This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document daf30c82-5747-11ee-9220-01aa75ed71a1
Regulation (EU) 2021/378 of the European Central Bank of 22 January 2021 on the application of minimum reserve requirements (recast) (ECB/2021/1)
Consolidated text: Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (riformulazzjoni) (BĊE/2021/1)
Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (riformulazzjoni) (BĊE/2021/1)
02021R0378 — MT — 20.09.2023 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2021/378 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (riformulazzjoni) (BĊE/2021/1) (ĠU L 073 3.3.2021, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) 2022/2419 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-6 ta’ Diċembru 2022 |
L 318 |
7 |
12.12.2022 |
|
|
L 216 |
96 |
1.9.2023 |
||
REGOLAMENT (UE) 2021/378 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta’ Jannar 2021
dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (riformulazzjoni) (BĊE/2021/1)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ riżervi minimi għall-istituzzjonijiet li ġejjin:
istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma jew:
awtorizzati skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ); jew
eżenti minn tali awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE;
friegħi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, inklużi friegħi stabbiliti fi Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (Stat Membru taż-żona tal-euro) ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li la l-uffiċċju reġistrat tagħhom u lanqas l-uffiċċju prinċipali tagħhom ma jinsab fi Stat Membru taż-żona tal-euro; iżda esklużi friegħi stabbiliti barra minn Stat Membru taż-żona tal-euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma stabbiliti fi Stat Membru taż-żona tal-euro.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“riżervi minimi” tfisser l-ammont ta’ fondi li istituzzjoni hija meħtieġa żżomm bħala riżervi fil-kontijiet ta’ riżerva tagħha mal-bank ċentrali nazzjonali rilevanti;
“rekwiżiti ta’ riżervi minimi” tfisser ir-rekwiżiti kollha li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jikkonformaw magħhom skont dan ir-Regolament b’rabta mar-riżervi minimi fir-rigward tal-kalkolu, in-notifika, il-konferma u ż-żamma ta’ riżervi minimi, u r-rapportar u l-verifika;
“Stat Membru taż-żona tal-euro” tfisser Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro;
“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser “istituzzjoni ta’ kreditu” kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“fergħa” tfisser “fergħa” kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(17) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“BĊN rilevanti” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) tal-Istat Membru taż-żona tal-euro li fih tirrisjedi l-istituzzjoni;
“kontijiet ta’ riżerva” tfisser il-kontijiet li fihom istituzzjoni żżomm ir-riżervi tagħha mal-BĊN rilevanti;
“bażi ta’ riżerva” tfisser it-total tal-obbligazzjonijiet eliġibbli użat għall-kalkolu tar-riżervi minimi ta’ istituzzjoni;
“proporzjon ta’ riżerva” tfisser il-perċentwal applikat għall-entrati tal-bażi ta’ riżerva għall-kalkolu tar-riżervi minimi ta’ istituzzjoni;
“perjodu ta’ żamma” tfisser il-perjodu li matulu tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti tar-riżervi minimi;
“bilanċ ta’ tmiem il-jum” tfisser ir-riżervi miżmuma fiż-żmien meta jkunu ġew iffinalizzati l-attivitajiet ta’ pagamenti u jkunu ddaħħlu l-entrati relatati mal-aċċess għall-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema;
“jum ta’ negozju tal-BĊN” tfisser kwalunkwe ġurnata li fiha, BĊN partikolari jkun miftuħ sabiex iwettaq operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema;
“residenti” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri taż-żona tal-euro skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 ( 3 );
“fużjoni” tfisser operazzjoni li biha istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar (l-istituzzjonijiet akkwistati), meta jiġu xolti mingħajr ma jidħlu f’likwidazzjoni, jittrasferixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħhom lil istituzzjoni ta’ kreditu oħra (l-istituzzjoni akkwirenti), li tista’ tkun istituzzjoni ta’ kreditu li tkun għadha kemm ġiet stabbilita;
“diviżjoni” tfisser operazzjoni li biha istituzzjoni ta’ kreditu waħda (l-istituzzjoni li tkun qed tiġi diviża), meta tiġi xolta mingħajr ma tidħol f’likwidazzjoni, tittrasferixxi l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħha lil aktar minn istituzzjoni waħda (l-istituzzjonijiet riċeventi), li jistgħu jkunu istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu għadhom kemm ġew stabbiliti.
Artikolu 3
Żamma ta’ riżerva
L-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom iżommu riżervi minimi, ikkalkolati skont l-Artikolu 6, kif ġej:
il-bilanċ medju ta’ tmiem il-jum f’kont ta’ riżerva wieħed jew aktar matul il-perjodu ta’ żamma għandu jkun daqs jew għandu jeċċedi l-ammont ikkalkulat għal dak il-perjodu skont l-Artikolu 6;
ir-riżervi minimi għandhom jinżammu f’kontijiet ta’ riżerva, denominati f’euro, mal-BĊNi rilevanti f’kull Stat Membru taż-żona tal-euro li fih huma stabbiliti;
il-kontijiet tas-saldu mal-BĊNi jistgħu jintużaw bħala kontijiet ta’ riżerva għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament;
fondi soġġetti għal kwalunkwe restrizzjoni legali, kuntrattwali, regolatorja jew għal restrizzjoni oħra li tipprevjeni lill-istituzzjoni milli tillikwida, tittrasferixxi, tassenja jew tiddisponi minn tali fondi matul il-perjodu ta’ żamma rilevanti għandhom jiġu esklużi mir-riżervi miżmuma.
Għall-finijiet tal-punt (d), l-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-BĊN rilevanti dwar kwalunkwe restrizzjoni msemmija fih mingħajr dewmien żejjed.
Meta istituzzjoni jkollha diversi friegħi fl-istess Stat Membru taż-żona tal-euro, għandu japplika dan kollu li ġej:
l-uffiċċju reġistrat jew l-uffiċċju prinċipali, jekk jinsab f’dak l-Istat Membru, għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ riżervi minimi stabbiliti f’dan l-Artikolu għal dawk il-friegħi f’dak l-Istat Membru;
dik l-istituzzjoni għandha tinnomina waħda mill-friegħi tagħha fl-istess Stat Membru għall-finijiet tal-issodisfar tar-rekwiżiti ta’ riżervi minimi f’dan l-Artikolu meta la jkollha uffiċċju reġistrat u lanqas uffiċċju prinċipali f’dak l-Istat Membru;
il-BĊN rilevanti għandu juża l-bilanċi kollha ta’ tmiem il-jum fil-kontijiet ta’ riżerva tal-friegħi ta’ dik l-istituzzjoni fl-istess Stat Membru biex jivvaluta jekk il-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu huwiex issodisfat.
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jippubblika l-listi ta’ istituzzjonijiet li ġejjin fuq is-sit web tiegħu:
istituzzjonijiet soġġetti għal rekwiżiti ta’ riżervi minimi skont dan ir-Regolament;
istituzzjonijiet eżentati mir-rekwiżiti ta’ riżervi minimi skont l-Artikolu 4, bl-esklużjoni ta’ dawk l-istituzzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 4(2).
Artikolu 4
Eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ riżervi minimi
L-istituzzjonijiet għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti ta’ riżervi minimi fl-Artikolu 3 meta tkun tapplika xi waħda minn dawn li ġejjin:
awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(a)(i) tiġi rtirata jew rinunzjata; jew
istituzzjoni tkun soġġetta għal proċedimenti ta’ stralċ skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).
Il-BĊE jista’ jagħti eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ riżervi minimi fl-Artikolu 3, fuq talba mill-BĊN rilevanti, meta tapplika xi waħda minn dawn li ġejjin:
istituzzjoni tkun soġġetta għal miżura ta’ riorganizzazzjoni skont id-Direttiva 2001/24/KE;
istituzzjoni tkun soġġetta għal ordni ta’ ffriżar imposta mill-Unjoni jew minn Stat Membru, jew tkun soġġetta għal miżuri imposti mill-Unjoni skont l-Artikolu 75 tat-Trattat li tirrestrinġi l-abbiltà tal-istituzzjoni li tuża l-fondi tagħha;
l-aċċess ta’ dik l-istituzzjoni għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew għall-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema ġie sospiż jew eskluż mill-BĊE u mill-BĊNi (Eurosistema) skont il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) ( 5 );
ma jkunx xieraq li jintalbu riżervi minimi minn dik l-istituzzjoni.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, meta l-aċċess ta’ istituzzjoni għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew għall-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema jiġi rrestawrat mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE skont l-Artikolu 158 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), l-eżenzjoni ma tibqax tapplika mill-bidu tal-perjodu ta’ żamma sussegwenti.
Għall-finijiet tal-għoti ta’ eżenzjonijiet skont il-paragrafu 2(d), il-BĊNi rilevanti u l-BĊE għandhom iqisu dan kollu li ġej:
jekk dik l-istituzzjoni tkunx awtorizzata taqdi funzjonijiet bi skopijiet speċjali biss;
jekk dik l-istituzzjoni tkunx ipprojbita milli teżerċita funzjonijiet bankarji attivi f’kompetizzjoni ma’ istituzzjonijiet oħrajn ta’ kreditu;
jekk dik l-istituzzjoni tkunx taħt obbligu legali li jkollha d-depożiti kollha tagħha assenjati għal skopijiet relatati ma’ assistenza ta’ żvilupp reġjonali u/jew internazzjonali.
Għall-finijiet tal-punt (a), istituzzjoni tkun awtorizzata li twettaq funzjonijiet bi skop speċjali biss, meta teżerċita kompiti speċifiċi ta’ amministrazzjoni pubblika jew l-istituzzjoni tkun ipprojbita bil-liġi jew bl-istatut milli twettaq in-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.
Artikolu 5
Bażi ta’ riżerva
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-bażi tar-riżerva tagħhom billi jużaw l-informazzjoni statistika dwar l-obbligazzjonijiet li ġejjin irrapportati skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2):
depożiti;
titoli ta’ dejn maħruġa.
Meta istituzzjoni żżomm obbligazzjonijiet dovuti lil fergħa tal-istess entità li tinsab barra miż-żona tal-euro, jew lill-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju rreġistrat tal-istess entità li tkun tinsab barra miż-żona tal-euro, dawk l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-bażi ta’ riżerva.
L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-bażi ta’ riżerva kkalkolata skont il-paragrafu 1:
obbligazzjonijiet dovuti lil kwalunkwe istituzzjoni oħra meta dik l-istituzzjoni:
tkun soġġetta għal rekwiżiti ta’ riżervi minimi skont dan ir-Regolament; u
ma tkunx eżentata jew ma tkunx ingħatat eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ riżervi minimi skont l-Artikolu 4;
obbligazzjonijiet dovuti lill-BĊE jew lil BĊN ta’ Stat Membru taż-żona tal-euro.
Meta l-obbligazzjonijiet jiġu esklużi mill-bażi ta’ riżerva skont il-paragrafu 2, l-istituzzjoni għandha:
tinforma lill-BĊN rilevanti bl-ammont eskluż mingħajr dewmien żejjed;
tipprovdi evidenza ta’ dawk l-obbligazzjonijiet;
tnaqqas l-ammont ta’ dawk l-obbligazzjonijiet mill-bażi ta’ riżerva wara li tipprovdi evidenza tal-ammont lill-BĊN relevanti skont il-punt (b).
Għall-fini tal-punt (b), meta istituzzjoni ma tkunx kapaċi tipprovdi evidenza lill-BĊN rilevanti tal-ammont ta’ obbligazzjonijiet fil-kategorija ta’ “titoli ta’ dejn maħruġa”, dik l-istituzzjoni għandha tapplika t-tnaqqis standard ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE għall-ammont pendenti tat-titoli ta’ dejn li tkun ħarġet u li jkollhom maturità oriġinali sa sentejn inklużi.
Artikolu 6
Kalkolu tar-riżervi minimi
Ir-riżervi minimi miżmuma mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 3 għandhom jiġu kkalkulati bl-użu tal-proporzjonijiet ta’ riżerva li ġejjin għal kull obbligazzjoni tal-bażi ta’ riżerva msemmija fl-Artikolu 5:
proporzjon ta’ riżerva ta’ 0 % għandu japplika għall-kategoriji li ġejjin imsemmija fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/379 BSI] (BĊE/2021/2):
depożiti li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
titoli ta’ dejn maħruġa b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sentejn;
proporzjon ta’ riżerva ta’ 1 % fuq l-obbligazzjonijiet l-oħrajn kollha inklużi fil-bażi tar-riżerva.
Il-BĊNi għandhom jużaw ir-riżervi minimi kkalkulati skont l-Artikolu 6 għal dawn li ġejjin:
biex jirremuneraw fondi ta’ riżervi minimi;
biex jivvalutaw jekk l-Artikolu 3(1)(a) huwiex issodisfat.
Artikolu 7
Notifika ta’ riżervi minimi
Meta l-BĊN rilevanti jikkalkula r-riżervi minimi ta’ istituzzjoni skont il-paragrafu 1, għandu japplika dan kollu li ġej:
il-BĊN rilevanti għandu jinnotifika lil dik l-istituzzjoni dwar ir-riżervi minimi tagħha mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ negozju tal-BĊN qabel jibda l-perjodu ta’ żamma;
dik l-istituzzjoni għandha tikkonferma r-riżervi minimi kkalkulati sa mhux aktar tard mill-jum ta’ negozju tal-BĊN ta’ qabel ma jibda l-perjodu ta’ żamma;
meta l-istituzzjoni ma tweġibx għan-notifika msemmija fil-punt (a) sa tmiem il-jum tan-negozju tal-BĊN ta’ qabel jibda l-perjodu ta’ żamma, il-konferma msemmija fil-punt (b) għandha titqies li saret u r-riżervi minimi nnotifikati għandhom japplikaw għal dik l-istituzzjoni għal dak il-perjodu ta’ żamma.
Meta istituzzjoni tikkalkula r-riżervi minimi tagħha skont il-paragrafu 1, għandu japplika dan kollu li ġej:
dik l-istituzzjoni għandha tinnotifika lill-BĊN rilevanti dwar ir-riżervi minimi tagħha mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ negozju tal-BĊN qabel jibda l-perjodu ta’ żamma;
il-BĊN rilevanti għandu jikkonferma r-riżervi minimi ta’ dik l-istituzzjoni sa mhux aktar tard mill-jum ta’ negozju tal-BĊN ta’ qabel jibda l-perjodu ta’ żamma;
jekk il-BĊN rilevanti ma jweġibx għan-notifika msemmija fil-punt (a) sa tmiem il-jum tan-negozju tal-BĊN ta’ qabel jibda l-perjodu ta’ żamma, il-konferma msemmija fil-punt (b) għandha titqies li saret u r-riżervi minimi nnotifikati għandhom japplikaw għal dik l-istituzzjoni għal dak il-perjodu ta’ żamma.
Artikolu 8
Perjodu ta’ żamma
Artikolu 9
Remunerazzjoni
Artikolu 10
Żamma indiretta ta’ riżervi minimi permezz ta’ intermedjarju
Istituzzjoni tista’ tapplika mal-BĊN rilevanti għal permess biex iżżomm ir-riżervi minimi kollha tagħha indirettament permezz ta’ istituzzjoni intermedjarja meta dik l-istituzzjoni intermedjarja:
tkun residenti fl-istess Stat Membru;
tkun soġġetta għal rekwiżiti ta’ riżervi minimi;
twettaq regolarment ċerti kompiti amministrattivi (eż. mmaniġġjar ta’ flus) għal dik l-istituzzjoni, minbarra ż-żamma ta’ riżervi minimi.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta istituzzjoni tapplika għal permess biex iżżomm ir-riżervi minimi kollha tagħha indirettament permezz ta’ istituzzjoni intermedjarja, hija għandha tikkonkludi ftehim ma’ dik l-istituzzjoni intermedjarja għal dak il-għan. Dak il-ftehim għandu jispeċifika mill-inqas dan li ġej:
jekk l-istituzzjoni applikanti tixtieqx taċċessa l-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema u l-operazzjonijiet tas-suq miftuħ;
perjodu ta’ notifika ta’ mill-inqas 12-il xahar, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 10(7)(b).
Meta istituzzjoni tagħti notifika kif imsemmi fil-punt (b), għandha tinforma lill-BĊN relevanti b’dan mingħajr dewmien żejjed.
Meta istituzzjoni omm tapplika għal permess biex iżżomm ir-riżervi minimi tal-grupp bħala intermedjarja skont il-paragrafu 3, dik l-istituzzjoni omm għandha tikkonkludi ftehim ma’ kull istituzzjoni f’dak il-grupp biex taġixxi bħala intermedjarja. Dawk il-ftehimiet għandhom jispeċifikaw tal-anqas dan li ġej:
jekk l-istituzzjoni omm jew is-sussidjarji ikunux se jaċċessaw faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema u operazzjonijiet tas-suq miftuħ;
perjodu ta’ notifika ta’ mill-inqas 12-il xahar.
Permess mogħti lil istituzzjoni biex iżżomm riżervi minimi permezz ta’ intermedjarju skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) għandu jitqies li ngħata skont dan il-paragrafu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
Il-BĊE jew il-BĊN rilevanti jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jirtiraw il-permess mogħti skont il-paragrafu 5 meta tapplika xi waħda minn dan li ġejjin:
kwalunkwe parti għall-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 jew 4 tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;
kwalunkwe parti għall-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 jew 4 titlob tali rtirar tal-permess skont dan l-Artikolu;
il-kundizzjonijiet għaż-żamma indiretta ta’ riżervi minimi speċifikati fil-paragrafu 1 ma jibqgħux issodisfati;
jeżistu raġunijiet prudenzjali relatati mal-istituzzjoni intermedjarja.
Il-BĊN rilevanti jew il-BĊE għandu jikkunsidra dawn li ġejjin meta jiddetermin a jekk għandux jiġi rtirat permess skont il-paragrafu 7:
jekk il-partijiet ftehmux li jtemmu l-ftehim b’kunsens reċiproku;
jekk l-istituzzjoni li żżomm ir-riżervi minimi tagħha indirettament permezz ta’ intermedjarja hijiex kapaċi tissodisfa r-rekwiżiti ta’ riżervi tagħha stess.
Meta l-BĊN rilevanti jew il-BĊE jirtira permess skont il-paragrafu 7, għandu japplika dan li ġej:
l-irtirar tal-permess għandu jidħol fis-seħħ fi tmiem il-perjodu ta’ żamma ħlief meta l-permess jiġi rtirat skont il-paragrafu 7(d);
meta l-permess jiġi rtirat skont il-paragrafu 7(d), l-irtirar għandu jkollu effett immedjat u l-perjodu minimu ta’ notifika previst fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika;
il-BĊN relevanti jew il-BĊE għandu jinnotifika liż-żewġ partijiet għall-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 jew 4 bl-irtirar mill-inqas ħamest ijiem ta’ xogħol qabel jintemm il-perjodu ta’ żamma finali li għalih japplika l-permess.
Artikolu 11
Rapportar aggregat tal-bażi ta’ riżerva
Artikolu 12
Fużjonijiet u diviżjonijiet
Meta fużjoni tidħol fis-seħħ matul perjodu ta’ żamma, għandu japplika dan kollu li ġej:
l-istituzzjoni akkwirenti għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għall-istituzzjoni akkwistata;
ir-riżervi minimi tal-istituzzjoni akkwirenti għandhom jitnaqqsu b’kull provvediment ta’ somma f’daqqa applikabbli skont l-Artikolu 6(2);
Il-BĊNi għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjonijiet jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1)(a) billi jqisu l-fondi ta’ tmiem il-jum fil-kontijiet ta’ riżerva kemm tal-istituzzjonijiet akkwirenti kif ukoll ta’ dawk akkwistati.
Dan li ġej għandu japplika matul il-perjodu ta’ żamma immedjatament wara l-perjodu ta’ żamma msemmi fil-paragrafu 1:
ir-riżervi minimi tal-istituzzjoni akkwirenti għandhom jitnaqqsu skont l-Artikolu 6(2) bi provvediment ta’ somma f’daqqa wieħed biss; u
ir-riżervi minimi tal-istituzzjoni akkwirenti għandhom jiġu kkalkulati għall-finijiet tal-Artikolu 6 bl-użu ta’ bażi ta’ riżerva li taggrega l-bażijiet ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet akkwistati u tal-istituzzjoni akkwirenti.
Għall-finijiet tal-punt (b), il-kalkolu għandu juża l-bażijiet ta’ riżerva ta’ kull istituzzjoni għall-perjodu ta’ żamma rilevanti daqslikieku ma tkunx seħħet il-fużjoni, u skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness III, Parti 2 tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2).
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal perjodi ta’ żamma sussegwenti fejn il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4 tal-Parti 2 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) jiġu ssodisfati.
Meta sseħħ diviżjoni matul perjodu ta’ żamma, għandu japplika dan li ġej:
l-istituzzjonijiet riċevituri li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għall-istituzzjoni li tkun qed tiġi diviża;
kull waħda mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu riċevituri għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għal dik il-parti tal-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjoni li tkun qed tiġi diviża li tiġi allokata lilha;
ir-riżervi miżmuma mill-istituzzjoni li tkun qed tiġi diviża għandhom jiġu allokati proporzjonalment bejn l-istituzzjonijiet riċevituri;
il-provvediment ta’ somma f’daqqa msemmi fl-Artikolu 6(2) għandu jitnaqqas mir-riżervi minimi ta’ kull istituzzjoni riċevitriċi.
Dan li ġej għandu japplika matul il-perjodu ta’ żamma immedjatament wara l-perjodu ta’ żamma li fih tidħol fis-seħħ id-diviżjoni u sakemm l-istituzzjonijiet riċevituri jirrapportaw il-bażijiet ta’ riżerva rispettivi tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2):
kull istituzzjoni riċevitriċi għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għal dik il-parti tal-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjoni li tkun qed tiġi diviża li tiġi allokata lilha, jekk ikun hemm; u
il-provvediment ta’ somma f’daqqa msemmi fl-Artikolu 6(2) għandu jitnaqqas mir-riżervi minimi ta’ kull istituzzjoni riċevitriċi.
Artikolu 13
Delega tas-setgħat f’każ ta’ adozzjoni tal-euro
Meta Stat Membru jadotta l-euro skont it-Trattat, il-Kunsill Governattiv b’dan jiddelega s-setgħa lill-Bord Eżekuttiv biex jiddetermina, wara li jqis il-fehmiet tal-Kumitat tal-Operazzjonijiet tas-Suq tas-SEBĊ, dan li ġej:
id-dati ta’ perjodu tranżitorju ta’ żamma għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ riżervi minimi skont l-Artikolu 3 għal istituzzjonijiet stabbiliti f’dak l-Istat Membru, bid-data tal-bidu tkun id-data tal-adozzjoni tal-euro f’dak l-Istat Membru;
il-mod ta’ kalkolu tal-bażi ta’ riżerva msemmija fl-Artikolu 5 matul il-perjodu tranżitorju ta’ żamma msemmi fil-punt (a);
l-iskadenza għall-kalkolu u l-verifika tar-riżervi minimi mill-istituzzjonijiet stabbiliti f’dak l-Istat Membru jew mill-BĊN rilevanti għall-perjodu ta’ żamma tranżitorju.
Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta u jippubblika deċiżjoni skont l-ewwel subparagrafu mill-inqas xahrejn qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rilevanti u għandu jinnotifika lill-Kunsill Governattiv b’dan.
Dan l-ewwel subparagrafu għandu japplika meta l-istituzzjonijiet fl-Istat Membru li jadotta l-euro ma jidhrux fuq il-lista ta’ istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(3)(a) fiż-żmien li jiġu kkalkolati r-riżervi minimi. F’dan il-każ, id-deċiżjonijiet adottati mill-Bord Eżekuttiv li jippermettu t-tnaqqis skont dan il-paragrafu jistgħu jispeċifikaw aktar il-mod li bih għandu jiġi kkalkulat it-tnaqqis ta’ tali obbligazzjonijiet.
Artikolu 14
Verifika
Artikolu 15
Revoka
Artikolu 16
Dispożizzjonijiet finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-26 ta’ Ġunju 2021. Madankollu, l-Artikolu 3 għandu japplika mit-28 ta’ Lulju 2021, fl-ewwel jum tal-ħames perjodu ta’ żamma fl-2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
ANNESS I
Regolament imħassar flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9), (ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10)
Regolament (KE) Nru 1052/2008 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/10), (ĠU L 282, 25.10.2008, p. 14).
Regolament (UE) Nru 1358/2011 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2011/26) (ĠU L 338, 21.12.2011, p. 51)
Regolament (UE) Nru 1376/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/52) (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 79)
Regolament (UE) 2016/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/26) (ĠU L 257, 23.9.2016, p. 10)
ANNESS II
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Regolament (KE) Nru 1745/2003 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2(1) |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 4(2), 4(3) |
|
Artikolu 2(3) |
Artikolu 3(3) |
|
— |
Artikolu 3(1)(d) u Artikolu 3(4) |
|
Artikolu 3(1) |
Artikolu 5(1) |
|
Artikolu 3(2) |
Artikolu 5(2) |
|
Artikolu 3(2a), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(3) |
|
Artikolu 3(2a), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 5(4) |
|
— |
Artikolu 5(5) |
|
Artikolu 3(3) |
Artikolu 5(6) |
|
Artikolu 3(4) |
Artikolu 5(7) |
|
Artikolu 4(1) |
Artikolu 6(1)(a) |
|
Artikolu 4(2) |
Artikolu 6(1)(b) |
|
Artikolu 5(1) |
Artikolu 6(1), sentenza introduttorja u Artikolu 6(3) |
|
Artikolu 5(2) |
Artikolu 6(2) |
|
Artikolu 5(3) |
Artikolu 7(1) sa (5) |
|
Artikolu 5(4) |
Artikolu 7(6) |
|
Artikolu 5(5) |
Artikolu 7(7) |
|
Artikolu 6(1), l-ewwel u t-tieni sentenzi |
Artikolu 3(1)(b) |
|
Artikolu 6(1), it-tielet sentenza |
Artikolu 3(1)(c) |
|
Artikolu 6(2) |
Artikolu 3(1)(a) |
|
Artikolu 6(3) |
Artikolu 3(2) |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 14(1) |
|
Artikolu 10(1) u (2) |
Artikolu 10(1) u (2), 10(5) |
|
Artikolu 10(3) |
Artikolu 10(6) u (10) |
|
Artikolu 10(4) |
Artikolu 10(7) u Artikolu 10(9)(a) u (c) |
|
Artikolu 10(5) |
Artikolu 10(9)(b) |
|
— |
Artikolu 10(4) sa (5) u (8) |
|
Artikolu 10(6) |
Premessa 5, Artikolu 14(2) |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 12 |
— |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 13a |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
|
— |
|
|
Artikolu 15 |
Artikolu 16 |
|
— |
L-Annessi I u II |
( 1 ) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
( 2 ) Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022 dwar il-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) u li tħassar il-Linja Gwida (BĊE/2012/27) (BĊE/2022/8) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 84). ◄
( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8).
( 4 ) Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15).
( 5 ) Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
( 6 ) Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ April 2019 dwar operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2019/7) (ĠU L 113, 29.4.2019, p. 11).