Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2011_317_R_0010_01

2011/769/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ Ottubru 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea
Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-komunità Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea

ĠU L 317, 30.11.2011, pp. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Ottubru 2011

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea

(2011/769/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Jannar 2007 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti Membri oħrajn tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skont l-Artikolu XXIV:6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, matul l-adeżjonijiet fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni fil-qafas tad-direttivi ta' negozjati adottati mill-Kunsill.

(3)

Dawn in-negozjati ġew konklużi u fit-22 ta' Settembru 2010 ġie inizjalat il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”).

(4)

Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem l-Unjoni fl-20 ta' April 2011, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/256/UE (1).

(5)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna(i) bil-kapaċità li jagħti, f’isem l-Unjoni, n-notifika prevista fil-Ftehim (2).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. MILLER


(1)   ĠU L 110, 29.4.2011, p. 13.

(2)  Id-data tad-dħul fi-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


FTEHIM

fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-komunità Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea

A.   Ittra mill-Unjoni

Sinjur,

Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika fl-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nipproponi dan li ġej:

 

L-Unjoni Ewropea għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-UE 27, il-konċessjonijiet li jinsabu fl-iskeda tal-UE 25 bil-modifiki li ġejjin:

 

Jiżdiedu 1 500 tunnellata mal-kwota tar-rata tariffarja allokata għal-pajjiż (l-Arġentina), għal-"laħam mingħajr għadam tal-annimali bovini, frisk jew imkessaħ", waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 20 %. Għall-ewwel erba' snin tal-implimentazzjoni iż-żieda tkun ta' 2 000 tunnellata. Mill-ħames sena tal-implimentazzjoni 'l quddiem iż-żieda tkun ta' 1 500 tunnellata;

 

Tinħoloq allokazzjoni għall-pajjiż (l-Arġentina) ta' 200 tunnellata skont il-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal-"laħam tal-buflu mingħajr għadam, iffriżat", bl-allokazzjoni tal-Arġentina tkopri wkoll "il-frisk u l-imkessaħ", waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 20 %;

 

Jiżdiedu 122 790 tunnellata (erga omnes) mal-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għall-"qamħ komuni (ta' kwalità medja u baxxa)", waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 12 EUR/t;

 

Jiżdiedu 890 tunnellata (erga omnes) mal-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għax-"xgħir", waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 16 EUR/t;

 

Jiżdiedu 890 tunnellata (erga omnes) mal-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għall-"barli tax-xgħir", waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 8 EUR/t;

 

Jiżdiedu 35 914 tunnellata (erga omnes) mal-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għax-"xgħir", waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 0 %.

 

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Arġentina għandhom jgħarrfu lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.

Inkun obbligat lejk jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan ikun il-każ, din l-ittra flimkien mal-konferma tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina.

Dejjem tiegħek,

Għall-Unjoni Ewropea

B.   Ittra mir-Repubblika tal-Arġentina

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek fid-data ta’ llum li taqra kif ġej:

“Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika fl-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nipproponi dan li ġej:

 

L-Unjoni Ewropea għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-UE 27, il-konċessjonijiet li jinsabu fl-iskeda tal-UE 25 bil-modifiki li ġejjin:

 

Jiżdiedu 1 500 tunnellata mal-kwota tar-rata tariffarja allokata għal-pajjiż (l-Arġentina), għal-"laħam mingħajr għadam tal-annimali bovini, frisk jew imkessaħ", waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 20 %. Għall-ewwel erba' snin tal-implimentazzjoni iż-żieda tkun ta' 2 000 tunnellata. Mill-ħames sena tal-implimentazzjoni 'l quddiem iż-żieda tkun ta' 1 500 tunnellata;

 

Tinħoloq allokazzjoni għall-pajjiż (l-Arġentina) ta' 200 tunnellata skont il-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal-"laħam tal-buflu mingħajr għadam, iffriżat", bl-allokazzjoni tal-Arġentina tkopri wkoll "il-frisk u l-imkessaħ", waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 20 %;

 

Jiżdiedu 122 790 tunnellata (erga omnes) mal-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għall-"qamħ komuni (ta' kwalità medja u baxxa)", waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 12 EUR/t;

 

Jiżdiedu 890 tunnellata (erga omnes) mal-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għax-"xgħir", waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 16 EUR/t;

 

Jiżdiedu 890 tunnellata (erga omnes) mal-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għall-"barli tax-xgħir", waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 8 EUR/t;

 

Jiżdiedu 35 914 tunnellata (erga omnes) mal-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għax-"xgħir", waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 0 %.

 

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Arġentina għandhom jgħarrfu lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.

Inkun obbligat lejk jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan ikun il-każ, din l-ittra flimkien mal-konferma tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina.”

Għandi l-unur li nesprimi l-qbil tal-gvern tiegħi mal-ittra ta' hawn fuq.

Dejjem tiegħek,

Għall-Gvern tar-Repubblika Arġentina


Top