minn oġġett għall-ieħor.

(**)  F0 huwa l-effett ta’ qtil ikkalkulat fuq l-ispori tal-batterji. Valur ta’ F0 ta’ 3,00 ifisser li l-aktar punt kiesaħ fil-prodott ġie msaħħan biżżejjed biex jinkiseb l-istess effett ta’ qtil bħal 121 °C (250 °F) fi 3 minuti b’tisħin u tkessiħ instantanju.”


2.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/16


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Lulju 2013

dwar l-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta’ pjanijiet għat-teħid ta’ kampjuni, ta’ pjanijiet ta’ kontroll u ta’ programmi ta’ kontroll komuni għall-użin ta’ prodotti tas-sajd skont l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009

(notifikata bid-dokument C(2013) 4908)

(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Isvediż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(2013/418/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 60(1) u (3) u l-Artikolu 61 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-preżentazzjoni ta’ pjanijiet għat-teħid ta’ kampjuni, ta’ pjanijiet ta’ kontroll u ta’ programmi ta’ kontroll komuni mill-Istati Membri

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 60(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, Stat Membru għandu jiżgura li l-prodotti tas-sajd kollha jintiżnu mal-iżbark, qabel ma l-prodotti tas-sajd jinħażnu, jiġu ttrasportati jew jinbiegħu, fuq sistemi approvati mill-awtoritajiet tal-kontroll, dment li dak l-Istat Membru ma jkunx adotta pjan ta’ teħid ta’ kampjuni approvat mill-Kummissjoni. Pjan ta’ teħid ta’ kampjuni bħal dan għandu jkun skont il-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju stipulata fl-Artikolu 76(1) u l-Anness XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (2).

(2)

Skont l-Artikolu 61(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, Stat Membru jista’ jippermetti li l-prodotti tas-sajd jintiżnu wara t-trasport mill-post tal-iżbark jekk dawn jiġu ttrasportati lejn destinazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru, sakemm dak l-Istat Membru jkun adotta pjan ta’ kontroll approvat mill-Kummissjoni. Pjan ta’ teħid ta’ kampjuni bħal dan għandu jkun konformi mal-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju stipulata fl-Artikolu 77(1) u fl-Anness XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

(3)

Skont l-Artikolu 61(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-awtoritajiet ta’ kontroll tal-Istat Membru li fih jiġu żbarkati l-prodotti tas-sajd jista’ jippermetti t-trasport qabel l-użin ta’ dawn il-prodotti lil xerrejja reġistrati, stabbilimenti tal-irkant reġistrati jew korpi jew persuni oħra li huma responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd fi Stat Membru ieħor, sakemm l-Istati Membri kkonċernati jkunu adottaw programm ta’ kontroll komuni approvat mill-Kummissjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 94 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Programm ta’ teħid ta’ kampjuni bħal dan għandu jkun skont il-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju stipulata fl-Artikolu 77(3) u fl-Anness XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

(4)

Il-Kummissjoni approvat, bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/474/UE (3), l-ewwel grupp ta’ pjanijiet għat-teħid ta’ kampjuni adottati mill-Ġermanja, mill-Irlanda, mil-Litwanja, mill-Pajjiżi l-Baxxi, mill-Polonja, mill-Finlandja u mir-Renju Unit u ta’ pjanijiet ta’ kontroll adottati mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Irlanda, mill-Polonja, mill-Finlandja u mir-Renju Unit. Fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/78/UE (4), il-Kummissjoni approvat it-tieni grupp ta’ pjanijiet ta’ teħid ta’ kampjuni adottati mill-Bulgarija, mil-Latvja, mis-Slovenja u mill-Isvezja u pjan ġdid ta’ teħid ta’ kampjuni adottat mill-Pajjiżi l-Baxxi, pjan ta’ kontroll adottati minn Franza u programm ta’ kontroll komuni miftiehma mill-Irlanda u minn Franza.

(5)

Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/78/UE, pjan ta’ teħid ta’ kampjuni ġie ppreżentat fis-27 ta’ Frar 2013 minn Spanja, pjan ta’ kontroll ġie ppreżentat fit-8 ta’ Novembru 2012 mill-Isvezja u programmi ta’ kontroll komuni ġew ppreżentati fit-18 ta’ Diċembru 2012, u mill-Belġju u minn Franza u fl-14 ta’ Novembru 2012 mill-Belġju u mill-Irlanda. Dan il-pjan għat-teħid ta’ kampjuni, dan il-pjan ta’ kontroll u dawn il-programmi ta’ kontroll komuni huma konformi mal-metodoloġiji rilevanti bbażati fuq ir-riskju. Għalhekk, dawn għandhom jiġu approvati.

(6)

Il-Kummissjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tirrevoka l-approvazzjoni jekk jidher illi l-Istat Membru kkonċernat ma japplikax jew mhux qed japplika bis-sħiħ il-pjanijiet għat-teħid ta’ kampjuni, il-pjan ta’ kontroll jew il-programm ta’ kontroll komuni.

(7)

Il-Kummissjoni se tissorvelja l-applikazzjoni tal-pjanijiet għat-teħid ta’ kampjuni, tal-pjan ta’ kontroll u tal-programm ta’ kontroll komuni kemm fir-rigward tat-tħaddim effettiv tagħhom kif ukoll tar-reviżjoni regolari tagħhom mill-Istat Membru kkonċernat. Għal dik ir-raġuni l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet. Jekk jidher li tali pjan jew programm ma jiżgurax użin adegwat, l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti pjan jew programm rivedut lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tagħha.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni

1.   Il-pjan għat-teħid ta’ kampjuni ppreżentat fis-27 ta’ Frar 2013 minn Spanja għall-finijiet tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huwa approvat.

2.   Il-pjan ta’ kontroll ippreżentat fl-8 ta’ Novembru 2012 mill-Isvezja għall-użin ta’ prodotti tas-sajd wara t-trasport lejn destinazzjoni fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 61(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huwa approvat.

3.   Il-programmi ta’ kontroll komuni ppreżentati fit-18 ta’ Diċembru 2012 mill-Belġju u minn Franza u dawk sottomessi fl-14 ta’ Novembru 2012 mill-Belġju u mill-Irlanda għall-użin ta’ prodotti tas-sajd wara t-trasport lejn destinazzjoni fi Stat Membru ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 61(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma approvati.

Artikolu 2

Revoka

Il-Kummissjoni tista’ tirrevoka l-approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 jekk jidher illi l-Istat Membru kkonċernat ma japplikax jew mhux qed japplika bis-sħiħ il-pjan għat-teħid tal-kampjuni, il-pjan ta’ kontroll jew il-programm ta’ kontroll komuni tiegħu.

Artikolu 3

Rapport

Qabel l-1 ta’ April 2014, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, rapport dwar l-applikazzjoni tal-pjanijiet għat-teħid ta’ kampjuni, tal-pjan ta’ kontroll u tal-programmi ta’ kontroll komuni msemmija f’dak l-Artikolu.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lill-Irlanda, lir-Repubblika Franċiża, lir-Renju ta’ Spanja u lir-Renju tal-Isvezja.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 218, 15.8.2012, p. 17.

(4)  ĠU L 41, 12.2.2013, p. 11.


2.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.


2.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/s3


NOTA LILL-QARREJJA – KIF TIRREFERI GĦALL-ATTI

Mill-1 ta' Lulju 2013, il-mod ta' kif jiġu ċċitati l-atti nbidel.

Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, il-metodu l-ġdid jibqa' jeżisti flimkien mal-qadim.


Op