Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.
Documento c63a2d5f-ece4-11e8-b690-01aa75ed71a1
Commission Implementing Decision of 18 March 2014 on the organisation of a temporary experiment providing for certain derogations for the marketing of populations of the plant species wheat, barley, oats and maize pursuant to Council Directive 66/402/EEC (notified under document C(2014) 1681) (Text with EEA relevance) (2014/150/EU)Text with EEA relevance
Testo consolidato: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2014 dwar l-organizzazzjoni ta’ esperiment temporanju li jistipula ċerti derogi għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ popolazzjonijiet tal-ispeċijiet tal-pjanti qamħ, xgħir, ħafur u qamħirrum skont id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE (notifikata bid-dokument C(2014) 1681) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2014/150/UE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2014 dwar l-organizzazzjoni ta’ esperiment temporanju li jistipula ċerti derogi għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ popolazzjonijiet tal-ispeċijiet tal-pjanti qamħ, xgħir, ħafur u qamħirrum skont id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE (notifikata bid-dokument C(2014) 1681) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2014/150/UE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Dan it-test ikkonsolidat jista’ ma jinkludix l-emendi li ġejjin:
| Att li jemenda | Tip ta’ emenda | Is-subdiviżjoni kkonċernata | Data tal-effett |
|---|---|---|---|
| 32018D1519 | Emendata minn | artikolu 19 Test | 11/10/2018 |
| 32018D1519 | Emendata minn | artikolu 3 paragrafu 1 Test | 11/10/2018 |
02014D0150 — MT — 12.10.2018 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-18 ta’ Marzu 2014 dwar l-organizzazzjoni ta’ esperiment temporanju li jistipula ċerti derogi għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ popolazzjonijiet tal-ispeċijiet tal-pjanti qamħ, xgħir, ħafur u qamħirrum skont id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE (notifikata bid-dokument C(2014) 1681) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 082 20.3.2014, p. 29) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 256 |
65 |
12.10.2018 |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Marzu 2014
dwar l-organizzazzjoni ta’ esperiment temporanju li jistipula ċerti derogi għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ popolazzjonijiet tal-ispeċijiet tal-pjanti qamħ, xgħir, ħafur u qamħirrum skont id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE
(notifikata bid-dokument C(2014) 1681)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/150/UE)
Artikolu 1
Suġġett
1. Jiġi organizzat esperiment temporanju fil-livell tal-Unjoni bl-għan li jiġi vvalutat jekk il-produzzjoni, bil-ħsieb tal-kummerċjalizzazzjoni, u l-kummerċjalizzazzjoni, taħt ċerti kundizzjonijiet, ta’ żerriegħa minn popolazzjonijiet, kif imsemmija fl-Artikolu 2 u li tappartieni għall-ispeċijiet Avena spp., Hordeum spp., Triticum spp. u Zea mays L., jistgħux jikkostitwixxu alternattivi mtejba għall-esklużjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ żerriegħa li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2(1)(E), (F) u (G) tad-Direttiva 66/402/KEE dwar aspetti varjetali taż-żerriegħa ta’ ċerti speċi, u għar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1) dwar il-kummerċjalizzazzjoni b’ċertifikazzjoni uffiċjali bħala “żerriegħa ċċertifikata”, “żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni” jew “żerriegħa ċċertifikata, it-tieni ġenerazzjoni”.
2. Dawn l-elementi għandhom jiġu vvalutati:
(a) jekk l-identifikazzjoni tal-popolazzjonijiet ta’ dawk l-ispeċijiet tistax issir abbażi ta’ informazzjoni dwar metodi għat-tnissil u għall-produzzjoni tagħhom, il-varjetajiet użati fit-taħlit, u l-karatteristiċi ewlenin ta’ dawk il-popolazzjonijiet; kif ukoll
(b) jekk l-identità ta’ żrieragħ minn dawn il-popolazzjonijiet kummerċjalizzati tistax tkun ibbażata fuq ir-rekwiżiti dwar it-traċċabbiltà u l-identifikazzjoni tar-reġjun tal-produzzjoni.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tkopri gruppi tal-pjanti li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti:
(a) jirriżultaw minn kombinament determinat ta’ ġenotipi;
(b) huma kkunsidrati bħala unitajiet fir-rigward ta’ kemm huma adatti biex jiġu riprodotti mingħajr ma jinbidlu ladarba jiġu stabbiliti f’reġjun partikolari tal-produzzjoni b’kundizzjonijiet agroklimatiċi speċifiċi;
(c) huma ġġenerati permezz ta’ waħda mit-tekniki li ġejjin:
(i) it-taħlit ta’ ħames varjetajiet jew iktar fil-kombinamenti kollha, segwit mill-immassar tal-proġenija, u l-esponiment tal-istokk għas-selezzjoni naturali f’ġenerazzjonijiet suċċessivi;
(ii) it-tkabbir ta’ mill-inqas ħames varjetajiet ta’ speċi li b’mod predominanti titnissel bi transfertilizzazzjoni, l-immassar tal-proġenija, iż-żrigħ mill-ġdid u b’mod ripetut tal-istokk u l-esponiment tiegħu għas-selezzjoni naturali sakemm ix-xitel tal-varjetajiet oriġinali ma jibqgħux preżenti;
(iii) it-taħlit bejn il-varjetajiet permezz ta’ protokolli tat-taħlit li jkunu differenti minn dawk f’(i) jew (ii) biex tiġi prodotta popolazzjoni diversa b’mod simili li ma fihiex varjetajiet.
Minn hawn ‘il quddiem tali grupp ta’ xitel jissejħu “popolazzjonijiet”.
Artikolu 3
Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri
1. Kull Stat Membru jista’ jipparteċipa fl-esperiment. L-aħħar data li fiha jistgħu jibdew jieħdu sehem hija ►M1 il-31 ta' Diċembru 2019 ◄ .
2. L-Istati Membri li jiddeċiedu li jieħdu sehem fl-esperiment (minn hawn’ il quddiem: “Stati Membri parteċipanti”) għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-parteċipazzjoni tagħhom, u jindikaw l-ispeċijiet u r-reġjuni koperti bil-parteċipazzjoni tagħhom, kif ukoll il-miżuri applikati skont din id-Deċiżjoni.
3. L-Istati Membri jistgħu jtemmu l-parteċipazzjoni tagħhom f’kull mument billi jinfurmaw lill-Kummissjoni.
Artikolu 4
Ħelsien mill-obbligi
L-Istati Membri parteċipanti huma meħlusa mill-obbligi stipulati fl-Artikolu 2(1) (E), (F) u (G), fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 66/402/KEE, fir-rigward tal-produzzjoni, bil-ħsieb ta-kummerċjalizzazzjoni, u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ popolazzjonijiet.
Artikolu 5
Identifikazzjoni tal-popolazzjonijiet
Popolazzjoni għandha tkun identifikabbli abbażi tal-elementi li ġejjin:
(a) il-varjetajiet użati fit-taħlit għall-ħolqien tal-popolazzjoni;
(b) l-iskemi tat-tnissil kif definiti permezz tal-protokolli rispettivi;
(c) ir-reġjun tal-produzzjoni;
(d) il-grad ta’ eteroġenejtà, b’mod partikolari fi speċijiet li jdakkru lilhom infushom; kif ukoll
(e) il-karatteristiki tagħha, kif imsemmija fl-Artikolu 7(2)(f).
Artikolu 6
Kundizzjonijiet għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-popolazzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan l-esperiment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żerriegħa tal-popolazzjoni tista’ tiġi prodotta, bil-ħsieb li tiġi kummerċjalizzata, u kummerċjalizzata jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) iż-żerriegħa tkun tagħmel parti minn popolazzjoni awtorizzata;
(b) iż-żerriegħa tkun konformi mal-Artikolu 9;
(c) id-denominazzjoni tal-popolazzjoni tikkonforma mal-Artikolu 8;
(d) il-popolazzjoni titnissel u ż-żerriegħa hija prodotta minn persuni reġistrati skont l-Artikolu 10.
Artikolu 7
Awtorizzazzjoni tal-popolazzjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-popolazzjonijiet skont il-paragrafi 2, 3 u 4.
2. Għandha titressaq applikazzjoni għal awtorizzazzjoni lill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni taż-żrieragħ. Dik l-applikazzjoni għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
(a) l-isem u l-indirizz tal-applikant;
(b) l-ispeċi u d-denominazzjoni tal-popolazzjoni;
(c) deskrizzjoni tat-tip ta’ teknika użata biex tiġi ġġenerata l-popolazzjoni, b’referenza, kif japplika, għall-Artikolu 2(c)(i), (ii) jew (iii);
(d) l-għanijiet tal-programm ta’ tnissil;
(e) il-metodu ta’ tnissil u produzzjoni: skema ta’ tnissil kif definita mill-protokolli rispettivi, il-varjetajiet użati biex titnissel u tiġi prodotta l-popolazzjoni, u programmi tal-kontroll tal-produzzjoni proprji użati mill-operatur inkwistjoni;
(f) deskrizzjoni tal-karatteristiki tagħha:
(i) dokumentazzjoni tal-karatteristiki tagħha li l-applikant iqis li huma importanti fir-rigward tar-rendiment, il-kwalità, il-prestazzjoni, l-użabbiltà għal sistemi ta’ kontribut baxx, ir-reżistenza għall-mard, l-istabbiltà tar-rendiment, it-togħma jew il-lewn;
(ii) riżultati ta’ provi sperimentali fir-rigward tal-karatteristiki msemmija fil-punt (i);
(g) ir-reġjun tal-produzzjoni;
(h) dikjarazzjoni tal-applikant dwar il-verità tal-elementi msemmija fl-Artikolu 5(1);
(i) kampjun rappreżentattiv tal-popolazzjoni;
(j) l-isem u l-indirizz tal-persuna responsabbli għat-tnissil, il-produzzjoni u ż-żamma.
3. L-awtorità ta’ ċertifikazzjoni taż-żrieragħ għandha tivverifika l-elementi li ġejjin:
(a) il-konformità tal-applikazzjoni mal-paragrafu 2; kif ukoll
(b) il-konformità tal-popolazzjoni mar-rekwiżiti ta’ identifikazzjoni tal-Artikolu 5.
Il-konformità mar-rekwiżiti ta’ identifikazzjoni tal-Artikolu 5 għandha tiġi konkluża abbażi tad-dokumentazzjoni mressqa u l-ispezzjonijiet imwettqa fil-post fejn tiġi prodotta l-popolazzjoni.
4. L-awtorizzazzjoni ta’ popolazzjoni, u l-elementi stabbiliti fil-paragrafu 2, għandhom jiġu nnotifikati lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
Artikolu 8
Denominazzjoni tal-popolazzjonijiet
1. Il-popolazzjonijiet għandu jkollhom denominazzjoni. Ir-regoli dwar id-denominazzjoni tal-varjetajiet, kif stabbilit fl-Artikolu 9(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE ( 1 ), għandhom japplikaw għad-denominazzjoni ta’ popolazzjonijiet.
2. Il-kelma “popolazzjoni” għandha tiżdied fl-aħħar ta’ kull denominazzjoni.
Artikolu 9
Rekwiżiti fir-rigward tal-għelejjel, iż-żerriegħa u l-piżijiet ta’ lottijiet u kampjuni
1. Għandhom japplikaw il-punti 1 u 6 tal-Anness I tad-Direttiva 66/402/KEE.
2. Matul il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żerriegħa li tagħmel parti minn popolazzjonijiet, iż-żerriegħa għandha tikkonforma mal-punti 2 u 3 tal-Anness II tad-Direttiva 66/402/KEE fir-rigward tat-tieni ġenerazzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata fil-każ ta’ popolazzjonijiet ta’ Avena nuda L., Avena sativa L., Avena strigosa Schreb., Hordeum vulgare L., Triticum aestivum L., Triticum durum L. u Triticum spelta L. u żerriegħa ċertifikata fil-każ ta’ popolazzjonijiet ta’ Zea mays L.
3. Matul il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żerriegħa li tagħmel parti minn popolazzjonijiet, il-piżijiet ta’ lottijiet u kampjuni għandhom jikkonformaw mal-Anness III tad-Direttiva 66/402/KEE, u, fil-każ taż-Zea mays L., mad-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Anness fir-rigward taż-żerriegħa ċċertifikata ta’ dik l-ispeċi.
Artikolu 10
Ir-reġistrazzjoni ta’ nissiela, produtturi u dawk responsabbli għaż-żamma tal-popolazzjonijiet
1. Kull Stat Membru għandu jniżżel f’reġistru l-persuni li jnisslu l-popolazzjonijiet jew jipproduċu jew iżommu żerriegħa ta’ popolazzjonijiet fit-territorju tiegħu, dejjem jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2.
2. In-nissiela, il-produtturi u dawk responsabbli għaż-żamma tal-popolazzjonijiet għandhom iressqu applikazzjoni lill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni taż-żrieragħ għall-inklużjoni tagħhom fir-reġistru. Dik l-applikazzjoni għandha tinkludi dawn l-elementi:
(a) isimhom, l-indirizz tagħhom u d-dettalji ta’ kuntatt;
(b) id-denominazzjoni tal-popolazzjoni inkwistjoni.
3. Ir-reġistru għandu jkun fih dawn l-elementi:
(a) l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt kif stabbilit fil-paragrafu 2(a);
(b) id-denominazzjoni tal-popolazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(b) li għandha tiġi prodotta jew miżmuma.
Artikolu 11
It-tikkettar
Pakketti jew kontenituri ta’ żerriegħa għandu jkollhom tikketta li titwaħħal mill-produttur. Dak it-tabella għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I.
Artikolu 12
Restrizzjonijiet kwantitattivi
1. Il-kwantitajiet ta’ żerriegħa kummerċjalizzata tal-popolazzjoni awtorizzata ta’ kull speċi, għal kull Stat Membru parteċipant għal kull sena, ma għandhomx jaqbżu ż-0,1 % ta’ żerriegħa tal-istess speċi prodotta f’dik is-sena fl-Istat Membru parteċipant:
2. Kull produttur għandu jiddikjara lill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni taż-żerriegħa l-kwantità ta’ kull popolazzjoni li beħsiebu jipproduċi għal kull sena.
3. Stat Membru parteċipant jista’ jipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żerriegħa ta’ popolazzjoni jekk iqis li, fid-dawl tal-għan tal-esperiment, mhux xieraq li jiġu kummerċjalizzati kwantitajiet addizzjonali taż-żerriegħa inkwistjoni. Dan għandu jinforma mill-ewwel lill-produttur jew produtturi inkwistjoni.
Artikolu 13
Traċċabbiltà
1. Kull persuna li tikkummerċjalizza żrieragħ ta’ popolazzjonijiet għandha tiżgura t-traċċabbiltà ta’ dawk iż-żrieragħ.
2. Persuna li tikkummerċjalizza żrieragħ ta’ popolazzjonijiet għandha kont tal-informazzjoni li tippermettilha tidentifika l-persuni li jkunu fornewhom, u li lilhom ikunu fornew, biż-żrieragħ ta’ popolazzjoni.
3. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli meta titlobha l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni taż-żrieragħ.
Artikolu 14
Kontrolli uffiċjali
L-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni taż-żerriegħa tal-Istati Membri parteċipanti għandhom uffiċjalment jikkontrollaw il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ ta’ popolazzjonijiet. Il-kontrolli uffiċjali għandhom jinkludu minn tal-inqas:
(a) l-ispezzjoni fuq il-post, it-teħid ta’ kampjuni u l-kontrolli ta’ popolazzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (1) tal-Anness II;
(b) is-superviżjoni ta’ organizzazzjoni ta’ provi komparattivi fuq il-post għal dan l-għan, kif stipulat fil-punt (2) tal-Anness II;
(c) il-kwantitajiet prodotti u l-kwantitajiet kummerċjalizzati;
(d) il-konformità tal-produttur u kwalunkwe persuna li tikkummerċjalizza ż-żerriegħa skont din id-Deċiżjoni.
Il-kontroll imsemmi fil-punt (d) għandu jsir minn tal-inqas darba fis-sena. Dan għandu jinkludi spezzjonijiet tal-proprjetajiet tal-persuni inkwistjoni u tar-raba’ użat għall-produzzjoni tal-popolazzjonijiet.
Artikolu 15
Iż-żamma tal-popolazzjonijiet
1. Il-persuna responsabbli għaż-żamma tal-popolazzjoni għandha żżomm il-popolazzjoni għat-tul ta’ dan l-esperiment.
Iż-żamma għandha tkun skont il-prattiċi aċċettati għall-ispeċijiet inkwistjoni.
2. Il-persuna responsabbli għaż-żamma tal-popolazzjoni għandu jkollha reġistri fir-rigward taż-żamma tal-popolazzjonijiet, u tagħmel dawk ir-reġistri disponibbli għall-ispezzjoni mill-korp uffiċjali responsabbli fi kwalunkwe żmien.
3. Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq kontrollital-mod li bih jinżammu l-popolazzjonijiet, u jista’, għal dan l-għan, jieħu kampjuni taż-żerriegħa tal-popolazzjonijiet inkwistjoni.
Artikolu 16
Obbligi ta’ notifika tal-produtturi
Il-produtturi għandhom jinnotifikaw kull sena lill-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni taż-żerriegħa bl-informazzjoni stabbilita fil-punti (a), (b), (c), (f), (g), (h) u (i) tal-Anness III.
Artikolu 17
Ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni
L-Istati Membri parteċipanti għandhom jirreġistraw l-informazzjoni, kif indikat fl-Anness III, fir-rigward tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ popolazzjonijiet. Fuq talba, l-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fir-reġistrazzjoni ta’ dik l-informazzjoni.
Artikolu 18
Obbligi ta’ rappurtar
1. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, għal kull sena u sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, rapport annwali li jinkludi l-elementi li ġejjin:
(a) informazzjoni dwar it-tipi u l-għadd ta’ popolazzjonijiet awtorizzati għal kull speċi, prodotti u kummerċjalizzati fil-qafas tal-esperiment; kif ukoll
(b) il-kwantitajiet prodotti u kummerċjalizzati għal kull popolazzjoni u speċi, u, fejn ikun applikabbli, l-Istat Membru li għalih kienet maħsuba ż-żerriegħa.
L-Istati Membri parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li jinkludu fir-rapport kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra.
2. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, sal-31 ta’ Marzu 2018, rapport li jistabbilixxi l-informazzjoni msemmija fl-Anness III. Dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-esperiment u tal-interess tat-tiġdid taż-żmien tiegħu, jekk dan ikun f’loku, b’referenza għal kull speċi. Ir-rapport jista’ jinkludi informazzjoni oħra li l-Istati Membru jqis rilevanti fid-dawl tal-iskop tal-esperiment.
3. Stat Membru li jtemm il-parteċipazzjoni tiegħu qabel il-31 ta’ Diċembru 2017 għandu jressaq ir-rapport tiegħu sal-31 ta’ Marzu tas-sena li tiġi wara t-tmiem tal-parteċipazzjoni tiegħu.
Artikolu 19
Il-perjodu taż-żmien
L-esperiment għandu jibda fl-1 ta’ Marzu 2014 u jintemm f ►M1 it-28 ta' Frar 2021 ◄ .
Artikolu 20
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TITNIŻŻEL FUQ IT-TIKKETTA STIPULATA FL-ARTIKOLU 11
It-tikketta fuq il-pakketti jew il-kontenituri li jkun fihom iż-żrieragħ għandha tinkludi dan li ġej:
(1) il-kliem “Esperiment temporanju skont ir-regoli u l-istandards tal-UE”;
(2) l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni taż-żrieragħ u l-Istat Membru, jew l-inizjali tagħhom;
(3) l-isem u l-indirizz tal-produttur responsabbli mit-twaħħil tat-tikketta, jew il-kodiċi ta’ reġistrazzjoni tiegħu;
(4) ir-reġjun tal-produzzjoni;
(5) in-numru ta’ referenza tal-lott;
(6) ix-xahar u s-sena tal-issiġillar, miktuba hekk: “issiġillati…” (ix-xahar u s-sena) jew ix-xahar u s-sena ta’ meta ttieħed l-aħħar kampjun uffiċjali għal skopijiet ta’ kontroll, miktuba hekk: “il-kampjun ittieħed …” (ix-xahar u s-sena);
(7) l-ispeċi, indikata minn tal-inqas bl-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awturi, f’karattri Rumani;
(8) id-denominazzjoni tal-popolazzjoni;
(9) l-Istat Membru tal-produzzjoni, jekk differenti mill-punt 2;
(10) il-piż iddikjarat nett jew gross, jew l-għadd iddikjarat ta’ żrieragħ;
(11) meta jkun indikat il-piż u jintużaw pestiċidi granulati, sustanzi ta’ tgerbib (pelleting), jew addittivi solidi oħrajn, in-natura tal-addittiv kif ukoll il-proporzjon approssimattiv bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali;
(12) meta minn tal-inqas tkun ġiet ittestjata mill-ġdid il-ġerminazzjoni, id-dikjarazzjoni tal-livell tal-ġerminazzjoni fuq it-tikketta. Din l-informazzjoni tista’ tkun fuq stiker imwaħħla mat-tikketta.
ANNESS II
IL-KAMPJUNAR U L-KONTROLLI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 14
Għandhom jitwettqu l-kampjunar u l-eżaminazzjoni li ġejjin:
(1) Kull sena l-għelieqi tal-produzzjoni għandhom jiġu spezzjonati u għandhom jittieħdu kampjuni aleatorji taż-żrieragħ, ta’ minn tal-inqas 5 % tal-lottijiet kollha taż-żrieragħ tal-popolazzjonijiet u tal-għelieqi tal-produzzjoni li qed isir l-esperiment fuqhom mill-persuni uffiċjali inkarigati mill-kampjunar taż-żrieragħ.
Matul l-esperiment temporanju kull għalqa tal-produzzjoni għandha tiġi kkontrollata uffiċjalment minn tal-inqas darbtejn.
Dawn il-kampjuni għandhom jintużaw biex jikkontrollaw il-konformità mal-Artikolu 5, f’dak li jikkonċerna l-identità, u mal-Artikolu 9, f’dak li jikkonċerna l-kwalità taż-żerriegħa.
(2) Għandhom jitwettqu provi komparattivi fuq il-post fuq kull popolazzjoni awtorizzata u kkummerċjalizzata fil-qafas tal-esperiment.
Il-provi fuq il-post għandhom jitwettqu minn awtoritajiet kompetenti, mill-istituzzjonijiet ta’ riċerka, min-nissiela jew mill-produtturi. Fil-każ tan-nissiela u l-produtturi, l-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-provi.
ANNESS III
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RREĠISTRATA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 17
Għandha tiġi rreġistrata l-informazzjoni li ġejja:
(a) l-isem tal-ispeċi u d-denominazzjoni użata għal kull popolazzjoni awtorizzata fil-qafas tal-esperiment;
(b) it-tip ta’ popolazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 2(c);
(c) il-kwantitajiet prodotti u kkummerċjalizzati għal kull popolazzjoni u speċi u l-Istat Membru li għalih kienet maħsuba ż-żerriegħa;
(d) il-modalitajiet ta’ awtorizzazzjoni tal-popolazzjonijiet mill-Istati Membri u l-ispejjeż relatati għall-applikant;
(e) id-deskrizzjoni u r-riżultati tat-testijiet imwettqa skont il-punt (1) tal-Anness II;
(f) ir-riżultati tal-provi komparattivi fuq il-post kif imsemmi fil-punt (2) tal-Anness II;
(g) id-daqs tan-nissiela u tal-produtturi li jkunu qegħdin jipparteċipaw: mikrointrapriża, intrapriża żgħira, intrapriża medja jew intrapriża kbira;
(h) il-valutazzjoni tal-popolazzjonijiet mill-utenti fir-rigward tal-karatteristiċi skont l-Artikolu 7(2)(f).
( 1 ) Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1).