Alegeți funcționalitățile experimentale pe care doriți să le testați

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document C:2019:395A:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 395 A, 22 ta’ Novembru 2019


Afișează toate documentele publicate în Jurnalul Oficial
 

ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 395A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
22 ta' Novembru 2019


Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Parlament Ewropew

2019/C 395 A/01

Avviż ta’ reklutaġġ Nru PE/228/S — Aġent temporanju — Amministratur inkarigat mill-ġestjoni tal-proġetti (AD 5) (ta' sess femminil jew maskil)

1

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

2019/C 395 A/02

Avviż ta’ reklutaġġ PE/229/S – Aġent temporanju – Assistent tekniku fil-qasam tal-bini (AST 3) (ta’ sess femminil jew maskil)

24


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Parlament Ewropew

22.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 395/1


AVVIŻ TA’ REKLUTAĠĠ NRU PE/228/S —

AĠENT TEMPORANJU —

AMMINISTRATUR INKARIGAT MILL-ĠESTJONI TAL-PROĠETTI (AD 5)

(ta' sess femminil jew maskil)

(2019/C 395 A/01)

 

Il-Parlament Ewropew qed jorganizza proċedura ta' selezzjoni abbażi ta' kwalifiki u testijiet sabiex jistabbilixxi lista ta' riżerva għall-pożizzjoni ta'

AĠENT TEMPORANJU

AMMINISTRATUR INKARIGAT MILL-ĠESTJONI TAL-PROĠETTI (AD 5)

(ta' sess femminil jew maskil)

Qabel tapplika, jekk jogħġbok aqra sew il-gwida għall-kandidati annessa ma' dan l-avviż ta' reklutaġġ.

Din il-gwida, li hija parti integrali mill-avviż ta' reklutaġġ, tgħinek tifhem ir-regoli marbuta mal-proċeduri u l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni.

WERREJ

A.

DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET U REKWIŻITI TA' ELEĠIBILITÀ

B.

ŻVOLĠIMENT TAL-PROĊEDURA

C.

TRESSIQ TAL-APPLIKAZZJONIJIET

ANNESS:

GWIDA GĦALL-KANDIDATI FIL-PROĊEDURI TA' SELEZZJONI ORGANIZZATI MILL-PARLAMENT EWROPEW

A.   DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET U REKWIŻITI TA' ELEĠIBILITÀ

1.   Punti ġenerali

Il-Parlament Ewropew iddeċieda li jniedi proċedura għall-pożizzjoni ta' aġent temporanju (AD 5), amministratur inkarigat mill-ġestjoni tal-proġetti, fl-Unità tal-Forniment tal-Ikel u l-Ħanut għall-Persunal, fi ħdan id-Direttorat għal-Loġistika tad-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika.

Il-kuntratt se jiġi konkluż għal żmien indeterminat. Ir-reklutaġġ se jsir fil-grad AD 5, l-ewwel skala, b'salarju bażiku ta' EUR 4 787,36 fix-xahar. Dan is-salarju huwa soġġett għat-taxxa Komunitarja u tnaqqis ieħor previst mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (1). Huwa eżentat mit-taxxa nazzjonali. L-iskala li fiha se tiġi reklutata l-persuna li tintgħażel madankollu tista' tiġi adattata skont l-esperjenza professjonali ta' din il-persuna. Barra minn hekk, is-salarju bażiku, f'ċerti kondizzjonijiet, jiżdied b'xi allowances.

Il-Parlament Ewropew japplika politika ta' opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal pereżempju diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.

Kull referenza, f'dan l-avviż, għal persuna tas-sess maskil għandha tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna tas-sess femminil, u viċeversa.

2.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

L-Unità tal-Forniment tal-Ikel u l-Ħanut għall-Persunal hija inkarigata mix-xiri tat-tagħmir u l-materjal li jkunu meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tal-Ħanut għall-Persunal fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew. Hija l-interlokutur dirett tal-kumpaniji fornituri u tiżgura l-monitoraġġ amministrattiv tal-kontrolli tal-kwalità li jsiru fuq is-servizzi u l-prodotti offruti.

Ibbażat Brussell (2), l-amministratur inkarigat mill-ġestjoni tal-proġetti (minn hawn 'il quddiem "l-amministratur") se jieħu ħsieb – taħt l-awtorità tal-kap tal-unità u fil-qafas tal-programmi u tal-prijoritajiet definiti mill-korpi parlamentari u mill-ġerarkija tagħhom – il-kompiti ewlenin li ġejjin:

il-koordinazzjoni mal-fornituri tas-servizzi tal-ikel li joperaw f'qafas ta' sħubija;

l-analiżi tal-fattibilità u, jekk ikun il-każ, il-forniment ta' proposti għal soluzzjonijiet rigward l-installazzjoni ta' punti ġodda ta' bejgħ jew ta' tagħmir ġdid bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ambjent tax-xogħol fil-Parlament Ewropew;

il-koordinazzjoni tal-organizzazzjoni loġistika ta' avvenimenti ppjanati mill-Parlament Ewropew u mill-korpi politiċi u amministrattivi tiegħu (gruppi politiċi, Membri tal-Parlament Ewropew, direttorati ġenerali);

l-ottimizzar tal-użu tar-riżorsi tal-unità bil-għan li s-servizz fornut fil-qasam ta' kompetenzi rilevanti jkun ta' kwalità;

it-tfassil, il-forniment ta' proposti u l-eżekuzzjoni ta' objettivi u pjanijiet ta' azzjoni fil-qafas stabbilit mill-ġerarkija;

il-pilotaġġ u l-koordinazzjoni ta' proġetti speċifiċi;

it-tħejjija u l-iffaċilitar tat-teħid ta' deċiżjonijiet fl-oqsma ta' responsabilità amministrattiva jew operattiva tal-unità;

it-tfassil ta' rapporti, noti, ittri, dokumenti ta' statistika u kull tip ta' dokument ieħor b'rabta mal-attivitajiet tal-unità, inklużi abbozzi ta' regolament;

kontribut għat-tfassil ta' sejħiet għall-offerti u l-monitoraġġ tagħhom;

l-iżgurar ta' kollegament mad-dipartimenti l-oħra kkonċernati tal-Parlament Ewropew u ma' entitajiet simili tal-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej l-oħra;

akkumpanjament jew rappreżentanza tal-ġerarkija f'laqgħat u fi gruppi ta' ħidma interni u esterni u parteċipazzjoni f'laqgħat amministrattivi jew tmexxija ta' tali laqgħat.

It-twettiq ta' dawn il-funzjonijiet jirrikjedi kapaċitajiet ta' analiżi, ta' raġunament, ta' kitba, ta' superviżjoni loġistika u ta' ġestjoni amministrattiva. L-amministratur se jkollu wkoll juri inizjattiva u kapaċità ta' adattament u jrid ikollu sens qawwi ta' antiċipazzjoni u ta' orjentazzjoni lejn il-klijenti. Se titqiegħed ukoll enfasi fuq il-ħila tal-amministratur li jifhem problemi ta' natura differenti u ħafna drabi kumplessi, li jirreaġixxi malajr għal tibdil fiċ-ċirkustanzi, li jikkomunika b'effiċjenza, li jaħdem regolarment b'mod intensiv, kemm waħdu u kemm f'tim, li jadatta għal ambjent tax-xogħol multikulturali u multilingwi u li jittratta ma' interlokuturi ta' kwalunkwe livell.

Dawn il-funzjonijiet jesiġu missjonijiet lejn il-postijiet tax-xogħol normali l-oħra tal-Parlament Ewropew (il-Lussemburgu u Strasburgu) u barra minnhom.

3.   Rekwiżiti ta' eleġibilità

Sad-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, il-kandidati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)   Rekwiżiti ġenerali

Skont l-Artikolu 12.2 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, il-kandidati għandhom:

ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;

igawdu mid-drittijiet ċivili tagħhom;

ikunu ssodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari;

joffru l-garanziji ta' moralità mitluba għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti.

(b)   Rekwiżiti speċifiċi

(i)   Kwalifiki, diplomi u għarfien meħtieġa

Il-kandidati għandu jkollhom livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ta' tliet snin jew aktar, iċċertifikat b'diploma. Il-kumitat ta' selezzjoni se jqis, f'dan ir-rigward, id-differenzi fis-sistemi edukattivi. Eżempji ta' diplomi minimi meħtieġa jinsabu fit-tabella fil-gwida għall-kandidati.

(ii)   Esperjenza professjonali meħtieġa

Mhi meħtieġa ebda esperjenza professjonali. Madankollu, kull esperjenza professjonali b'rabta mal-funzjonijiet deskritti, u b'mod partikolari fil-ġestjoni tal-proġetti, tikkostitwixxi vantaġġ.

(iii)   Għarfien lingwistiku

Il-kandidati għandu jkollhom għarfien fil-fond (minimu ta' livell C1 (3)) ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (lingwa 1): il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż,

u

għarfien tajjeb ħafna (minimu ta' livell B21) tal-Franċiż jew tal-Ingliż (lingwa 2). Il-lingwa 2 trid tkun differenti mil-lingwa 1.

Ta' min ifakkar li l-livelli minimi meħtieġa hawn fuq japplikaw għal kull ħila lingwistika (taħdit, kitba, qari, smigħ) imsemmija fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn il-ħiliet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi (https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr).

Il-kandidati huma informati li l-lingwi 2 (il-Franċiż u l-Ingliż) magħżulin għall-finijiet ta' din il-proċedura ta' selezzjoni ġew definiti skont l-interess tas-servizz. Fil-fatt, il-ġestjoni tal-proġetti tesiġi kwalifiki speċjali minħabba d-deskrizzjoni tal-funzjonijiet: kapaċità ta' analiżi, ta' kitba, ta' superviżjoni teknika u ta' ġestjoni amministrattiva. Għaldaqstant, il-persuna li tintgħażel biex tiġi rreklutata għandha tkun kapaċi tifhem il-kompiti li jkollha tiżvolġi, tipproċessa l-fajls u tikkomunika b'mod effikaċi mal-interlokuturi esterni, mal-ġerarkija u mal-kollegi.

L-għarfien ta' waħda minn dawn iż-żewġ lingwi hija essenzjali biex l-aġent ikun jista' jerfa' r-responsabilitajiet tiegħu u biex ikun jista' jirreaġixxi għall-ħtiġijiet reali tal-funzjonijiet li se jkun mitlub iwettaq, b'mod partikolari minħabba l-ħtieġa li jiżviluppa relazzjonijiet tax-xogħol ma' interlokuturi differenti li primarjament jesprimu ruħhom bil-Franċiż jew bl-Ingliż u li jilħaq għanijiet u jikkonkretizza proġetti li jkunu ġejjin mid-direttorat responsabbli mir-reklutaġġ, fejn il-lingwi tax-xogħol huma l-Franċiż u l-Ingliż.

Il-Franċiż huwa l-lingwa li tintuża b'aktar frekwenza fir-relazzjonijiet fi ħdan u bejn l-unitajiet tad-direttorati ġenerali responsabbli mir-reklutaġġ. Ħakma tajba tal-Franċiż hija wkoll neċessarja biex l-aġent jifhem sewwa l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-iġjene u tas-saħħa fi Franza, fil-Belġju u fil-Lussemburgu. Fl-aħħar nett, il-Franċiż huwa l-lingwa li normalment tintuża għall-komunikazzjoni mal-interlokuturi esterni (fornituri tas-servizzi, amministrazzjonijiet u awtoritajiet lokali fil-qafas tar-regolamentazzjoni fis-seħħ).

L-Ingliż jintuża aktar ta' spiss fl-iskambji mad-direttorati l-oħra tad-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika, mad-direttorati ġenerali l-oħra u mal-awtoritajiet politiċi u amministrattivi tal-istituzzjoni, partikolarment biex jinkitbu d-dokumenti.

B'konsegwenza ta' dan, bil-għan li jwettaq il-funzjonijiet tiegħu u jiżgura l-funzjonament tajjeb tas-servizz, il-persuna li tintgħażel biex tiġi rreklutata għandha tkun kapaċi taħdem u tikkomunika b'mod effikaċi b'tal-anqas waħda minn dawn iż-żewġ lingwi.

Fl-interess ta' trattament indaqs, kull kandidat, anke jekk ikollu waħda minn dawn iż-żewġ lingwi bħala l-ewwel lingwa uffiċjali, huwa mistenni jkollu biżżejjed għarfien ta' lingwa oħra, li trid tkun l-oħra minn fost dawn iż-żewġ lingwi.

B.   ŻVOLĠIMENT TAL-PROĊEDURA

Il-proċedura hija organizzata abbażi ta' kwalifiki u testijiet.

1.   Eleġibilità għall-proċedura ta' selezzjoni

Jekk

tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' eleġibilità, u

ippreżentajt il-fajl tiegħek skont il-modalitajiet u qabel l-iskadenza stabbiliti,

il-kumitat ta' selezzjoni jeżamina l-fajl tiegħek fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi ta' eleġibilità.

Jekk tissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi ta' eleġibilità, il-kumitat ta' selezzjoni jqisek eleġibbli għall-proċedura ta' selezzjoni.

Il-kumitat jibbaża l-għażla tiegħu esklużivament fuq l-informazzjoni mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni li tkun appoġġata minn dokumenti ġustifikattivi (għal aktar dettalji, ara l-gwida għall-kandidati) .

2.   Evalwazzjoni tal-kwalifiki

Abbażi ta' tabella ta' evalwazzjoni li tkun ġiet stabbilita minn qabel, il-kumitat ta' selezzjoni jivvaluta l-kwalifiki tal-kandidati eleġibbli għall-proċedura ta' selezzjoni u jistabbilixxi lista tal-aħjar 9 kandidati, li jiġu mistiedna għat-testijiet (bil-miktub u orali).

Waqt l-evalwazzjoni tal-kwalifiki tal-kandidati, il-kumitat ta' selezzjoni jqis b'mod partikolari:

il-kwalifiki u d-diplomi;

l-esperjenza miksuba ma' entitajiet interni jew esterni, pereżempju fornituri;

l-esperjenza miksuba fit-tfassil jew fl-eżekuzzjoni ta' proġetti maħsuba biex jottimizzaw l-użu tar-riżorsi jew itejbu s-servizzi;

l-esperjenza miksuba fl-iżvilupp jew il-ġestjoni tar-riżorsi umani;

l-esperjenza miksuba fil-qasam loġistiku (servizzi tal-forniment tal-ikel, servizzi tat-trasport tal-persuni u tal-merkanzija jew xiri ta' provvisti u għamara) jew fil-ġestjoni tar-riżorsi (baġitarji jew umani);

l-esperjenza miksuba f'ambjent multikulturali jew multinazzjonali.

Punteġġ: minn 0 sa 20 punt.

3.   Testijiet

Test bil-miktub

(a)

Test tal-kitba bil-lingwa 2 (il-Franċiż jew l-Ingliż), abbażi ta' fajl, maħsub biex jivvaluta l-kapaċità tal-kandidati li jwettqu l-funzjonijiet deskritti fit-Taqsima A.2, kif ukoll il-kapaċità tagħhom tal-kitba u tas-sinteżi.

Tul tat-test: 3 sigħat.

Punteġġ: minn 0 sa 40 punt (minimu meħtieġ: 20 punt).

Testijiet orali

(b)

Intervista mal-kumitat ta' selezzjoni bil-lingwa 2 (il-Franċiż jew l-Ingliż), li permezz tagħha tkun tista' tiġi vvalutata l-kapaċità tal-kandidati li jwettqu l-funzjonijiet deskritti fit-Taqsima A.2, b'kunsiderazzjoni tal-elementi kollha mniżżlin fil-fajl tal-applikazzjoni. Il-kumitat ta' selezzjoni jista' jiddeċiedi li jeżamina l-għarfien lingwistiku tal-kandidati kif iddikjarat fil-formola tal-applikazzjoni.

Tul massimu tat-test: 45 minuta.

Punteġġ: minn 0 sa 40 punt (minimu meħtieġ: 20 punt).

(c)

Test ta' diskussjoni fi grupp bil-lingwa 2 (il-Franċiż jew l-Ingliż), sabiex il-kumitat ta' selezzjoni jkun jista' jivvaluta l-kapaċità ta' adattament, il-ħila ta' negozjar u ta' teħid ta' deċiżjonijiet, kif ukoll l-imġiba tal-kandidati fi ħdan grupp.

It-tul ta' dan it-test se jiġi stabbilit mill-kumitat ta' selezzjoni skont il-kompożizzjoni definittiva tal-gruppi.

Punteġġ: minn 0 sa 20 punt (minimu meħtieġ: 10 punti).

4.   Inklużjoni fil-lista ta' riżerva

Il-lista ta' riżerva se tinkludi, skont l-ordni ta' mertu, l-ismijiet tat-3 kandidati li jkunu kisbu l-ogħla għadd ta' punti fil-proċedura kollha (l-evalwazzjoni tal-kwalifiki u t-testijiet) u li jkunu laħqu l-livell minimu meħtieġ f'kull wieħed minn dawn it-testijiet.

Inti tiġi informat(a) personalment bir-riżultati tiegħek permezz ta' komunikazzjoni bil-miktub.

Il-lista ta' riżerva titwaħħal fuq il-bordijiet tal-avviżi uffiċjali fil-binjiet tal-Parlament Ewropew. Il-lista ta' riżerva tibqa' valida sal-31 ta' Diċembru 2023; il-validità tagħha tista' tiġi prorogata. F'dan il-każ, il-kandidati mniżżlin fil-lista ta' riżerva jiġu informati fi żmien debitu.

Jekk inti tirċievi offerta ta' impjieg, tkun mitlub(a) tippreżenta l-kopji oriġinali tad-dokumenti kollha meħtieġa, b'mod partikolari d-diplomi u ċ-ċertifikati tal-impjieg tiegħek, sabiex tkun tista' ssir verifika.

C.   TRESSIQ TAL-APPLIKAZZJONIJIET

Jeħtieġlek tuża l-formola tal-applikazzjoni (oriġinali jew kopja) speċifika għal dan l-avviż ta' reklutaġġ li tinsab fil-Ġurnal Uffiċjali ppubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Jekk jogħġbok aqra bir-reqqa l-gwida għall-kandidati qabel ma timla l-applikazzjoni tiegħek.

Data ta' skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet

Il-formola tal-applikazzjoni u l-fotokopji tad-dokumenti ġustifikattivi jridu jintbagħtu esklużivament bil-posta rreġistrata (4) sa mhux aktar tard mit-23 ta' Diċembru 2019 (it-timbru tal-posta jitqies bħala prova), fl-indirizz li ġej:

PARLEMENT EUROPÉEN

Unité Sélection des talents — MON 05S030

Procédure de sélection PE/228/S

(għandu jiġi indikat in-numru ta' referenza tal-proċedura ta' selezzjoni)

Rue Wiertz/Wiertzstraat 60

1047 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-posta mhux irreġistrata jew bil-posta interna mhumiex se jiġu kkunsidrati. L-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti mhijiex se taċċetta applikazzjonijiet li jitressqu bl-idejn.

Mhi se tintbagħat l-ebda konferma ta' riċevuta tal-fajls tal-applikazzjoni, ħlief jekk konferma ta' riċevuta postali takkumpanja ittra rreġistrata.

Inti mitlub(a) MA ĊĊEMPILX rigward il-kalendarju tal-proċedura.

Jekk sal-31 ta' Marzu 2020 tkun għadek ma rċevejtx email dwar l-applikazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok ibgħat email lil PERS-228S@europarl.europa.eu


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' impjieg ta' uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1) kif ukoll mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).

(2)  Din il-pożizzjoni jaf tiġi trasferita lejn wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.

(3)  Ara l-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi (QKERL) — https://europass.cedefop.europa.eu/sites/default/files/cefr-mt.pdf

(4)  Il-kunsinna minn kurrier privat titqies bħala posta rreġistrata. F'dan il-każ, id-data li tidher fuq it-tikketta tal-kunsinna titqies bħala d-data tal-kunsinna.


Gwida għall-kandidati fil-proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-Parlament Ewropew

Paġna

1.

INTRODUZZJONI

7

Kif tiżvolġi proċedura ta’ selezzjoni?

7

2.

STADJI TAL-PROĊEDURA TA’ SELEZZJONI

8

Wasla tal-fajls tal-applikazzjoni

8

Eżami tar-rekwiżiti ġenerali

8

Eżami tar-rekwiżiti speċifiċi

9

Evalwazzjoni tal-kwalifiki

9

Testijiet

9

Lista ta’ riżerva

10

3.

KIF ISSIR L-APPLIKAZZJONI?

10

Punti ġenerali

10

Kif jintbagħat il-fajl komplut?

10

Liema dokumenti ġustifikattivi għandhom jinhemżu mal-fajl?

10

Punti ġenerali

10

Dokumenti ġustifikattivi għar-rekwiżiti ġenerali

11

Dokumenti ġustifikattivi għar-rekwiżiti speċifiċi u l-evalwazzjoni tal-kwalifiki

11

4.

AVVIŻ

12

5.

INFORMAZZJONI ĠENERALI

13

Opportunitajiet indaqs

13

Talbiet għal aċċess mill-kandidati għall-informazzjoni li tikkonċernahom

13

Protezzjoni tad-data personali

13

Spejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ soġġorn

13

ANNESS I

14

ANNESS II

18

1.   INTRODUZZJONI

Kif tiżvolġi proċedura ta’ selezzjoni?

Proċedura ta’ selezzjoni tinvolvi sensiela ta’ stadji fejn il-kandidati (1) jikkompetu bejniethom. Din il-proċedura hija miftuħa għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea li, sad-data tal-iskadenza stabbilita għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, jissodisfaw il-kriterji meħtieġa, toffri l-istess possibilità lill-kandidati kollha biex juru l-ħiliet tagħhom u tippermetti selezzjoni bbażata fuq il-mertu, fir-rispett tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

Il-kandidati li jgħaddu minn proċedura ta’ selezzjoni jitniżżlu f’lista ta’ riżerva li se sservi bħala bażi għall-Parlament Ewropew sabiex jimla l-kariga li għaliha japplika dan l-avviż ta’ reklutaġġ.

Għal kull proċedura ta’ selezzjoni jiġi kostitwit kumitat ta’ selezzjoni magħmul minn rappreżentanti tal-amministrazzjoni u tal-kumitat tal-persunal. Ix-xogħol ta’ dan il-kumitat ta’ selezzjoni hu sigriet u jiżvolġi skont l-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

Il-kuntatti diretti jew indiretti tal-kandidati mal-kumitat ta’ selezzjoni huma formalment ipprojbiti. L-Awtorità tal-Ħatra tirriżerva d-dritt li teskludi kull kandidat li jikser din il-projbizzjoni.

Il-kumitat ta’ selezzjoni jimxi b’mod strett mar-rekwiżiti ta’ eleġibilità msemmija fl-avviż ta’ reklutaġġ biex jiddeċiedi dwar l-eleġibilità jew le ta’ kull kandidat. Il-kandidati li kienu eleġibbli għal konkors jew proċedura ta’ selezzjoni preċedenti ma jkunux eleġibbli awtomatikament.

Sabiex jagħżel l-aħjar kandidati, il-kumitat ta’ selezzjoni jqabbel il-prestazzjonijiet tal-kandidati sabiex jivvaluta l-ħila tagħhom biex iwettqu l-funzjonijiet deskritti fl-avviż. Għalhekk ma jridx biss jevalwa l-livell tal-għarfien, iżda wkoll jidentifika l-persuni l-aktar kwalifikati abbażi tal-merti tagħhom.

Għall-informazzjoni, proċedura ta’ selezzjoni tista’ ddum bejn 6 u 9 xhur, skont in-numru tal-kandidati.

2.   STADJI TAL-PROĊEDURA TA’ SELEZZJONI

Il-proċedura ta’ selezzjoni hija magħmula mill-istadji li ġejjin:

wasla tal-fajls tal-applikazzjoni,

eżami tar-rekwiżiti ġenerali,

eżami tar-rekwiżiti speċifiċi,

evalwazzjoni tal-kwalifiki,

testijiet,

inklużjoni fil-lista ta’ riżerva.

Wasla tal-fajls tal-applikazzjoni

Il-kandidati li jiddeċiedu li japplikaw għandhom jibagħtu — inkella jiġu esklużi — fajl tal-applikazzjoni komplut, li jinkludi l-formola tal-applikazzjoni speċifika għall-avviż ta’ reklutaġġ, mimlija, iffirmata u akkumpanjata mid-dokumenti ġustifikattivi kollha meħtieġa li jagħtu prova li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-avviż ta’ reklutaġġ. Dan il-fajl għandu jintbagħat bil-posta rreġistrata (il-kunsinna permezz ta’ kurrier privat titqies bħala ekwivalenti għall-posta rreġistrata. F’dan il-każ, id-data li tidher fil-formola tal-kunsinna titqies bħala d-data tal-kunsinna) sad-data stabbilita fl-avviż ta’ reklutaġġ. Ara t-Taqsima C tal-avviż ta’ reklutaġġ għall-indirizz u d-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

Eżami tar-rekwiżiti ġenerali

L-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti teżamina jekk l-applikazzjoni tistax tiġi aċċettata, jiġifieri jekk l-applikazzjoni ntbagħtitx skont il-modalitajiet u sad-data tal-iskadenza indikati fl-avviż ta’ reklutaġġ u jekk ir-rekwiżiti ġenerali ta’ eleġibilità ġewx issodisfati.

Konsegwentement, jiġu eliminati awtomatikament il-kandidati li:

bagħtu l-fajl tal-applikazzjoni tagħhom wara d-data tal-iskadenza, kif muri mit-timbru tal-posta jew mill-formola tal-kunsinna tal-kurrier privat, jew

ma bagħtux il-fajl tal-applikazzjoni tagħhom bil-posta rreġistrata jew permezz ta’ kurrier privat, jew

ma użawx il-formola tal-applikazzjoni speċifika għall-avviż ta’ reklutaġġ, jew

ma mlewx b’mod adegwat il-formola tal-applikazzjoni speċifika għall-avviż ta’ reklutaġġ, jew

ma ffirmawx il-formola tal-applikazzjoni, jew

ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ġenerali ta’ eleġibilità.

Il-kandidati jiġu informati individwalment b’dan ir-rifjut wara d-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

Il-lista tal-kandidati li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-avviż ta’ reklutaġġ tiġi stabbilita mill-Awtorità tal-Ħatra, imbagħad din il-lista tintbagħat flimkien mal-fajls lill-kumitat ta’ selezzjoni.

Eżami tar-rekwiżiti speċifiċi

Il-kumitat ta’ selezzjoni jeżamina l-applikazzjonijiet u jistabbilixxi l-lista tal-kandidati li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-avviż ta’ reklutaġġ. Huwa jibbaża esklużivament fuq l-informazzjoni mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni li tkun appoġġata minn dokumenti ġustifikattivi.

L-istudji, it-taħriġ, l-għarfien lingwistiku u, jekk ikun xieraq, l-esperjenza professjonali għandhom jiġu speċifikati fid-dettall fil-formola tal-applikazzjoni, jiġifieri:

għall-istudji: id-dati tal-bidu u tat-tmiem u d-deskrizzjoni tad-diploma/i, kif ukoll is-suġġetti studjati;

għall-esperjenza professjonali eventwali: id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-esperjenza kif ukoll deskrizzjoni preċiża tal-kompiti mwettqa.

Il-kandidati li jkunu ppubblikaw studji, artikli jew testi oħra rilevanti għad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet għandhom jinkluduhom fil-formola tal-applikazzjoni.

F’dan l-istadju huma esklużi l-kandidati li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ eleġibilità stabbiliti fl-avviż ta’ reklutaġġ.

Kull kandidat jiġi informat b’ittra dwar id-deċiżjoni tal-kumitat ta’ selezzjoni jekk ikunx eleġibbli jew le għall-proċedura.

Evalwazzjoni tal-kwalifiki

Sabiex jagħżel il-kandidati li jiġu mistiedna għat-testijiet, il-kumitat ta’ selezzjoni jipproċedi għall-evalwazzjoni tal-kwalifiki tal-kandidati eleġibbli. Huwa jibbaża esklużivament fuq l-informazzjoni mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni li tkun appoġġata minn dokumenti ġustifikattivi (ara l-punt 3 ta’ hawn taħt). Il-kumitat ta’ selezzjoni jibbaża fuq il-kriterji li jkun stabbilixxa minn qabel filwaqt li jikkunsidra, b’mod speċjali, il-kwalifiki speċifikati fl-avviż ta’ reklutaġġ fit-Taqsima B.2.

Kull kandidat jiġi informat b’ittra dwar id-deċiżjoni tal-kumitat ta’ selezzjoni jekk ikunx eleġibbli jew le għat-testijiet.

Testijiet

It-testijiet kollha huma obbligatorji u eliminatorji. In-numru massimu ta’ kandidati eleġibbli għat-testijiet huwa stabbilit fit-Taqsima B.2 tal-avviż ta’ reklutaġġ.

F’każ ta’ abbandun min-naħa tal-kandidat, it-testijiet ma jiġux ikkoreġuti.

Lista ta’ riżerva

Fil-lista ta’ riżerva jiddaħħal biss in-numru massimu ta’ kandidati stabbilit fit-Taqsima B.4 tal-avviż ta’ reklutaġġ.

Il-fatt li isem kandidat jitniżżel fil-lista ta’ riżerva jfisser li jista’ jiġi mistieden minn wieħed mis-servizzi tal-istituzzjoni għal intervista, iżda dan ma jikkostitwix dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ min-naħa tal-istituzzjoni.

3.   KIF ISSIR L-APPLIKAZZJONI?

Punti ġenerali

Qabel ma japplikaw, il-kandidati għandhom jivverifikaw sew jekk jissodisfawx ir-rekwiżiti kollha ta’ eleġibilità, kemm dawk ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi. Dan jimplika li għandhom l-ewwel jaqraw l-avviż ta’ reklutaġġ u din il-gwida u jaċċettaw il-kondizzjonijiet tagħhom.

Minkejja li l-avviżi ta’ reklutaġġ ma għandhomx limitu ta’ età, għandha tingħata attenzjoni għall-età tal-pensjoni stabbilita mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-kandidati għandhom jimlew il-formola tal-applikazzjoni (oriġinali jew kopja) speċifika għall-avviż ta’ reklutaġġ u li tinsab f’dan Il-Ġurnal Uffiċjali ppubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Id-dokumenti li jintbagħtu wara d-data tal-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

Il-kandidati li għandhom diżabilità jew li jinsabu f’sitwazzjoni partikolari (pereżempju tqala, treddigħ ta’ trabi, stat ta’ saħħa, terapija medika, eċċ.) li tista’ tikkawża diffikultajiet waqt l-iżvolġiment tat-testijiet għandhom jindikawha fil-formola tal-applikazzjoni u jagħtu kull informazzjoni utli sabiex l-amministrazzjoni, jekk ikun possibbli, tkun tista’ tagħmel l-arranġamenti kollha meħtieġa. Jekk ikun il-każ, mal-applikazzjoni tagħhom għandhom jehmżu nota, fuq karta separata, li tippreċiża d-dispożizzjonijiet li huma jqisu neċessarji biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tagħhom għat-testijiet.

Kif jintbagħat il-fajl komplut?

1.

Imla u ffirma l-formola tal-applikazzjoni speċifika għall-avviż ta’ reklutaġġ.

2.

Ehmeż lista nnumerata tad-dokumenti ġustifikattivi kollha mal-fajl tiegħek.

3.

Ehmeż id-dokumenti ġustifikattivi kollha meħtieġa, li inti tkun innumerajt minn qabel.

4.

Ibgħat il-fajl bil-mezzi indikati fl-avviż ta’ reklutaġġ u qabel id-data tal-iskadenza indikata fl-avviż ta’ reklutaġġ.

Liema dokumenti ġustifikattivi għandhom jinhemżu mal-fajl?

Punti ġenerali

M’għandhomx jintbagħtu l-oriġinali; għandhom jiġu mehmuża biss fotokopji mhux iċċertifikati tad-dokumenti mitluba. Ir-referenzi għal siti tal-internet ma jistgħux jitqiesu bħala dokumenti ġustifikattivi. Dokumenti stampati minn siti tal-internet ma jitqisux bħala ċertifikati, iżda jistgħu jinhemżu bħala informazzjoni addizzjonali.

Għandu jitfakkar li l-kandidati mniżżla fil-lista ta’ riżerva li ssirilhom offerta ta’ impjieg għandhom jippreżentaw l-oriġinali tad-dokumenti meħtieġa qabel ma jkunu jistgħu jiġu reklutati.

Curriculum vitæ mhuwiex meqjus bħala dokument ġustifikattiv.

Il-kandidati ma jistgħux jirreferu għal formoli tal-applikazzjoni jew dokumenti oħra mibgħuta fil-kuntest ta’ applikazzjoni preċedenti (3).

L-ebda element tal-fajl ma jintbagħat lura lill-kandidati.

Dokumenti ġustifikattivi għar-rekwiżiti ġenerali

F’dan l-istadju, l-ebda dokument ma huwa meħtieġ biex jiġġustifika li l-kandidati:

huma ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea,

igawdu d-drittijiet ċivili tagħhom,

ikunu ssodisfaw kull obbligu impost fuqhom mil-liġijiet dwar is-servizz militari,

joffru l-garanziji ta’ moralità mitluba għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti.

Il-kandidati huma obbligati jiffirmaw il-formola tal-applikazzjoni. B’din il-firma, jiddikjaraw fuq l-unur tagħhom li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti u li l-informazzjoni fornuta hija veritiera u kompluta.

Dokumenti ġustifikattivi għar-rekwiżiti speċifiċi u l-evalwazzjoni tal-kwalifiki

Huwa f’idejn il-kandidati li jfornu lill-kumitat ta’ selezzjoni l-informazzjoni u d-dokumenti kollha li jippermettulu jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni msemmija fil-formola tal-applikazzjoni.

Diplomi u/jew ċertifikati li jiċċertifikaw it-tlestija tal-istudji

Il-kandidati għandhom ifornu fotokopji tad-diplomi jew taċ-ċertifikati li jiċċertifikaw l-istudji tal-livell meħtieġ fl-avviż ta’ reklutaġġ.

F’dan ir-rigward, il-kumitat ta’ selezzjoni jqis is-sistemi edukattivi differenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Għal diplomi postsekondarji, għandha tinhemeż l-informazzjoni l-aktar dettaljata possibbli, speċjalment dwar it-tul tal-istudji u s-suġġetti studjati, sabiex il-kumitat ta’ selezzjoni jkun jista’ jivvaluta r-rilevanza tad-diplomi b’rabta mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet.

Fil-każ ta’ taħriġ tekniku jew professjonali, jew kors ta’ perfezzjonament jew speċjalizzazzjoni, il-kandidati għandhom jindikaw jekk kienx kors full time jew part time jew kors ta’ filgħaxija, kif ukoll is-suġġetti u t-tul uffiċjali tal-korsijiet.

Esperjenza professjonali

Jekk l-avviż jeżiġi esperjenza professjonali, din titqies biss jekk tkun inkisbet wara l-kisba tad-diploma jew taċ-ċertifikat meħtieġa. Huwa indispensabbli li d-dokumenti ġustifikattivi jagħtu prova tat-tul u l-livell tal-esperjenza professjonali u li d-deskrizzjoni tal-kompiti tkun dettaljata kemm jista’ jkun sabiex il-kumitat ta’ selezzjoni jkun jista’ jivvaluta r-rilevanza tal-esperjenza b’rabta mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet.

Il-perjodi kollha tal-attività professjonali kkonċernati għandhom ikunu koperti minn dokumenti ġustifikattivi, speċjalment:

ċertifikati minn min kien iħaddem il-kandidat preċedentement u minn min iħaddem il-kandidat fil-preżent li jiġġustifikaw l-esperjenza professjonali mitluba għall-aċċess għall-proċedura ta’ selezzjoni;

jekk, minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, il-kandidati ma jistgħux jehmżu ċ-ċertifikati tax-xogħol meħtieġa, huwa essenzjali li, sabiex dawn jiġu sostitwiti, ifornu fotokopji tal-kuntratt tax-xogħol jew tal-ittra ta’ reklutaġġ u tal-ewwel u l-aħħar dokument tal-paga;

għal dawk li ma jaħdmux bħala impjegati (dawk li jaħdmu għal rashom, professjonijiet liberali, eċċ.), jistgħu jkunu aċċettati bħala prova riċevuti li jagħtu dettalji dwar is-servizzi mogħtija jew kull dokument ġustifikattiv uffiċjali ieħor li jkun rilevanti.

Għarfien lingwistiku

L-għarfien tal-lingwi meħtieġ għandu jkun iċċertifikat minn diploma, ċertifikat jew dikjarazzjoni fuq l-unur, fuq karta separata, li tispjega kif inkiseb l-għarfien ta’ dawn il-lingwi.

Jekk, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, jiġi kkonstatat li l-informazzjoni fornuta fl-applikazzjoni ma tkunx eżatta, ma tkunx sostnuta mid-dokumentazzjoni meħtieġa jew ma tikkorrispondix mar-rekwiżiti kollha ta’ dan l-avviż ta’ reklutaġġ, l-eleġibilità tal-kandidat tiġi ddikjarata nulla.

4.   AVVIŻ

Hija r-responsabilità tal-kandidati li jieħdu l-miżuri kollha sabiex l-applikazzjoni (oriġinali jew kopja) ikkompletata kif xieraq, iffirmata u akkumpanjata mid-dokumenti ġustifikattivi kollha, tintbagħat bil-posta rreġistrata (4), qabel id-data tal-iskadenza. It-timbru tal-posta jitqies bħala prova.

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-posta mhux irreġistrata jew bil-posta interna mhumiex se jiġu kkunsidrati. L-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti mhijiex se taċċetta applikazzjonijiet li jitressqu bl-idejn.

Mhi se tintbagħat l-ebda konferma ta’ riċevuta tal-fajls tal-applikazzjoni, ħlief jekk konferma ta’ riċevuta postali takkumpanja ittra rreġistrata.

Il-kandidati għandhom jindirizzaw ittra jew email (5) lill-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti jekk ma jirċevux email dwar l-applikazzjoni tagħhom sad-data msemmija fl-aħħar paragrafu tal-avviż ta’ reklutaġġ.

Fil-korrispondenza kollha mibgħuta minn kandidat fir-rigward tal-applikazzjoni mressqa taħt isem partikolari, għandu jsir riferiment għal dan l-isem kif ukoll għan-numru tal-proċedura ta’ selezzjoni.

Kull korrispondenza indirizzata mill-Parlament Ewropew b’rabta mal-proċedura ta’ selezzjoni, inklużi l-konvokazzjonijiet għat-testijiet, tintbagħat bl-email fl-indirizz indikat mill-kandidat fl-applikazzjoni. Il-kandidat għandu r-responsabilità li jikkonsulta l-email tiegħu regolarment (tal-anqas darbtejn fil-ġimgħa) u li jinnotifika lill-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti dwar bidliet eventwali tal-informazzjoni personali tiegħu.

Għal kull komunikazzjoni dwar il-proċedura ta’ selezzjoni, għandha tintbagħat email f’dan l-indirizz elettroniku:

PERS-228S@ep.europa.eu

Jekk il-kandidati ma jkunx jistgħu jikkonsultaw aktar l-emails tagħhom, hija r-responsabilità tagħhom li jinformaw minnufih lill-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti u li jagħtuha indirizz elettroniku ġdid.

Sabiex tinżamm l-indipendenza tal-kumitat ta’ selezzjoni, kull kuntatt, dirett jew indirett, tal-kandidati mal-kumitat ta’ selezzjoni huwa formalment ipprojbit u jista’ jwassal għall-esklużjoni mill-proċedura.

Kull korrispondenza indirizzata lill-kumitat ta’ selezzjoni u kwalunkwe talba għall-informazzjoni jew korrispondenza oħra relatata mal-iżvolġiment tal-proċedura għandhom ikunu indirizzati esklużivament lill-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti (5), li hija inkarigata mill-komunikazzjoni mal-kandidati sa tmiem il-proċedura ta’ selezzjoni.

5.   INFORMAZZJONI ĠENERALI

Opportunitajiet indaqs

Il-Parlament Ewropew jiżgura li jevita kull forma ta’ diskriminazzjoni.

Huwa japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal pereżempju diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.

Talbiet għal aċċess mill-kandidati għall-informazzjoni li tikkonċernahom

Fil-kuntest tal-proċeduri ta’ selezzjoni, jiġi rikonoxxut id-dritt speċifiku tal-kandidati li jkollhom aċċess, skont il-kondizzjonijiet deskritti hawn taħt, għal ċerta informazzjoni li tikkonċernahom direttament u individwalment. Bis-saħħa ta’ dan id-dritt, il-Parlament Ewropew jista’ jagħti lil kandidat, fuq talba tiegħu, l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

(a)

il-kandidati li ma jkunux ġew mistiedna għat-testijiet (bil-miktub u orali) jistgħu jiksbu, fuq talba tagħhom, kopja tad-dokument ta’ evalwazzjoni tal-kwalifiki tagħhom. Kwalunkwe talba għandha ssir fi żmien xahar mid-data ta’ meta tkun intbagħtet l-ittra li tikkomunika d-deċiżjoni.

(b)

il-kandidati li ġew mistiedna għat-testijiet u li ma tniżżlux fil-lista ta’ riżerva se jiġu informati bil-punteġġ tagħhom fit-testijiet differenti wara li l-kumitat ta’ selezzjoni jkun stabbilixxa l-lista ta’ riżerva. Fuq talba tagħhom, il-kandidati jistgħu jiksbu kopja tat-test bil-miktub tagħhom u, għal kull test, bil-miktub jew orali, kopja tad-dokumenti individwali li jinkludu l-valutazzjonijiet magħmula mill-kumitat ta’ selezzjoni. Kwalunkwe talba għal kopja għandha ssir fi żmien xahar mid-data ta’ meta tkun intbagħtet l-ittra li tikkomunika d-deċiżjoni li l-kandidat ma jkunx ġie inkluż fil-lista ta’ riżerva.

(c)

il-kandidati inklużi fil-lista ta’ riżerva jiġu informati biss li huma għaddew mill-proċedura ta’ selezzjoni.

It-talbiet huma pproċessati b’kunsiderazzjoni tas-segretezza tax-xogħlijiet tal-kumitat ta’ selezzjoni prevista mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Anness III, Artikolu 6) u fir-rispett tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi rigward l-ipproċessar tad-data personali.

Protezzjoni tad-data personali

Il-Parlament Ewropew, bħala l-korp responsabbli għall-organizzazzjoni tas-selezzjonijiet, jiżgura li d-data personali tal-kandidati tiġi pproċessata fir-rispett sħiħ tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), speċjalment rigward il-kunfidenzjalità u s-sigurtà tagħhom.

Spejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ soġġorn

Il-kandidati mistiedna għat-testijiet jingħataw kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ soġġorn. Il-kandidati jiġu informati bl-arranġamenti u bit-tariffi applikabbli waqt l-istedina tagħhom għat-testijiet.

L-indirizz mogħti mill-kandidat fil-formola tal-applikazzjoni jitqies bħala l-post minn fejn il-kandidat jitlaq biex jattendi t-testijiet. F’dan ir-rigward, bidla tal-indirizz ikkomunikata mill-kandidat wara li l-Parlament Ewropew ikun bagħat l-istedina għat-testijiet ma tistax tiġi kkunsidrata, ħlief jekk il-Parlament Ewropew iqis li ċ-ċirkostanzi msemmija mill-kandidat ikunu ekwivalenti għal forza maġġuri jew ikun każ mhux mistenni.


(1)  Kull referenza, f’din il-gwida, għal persuna tas-sess maskil għandha tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna tas-sess femminil, u viċeversa.

(2)  Ara r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68.

(3)  Dawn il-kondizzjonijiet japplikaw għall-kandidati kollha, inklużi l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

(4)  Il-kunsinna permezz ta’ kurrier privat titqies bħala rreġistrata. F’dan il-każ, id-data li tidher fuq il-formola tal-kunsinna titqies bħala d-data tal-kunsinna.

(5)  Indirizz: Indirizz postali: PARLEMENT EUROPÉEN, Unité de sélection des Talents, MON 05S030, Procédure de sélection PE/228/S, 60 rue Wiertz, 1047 Bruxelles, Il-Belġju. Indirizz tal-email: PERS-228S@ep.europa.eu

(6)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS I

Tabella indikattiva tad-diplomi li jagħtu aċċess għall-proċeduri ta’ selezzjoni tal-grupp ta’ funzjonijiet AD (1) (kull każ għandu jiġi eżaminat għalih)

PAJJIŻ

Edukazzjoni ta’ livell universitarju - 4 snin jew aktar

Edukazzjoni ta’ livell universitarju - 3 snin jew aktar

Belgique – België – Belgien

Licence/Licentiaat / Diplôme d'études approfondies (DEA) / Diplôme d'études spécialisées (DES) / Diplôme d'études supérieures spécialisées (DESS) / Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS) / Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS) / Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation de l’enseignement secondaire supérieur (AESS)/ Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrïeel ingenieur / Master — 60/120 ECTS / Master complémentaire — 60 ECTS ou plus

Agrégation de l’enseignement secondaire supérieur (AESS) — 30 ECTS

Doctorat/Doctoraal Diploma

Bachelor académique (dit «de transition») - 180 ECTS

Academisch gerichte Bachelor - 180 ECTS

България

Диплома за висше образование Бакалавър — 240 ECTS / Магистър — 300 ECTS / Доктор

Магистър след Бакалавър — 60 ECTS / Магистър след Професионален бакалавър по … — 120 ECTS

 

Česko

Diplom o ukončení vysokoškolského studia / Magistr / Doktor

Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář)

Danmark

Kandidatgrad/Candidatus / Master/Magistergrad (Mag.Art) / Licenciatgrad / Ph.d.-grad

Bachelorgrad (B.A or B. Sc) / Professionsbachelorgrad / Diplomingeniør

Deutschland

Master (alle Hochschulen) / Diplom (Univ.) / Magister / Staatsexamen / Doktorgrad

Bachelor / Fachhochschulabschluss (FH)

Staatsexamen (Regelstudienzeit 3 Jahre)

Eesti

Rakenduskõrghariduse diplom Bakalaureusekraad (160 ainepunkti) / Magistrikraad / Arstikraad / Hambaarstikraad / Loomaarstikraad / Filosoofiadoktor / Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti) / Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Céim Onórach Bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS) Honours Bachelor Degree (4 years/ 240 ECTS) / Céim Ollscoile University Degree /

Céim Mháistir (60-120 ECTS) Masters Degree (60-120 ECTS) / Céim Dochtúra Doctorate

Céim Onórach Bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B. Eng) Honours Bachelor Degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B. Eng)

Ελλάδα

Πτυχίο [ΑΕΙ (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου), ΤΕΙ υποχρεωτικής τετραετούς φοίτησης] 4 χρόνια (1ος κύκλος)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

 

España

Licenciado / Ingeniero / Arquitecto / Graduado / Máster Universitario / Doctor

Diplomado / Ingeniero técnico

Arquitecto técnico/Maestro

France

Maîtrise / MST (maîtrise des sciences et techniques) / MSG (maîtrise des sciences de gestion)

DEST (diplôme d'études supérieures techniques) / DRT (diplôme de recherche technologique)

DESS (diplôme d'études supérieures spécialisées) / DEA (diplôme d'études approfondies)

Master 1 / Master 2 professionnel / Master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles / Diplôme d'ingénieur / Doctorat

Licence

Hrvatska

Baccalaureus / Baccalaurea (Sveučilišni Prvostupnik / Prvostupnica)

Stručni Specijalist

Master degree (magistar struke) 300 kredit min

magistar inženjer/ magistrica inženjerka (mag. ing).

Doktor struke / Doktor umjetnosti

Baccalaureus / Baccalaurea (Sveučilišni Prvostupnik / Prvostupnica)

Italia

Diploma di Laurea (DL) — da 4 a 6 anni / Laurea specialistica (LS) / Laurea magistrale (LM) / Master universitario di primo livello / Master universitario di secondo livello / Diploma di Specializzazione (DS) / Dottorato di ricerca (DR)

Diploma universitario (3 anni) / Diploma di Scuola diretta a fini speciali (3 anni) / Laurea — L180 crediti

Κύπρος

Πανεπιστημιακό Πτυχíο/Bachelor

Master / Doctorat

 

Latvija

Bakalaura diploms (160 kredītpunkti) / Profesionālā bakalaura diploms / Maģistra diploms / Profesionālā maģistra diploms / Doktora grāds

Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunkti)

Lietuva

Aukštojo mokslo diplomas / Bakalauro diplomas / Magistro diplomas / Daktaro diplomas / Meno licenciato diplomas

Profesinio bakalauro diplomas Aukštojo mokslo diplomas

Luxembourg

Master / Diplôme d'ingénieur industriel / DESS en droit européen

Bachelor / Diplôme d'ingénieur technicien

Magyarország

Egyetemi oklevél / Alapfokozat – 240 kredit / Mesterfokozat / Doktori fokozat

Főiskolai oklevél / Alapfokozat – 180 kredit vagy annál több

Malta

Bachelor's degree / Master of Arts / Doctorate

Bachelor’s degree

Nederland

HBO Bachelor degree

HBO/WO Master's degree

Doctoraal examen /Doctoraat

Bachelor (WO)

Österreich

Master Magister/Magistra

Magister/Magistra (FH)

Diplom-Ingenieur/in

Diplom-Ingenieur/in (FH)

Doktor/in

PhD

Bachelor

Bakkalaureus/Bakkalaurea

Bakkalaureus/Bakkalaurea (FH)

Polska

Magister / Magister inżynier

Dyplom doktora

Licencjat / Inżynier

Portugal

Licenciado / Mestre / Doutor

Bacharel / Licenciado

România

Diplomă de Licență / Diplomă de inginer / Diplomă de urbanist / Diplomă de Master / Diplomă de Studii Aprofundate / Certificat de atestare (studii academice postuniversitare) / Diplomă de doctor

Diplomă de Licență

Slovenija

Univerzitetna diploma/ Magisterij / Specializacija / Doktorat

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Slovensko

diplom o ukončení vysokoškolského štúdia / bakalár (Bc.) / magister magister/inžinier / ArtD

diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (bakalár)

Suomi/Finland

Maisterin tutkinto — Magister-examen

Ammattikorkeakoulututkinto — Yrkeshögskoleexamen (min 160 opintoviikkoa — studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen — antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen / Lisensiaatti/Licentiat

Kandidaatin tutkinto - Kandidatexamen / Ammattikorkeakoulututkinto -

Yrkeshögskoleexamen (min 120 opintoviikkoa — studieveckor)

Sverige

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera) / Licentiatexamen / Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå: Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng / Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå: Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng / Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå:

Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

United Kingdom

Honours Bachelor degree / Master's degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc) / Doctorate

(Honours) Bachelor degree

NB: Master's degree in Scotland


(1)  L-aċċess għall-gradi 7 sa 16 tal-grupp ta’ funzjonijiet AD huwa soġġett għall-kondizzjoni addizzjonali ta’ esperjenza professjonali adegwata ta’ mill-anqas sena.


ANNESS II

TALBIET GĦAL RIEŻAMI — APPELLI - ILMENTI LILL-OMBUDSMAN EWROPEW

Il-kandidati li jqisu li deċiżjoni laqtithom b’mod negattiv jistgħu jitolbu li jsir rieżami ta’ din id-deċiżjoni, jappellaw jew jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew (1).

Talbiet għal rieżami

Il-kandidati jistgħu jitolbu lill-kumitat ta’ selezzjoni jagħmel rieżami tad-deċiżjonijiet li ġejjin:

in-nuqqas ta’ eleġibilità għall-proċedura ta’ selezzjoni

in-nuqqas ta’ stedina għat-testijiet bil-miktub u orali.

Id-deċiżjoni li kandidat ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva ma tistax tkun soġġetta għal rieżami mill-kumitat ta’ selezzjoni.

It-talbiet għal rieżami motivati għandhom jintbagħtu permezz ta’ email lil

PERS-228S@ep.europa.eu

fi żmien għaxart ijiem kalendarji mid-data meta l-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti tkun bagħtet l-email li tinnotifika d-deċiżjoni. It-tweġiba tiġi nnotifikata lill-persuna kkonċernata mill-aktar fis possibbli.

Appelli

Il-kandidati jistgħu jippreżentaw ilment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), indirizzat lil:

M. le Secrétaire général

Parlement européen

Bât. Konrad Adenauer

2929 Luxembourg

LUXEMBOURG

Din il-possibilità hija miftuħa għall-istadji kollha tal-proċedura ta’ selezzjoni.

Għandha tiġi nnutata s-setgħa ta’ valutazzjoni wiesgħa li għandhom il-kumitati ta’ selezzjoni, li jiddeliberaw b’indipendenza sħiħa u li d-deċiżjonijiet tagħhom ma jistgħux jinbidlu mill-Awtorità tal-Ħatra. Din is-setgħa ta’ valutazzjoni wiesgħa mhix soġġetta għall-kontroll għajr f’każ ta’ ksur evidenti tar-regoli li jirregolaw il-ħidma tagħhom. Id-deċiżjoni tal-kumitat ta’ selezzjoni tista’ b’hekk titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea anke jekk ma jkun ġie ppreżentat ebda lment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-appell għandu jitressaq lil:

Tribunal de l’Union européenne

2925 Luxembourg

LUXEMBOURG,

abbażi tal-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 91 tar-Regolament tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din il-possibilità hija prevista biss għad-deċiżjonijiet meħuda mill-kumitat ta’ selezzjoni.

F’każ ta’ deċiżjonijiet amministrattivi li jirrifjutaw l-aċċess għall-proċedura ta’ selezzjoni minħabba n-nuqqas ta’ konformità tal-applikazzjoni mar-rekwiżiti ta’ eleġibilità kif stipulat fit-Taqsima B.1 tal-avviż, appell quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea jista’ jsir biss wara li jkun sar ilment kif imsemmi hawn fuq.

It-talba għal appell quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tirrikjedi b’mod obbligatorju l-intervent ta’ avukat li jista’ jeżerċita quddiem ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea.

Il-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u li japplikaw għal dawn iż-żewġ tipi ta’ appelli jibdew jiddekorru jew mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni inizjali li tolqot b’mod negattiv jew, fil-każ ta’ talba għal rieżami, mid-data tan-notifika tat-tweġiba inizjali tal-kumitat ta’ selezzjoni għal din it-talba.

Ilmenti mressqa lill-Ombudsman Ewropew

Bħal kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni Ewropea, il-kandidati jistgħu jippreżentaw ilment lil:

Médiateur européen (European Ombudsman)

1, avenue du Président Robert Schuman — BP 403

67001 STRASBOURG CEDEX

FRANCE,

skont l-Artikolu 228(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kondizzjonijiet previsti mid-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew (3).

Għandha tinġibed l-attenzjoni tal-kandidati għall-fatt li l-ilmenti ppreżentati lill-Ombudsman ma jissospendux il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għat-tressiq ta’ appell quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Il-preżentazzjoni ta’ talbiet għal rieżami, appelli jew ilmenti lill-Ombudsman Ewropew ma twaqqafx ix-xogħol tal-kumitat ta’ selezzjoni.

(2)  Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68.

(3)  Id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (ĠU L 113, 4.5.1994).


 

Image 1

Image 2

Image 3

Image 4


PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

22.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 395/24


AVVIŻ TA’ REKLUTAĠĠ PE/229/S

AĠENT TEMPORANJU

ASSISTENT TEKNIKU FIL-QASAM TAL-BINI (AST 3)

(ta’ sess femminil jew maskil)

(2019/C 395 A/02)

 

Il-Parlament Ewropew qed jorganizza proċedura ta’ selezzjoni abbażi ta’ kwalifiki u testijiet sabiex jistabbilixxi lista ta’ riżerva għal erba’ pożizzjonijiet ta’

AĠENT TEMPORANJU

ASSISTENT TEKNIKU FIL-QASAM TAL-BINI (AST 3)

(ta’ sess femminil jew maskil)

Qabel tapplika, jekk jogħġbok aqra sew il-gwida għall-kandidati annessa ma’ dan l-avviż ta’ reklutaġġ.

Din il-gwida, li hija parti integrali mill-avviż ta’ reklutaġġ, tgħinek tifhem ir-regoli marbuta mal-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni.

WERREJ

A.

DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET U REKWIŻITI TA’ ELEĠIBILITÀ

B.

ŻVOLĠIMENT TAL-PROĊEDURA

C.

TRESSIQ TAL-APPLIKAZZJONIJIET

ANNESS:

GWIDA GĦALL-KANDIDATI FIL-PROĊEDURI TA’ SELEZZJONI ORGANIZZATI MILL-PARLAMENT EWROPEW

A.   DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET U REKWIŻITI TA’ ELEĠIBILITÀ (PROFIL MITLUB)

1.   Punti ġenerali

Il-Parlament Ewropew iddeċieda li jniedi proċedura biex jimtlew erba’ pożizzjonijiet ta’ aġent temporanju (AST 3) fid-Direttorat għall-Infrastruttura fi Brussell u fid-Direttorat għall-Proġetti Immobiljari fis-siti ta’ Brussell, Strasburgu u l-Lussemburgu tad-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika.

Il-profili mitluba huma dawk ta’ tekniċi fil-qasam tal-bini f’wieħed minn dawn l-oqsma li ġejjin:

1.

Ġestjoni tal-kontrolli tal-kwalità u tat-talbiet għal intervent għall-oqsma tal-Facility Management (ġestjoni tat-tagħmir) (pożizzjoni 1 bbażata Brussell);

2.

Ġestjoni teknika ta’ proġetti tal-kostruzzjoni (pożizzjoni 1 bbażata Strasburgu, pożizzjoni 1 bbażata l-Lussemburgu);

3.

Ġestjoni amministrattiva u finanzjarja ta’ proġetti tal-kostruzzjoni (pożizzjoni 1 bbażata Brussell).

Il-kandidati huma mitluba joqogħdu attenti għall-fatt li l-applikazzjoni tista’ ssir għal qasam wieħed biss fost dawn it-tliet oqsma .

Ir-reklutaġġ se jsir fil-grad AST 3, l-ewwel skalun, b’salarju bażiku ta’ EUR 3 739,68 fix-xahar. Dan is-salarju huwa soġġett għat-taxxa Komunitarja u tnaqqis ieħor previst mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (1). Huwa eżentat mit-taxxa nazzjonali. L-iskalun li fih se jiġu rreklutati l-persuni li jintgħażlu madankollu jista’ jiġi adattat skont l-esperjenza professjonali ta’ dawn il-persuni. Barra minn hekk, is-salarju bażiku, f’ċerti kundizzjonijiet, jiżdied b’xi allowances.

Il-Parlament Ewropew japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal pereżempju diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.

Kull referenza, f’dan l-avviż, għal persuna tas-sess maskil għandha tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna tas-sess femminil, u viċeversa.

2.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Il-persuni li jintgħażlu se jkunu bbażati Brussell, il-Lussemburgu jew Strasburgu (2) u se jikkontribwixxu għall-ġestjoni tal-proprjetajiet u tal-proġetti immobiljari tal-Parlament Ewropew. Implimentati taħt l-awtorità tal-kap tal-unità u fil-qafas tal-programmi u tal-prijoritajiet definiti mill-korpi parlamentari u mill-ġerarkija tagħhom, il-kompiti se jikkonsistu, partikolarment, minn:

qasam nru 1: ġestjoni tal-kontrolli tal-kwalità u tat-talbiet għal intervent għall-oqsma tal-Facility Management (ġestjoni tat-tagħmir)

Fi ħdan dan il-qasam hemm id-diversi oqsma tal-Facility Management, fosthom il-manutenzjoni tat-tagħmir tekniku u tal-proprjetajiet immobiljari:

jikkontribwixxi fl-analiżi tat-talbiet għal intervent tal-Buildings Help Desk, ifassal r-rapporti u l-istatistika;

ikun il-persuna ewlenija ta’ kuntatt għall-Buildings Help Desk;

jikkoordina l-interventi fuq is-sistemi tekniċi (elettriku, apparat li jinduna b’nar, tidwil, tisħin, arja kundizzjonata, provvista tal-ilma u tagħmir sanitarju, liftijiet, eċċ.) u s-servizz tal-iġjene;

ikun l-interfaċċja bejn il-klijenti u l-Buildings Help Desk u jikkoordina ż-żjarat għand il-klijenti;

jikkoordina u jiżgura l-kontrolli ta’ kwalità biex jiċċertifika li jitwettqu s-servizzi li jagħtu l-kuntratturi għall-manutenzjoni u x-xogħlijiet, u biex jiċċertifika s-sodisfazzjon ta’ min jokkupa l-uffiċċji;

jikkoordina l-attivitajiet bejn il-kuntratturi u s-servizzi interni;

jipparteċipa fil-ġestjoni tal-aspetti tekniċi tal-avvenimenti fi ħdan il-Parlament Ewropew (jiem għall-pubbliku, wirjiet, konferenzi, eċċ.) fuq il-post;

jikkontribwixxi fit-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet qabel il-pubblikazzjoni tas-sejħiet għall-offerti u l-proċeduri tal-akkwist pubbliku.

qasam nru 2: ġestjoni ta’ proġetti tal-kostruzzjoni

Fi ħdan dan il-qasam hemm il-ġestjoni tal-proġetti immobiljari kemm tal-kostruzzjoni ta’ bini ġdid kif ukoll ir-rinnovazzjoni parzjali jew totali tal-bini eżistenti, u ristrutturazzjoni interna tal-bini;

jipparteċipa fl-operazzjonijiet ta’ twettiq u ta’ kontroll fir-rigward tal-proġetti immobiljari (monitoraġġ tal-programmazzjoni, baġit, parteċipazzjoni fit-tħejjija tal-ispeċifikazzjonijiet u tas-sejħiet għall-offerti, monitoraġġ tas-servizzi, organizzazzjoni tal-operazzjonijiet li jsiru qabel ma jaslu x-xogħlijiet, ġestjoni tal-perjodu għat-tlestija ta’ proġett u tal-garanziji);

jgħin lill-ġerarkija fil-monitoraġġ tal-istudji u tax-xogħlijiet fil-qasam tal-proġetti immobiljari, inkluż fix-xogħlijiet fil-qafas tal-bini, il-finituri, it-tekniki speċjali, tisħin, ventilazzjoni u arja kkundizzjonata (HVAC), elettriku, ġestjoni teknika tal-bini), il-ħarsien min-nirien, ix-xogħlijiet għat-tneħħija tal-asbestos u t-tqiegħed fis-sigurtà;

jikkoopera mad-diversi atturi interni u esterni involuti fil-proġetti: is-servizzi tal-Parlament Ewropew, l-amministrazzjonijiet lokali u nazzjonali, l-arkitetti, il-kumpaniji ta’ konsulenza, l-uffiċċji tal-kontroll, il-koordinaturi tas-sistemi tas-sikurezza kontra n-nirien, l-impriżi tax-xogħlijiet;

jgħin lill-ġerarkija b’rabta ma’ kwalunkwe kwistjoni rilevanti fil-qasam ta’ attività tagħhom.

qasam nru 3: ġestjoni amministrattiva u finanzjarja ta’ proġetti tal-kostruzzjoni

Fi ħdan dan il-qasam hemm id-diversi aspetti amministrattivi u finanzjarji tal-proġetti tal-kostruzzjoni:

jipparteċipa fil-ġestjoni amministrattiva u tal-kontabilità tal-bini billi jiżgura l-monitoraġġ tal-fajls (kuntratti tal-kumpaniji ta’ konsulenza u kuntratti tax-xogħlijiet, tfassil ta’ notamenti u ta’ deskrizzjonijiet tekniċi, żamma tal-kalendarju tax-xogħlijiet);

jipparteċipa fil-ġestjoni tal-baġit u fir-rapporti baġitarji;

jiżgura l-ġestjoni tal-bażijiet tad-data;

jikkontrolla fil-post il-kwalità tax-xogħol li jkun sar fis-siti tal-kostruzzjoni li jkunu operattivi (ispezzjonijiet, kejl tekniku).

It-twettiq ta’ dawn il-funzjonijiet jeħtieġ, barra minn hekk, kapaċitajiet ta’ organizzazzjoni, ta’ koordinament, ta’ analiżi, ta’ ġestjoni amministrattiva u ta’ komunikazzjoni bil-fomm u bil-kitba, kif ukoll għarfien prattiku eżawrjenti tas-software tal-awtomazzjoni tal-uffiċċju (burotika) u tal-iddisinjar u tal-ġestjoni tal-proġetti permezz tal-kompjuter.

Dawn il-funzjonijiet jirrikjedu missjonijiet frekwenti fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew, kif ukoll bosta kuntatti interni u esterni.

3.   Rekwiżiti ta’ eleġibilità

Sal-limitu ta’ żmien stabbilit għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, il-kandidati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)   Rekwiżiti ġenerali

Skont l-Artikolu 12.2 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, il-kandidati għandhom:

ikunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

igawdu mid-drittijiet ċivili tagħhom;

ikunu ssodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet applikabbli fil-qasam tal-obbligu militari;

joffru l-garanziji ta’ moralità mitluba għat-twettiq tal-funzjonijiet previsti.

(b)   Rekwiżiti speċifiċi

(i)   Kwalifiki, diplomi u għarfien meħtieġa

Il-kandidati għandu jkollhom:

livell ta’ tagħlim ogħla muri b’diploma

jew

livell ta’ tagħlim tas-sekondarja muri b’diploma li tagħti aċċess għat-tagħlim għoli u għal esperjenza professjonali (3) ta’ mill-inqas tliet snin relatata direttament man-natura tal-funzjonijiet.

(ii)   Esperjenza professjonali meħtieġa

Il-kandidati għandhom ikunu kisbu, wara l-kwalifiki meħtieġa fit-Taqsima A.3.(b).(i), esperjenza professjonali adatta ta’ tul ta’ żmien minimu ta’ tliet snin fil-funzjonijiet tal-qasam magħżul, indikati hawn taħt.

Għall-qasam nru 1: ġestjoni tal-kontrolli tal-kwalità u tat-talbiet għal intervent għall-oqsma tal-Facility Management (l-esperjenza hija xierqa meta tikkonċerna binja b’erja minima ta’ 10 000 m2):

ġestjoni tal-kwalità tas-servizzi mogħtija mill-kuntratturi tal-Facility Management, inkluża ċ-ċertifikazzjoni tas-sodisfazzjon ta’ min jokkupa l-uffiċċji;

manutenzjoni tat-tagħmir tekniku u tas-servizzi tal-manutenzjoni;

ġestjoni tat-talbiet li jkunu ġejjin mill-klijenti, inkluża l-analiżi u r-rapporti;

parteċipazzjoni fil-koordinament tal-attivitajiet bejn l-Unità tal-Ġestjoni tal-Infrastrutturi u d-diversi servizzi interni;

assistenza fil-ġestjoni tat-timijiet;

kontribut fil-ġestjoni tal-kuntratti, inkluża l-ġestjoni finanzjarja;

kontribut fl-elaborazzjoni ta’ proċeduri;

assistenza fit-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet u fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku.

Għall-qasam nru 2: ġestjoni ta’ proġetti tal-kostruzzjoni (l-esperjenza hija xierqa meta tikkonċerna proġett tal-kostruzzjoni ta’ erja minima ta’ 10 000 m2):

assistenza fil-ġestjoni ta’ proġetti immobiljari li jinvolvu s-snajja’ tal-bini kollha, inkluż l-aspetti amministrattivi, tekniċi, arkitetturali u finanzjarji;

kontribut fit-twettiq tal-proġetti li jinkludu l-ispeċjalitajiet li ġejjin: xogħlijiet fil-qafas tal-bini, finituri, tisħin, ventilazzjoni u arja kkundizzjonata (HVAC), elettriku, ġestjoni teknika tal-bini, ħarsien min-nirien, xogħlijiet għat-tneħħija tal-asbestos;

tħaddim ta’ sistemi ta’ sikurezza kontra n-nirien fil-bini li jilqa’ fih il-pubbliku;

attwazzjoni tar-regolamentazzjoni relatata mas-sigurtà u mal-ħarsien tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol;

tqiegħed fis-sigurtà tal-bini (azzjonijiet kontra l-intrużjoni, sistema ta’ CCTV, netwerk informatiku protett);

ġestjoni ta’ proġetti f’sit okkupat;

parteċipazzjoni fl-elaborazzjoni ta’ proċeduri tal-akkwist pubbliku.

Għall-qasam nru 3: ġestjoni amministrattiva u finanzjarja ta’ proġetti tal-kostruzzjoni (l-esperjenza hija xierqa meta tikkonċerna proġett tal-kostruzzjoni ta’ valur minimu ta’ EUR 10 miljun):

ġestjoni tal-kontabilità tal-kuntratti tal-kumpaniji ta’ konsulenza u tal-kuntratti tax-xogħlijiet, jiġifieri:

tfassil ta’ notamenti tekniċi u ġustifikattivi

ħolqien u reġistrazzjoni ta’ impenji ta’ nefqa;

ħolqien u impenn ta’ noti ta’ kreditu;

verifika tal-qagħda tal-progress fix-xogħlijiet;

reġistrazzjoni tal-fatturi;

arkivjazzjoni tal-fajls tal-kontabilità marbuta man-nefqa tal-kostruzzjoni;

kontroll tal-kwalità tax-xogħol li jkun sar fis-sit tal-kostruzzjoni;

tfassil ta’ rapporti tal-ispezzjonijiet;

teħid ta’ kejl tekniku.

(iii)   Għarfien lingwistiku

Il-kandidati għandu jkollhom għarfien fil-fond (minimu ta’ livell C1 (4)) ta’ lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (lingwa 1): il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż,

u

għarfien tajjeb ħafna (minimu ta’ livell B21) tal-Franċiż jew tal-Ingliż (lingwa 2).

Il-lingwa 2 trid tkun differenti mil-lingwa 1.

Fid-dawl tal-kwalifiki speċjali meħtieġa min-natura partikolari u mil-livell ta’ responsabbiltà tal-funzjonijiet, il-kandidati magħżulin għandhom ikunu kapaċi jifhmu l-kompiti li jkollhom jiżvolġu, jipproċessaw il-fajls u jikkomunikaw b’mod effikaċi mal-interlokuturi esterni u mal-ġerarkija u mal-kollegi.

Il-Franċiż huwa l-lingwa li tintuża b’aktar frekwenza fir-relazzjonijiet fi ħdan u bejn l-unitajiet taż-żewġ direttorati responsabbli mir-reklutaġġ. Għarfien tajjeb tal-Franċiż, inkluża t-terminoloġija teknika, huwa wkoll neċessarju biex dak li jkun jifhem sewwa l-leġiżlazzjoni applikabbli fil-qasam immobiljari, is-superviżjoni tal-ġestjoni tal-proprjetajiet u tal-proġetti immobiljari fi Brussell, fil-Lussemburgu u fi Strasburgu. Il-Franċiż huwa wkoll il-lingwa li normalment tintuża għall-komunikazzjoni mal-interlokuturi esterni (fornituri ta’ servizzi, amministrazzjonijiet u awtoritajiet lokali fil-qafas tar-regolamentazzjoni fis-seħħ fl-oqsma tal-bini, tal-iġjene u tas-saħħa).

L-Ingliż jintuża aktar ta’ spiss fl-iskambji mad-direttorati l-oħra tad-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika, mad-direttorati ġenerali l-oħra u mal-awtoritajiet politiċi u amministrattivi tal-istituzzjoni, partikolarment biex jinkitbu d-dokumenti.

Barra minn hekk, l-istruzzjonijiet u r-regoli applikabbli fil-qasam tas-sigurtà tal-binjiet tal-Parlament Ewropew huma miktubin bil-Franċiż u bl-Ingliż u għandhom ikunu disponibbli u kkomunikati lill-pubbliku b’dawn iż-żewġ lingwi.

B’konsegwenza ta’ dan, bil-għan li jwettqu l-kompiti tagħhom u jikkontribwixxu fil-funzjonament tajjeb tas-servizzi, il-kandidati magħżulin għandhom ikunu kapaċi jaħdmu u jikkomunikaw b’mod effikaċi b’tal-anqas waħda minn dawn iż-żewġ lingwi.

Barra minn hekk, fl-interess ta’ trattament indaqs, kull kandidat, anke jekk ikollu waħda minn dawn iż-żewġ lingwi bħala l-ewwel lingwa uffiċjali, huwa mistenni li jkollu biżżejjed għarfien ta’ lingwa oħra, li trid tkun l-oħra minn fost dawn iż-żewġ lingwi.

B.   ŻVOLĠIMENT TAL-PROĊEDURA

Il-proċedura hija organizzata abbażi ta’ kwalifiki u testijiet.

1.   Eleġibilità għall-proċedura ta’ selezzjoni

Jekk

tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ eleġibilità, u

ippreżentajt il-fajl tiegħek skont il-modalitajiet u qabel l-iskadenza stabbilita,

il-kumitat ta’ selezzjoni jeżamina l-fajl tiegħek fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi ta’ eleġibilità.

Jekk tissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi ta’ eleġibilità, il-kumitat ta’ selezzjoni jqisek eleġibbli għall-proċedura ta’ selezzjoni.

Il-kumitat jibbaża esklużivament fuq l-informazzjoni mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni li jkunu appoġġati minn dokumenti ġustifikattivi.

2.   Evalwazzjoni tal-kwalifiki

Il-kumitat ta’ selezzjoni, abbażi ta’ skeda ta’ valutazzjoni li jkun stabbilixxa minn qabel, jipproċedi għall-valutazzjoni tal-kwalifiki tal-kandidati eleġibbli għall-proċedura ta’ selezzjoni u jistabbilixxi lista tal-aħjar 36 kandidat (disgħa għall-qasam nru 1, tmintax għall-qasam nru 2 u disgħa għall-qasam nru 3), li jiġu mistiedna għat-testijiet (bil-miktub u orali).

Waqt il-valutazzjoni tal-kwalifiki tal-kandidati, il-kumitat ta’ selezzjoni se jqis, b’mod partikolari, dawn l-elementi li ġejjin li għandhom ikunu ġġustifikati fil-formola tal-applikazzjoni:

Qasam nru 1: Ġestjoni tal-kontrolli tal-kwalità u tat-talbiet għal intervent għall-oqsma tal-Facility Management:

l-esperjenza professjonali fil-kontroll tal-kwalità tad-diversi oqsma tal-Facility Management u taċ-ċertifikazzjoni tas-sodisfazzjoni tal-klijent,

l-esperjenza professjonali fil-koordinament tal-attivitajiet tal-Facility Management ma’ servizzi interni,

l-esperjenza professjonali fl-użu tal-istrumenti tas-sistema kompjuterizzata tal-ġestjoni tal-manutenzjoni (CMMS) u fl-assistenza lill-klijenti (Help Desk jew ekwivalenti), inklużi l-analiżi u r-rapporti;

l-esperjenza professjonali fl-elaborazzjoni tal-proċeduri;

l-esperjenza professjonali fl-assistenza fit-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet u fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku;

Qasam nru 2: ġestjoni ta’ proġetti tal-kostruzzjoni:

l-esperjenza professjonali fil-koordinament tad-diversi fażijiet tekniċi tal-kostruzzjoni:

studji preliminari,

studji ta’ proġetti,

proċeduri tal-akkwist pubbliku,

twettiq,

riċeviment,

tlestija ta’ proġett u garanziji,

l-esperjenza professjonali fl-assistenza fil-ġestjoni teknika ta’ proġetti fl-oqsma li ġejjin:

is-sikurezza kontra n-nirien,

l-aċċessibilità tal-persuni b’mobilità mnaqqsa,

ix-xogħlijiet għat-tneħħija tal-asbestos,

sit okkupat,

il-ġestjoni teknika tal-bini (GTC),

it-tisħin, il-ventilazzjoni u l-arja kkundizzjonata (HVAC),

l-elettriku,

ix-xogħlijiet fil-qafas tal-bini u l-finituri,

it-tqiegħed fis-sigurtà tal-bini,

l-esperjenza professjonali fl-assistenza, f’sit okkupat, fl-oqsma li ġejjin:

it-tħejjija fil-programm ta’ proġett,

l-istima tal-kostijiet previsti u verifika tal-kostijiet reali tal-operat,

tħejjija tal-kalendarju tax-xogħlijiet,

attwazzjoni tar-regolamentazzjoni relatata mal-iġjene u mas-saħħa fuq il-post tax-xogħol,

il-ġestjoni tal-aspetti amministrattivi u ġuridiċi tal-kuntratti,

l-esperjenza professjonali fl-assistenza fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku;

Qasam nru 3: ġestjoni amministrattiva u finanzjarja ta’ proġetti tal-kostruzzjoni,

l-esperjenza professjonali fl-oqsma li ġejjin:

l-assistenza fit-tħejjija u fil-ġestjoni tal-baġits,

il-kontroll tal-kwalità tax-xogħlijiet fuq is-siti tal-kostruzzjoni,

il-kejl tekniku u t-tfassil tar-rapporti tal-ispezzjonijiet,

l-assistenza fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku,

l-użu tal-istrumenti informatiċi speċifiċi għall-ġestjoni tal-bażijiet tad-data fil-qasam tal-baġit.

Punteġġ: minn 0 sa 20 punt.

3.   Testijiet

Test bil-miktub

a)

Test tal-kitba bil-lingwa 2 (Franċiż jew Ingliż), abbażi ta’ fajl, maħsub biex jivvaluta l-kapaċità tal-kandidati li jwettqu l-funzjonijiet deskritti fit-Taqsima A.2, fil-qasam li jagħżlu l-kandidati, kif ukoll il-kapaċità tagħhom tal-kitba.

Tul ta’ żmien tat-test: 3 sigħat.

Punteġġ: minn 0 sa 40 punt (minimu meħtieġ: 20 punt).

Testijiet orali

b)

Intervista mal-kumitat ta’ selezzjoni bil-lingwa 2 (Franċiż jew Ingliż), li permezz tagħha tkun tista’ tiġi vvalutata l-kapaċità tal-kandidati li jwettqu l-funzjonijiet deskritti fit-Taqsima A.2 fil-qasam li jagħżlu l-kandidati, b’kunsiderazzjoni tal-elementi kollha mniżżlin fil-fajl tal-applikazzjoni. Il-kumitat ta’ selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jeżamina l-għarfien lingwistiku tal-kandidati kif speċifikat fl-applikazzjoni.

Tul ta’ żmien massimu tat-test: 45 minuta.

Punteġġ: minn 0 sa 40 punt (minimu meħtieġ: 20 punt).

c)

Test ta’ diskussjoni fi grupp bil-lingwa 2 (Franċiż jew Ingliż), sabiex il-kumitat ta’ selezzjoni jkun jista’ jivvaluta l-kapaċità ta’ adattament, il-kapaċità ta’ negozjar kif ukoll l-imġiba tal-kandidati fi grupp.

It-tul ta’ dan it-test se jiġi stabbilit mill-kumitat ta’ selezzjoni skont il-kompożizzjoni definittiva tal-gruppi.

Punteġġ: minn 0 sa 20 punt (minimu meħtieġ: 10 punti).

4.   Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva

Il-lista ta’ riżerva se tinkludi, skont l-ordni ta’ mertu, l-ismijiet tat-tnax-il kandidat li jkunu kisbu l-ogħla għadd ta’ punti fil-proċedura kollha (il-valutazzjoni tal-kwalifiki u t-testijiet) u li jkunu laħqu l-livell minimu meħtieġ f’kull wieħed minn dawn it-testijiet. Il-kandidati magħżulin se jkunu mqassmin bil-mod li ġej: tlieta għall-qasam nru 1, sitta għall-qasam nru 2 u tlieta għall-qasam nru 3.

Inti tiġi informat(a) personalment bir-riżultati tiegħek permezz ta’ komunikazzjoni bil-miktub.

Il-lista ta’ riżerva titwaħħal fuq l-avviżieri uffiċjali fil-binjiet tal-Parlament Ewropew. Il-lista ta’ riżerva tibqa’ valida sal-31 ta’ Diċembru 2023; il-validità tagħha tista’ tiġi prorogata. F’dan il-każ, il-kandidati mniżżlin fil-lista ta’ riżerva jiġu informati fi żmien debitu.

Jekk inti tirċievi offerta ta’ impjieg, tkun mitlub(a) tippreżenta l-kopji oriġinali tad-dokumenti kollha meħtieġa, b’mod partikolari d-diplomi u ċ-ċertifikati tal-impjieg tiegħek, sabiex tkun tista’ ssir verifika.

C.   TRESSIQ TAL-APPLIKAZZJONIJIET

Jeħtieġlek tuża l-formola tal-applikazzjoni (oriġinali jew kopja) speċifika għal dan l-avviż ta’ reklutaġġ li tinsab fil-Ġurnal Uffiċjali ppubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Il-kandidati jistgħu jagħżlu qasam wieħed biss minn fost it-tliet oqsma proposti.

Jekk jogħġbok aqra bir-reqqa l-gwida għall-kandidati qabel ma timla l-applikazzjoni tiegħek.

Data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet

Il-formola tal-applikazzjoni u l-fotokopji tad-dokumenti ġustifikattivi jridu jintbagħtu esklużivament bil-posta rreġistrata (5) sa mhux aktar tard mit-23 ta’ Diċembru 2019 (it-timbru tal-posta jitqies bħala prova), fl-indirizz li ġej:

PARLEMENT EUROPÉEN

Unité Sélection des talents – MON 05S030

Procédure de sélection PE/229/S

(għandu jiġi indikat in-numru ta’ referenza tal-proċedura ta’ selezzjoni)

Rue Wiertz/Wiertzstraat, 60

1047 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-posta mhux irreġistrata jew bil-posta interna mhumiex se jiġu kkunsidrati. L-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti mhijiex se taċċetta applikazzjonijiet li jitressqu bl-idejn.

Mhi se tintbagħat l-ebda konferma ta’ riċevuta tal-fajls tal-applikazzjoni, ħlief jekk konferma ta’ riċevuta postali takkumpanja ittra rreġistrata.

Inti mitlub(a) MA ĊĊEMPILX rigward il-kalendarju tal-proċedura.

Jekk sal-31 ta’ Marzu 2020 tkun għadek ma rċevejtx email dwar l-applikazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok ibgħat email lil PERS-229S@ep.europa.eu.


(1)  I r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' impjieg ta' uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 01, Volum 002 p. 5) emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1) kif ukoll mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).

(2)  Dawn il-pożizzjonijiet jaf jiġu trasferiti lej wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.

(3)  Din l-esperjenza professjonali mhux se titqies għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali meħtieġa taħt it-Taqsima A.3.(b).(ii).

(4)  Ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (QKERL) — https://europass.cedefop.europa.eu/sites/default/files/cefr-mt.pdf

(5)  Il-kunsinna minn kurrier privat titqies bħala posta rreġistrata. F’dan il-każ, id-data li tidher fuq it-tikketta tal-kunsinna titqies bħala d-data tal-kunsinna.


Gwida għall-kandidati tal-proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-Parlament Ewropew

Paġna

1.

INTRODUZZJONI

33

Kif tiżvolġi proċedura ta’ selezzjoni?

33

2.

STADJI TAL-PROĊEDURA TA’ SELEZZJONI

34

Wasla tal-fajls ta’ applikazzjoni

34

Eżami tar-rekwiżiti ġenerali

34

Eżami tar-rekwiżiti speċifiċi

35

Evalwazzjoni tal-kwalifiki

35

Testijiet

35

Lista ta’ riżerva

36

3.

KIF TAPPLIKA?

36

Punti ġenerali

36

Kif tibgħat il-fajl komplut?

36

Liema dokumenti ġustifikattivi għandek tehmeż mal-fajl?

36

Punti ġenerali

36

Dokumenti ġustifikattivi għar-rekwiżiti ġenerali

37

Dokumenti ġustifikattivi għar-rekwiżiti speċifiċi u l-evalwazzjoni tal-kwalifiki

37

4.

AVVIŻ

38

5.

INFORMAZZJONI ĠENERALI

38

Opportunitajiet indaqs

38

Talbiet għal aċċess mill-kandidati għall-informazzjoni li tikkonċernahom

39

Protezzjoni tad-data personali

39

Spejjeż tal-ivvjaġġar u tas-soġġorn

39

ANNESS I

40

ANNESS II

44

1.   INTRODUZZJONI

Kif tiżvolġi proċedura ta’ selezzjoni?

Proċedura ta’ selezzjoni tinvolvi sensiela ta’ stadji fejn il-kandidati (1) jikkompetu bejniethom; din il-proċedura hija miftuħa għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea li, sad-data tal-iskadenza stabbilita għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, jissodisfaw il-kriterji meħtieġa, toffri l-istess possibilità lill-kandidati kollha biex juru l-ħiliet tagħhom u tippermetti selezzjoni bbażata fuq il-mertu, fir-rispett tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

Il-kandidati li jgħaddu minn proċedura ta’ selezzjoni jitniżżlu f’lista ta’ riżerva li se sservi bħala bażi għall-Parlament Ewropew sabiex jimlew il-karigi li japplika għalihom dan l-avviż ta’ reklutaġġ.

Għal kull proċedura ta’ selezzjoni jiġi kostitwit kumitat ta’ selezzjoni magħmul minn rappreżentanti tal-amministrazzjoni u tal-kumitat tal-persunal. Ix-xogħol ta’ dan il-kumitat ta’ selezzjoni hu sigriet u jiżvolġi skont l-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

Il-kuntatti diretti jew indiretti tal-kandidati mal-kumitat ta’ selezzjoni huma formalment ipprojbiti. L-Awtorità tal-Ħatra tirriżerva d-dritt li teskludi kull kandidat li jikser din il-projbizzjoni.

Il-kumitat ta’ selezzjoni jimxi b’mod strett mar-rekwiżiti ta’ ammissjoni msemmija fl-avviż ta’ reklutaġġ biex jiddeċiedi dwar l-ammissjoni jew le ta’ kull kandidat. Il-kandidati li kienu ammessi għal konkors jew proċedura ta’ selezzjoni preċedenti ma jkunux eleġibbli awtomatikament.

Sabiex jagħżel l-aħjar kandidati, il-kumitat ta’ selezzjoni jqabbel il-prestazzjonijiet tal-kandidati sabiex jivvaluta l-ħila tagħhom biex iwettqu l-funzjonijiet deskritti fl-avviż. Għalhekk ma jridx biss jevalwa l-livell tal-għarfien, iżda wkoll jidentifika l-persuni l-aktar kwalifikati abbażi tal-merti tagħhom.

Għall-informazzjoni, proċedura ta’ selezzjoni tista’ ddum bejn 6 u 9 xhur, skont in-numru tal-kandidati.

2.   STADJI TAL-PROĊEDURA TA’ SELEZZJONI

Il-proċedura ta’ selezzjoni hija magħmula mill-istadji li ġejjin:

wasla tal-fajls tal-applikazzjoni,

eżami tar-rekwiżiti ġenerali,

eżami tar-rekwiżiti speċifiċi,

evalwazzjoni tal-kwalifiki,

testijiet,

inklużjoni fil-lista ta’ riżerva.

Wasla tal-fajls ta’ applikazzjoni

Il-kandidati li jiddeċiedu li japplikaw għandhom jibagħtu, inkella jiġu esklużi, fajl tal-applikazzjoni komplut, li jinkludi l-formola tal-applikazzjoni speċifika għall-avviż ta’ reklutaġġ, mimlija, iffirmata u akkumpanjata mid-dokumenti ġustifikattivi kollha meħtieġa li jagħtu prova li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-avviż ta’ reklutaġġ. Dan il-fajl għandu jintbagħat bil-posta rreġistrata (il-kunsinna minn kumpanija privata tal-posta titqies bħala ekwivalenti tal-posta rreġistrata. F’dan il-każ tgħodd id-data li fiha jkun intbagħat il-fajl u li tidher fuq il-formola tal-kunsinna) fi żmien l-iskadenza stabbilita fl-avviż ta’ reklutaġġ. Ara t-Taqsima C tal-avviż ta’ reklutaġġ għall-indirizz u d-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

Eżami tar-rekwiżiti ġenerali

L-Unità ta’ Selezzjoni tat-Talenti teżamina jekk l-applikazzjoni tistax tiġi aċċettata, jiġifieri jekk l-applikazzjoni ntbagħtitx skont il-modalitajiet u sad-data tal-iskadenza indikata fl-avviż ta’ reklutaġġ u jekk ir-rekwiżiti ġenerali ta’ ammissjoni ġewx issodisfati.

Konsegwentement, jiġu eliminati awtomatikament il-kandidati li:

bagħtu l-fajl tal-applikazzjoni tagħhom wara d-data tal-iskadenza, kif muri mit-timbru tal-posta jew mill-formola tal-kunsinna tal-kumpanija privata tal-posta, jew

ma bagħtux il-fajl tal-applikazzjoni tagħhom bil-posta rreġistrata jew permezz ta’ kumpanija privata tal-posta, jew

ma jkunux użaw l-applikazzjoni speċifika għall-avviż ta’ reklutaġġ, jew

ma mlewx kif suppost il-formola tal-applikazzjoni speċifika għall-avviż ta’ reklutaġġ, jew

ma ffirmawx l-applikazzjoni, jew

ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ġenerali ta’ ammissjoni.

Il-kandidati jiġu informati individwalment b’dan ir-rifjut wara d-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

Il-lista tal-kandidati li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-avviż ta’ reklutaġġ hija stabbilita mill-Awtorità tal-Ħatra, imbagħad din il-lista tintbagħat flimkien mal-fajls lill-kumitat ta’ selezzjoni.

Eżami tar-rekwiżiti speċifiċi

Il-kumitat ta’ selezzjoni jeżamina l-applikazzjonijiet u jistabbilixxi l-lista tal-kandidati li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi fl-avviż ta’ reklutaġġ. Huwa jibbaża esklużivament fuq l-informazzjoni mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni li tkun appoġġata minn dokumenti ġustifikattivi .

L-istudji, it-taħriġ, l-għarfien lingwistiku u, jekk ikun xieraq, l-esperjenza professjonali għandhom jiġu speċifikati fid-dettall fl-applikazzjoni, jiġifieri:

għall-istudji: id-dati tal-bidu u tat-tmiem u d-deskrizzjoni tad-diploma/i, kif ukoll is-suġġetti studjati;

għall-esperjenza professjonali eventwali: id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-esperjenza kif ukoll deskrizzjoni preċiża tal-kompiti mwettqa.

Il-kandidati li jkunu ppubblikaw studji, artikli jew testijiet oħra marbuta mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet għandhom jinkluduhom fil-formola tal-applikazzjoni.

F’dan l-istadju huma esklużi l-kandidati li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ ammissjoni stabbiliti fl-avviż ta’ reklutaġġ.

Kull kandidat jiġi informat b’ittra, dwar id-deċiżjoni tal-kumitat ta’ selezzjoni jekk ġiex ammess jew le għall-proċedura.

Evalwazzjoni tal-kwalifiki

Sabiex jagħżel il-kandidati li jkunu mistiedna għat-testijiet, il-kumitat ta’ selezzjoni jipproċedi għall-evalwazzjoni tal-kwalifiki tal-kandidati ammessi. Huwa jibbaża esklużivament fuq l-informazzjoni mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni li tkun appoġġata minn dokumenti ġustifikattivi (ara l-punt 3 ta’ hawn taħt). Il-kumitat ta’ selezzjoni jibbaża fuq il-kriterji li jkun stabbilixxa minn qabel filwaqt li jikkunsidra, b’mod speċjali, il-kwalifiki speċifikati fl-avviż ta’ reklutaġġ fit-Taqsima B.2.

Kull kandidat jiġi informat b’ittra dwar id-deċiżjoni tal-kumitat ta’ selezzjoni jekk ġiex ammess jew le għat-testijiet.

Testijiet

It-testijiet kollha huma obbligatorji u eliminatorji. In-numru massimu ta’ kandidati ammessi għat-testijiet huwa stabbilit fit-Taqsima B.2. tal-avviż ta’ reklutaġġ.

F’każ ta’ abbandun min-naħa tal-kandidat, it-testijiet ma jiġux ikkoreġuti.

Lista ta’ riżerva

Huwa biss in-numru massimu ta’ kandidati stabbilit fit-Taqsima B.4 tal-avviż ta’ reklutaġġ li jiddaħħal fil-lista ta’ riżerva.

Il-fatt li isem kandidat jitniżżel fil-lista ta’ riżerva jfisser li jista’ jiġi mistieden minn wieħed mis-servizzi tal-istituzzjoni għal intervista, iżda dan ma jikkostitwixxix dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ min-naħa tal-istituzzjoni.

3.   KIF TAPPLIKA?

Punti ġenerali

Qabel ma japplikaw, il-kandidati għandhom jivverifikaw sew jekk jissodisfawx ir-rekwiżiti kollha ta’ ammissjoni, kemm dawk ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi. Dan jimplika li għandhom l-ewwel jaqraw l-avviż ta’ reklutaġġ u din il-gwida u jaċċettaw il-kondizzjonijiet tagħhom.

Minkejja li l-avviżi ta’ reklutaġġ ma għandhomx limitu ta’ età, għandha tingħata attenzjoni għall-età tal-pensjoni stabbilita mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-kandidati għandhom jimlew il-formola ta’ applikazzjoni (oriġinali jew kopja) speċifika għall-avviż ta’ reklutaġġ u li tinsab f’Il-Ġurnal Uffiċjali ppubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Id-dokumenti li jintbagħtu wara d-data tal-iskadenza mhumiex se jiġu kkunsidrati.

Il-kandidati li għandhom diżabilità jew li jinsabu f’sitwazzjoni partikolari (pereżempju: tqala, treddigħ, stat ta’ saħħa, terapija medika, eċċ.), li tista’ tikkawża diffikultajiet waqt l-iżvolġiment tat-testijiet, għandhom jindikaw dan fl-applikazzjoni u jagħtu kull informazzjoni siewja sabiex l-amministrazzjoni, jekk ikun possibbli, tkun tista’ tieħu l-miżuri kollha neċessarji. Jekk ikun il-każ, mal-applikazzjoni tagħhom għandhom jehmżu nota, fuq karta separata, li tippreċiża d-dispożizzjonijiet li huma jqisu neċessarji biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tagħhom għat-testijiet.

Kif tibgħat il-fajl komplut?

1.

Imla u ffirma l-applikazzjoni speċifika għall-avviż ta’ reklutaġġ.

2.

Ehmeż lista nnumerata tad-dokumenti ġustifikattivi kollha mal-fajl tiegħek.

3.

Ehmeż id-dokumenti ġustifikattivi kollha meħtieġa, li inti tkun innumerajt minn qabel.

4.

Ibgħat il-fajl bil-mezzi indikati fl-avviż ta’ reklutaġġ, u qabel id-data ta’ skadenza indikata fl-avviż ta’ reklutaġġ.

Liema dokumenti ġustifikattivi għandek tehmeż mal-fajl?

Punti ġenerali

M’għandekx tibgħat l-oriġinali; għandhom jiġu mehmuża biss fotokopji mhux iċċertifikati tad-dokumenti mitluba. Ir-referenzi għal siti tal-internet ma jistgħux jitqiesu bħala dokumenti ġustifikattivi. Dokumenti stampati minn siti tal-internet mhumiex se jitqiesu bħala ċertifikati, iżda jistgħu jinhemżu bħala informazzjoni addizzjonali.

Għandu jitfakkar li l-kandidati mniżżla fil-lista ta’ riżerva li ssirilhom offerta ta’ impjieg għandhom jippreżentaw l-oriġinali tad-dokumenti meħtieġa qabel ma jkunu jistgħu jiġu reklutati.

Curriculum vitæ mhuwiex meqjus bħala dokument ġustifikattiv.

Il-kandidati ma jistgħux jirreferu għal formoli tal-applikazzjonijiet jew dokumenti oħra mibgħuta waqt konkorsi preċedenti (3).

L-ebda element tal-fajl ma jintbagħat lura lill-kandidati.

Dokumenti ġustifikattivi għar-rekwiżiti ġenerali

F’dan l-istadju, l-ebda dokument ma huwa meħtieġ biex jiġġustifika li l-kandidati:

huma ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea,

igawdu d-drittijiet ċivili tagħhom,

ikunu ssodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet ta’ reklutaġġ applikabbli fil-qasam militari,

jipproduċu r-referenzi ta’ karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet previsti.

jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ ħila fiżika meħtieġa biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.

Il-kandidati jeħtieġ li jiffirmaw il-formola tal-applikazzjoni. B’din il-firma, jiddikjaraw fuq l-unur tagħhom li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti u li l-informazzjoni fornuta hija veraċi u kompluta.

Dokumenti ġustifikattivi għar-rekwiżiti speċifiċi u l-evalwazzjoni tal-kwalifiki

Huwa f’idejn il-kandidati li jfornu lill-kumitat ta’ selezzjoni l-informazzjoni u d-dokumenti kollha li jippermettulu jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni msemmija fil-formola tal-applikazzjoni.

Diplomi u/jew ċertifikati

Il-kandidati jeħtiġilhom ifornu fotokopji tad-diplomi jew taċ-ċertifikati li jiċċertifikaw l-istudji tal-livell meħtieġ fl-avviż ta’ reklutaġġ, kif ukoll tal-liċenzja tas-sewqan tagħhom.

F’dan ir-rigward, il-kumitat ta’ selezzjoni jqis is-sistemi edukattivi differenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Għal diplomi postsekondarji, għandha tinhemeż l-informazzjoni l-aktar dettaljata possibbli, speċjalment dwar it-tul tal-istudji u s-suġġetti studjati, sabiex il-kumitat ta’ selezzjoni jkun jista’ jivvaluta r-rilevanza tad-diplomi b’rabta mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet.

Fil-każ ta’ taħriġ tekniku jew professjonali, jew kors ta’ perfezzjonament jew speċjalizzazzjoni, il-kandidati għandhom jindikaw jekk kienx kors full-time jew part-time jew kors ta’ filgħaxija, kif ukoll is-suġġetti u t-tul uffiċjali tal-korsijiet.

Esperjenza professjonali

Jekk l-avviż jeżiġi esperjenza professjonali, din se titqies biss jekk tkun inkisbet wara l-kisba tad-diploma jew taċ-ċertifikati meħtieġa. Huwa indispensabbli li d-dokumenti ġustifikattivi jagħtu prova tat-tul u l-livell tal-esperjenza professjonali u li d-deskrizzjoni tal-kompiti tkun dettaljata kemm jista’ jkun sabiex il-kumitat ta’ selezzjoni jkun jista’ jivvaluta r-rilevanza tal-esperjenza b’rabta mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet.

Il-perjodi kollha tal-attività professjonali kkonċernati għandhom ikunu koperti minn dokumenti ġustifikattivi, speċjalment:

ċertifikati minn min kien iħaddem il-kandidat preċedentement u minn min iħaddem il-kandidat fil-preżent li jiġġustifikaw l-esperjenza professjonali mitluba għall-aċċess għall-proċedura ta’ selezzjoni;

jekk, minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, il-kandidati ma jistgħux jehmżu ċ-ċertifikati tal-impjiegi meħtieġa, huwa essenzjali, sabiex dawn jiġu sostitwiti, li jfornu fotokopji tal-kuntratt tax-xogħol jew tal-ittra ta’ reklutaġġ u tal-ewwel u l-aħħar dokument tal-paga;

għal dawk li ma jaħdmux bħala impjegati (dawk li jaħdmu għal rashom, professjonijiet liberali, eċċ.), jistgħu jkunu aċċettati bħala prova riċevuti li jagħtu dettalji dwar is-servizzi mogħtija jew kull dokument ġustifikattiv uffiċjali ieħor li jkun rilevanti.

Għarfien lingwistiku

L-għarfien tal-lingwi meħtieġ (lingwa 1, lingwa 2, il-Franċiż u l-Ingliż) għandu jkun iċċertifikat minn diploma, ċertifikat jew dikjarazzjoni fuq l-unur, fuq karta separata, li tispjega kif inkiseb l-għarfien ta’ dawn il-lingwi.

Jekk, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, jiġi kkonstatat li l-informazzjoni fornuta fl-applikazzjoni ma tkunx eżatta, ma tkunx sostnuta mid-dokumentazzjoni meħtieġa jew ma tikkorrispondix mar-rekwiżiti kollha ta’ dan l-avviż ta’ reklutaġġ, l-ammissjoni tal-kandidat tiġi ddikjarata nulla.

4.   AVVIŻ

Hija r-responsabilità tal-kandidati li jieħdu l-miżuri kollha sabiex l-applikazzjoni (oriġinali jew kopja) kkompletata kif xieraq, iffirmata u akkumpanjata mid-dokumenti ġustifikattivi kollha, tintbagħat bil-posta rreġistrata (4), qabel id-data tal-iskadenza. It-timbru tal-posta jitqies bħala prova.

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-posta mhux irreġistrata jew bil-posta interna mhumiex se jiġu kkunsidrati. L-Unità ta’ Selezzjoni tat-Talenti mhijiex se taċċetta applikazzjonijiet li jitressqu bl-idejn.

Mhi se tintbagħat l-ebda konferma ta’ riċevuta tal-fajls tal-applikazzjoni, ħlief jekk konferma ta’ riċevuta postali takkumpanja ittra rreġistrata.

Il-kandidati għandhom jindirizzaw ittra jew email (5) lill-Unità ta’ Selezzjoni tat-Talenti jekk ma jirċevux email dwar l-applikazzjoni tagħhom sad-data mogħtija fl-aħħar paragrafu tal-avviż ta’ reklutaġġ.

Fil-korrispondenza kollha mibgħuta minn kandidat fir-rigward tal-applikazzjoni mressqa taħt isem partikolari, għandu jsir riferiment għal dan l-isem kif ukoll għan-numru tal-proċedura ta’ selezzjoni.

Kull korrispondenza indirizzata mill-Parlament Ewropew b’rabta mal-proċedura ta’ selezzjoni, inklużi l-konvokazzjonijiet għat-testijiet, tintbagħat bl-email fl-indirizz indikat mill-kandidat fl-applikazzjoni. Il-kandidat għandu r-responsabilità li jikkonsulta l-email tiegħu regolarment (tal-anqas darbtejn fil-ġimgħa) u li jinnotifika lill-Unità ta’ Selezzjoni tat-Talenti dwar bidliet eventwali tal-informazzjoni personali tiegħu.

Għal kull komunikazzjoni dwar il-proċedura, jekk jogħġbok ibgħat email f’dan l-indirizz elettroniku:

PERS-229S@ep.europa.eu

Jekk il-kandidati ma jkunx jistgħu jikkonsultaw aktar l-emails tagħhom, hija r-responsabilità tagħhom li jinformaw minnufih lill-Unità ta’ Selezzjoni tat-Talenti u li jagħtuha indirizz elettroniku ġdid.

Sabiex tinżamm l-indipendenza tal-kumitat ta’ selezzjoni, kull kuntatt, dirett jew indirett, tal-kandidati mal-kumitat ta’ selezzjoni huwa formalment ipprojbit u jista’ jwassal għall-esklużjoni mill-proċedura.

Kull korrispondenza indirizzata lill-kumitat ta’ selezzjoni, u kwalunkwe talba għall-informazzjoni jew korrispondenza oħra relatata mal-iżvolġiment tal-proċedura, għandha tkun indirizzata esklużivament lill-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti li hija inkarigata mill-komunikazzjoni mal-kandidati sa tmiem il-proċedura ta’ selezzjoni (2), li hija inkarigata mill-komunikazzjoni mal-kandidati sa tmiem il-proċedura ta’ selezzjoni.

5.   INFORMAZZJONI ĠENERALI

Opportunitajiet indaqs

Il-Parlament Ewropew jiżgura li jevita kull forma ta’ diskriminazzjoni.

Huwa japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal pereżempju diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.

Talbiet għal aċċess mill-kandidati għall-informazzjoni li tikkonċernahom

Fil-kuntest tal-proċeduri ta’ selezzjoni, jiġi rikonoxxut id-dritt speċifiku tal-kandidati li jkollhom aċċess, skont il-kondizzjonijiet deskritti hawn taħt, għal ċerta informazzjoni li tikkonċernahom direttament u individwalment. Bis-saħħa ta’ dan id-dritt, il-Parlament Ewropew jista’ jagħti lil kandidat, fuq talba tiegħu, l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

a)

il-kandidati li ma jkunux ġew mistiedna għat-testijiet (bil-miktub u orali) jistgħu jiksbu, fuq talba tagħhom, kopja tad-dokument ta’ evalwazzjoni tal-kwalifiki tagħhom. It-talba għandha ssir fi żmien xahar mid-data ta’ meta tkun intbagħtet l-ittra li tikkomunika d-deċiżjoni.

b)

il-kandidati li ġew mistiedna għat-testijiet u li ma tniżżlux fil-lista ta’ riżerva se jiġu informati bil-punteġġ tagħhom fit-testijiet differenti wara li l-kumitat ta’ selezzjoni jkun stabbilixxa l-lista ta’ riżerva. Fuq talba tagħhom, il-kandidati jistgħu jiksbu kopja tat-test bil-miktub tagħhom u, għal kull test, bil-miktub jew orali, kopja tad-dokumenti individwali li jinkludu l-valutazzjonijiet magħmula mill-kumitat ta’ selezzjoni. Kwalunkwe talba għal kopja għandha ssir fi żmien xahar mid-data ta’ meta ntbagħtet l-ittra li tikkomunika d-deċiżjoni li dak li jkun ma jkunx ġie inkluż fil-lista ta’ riżerva.

c)

il-kandidati inklużi fil-lista ta’ riżerva jiġu informati biss li huma għaddew mill-proċedura ta’ selezzjoni.

It-talbiet huma pproċessati b’kunsiderazzjoni tas-segretezza tax-xogħlijiet tal-kumitat ta’ selezzjoni prevista mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Anness III, Artikolu 6) u fir-rispett tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi rigward l-ipproċessar tad-data personali.

Protezzjoni tad-data personali

Il-Parlament Ewropew, bħala l-korp responsabbli għall-organizzazzjoni tas-selezzjonijiet, jiżgura li d-data personali tal-kandidati tiġi pproċessata fir-rispett sħiħ tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), b’mod partikolari rigward il-kunfidenzjalità u s-sigurtà.

Spejjeż tal-ivvjaġġar u tas-soġġorn

Il-kandidati mistiedna għat-testijiet jingħataw kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ soġġorn. Il-kandidati jiġu informati bl-arranġamenti u bit-tariffi applikabbli waqt l-istedina tagħhom għat-testijiet.

L-indirizz mogħti mill-kandidat fil-formola tal-applikazzjoni jitqies bħala l-post minn fejn il-kandidat jitlaq biex jattendi t-testijiet. F’dan ir-rigward, bidla tal-indirizz ikkomunikata mill-kandidat wara li l-Parlament Ewropew ikun bagħat l-istedina għat-testijiet ma tistax tiġi kkunsidrata, ħlief jekk il-Parlament Ewropew iqis li ċ-ċirkostanzi msemmija mill-kandidat ikunu ekwivalenti għal forza maġġuri jew ikun każ mhux mistenni.


(1)  F’din il-gwida, kull referenza għal persuna tas-sess maskil għandha tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna tas-sess femminil, u viċe versa.

(2)  Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill.

(3)  Dawn il-kondizzjonijiet japplikaw għall-kandidati kollha, inklużi l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

(4)  Il-kunsinna permezz ta’ kumpanija privata tal-posta titqies bħala rreġistrata. F’dan il-każ, id-data li tidher fuq il-formola tal-kunsinna titqies bħala d-data tal-kunsinna.

(5)  

Indirizz:

PARLEMENT EUROPÉEN, Unité de sélection des Talents, MON 05S030,

Procédure de sélection PE/229/S, Rue Wiertz/Wiertzstraat, 60, 1047 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.

Indirizz elettroniku: PERS-229S@ep.europa.eu

(6)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS I

Tabella indikattiva tad-diplomi meħtieġa għal aċċess għall-proċeduri ta’ selezzjoni tal-grupp ta’ funzjonijiet AST

PAJJIŻ

Edukazzjoni sekondarja (1) (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post-sekondarja)

Edukazzjoni post-sekondarja (kors post-sekondarju mhux universitarju jew kors universitarju qasir ta’ perjodu legali ta’ mill-inqas sentejn)

Belgique – België – Belgien

Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS) / Diploma secundair onderwijs / Diplôme d'aptitude à accéder à l'enseignement supérieur (DAES) / Getuigschrift van hoger secundair onderwijs / Diplôme d'enseignement professionnel / Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

Candidature - Kandidaat

Graduat - Gegradueerde

Bachelier (dit «professionnalisant» ou de «type court»)/ Professioneel gerichte Bachelor — 180 ECTS

България

Диплома за средно образование / Свидетелство за зрелост / Диплома / Диплома за завършено средно образование / Диплома за средно специално образование

Специалист по …

Česko

Vysvědčení o maturitní zkoušce

Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

Danmark

Bevis for: Studentereksamen

Højere Forberedelseseksamen (HF) / Højere Handelseksamen (HHX) / Højere Afgangseksamen (HA) / Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

Videregående uddannelser = Bevis for = Eksamensbevis som (erhversakademiuddannelse AK)

Deutschland

Allgemeine Hochschulreife / Abitur / Fachgebundene Hochschulreife / Fachhochschulreife / Hochschulzugang für beruflich Qualifizierte

 

Eesti

Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

Éire/Ireland

Ardteistiméireacht Grád D3 i 5 ábhar / Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects / Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT) / Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

Teastas Náisiúnta / National Certificate /

Céim Bhaitsiléara / Ordinary Bachelor Degree Dioplóma Náisiúnta (ND, Dip.) / National Diploma (ND, Dip.) / Dámhachtain Ardteastas Ardoideachais (120 ECTS) / Higher Certificate (120 ECTS)

Ελλάδα

α)

Απολυτήριο Γενικού Λυκείου

β)

Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

γ)

Απολυτήριο Τεχνικού — Επαγγελματικού Λυκείου

δ)

Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου / Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου / Απολυτήριο Γενικού Λυκείου / Απολυτήριο Επαγγελματικού Λυκείου

Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (ΙΕΚ)

España

Bachillerato Unificado y Polivalente (BUP) + Curso de Orientación Universitaria (COU) / Bachillerato

Técnico superior / Técnico especialista

France

Baccalauréat / Diplôme d'accès aux études universitaires (DAEU) / Brevet de technicien

Diplôme d'études universitaires générales (DEUG) / Brevet de technicien supérieur (BTS) / Diplôme universitaire de technologie (DUT) / Diplôme d'études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

Hrvatska

Svjedodžba o državnoj maturi

Svjedodžba o zavrsnom ispitu

Associate degree

Graduate specialist

Stručni Pristupnik / Pristupnica

Italia

Diploma di scuola secondaria superiore (diploma di maturità o esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore)

Certificato di specializzazione tecnica superiore/attestato di competenza (4 semestri) Diploma di istruzione e formazione tecnica superiore (IFTS) / Diploma di istruzione tecnica superiore (ITS) Diploma universitario (2 anni)

Diploma di Scuola diretta a fini speciali (2 anni)

Κύπρος

Απολυτήριο

Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory) / Higher Diploma

Latvija

Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

Diploms par profesionālo vidējo izglītību

Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

Lietuva

Brandos atestatas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštesniojo mokslo diplomas

Luxembourg

Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

Brevet de technicien supérieur (BTS) / Brevet de maîtrise / Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU) / Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Magyarország

Gimnáziumi érettségi bizonyítvány / Szakközép-iskolai érettségiképesítő bizonyítvány / Érettségi bizonyítvány

Bizonyítvány felsőfokú szakképesítésről

Malta

Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher) / Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including systems of knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5 /2 A Levels (passes A-E) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

MCAST diplomas/certificates

Higher National Diploma

Nederland

Diploma VWO / Diploma staatsexamen (2 diploma’s) / Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO) / Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

Kandidaatsexamen

Associate degree (AD)

Österreich

Matura/Reifeprüfung

Reife-und Diplomprüfung

Berufsreifeprüfung

Kollegdiplom

Akademiediplom

Polska

Świadectwo dojrzałości

Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

Portugal

Diploma de Ensino Secundário/ Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

 

România

Diplomă de bacalaureat

Diplomă de absolvire (Colegiu universitar) învățamânt preuniversitar

Slovenija

Maturitetno spričevalo (Spričevalo o poklicni maturi) (Spričevalo o zaključnem izpitu)

Diploma višje strokovne šole

Slovensko

vysvedčenie o maturitnej skúške

absolventský diplom

Suomi/Finland

Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning (Betyg över avlagd yrkesexamen på andra stadiet)

Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier)

Ammatillinen opistoasteen tutkinto — Yrkesexamen på institutnivå

Sverige

Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning)

Högskoleexamen (80 poäng)

Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1– 3 år

United Kingdom

General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

BTEC National Diploma

General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level)

Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

Diploma of Higher Education (DipHE)

National Vocational Qualifications (NVQ) and Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4


(1)  L-aċċess għall-grupp ta’ funzjonijiet AST huwa soġġett għall-kondizzjoni addizzjonali ta’ esperjenza professjonali xierqa ta’ mill-anqas tliet snin.


ANNESS II

TALBIET GĦAL RIEŻAMI — APPELLI - ILMENTI LILL-OMBUDSMAN EWROPEW

Il-kandidati li jqisu li deċiżjoni laqtithom b’mod negattiv jistgħu jitolbu li jsir rieżami ta’ din id-deċiżjoni, jappellaw jew jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew (1).

Talbiet għal rieżami

Il-kandidati jistgħu jitolbu lill-kumitat ta’ selezzjoni biex jagħmel rieżami tad-deċiżjonijiet li ġejjin:

in-nuqqas ta’ dħul fil-proċedura ta’ selezzjoni

in-nuqqas ta’ stedina għat-testijiet bil-miktub jew orali.

Id-deċiżjoni li wieħed ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva ma tistax tkun soġġetta għal rieżami mill-kumitat ta’ selezzjoni.

It-talbiet għal rieżami motivati jridu jintbagħtu permezz ta’ email fl-indirizz elettroniku

PERS-229S@ep.europa.eu

fi żmien għaxart ijiem kalendarji mid-data meta l-Unità ta’ Selezzjoni tat-Talenti tkun bagħtet l-email li tinnotifika d-deċiżjoni. It-tweġiba tiġi nnotifikata lill-persuna kkonċernata mill-aktar fis possibbli.

Appelli

Il-kandidati jistgħu jippreżentaw ilment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), indirizzat lil:

M. le Secrétaire général

Parlement européen

Bât. Konrad Adenauer

2929 Luxembourg

LUXEMBOURG

Din il-possibilità hija miftuħa għall-istadji kollha tal-proċedura ta’ selezzjoni.

Għandha tiġi nnutata s-setgħa ta’ valutazzjoni wiesgħa li għandhom il-kumitati ta’ selezzjoni, li jiddeliberaw b’indipendenza sħiħa u li d-deċiżjonijiet tagħhom ma jistgħux jinbidlu mill-Awtorità tal-Ħatra. Din is-setgħa ta’ valutazzjoni wiesgħa mhix soġġetta għall-kontroll għajr f’każ ta’ ksur evidenti tar-regoli li jirregolaw ix-xogħol. Id-deċiżjoni tal-kumitat ta’ selezzjoni tista’ b’hekk titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea anke jekk ma jkun ġie ppreżentat ebda lment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-appell għandu jitressaq lil:

Tribunal de de l’Union européenne

2925 Luxembourg

LUXEMBOURG,

abbażi tal-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 91 tar-Regolament tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din il-possibilità hija prevista biss għad-deċiżjonijiet meħuda mill-kumitat ta’ selezzjoni.

F’każ ta’ deċiżjonijiet amministrattivi li jirrifjutaw l-aċċess għall-proċedura ta’ selezzjoni minħabba n-nuqqas ta’ konformità tal-applikazzjoni mar-rekwiżiti ta’ ammissjoni kif stipulat fit-Taqsima B.1. tal-avviż, appell quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea jista’ jsir biss wara li jkun sar ilment kif imsemmi hawn fuq.

It-talba għal appell quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea teħtieġ b’mod obbligatorju l-intervent ta’ avukat li jista’ jeżerċita quddiem ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea.

Il-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u li japplikaw għal dawn iż-żewġ tipi ta’ appelli jibdew jgħoddu, jew mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni inizjali li tolqot b’mod negattiv jew, fil-każ ta’ talba għal rieżami, mid-data tan-notifika tat-tweġiba inizjali tal-kumitat ta’ selezzjoni għal din it-talba.

Ilmenti mressqa lill-Ombudsman Ewropew

Bħal kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni Ewropea, il-kandidati jistgħu jippreżentaw ilment lil:

Médiateur européen

1, avenue du Président Robert Schuman — BP 403

67001 STRASBOURG CEDEX

FRANCE,

skont l-Artikolu 228(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kondizzjonijiet previsti mid-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew (3).

Għandha tinġibed l-attenzjoni tal-kandidati għall-fatt li l-ilmenti ppreżentati lill-Ombudsman ma jissospendux il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għat-tressiq ta’ appell quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Il-preżentazzjoni ta’ talbiet għal rieżami, appelli jew ilmenti lill-Ombudsman Ewropew ma jwaqqfux ix-xogħol tal-kumitat ta’ selezzjoni.

(2)  Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68.

(3)  Id- Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15).


 

Image 5

Image 6

Image 7

Image 8


Sus