Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document b9d2cf7d-22cf-11ef-a251-01aa75ed71a1

Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta' Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

02018R2067 — MT — 14.05.2024 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2067

tad-19 ta' Diċembru 2018

dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 334 31.12.2018, p. 94)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2084 tal-14 ta’ Diċembru 2020

  L 423

23

15.12.2020

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1321 tat-8 ta’ Mejju 2024

  L 1321

1

13.5.2024




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2067

tad-19 ta' Diċembru 2018

dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-verifika tar-rapporti mibgħuta skont id-Direttiva 2003/87/KE u għall-akkreditament u għas-sorveljanza tal-verifikaturi.

▼M2

Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 765/2008, dispożizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-verifikaturi u għall-evalwazzjoni bejn il-pari tal-korpi nazzjonali ta’ akkreditament skont l-Artikoli 15 u 30f tad-Direttiva 2003/87/KE.

Artikolu 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għal dawn li ġejjin:

(a) 

il-verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jkun hemm mill-1 ta’ Jannar 2019, irrappurtata skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/87/KE, u għall-verifika tad-data rilevanti għall-aġġornament tal-valuri ta’ referenza ex ante u għall-istabbiliment tal-allokazzjoni bla ħlas lill-installazzjonijiet skont l-Artikolu 10a ta’ dik id-Direttiva;

(b) 

il-verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jkun hemm mill-1 ta’ Jannar 2025, irrapportati mill-entità regolata skont l-Artikolu 30f tad-Direttiva 2003/87/KE.

▼B

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE u fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“riskju tad-detezzjoni” tfisser ir-riskju li verifikatur ma jindunax b'dikjarazzjoni skorretta materjali;

▼M2

(2) 

“akkreditazzjoni” tfisser attestazzjoni min-naħa ta’ korp nazzjonali ta’ akkreditament li verifikatur jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti minn standards armonizzati, skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt 9, tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament biex iwettaq il-verifika ta’ rapport ta’ operatur jew ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru jew ta’ rapport ta’ entità regolata skont dan ir-Regolament;

▼M1

(3) 

“verifikatur” tfisser persuna ġuridika li twettaq attivitajiet ta’ verifika skont dan ir-Regolament u li tkun akkreditata minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u dan ir-Regolament jew persuna fiżika awtorizzata b’mod ieħor, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament, fiż-żmien li fih jinħareġ rapport ta’ verifika;

▼B

(4) 

“verifika” tfisser l-attivitajiet li verifikatur iwettaq biex joħroġ rapport ta' verifika skont dan ir-Regolament;

▼M2

(5) 

“dikjarazzjoni skorretta” tfisser ommissjoni, dikjarazzjoni falza jew żball fid-data li l-operatur, operatur tal-inġenji tal-ajru jew entità regolata tirraporta, mingħajr ma titqies l-inċertezza permissibbli skont l-Artikolu 12(1), il-punt (a), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066;

(6) 

“dikjarazzjoni skorretta materjali” tfisser dikjarazzjoni skorretta li, fl-opinjoni tal-verifikatur, meta tittieħed waħedha jew flimkien ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn, taqbeż il-livell ta’ materjalità jew tista’ taffettwa t-trattament tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jew tar-rapport tal-entità regolata mill-awtorità kompetenti;

▼M1

(6a) 

“rapport annwali dwar il-livell ta’ attività” tfisser rapport ippreżentat minn operatur skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 ( 1 );

▼M2

(6b) 

“rapport tal-entità regolata” tfisser ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet ippreżentat mill-entità regolata skont l-Artikolu 75p tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066;

▼M2

(7) 

“rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru” tfisser ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jibgħat skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, ir-rapport dwar id-data ta’ referenza li operatur jibgħat skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 ( 2 ), ir-rapport dwar id-data ta’ min jidħol li l-operatur jibgħat skont l-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament jew ir-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività;

▼B

(8) 

“kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament” tfisser l-attivitajiet li jissemmew fl-Anness I li għalihom ikun qed jintalab l-akkreditament jew li għalihom dan ikun ingħata;

(9) 

“kompetenza” tfisser il-ħila li wieħed japplika l-għarfien u l-ħiliet tiegħu biex iwettaq attività;

(10) 

“livell ta' materjalità” tfisser il-livell limitu kwantitattiv jew il-punt ta' limitu li, meta jinqabeż, verifikatur iqis id-dikjarazzjonijiet skorretti, meta jittieħdu waħedhom jew flimkien ma' dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn, bħala materjali;

▼M2

(11) 

“sistema ta’ kontroll” tfisser il-valutazzjoni tar-riskju tal-operatur, tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jew tal-entità regolata u sett sħiħ ta’ attivitajiet ta’ kontroll, fosthom il-ġestjoni kontinwa tagħhom, li operatur, operatur tal-inġenji tal-ajru jew entità regolata tkun stabbilixxiet, iddokumentat, implimentat u żammet skont l-Artikolu 59 jew l-Artikolu 75o tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, jew skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, skont il-każ;

(12) 

“attivitajiet ta’ kontroll” tfisser kull att li operatur, operatur tal-inġenji tal-ajru jew entità regolata jwettqu biex inaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji inerenti;

▼B

(13) 

“nuqqas ta' konformità” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

▼M2

(a) 

għall-finijiet tal-verifika ta’ rapport dwar l-emissjonijiet ta’ operatur jew ta’ entità regolata, kull att jew ommissjoni ta’ att min-naħa tal-operatur jew l-entità regolata li jmur kontra l-permess għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u r-rekwiżiti fil-pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti;

(b) 

għall-finijiet tal-verifika ta’ rapport dwar l-emissjonijiet ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru, kull att jew ommissjoni ta’ att min-naħa tal-operatur tal-inġenji tal-ajru li jmur kontra r-rekwiżiti tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti;

▼M1

(c) 

għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar id-data ta’ referenza li operatur jibgħat skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, ir-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid li l-operatur jibgħat skont l-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament jew ir-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, kull att jew ommissjoni ta’ att min-naħa tal-operatur li jmur kontra r-rekwiżiti fil-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ;

▼B

(d) 

għall-finijiet tal-akkreditament skont il-Kapitolu IV, kull att jew ommissjoni ta' att min-naħa tal-verifikatur li jmur kontra r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

▼M2

(14) 

“sit” tfisser:

(a) 

għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru: il-postijiet fejn jiġi ddefinit u mmaniġġjat il-proċess ta’ monitoraġġ, fosthom il-postijiet fejn jiġu kkontrollati u maħżuna d-data u l-informazzjoni rilevanti;

(b) 

għall-finijiet tal-verifika tar-rapport ta’ entità regolata: il-postijiet fejn jiġi ddefinit u mmaniġġjat il-proċess ta’ monitoraġġ, inklużi l-postijiet fejn id-data u l-informazzjoni rilevanti dwar l-ammonti tal-fjuwil rilaxxati mill-entità regolata għall-konsum fl-attivitajiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE jiġu ddeterminati, ikkontrollati u maħżuna mill-entità regolata;

(15) 

“ambjent ta’ kontroll” tfisser l-ambjent li fih taħdem is-sistema interna ta’ kontroll u l-azzjonijiet ġenerali tal-ġestjoni ta’ operatur, operatur tal-inġenji tal-ajru jew entità regolata sabiex jiġi żgurat l-għarfien dwar din is-sistema interna ta’ kontroll;

(16) 

“riskju inerenti” tfisser kemm parametru fir-rapport ta’ operatur jew ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru jew ta’ entità regolata jkun suxxettibbli għal dikjarazzjonijiet skorretti li jistgħu jkunu materjali meta jittieħdu waħedhom jew flimkien ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn, qabel ma jitqies l-effett ta’ kull attività ta’ kontroll relatata;

(17) 

“riskju ta’ kontroll” tfisser kemm parametru fir-rapport ta’ operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jew ta’ entità regolata jkun suxxettibbli għal dikjarazzjonijiet skorretti li jistgħu jkunu materjali meta jittieħdu waħedhom jew flimkien ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn u li s-sistema ta’ kontroll ma tistax tipprevenihom jew tinnutahom u tikkoreġihom fil-ħin;

(18) 

“riskju ta’ verifika” tfisser ir-riskju, li huwa funzjoni tar-riskju inerenti, tar-riskju ta’ kontroll u tar-riskju tad-detezzjoni, li l-verifikatur jagħti opinjoni ta’ verifika li ma tkunx xierqa meta r-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jew ir-rapport tal-entità regolata jkun fih dikjarazzjonijiet skorretti materjali;

(19) 

“garanzija raġonevoli” tfisser livell għoli ta’ garanzija iżda mhux livell assolut tagħha, espress b’mod pożittiv fl-opinjoni ta’ verifika, dwar jekk ir-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jew ir-rapport tal-entità regolata li jkun qed jiġi vverifikat ikunx ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali jew le;

▼B

(20) 

“proċeduri analitiċi” tfisser l-analiżi tal-varjazzjonijiet u tax-xejriet fid-data, fosthom analiżi tar-relazzjonijiet li ma jkunux konsistenti ma' informazzjoni rilevanti oħra jew li jiddevjaw mill-ammonti previsti;

▼M2

(21) 

“dokumentazzjoni interna tal-verifika” tfisser id-dokumentazzjoni interna kollha li verifikatur ikun ġabar biex jirreġistra l-provi ddokumentati kollha u l-ġustifikazzjonijiet kollha tal-attivitajiet li jitwettqu għall-verifika ta’ rapport ta’ operatur jew ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru jew ta’ rapport ta’ entità regolata;

(22) 

“awditur ewlieni tal-EU ETS” tfisser awditur tal-EU ETS li huwa responsabbli għat-tmexxija u għas-sorveljanza tat-tim tal-verifika li jkun responsabbli għat-twettiq u għar-rapportar tal-verifika ta’ rapport ta’ operatur jew ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru jew ta’ rapport ta’ entità regolata;

(23) 

“awditur tal-EU ETS” tfisser membru individwali ta’ tim tal-verifika li jkun responsabbli għat-twettiq ta’ verifika ta’ rapport ta’ operatur jew ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru jew rapport ta’ entità regolata, minbarra l-awditur ewlieni tal-EU ETS;

▼B

(24) 

“espert tekniku” tfisser persuna li tipprovdi għarfien espert u ddettaljat dwar suġġett speċifiku li jkun meħtieġ biex jitwettqu l-attivitajiet ta' verifika għall-finijiet tal-Kapitolu III u biex jitwettqu l-attivitajiet ta' akkreditament għall-finijiet tal-Kapitolu V;

(25) 

“livell ta' garanzija” tfisser il-livell ta' garanzija li verifikatur jipprovdi fir-rapport ta' verifika abbażi tal-għan li jitnaqqas ir-riskju ta' verifika skont iċ-ċirkustanzi tal-impenn ta' verifika;

(26) 

“assessur” tfisser persuna li korp nazzjonali ta' akkreditament iqabbad biex tivvaluta lil verifikatur skont dan ir-Regolament, waħedha jew bħala parti minn tim tal-valutazzjoni;

(27) 

“assessur ewlieni” tfisser assessur li jingħata r-responsabbiltà ġenerali għat-twettiq tal-valutazzjoni ta' verifikatur skont dan ir-Regolament;

(28) 

“rapport dwar id-data ta' referenza” tfisser rapport li operatur jibgħat skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat (UE) ►M1  2019/331 ◄ ;

(29) 

“rapport dwar id-data ta' min jidħol ġdid” tfisser rapport li operatur jibgħat skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) ►M1  2019/331 ◄ ;

▼M1

(30) 

“perjodu ta’ rappurtar tal-livell ta’ attività” tfisser il-perjodu applikabbli qabel is-sottomissjoni tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842.

▼M1

Artikolu 4

Suppożizzjoni ta’ konformità

Meta verifikatur juri li huwa konformi mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti kif definiti fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew ma’ partijiet minnhom, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 7(1), 7(4), 22, 27(1), 28, 31 u 32 ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun preżunt li dan il-verifikatur jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III ta’ dan ir-Regolament sal-punt li fih l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.

▼B

Artikolu 5

Qafas ġenerali għall-akkreditament

Meta dan ir-Regolament ma jistabbilixxi l-ebda dispożizzjoni speċifika dwar il-kompożizzjoni tal-korpi nazzjonali ta' akkreditament jew dwar l-attivitajiet u r-rekwiżiti marbutin mal-akkreditament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

▼M2

KAPITOLU II

VERIFIKA TAR-RAPPORTI TA’ OPERATUR JEW TA’ OPERATUR TAL-INĠENJI TAL-AJRU

▼B

Artikolu 6

Affidabbiltà tal-verifika

▼M2

Rapport ivverifikat dwar l-emissjonijiet, rapport dwar id-data ta’ referenza, rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew rapport annwali dwar il-livell ta’ attività għandu jkun affidabbli għall-utenti. Huwa għandu jirrappreżenta b’mod ġenwin dak li għandu l-għan li jirrappreżenta jew inkella dak li wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li jirrappreżenta.

▼B

Il-proċess ta' verifika tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jkun għodda affidabbli u effettiva ta' appoġġ għall-proċeduri ta' garanzija tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità, li tipprovdi informazzjoni li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jkun jista' juża biex itejjeb il-prestazzjoni tiegħu b'rabta mal-monitoraġġ u mar-rappurtar tal-emissjonijiet u tad-data rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas.

Artikolu 7

Obbligi ġenerali tal-verifikatur

1.  
Il-verifikatur għandu jwettaq il-verifika u l-attivitajiet meħtieġa skont dan il-Kapitolu bil-għan li jipprovdi rapport ta' verifika li jikkonkludi b'garanzija raġonevoli li r-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru ma fihx dikjarazzjonijiet skorretti materjali.
2.  
Il-verifikatur għandu jippjana u jwettaq il-verifika b'attitudni ta' xettiċiżmu professjonali u jirrikonoxxi li jista' jkun hemm ċirkustanzi li jwasslu biex ir-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun fih dikjarazzjonijiet skorretti materjali.
3.  
Il-verifikatur irid iwettaq il-verifika fl-interess pubbliku u jkun indipendenti mill-operatur jew mill-operatur tal-inġenji tal-ajru u mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għad-Direttiva 2003/87/KE.
4.  

Waqt il-verifika, il-verifikatur għandu jivvaluta dan li ġej:

▼M1

(a) 

ir-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru huwa komplut u jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, fl-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842, kif xieraq;

▼M2

(b) 

jekk l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkunx aġixxa f’konformità mar-rekwiżiti tal-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti jew le meta l-verifika tkun qed issir b’rabta ma’ rapport dwar l-emissjonijiet ta’ operatur, u jekk huwa jkunx aġixxa f’konformità mar-rekwiżiti tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti jew le meta l-verifika tkun qed issir b’rabta ma’rapport dwar l-emissjonijiet ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru;

▼M1

(c) 

fejn tkun ikkonċernata l-verifika ta’ rapport dwar id-data ta’ referenza ta’ operatur, ta’ rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew ta’ rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, l-operatur ikun aġixxa f’konformità mar-rekwiżiti tal-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 approvat mill-awtorità kompetenti;

▼B

(d) 

jekk id-data tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru tkunx ħielsa minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali jew le;

(e) 

jekk tistax tiġi pprovduta informazzjoni li tappoġġa l-attivitajiet tal-fluss tad-data u s-sistema ta' kontroll tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u l-proċeduri marbutin magħhom tiegħu sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tal-monitoraġġ u tar-rappurtar tiegħu jew le.

▼M2

B’deroga mill-punt (b), il-verifikatur għandu jivvaluta jekk l-operatur ta’ installazzjoni għall-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali kif imsemmi fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE aġixxiex f’konformità mal-pjan ta’ monitoraġġ meta l-Istati Membri ma jkunux talbu li dik l-installazzjoni jkollha permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/87/KE.

Għall-fini tal-punt (d), il-verifikatur għandu jikseb provi ċari u oġġettivi mingħand l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru li tappoġġa l-emissjonijiet aggregati rrappurtati jew id-data aggregata rrappurtata rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas filwaqt li jqis l-informazzjoni l-oħra kollha pprovduta fir-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru.

▼M1

5.  
Jekk il-verifikatur jiskopri li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx qed jikkonforma mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew l-operatur ma jkunx qed jikkonforma mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842, dik l-irregolarità għandha tiġi inkluża fir-rapport ta’ verifika anki jekk il-pjan ta’ monitoraġġ jew il-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ ikkonċernat, kif xieraq, ikun ġie approvat mill-awtorità kompetenti.

▼B

6.  
Jekk l-awtorità kompetenti ma tkunx approvat il-pjan ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew jekk dan ma jkunx komplut jew jekk, matul il-perjodu tar-rappurtar, ikun sar tibdil sinifikanti fih imsemmi fl-Artikolu 15(3) jew (4) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni li l-awtorità kompetenti ma tkunx approvat kif xieraq, il-verifikatur għandu jagħti parir lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru jikseb l-approvazzjoni meħtieġa mingħand l-awtorità kompetenti.

Jekk tkun trid tinkiseb l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti għall-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ qabel ma jintbagħat ir-rapport dwar id-data ta' referenza skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Delegat (UE) ►M1  2019/331 ◄ u l-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ ma jkunx ġie approvat jew ma jkunx komplut, jew jekk ikun sar tibdil sinifikanti fih imsemmi fl-Artikolu 9(5) ta' dak ir-Regolament li l-awtorità kompetenti ma tkunx approvat, il-verifikatur għandu jagħti parir lill-operatur jikseb l-approvazzjoni meħtieġa mingħand l-awtorità kompetenti.

Wara li l-awtorità kompetenti tagħti l-approvazzjoni tagħha, il-verifikatur għandu jkompli l-attivitajiet ta' verifika jew jirrepetihom jew jadattahom kif xieraq.

Jekk ma tkunx inkisbet l-approvazzjoni qabel ma jinħareġ ir-rapport ta' verifika, il-verifikatur għandu jniżżel dan fir-rapport ta' verifika.

Artikolu 8

Obbligi prekuntrattwali

1.  

Qabel ma jaċċetta impenn ta' verifika, verifikatur għandu jikseb fehim tajjeb tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u jivvaluta jekk jistax jidħol għall-verifika jew le. Għal dan il-għan, il-verifikatur għandu jagħmel tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a) 

jevalwa r-riskji involuti fit-twettiq tal-verifika tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru skont dan ir-Regolament;

(b) 

janalizza l-informazzjoni li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jipprovdilu sabiex jistabbilixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika;

(c) 

jivvaluta jekk l-impenn jidħolx fil-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament tiegħu jew le;

(d) 

jivvaluta jekk għandux il-kompetenza, il-persunal u r-riżorsi meħtieġa biex jagħżel tim tal-verifika li jkun kapaċi jittratta l-kumplessità tal-istallazzjoni jew tal-attivitajiet u tal-flotta tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jew le, kif ukoll jekk huwiex kapaċi jlesti b'suċċess l-attivitajiet ta' verifika fil-perjodu taż-żmien meħtieġ jew le;

(e) 

jivvaluta jekk huwiex kapaċi jiżgura li t-tim tal-verifika potenzjali li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu għandu l-kompetenza u l-persuni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet ta' verifika għal dak l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru speċifiku jew le;

(f) 

għal kull impenn ta' verifika mitlub, jistabbilixxi l-allokazzjoni tal-ħin meħtieġa biex il-verifika ssir sewwa.

2.  
L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħti lill-verifikatur l-informazzjoni kollha rilevanti li tippermettilu jwettaq l-attivitajiet li jisssemmew fil-paragrafu 1.

Artikolu 9

Allokazzjoni tal-ħin

1.  

Huwa u jistabbilixxi l-allokazzjoni tal-ħin għal impenn ta' verifika msemmija fl-Artikolu 8(1)(f), il-verifikatur għandu jqis tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a) 

il-kumplessità tal-istallazzjoni jew tal-attivitajiet u tal-flotta tal-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(b) 

il-livell ta' informazzjoni u l-kumplessità tal-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti jew tal-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ;

(c) 

il-livell meħtieġ ta' materjalità;

(d) 

il-kumplessità u l-kompletezza tal-attivitajiet tal-fluss tad-data u tas-sistema ta' kontroll tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru;

▼M2

(e) 

il-post fejn jinsabu l-informazzjoni u d-data marbutin mal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jew id-data rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas.

▼B

2.  

Il-verifikatur għandu jiżgura li l-kuntratt tal-verifika jipprevedi l-possibbiltà ta' ħin li jrid jiġi ċċarġjat minbarra l-ħin miftiehem fil-kuntratt meta jinstab li t-tali ħin addizzjonali jkun meħtieġ għall-analiżi strateġika, għall-analiżi tar-riskji jew għal attivitajiet oħrajn ta' verifika. Is-sitwazzjonijiet li fihom jaf ikun meħtieġ il-ħin addizzjonali għandhom jinkludu tal-inqas dawn li ġejjin:

(a) 

waqt il-verifika meta l-attivitajiet tal-fluss tad-data, l-attivitajiet ta' kontroll jew il-loġistika tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jidhru li jkunu iżjed kumplessi minn dak li kien previst fil-bidu;

(b) 

meta l-verifikatur jidentifika dikjarazzjonijiet skorretti, nuqqasijiet ta' konformità, data insuffiċjenti jew żbalji fis-settijiet tad-data waqt il-verifika.

3.  
Il-verifikatur għandu jniżżel il-ħin allokat fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika.

Artikolu 10

Informazzjoni mingħand operatur jew mingħand operatur tal-inġenji tal-ajru

1.  

Qabel l-analiżi strateġika u f'mumenti oħrajn waqt il-verifika, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħti lill-verifikatur l-affarijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-operatur meta l-verifika tkun qed issir b'rabta ma' rapport dwar l-emissjonijiet ta' operatur;

(b) 

l-aħħar verżjoni tal-pjan ta' monitoraġġ tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, kif ukoll kull verżjoni rilevanti oħra tal-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti, fosthom il-provi tal-approvazzjoni;

▼M2

(c) 

l-aħħar verżjoni tal-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ tal-operatur, kif ukoll kull verżjoni rilevanti oħra tal-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti, fosthom il-provi tal-approvazzjoni;

▼B

(d) 

deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-fluss tad-data tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(e) 

il-valutazzjoni tar-riskju tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 59(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) ►M1  2019/331 ◄ , skont il-każ, u deskrizzjoni tas-sistema ġenerali ta' kontroll;

(f) 

il-valutazzjoni ssimplifikata tal-inċertezza msemmija fl-Artikolu 7(2)(c) tar-Regolament Delegat (UE) ►M1  2019/331 ◄ , meta dan ikun applikabbli;

▼M2

(g) 

il-proċeduri msemmijin fil-pjan ta’ monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti jew fil-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti, fosthom il-proċeduri għall-attivitajiet tal-fluss tad-data u għall-attivitajiet ta’ kontroll;

(h) 

ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet, ir-rapport dwar id-data ta’ referenza, ir-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew ir-rapport annwali dwar il-livell tal-attività tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, skont il-każ;

▼B

(i) 

ir-rapporti dwar id-data ta' referenza tal-perjodi tal-allokazzjoni ta' qabel għall-fażijiet tal-allokazzjoni ta' qabel u r-rapporti annwali dwar il-livell tal-attività tas-snin ta' qabel li jkunu ntbagħtu lill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 10a(21) tad-Direttiva 2003/87/KE, jekk dan ikun applikabbli;

(j) 

il-pjan ta' kampjunar tal-operatur imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 kif approvat mill-awtorità kompetenti, meta dan ikun applikabbli;

(k) 

jekk il-pjan ta' monitoraġġ ikun inbidel matul il-perjodu tar-rappurtar, reġistru ta' dak it-tibdil kollu skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066;

▼M1

(ka) 

jekk il-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ ikun inbidel, rekord tal-modifiki kollha skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331;

▼M1

(l) 

fejn applikabbli, ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 69(1) u 69(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066;

▼M1

(la) 

fejn applikabbli, informazzjoni dwar kif l-operatur ikkoreġa nuqqasijiet ta’ konformità jew indirizza rakkomandazzjonijiet ta’ titjib li ġew irrappurtati fir-rapport ta’ verifika dwar rapport annwali dwar il-livell ta’ attività mis-sena preċedenti jew rapport rilevanti dwar id-data ta’ referenza;

▼M2

(lb) 

meta dan ikun applikabbli, ir-rapporti mill-awditi tal-enerġija jew mis-sistemi ċċertifikati ta’ ġestjoni tal-enerġija kif imsemmi fl-Artikolu 22a(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 li jkun fihom ir-rakkomandazzjonijiet minn dawk l-awditi jew mis-sistemi ta’ ġestjoni;

(lc) 

meta dan ikun applikabbli, provi rilevanti li juru l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet mill-awditi tal-enerġija jew mis-sistemi ċċertifikati ta’ ġestjoni tal-enerġija kif imsemmi fl-Artikolu 22a(1), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 fosthom il-proċedura għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 22a(2) ta’ dak ir-Regolament;

(ld) 

provi rilevanti li tapplika waħda mill-kundizzjonijiet fl-Artikolu 22a(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331;

▼B

(m) 

ir-rapport ta' verifika tas-sena ta' qabel jew tal-perjodu ta' referenza ta' qabel, skont il-każ, jekk il-verifikatur ma jkunx wettaq il-verifika ta' dak l-operatur partikulari jew ta' dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru partikulari fis-sena ta' qabel jew fil-perjodu ta' referenza ta' qabel, skont il-każ;

▼M1

(n) 

il-korrispondenza rilevanti kollha mal-awtorità kompetenti, b’mod partikolari l-informazzjoni relatata man-notifika tal-modifiki tal-pjan ta’ monitoraġġ jew tal-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ kif ukoll il-korrezzjonijiet tad-data rappurtata, kif xieraq;

▼B

(o) 

informazzjoni dwar il-bażijiet tad-data u s-sorsi tad-data użati għall-finijiet tal-monitoraġġ u tar-rappurtar, fosthom dawk tal-Eurocontrol jew ta' organizzazzjoni rilevanti oħra;

(p) 

meta l-verifika tkun qed issir b'rabta ma' rapport dwar l-emissjonijiet ta' stallazzjoni li tkun qed twettaq il-ħżin ġeoloġiku tal-gassijiet serra f'sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE, il-pjan ta' monitoraġġ meħtieġ skont dik id-Direttiva u r-rapporti meħtieġa skont l-Artikolu 14 ta' dik id-Direttiva, li jkunu jkopru tal-inqas il-perjodu tar-rappurtar tar-rapport dwar l-emissjonijiet li jrid jiġi vverifikat;

(q) 

l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti sabiex ma jitwettqux iż-żjarat fuq il-post għall-istallazzjonijiet skont l-Artikolu 31(1), meta dan ikun applikabbli;

(r) 

provi min-naħa tal-operatur li juru l-konformità mal-limiti tal-inċertezza għas-saffi stabbiliti fil-pjan ta' monitoraġġ;

(s) 

kull informazzjoni rilevanti oħra meħtieġa għall-ippjanar tal-verifika u għat-twettiq tagħha.

2.  
Qabel ma l-verifikatur joħroġ ir-rapport ta' verifika, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħtih ir-rapport finali awtorizzat u vvalidat internament tiegħu.

Artikolu 11

Analiżi strateġika

1.  
Fil-bidu tal-verifika l-verifikatur għandu jivvaluta n-natura, l-iskala u l-kumplessità li x'aktarx ikollhom il-kompiti tal-verifika billi jwettaq analiżi strateġika tal-attivitajiet kollha li jkunu rilevanti għall-istallazzjoni jew għall-operatur tal-inġenji tal-ajru.
2.  

Sabiex jifhem l-attivitajiet li twettaq l-istallazzjoni jew li jwettaq l-operatur tal-inġenji tal-ajru, il-verifikatur għandu jiġbor u janalizza l-informazzjoni meħtieġa sabiex jivvaluta li t-tim tal-verifika huwa kompetenti biżżejjed biex iwettaq il-verifika, sabiex jistabbilixxi li l-allokazzjoni tal-ħin indikata fil-kuntratt ġiet stabbilita tajjeb u sabiex jiżgura li huwa għandu l-ħila jwettaq l-analiżi tar-riskji meħtieġa. L-informazzjoni għandha tinkludi tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a) 

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1);

(b) 

il-livell meħtieġ ta' materjalità;

(c) 

l-informazzjoni miksuba mill-verifika tas-snin ta' qabel, jekk il-verifikatur ikun qed iwettaq il-verifika għall-istess operatur jew għall-istess operatur tal-inġenji tal-ajru.

3.  

Huwa u janalizza l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-verifikatur għandu jivvaluta tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a) 

għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet ta' operatur, il-kategorija tal-istallazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u l-attivitajiet li jitwettqu f'dik l-istallazzjoni;

▼M2

(b) 

għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru, id-daqs tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u n-natura tiegħu, it-tqassim tal-informazzjoni f’postijiet differenti, kif ukoll l-għadd ta’ titjiriet u t-tip tagħhom;

(c) 

il-pjan ta’ monitoraġġ jew il-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti, kif ukoll id-dettalji tal-metodoloġija tal-monitoraġġ stabbilita f’dak il-pjan ta’ monitoraġġ jew f’dak il-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ;

(d) 

in-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-sorsi tal-emissjonijiet u tal-flussi mis-sorsi, kif ukoll it-tagħmir u l-proċessi li jkunu wasslu għad-data dwar l-emissjonijiet jew għad-data rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas, fosthom it-tagħmir tal-kejl deskritt fil-pjan ta’ monitoraġġ jew fil-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ, l-oriġini u l-applikazzjoni tal-fatturi ta’ kalkolu u sorsi primarji oħrajn tad-data;

▼B

(e) 

l-attivitajiet tal-fluss tad-data, is-sistema ta' kontroll u l-ambjent ta' kontroll.

4.  

Huwa u jwettaq l-analiżi strateġika, il-verifikatur għandu jiċċekkja l-affarijiet li ġejjin:

▼M2

(a) 

jekk il-verżjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ jew tal-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ ippreżentata lilu hijiex l-iktar verżjoni reċenti jew le u ġietx approvata mill-awtorità kompetenti;

▼M1

(b) 

jekk kienx hemm xi modifiki fil-pjan ta’ monitoraġġ matul il-perjodu ta’ rappurtar;

▼M1

(ba) 

jekk kienx hemm xi modifiki fil-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ matul il-perjodu ta’ referenza jew il-perjodu ta’ rappurtar tal-livell ta’ attività, kif xieraq;

▼B

(c) 

jekk l-awtorità kompetenti ġietx mgħarrfa bit-tibdil imsemmi fil-punt (b) skont l-Artikolu 15(1) jew l-Artikolu 23 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew jekk l-awtorità kompetenti approvatx dan it-tibdil skont l-Artikolu 15(2) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jew le, meta dan ikun applikabbli;

▼M1

(d) 

fejn applikabbli, jekk il-modifiki msemmija fil-punt (ba) ġewx innotifikati lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew ġewx approvati mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 9(4) ta’ dak ir-Regolament.

▼B

Artikolu 12

Analiżi tar-riskji

1.  

Il-verifikatur għandu jidentifika u janalizza l-elementi li ġejjin sabiex ifassal, jippjana u jimplimenta verifika effettiva:

(a) 

ir-riskji inerenti;

(b) 

l-attivitajiet ta' kontroll;

(c) 

meta jkunu ġew implimentati l-attivitajiet ta' kontroll imsemmijin fil-punt (b), ir-riskji ta' kontroll marbutin mal-effettività ta' dawk l-attivitajiet ta' kontroll.

2.  

Huwa u jidentifika u janalizza l-elementi msemmijin fil-paragrafu 1, il-verifikatur għandu jqis tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a) 

is-sejbiet tal-analiżi strateġika msemmija fl-Artikolu 11(1);

(b) 

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) u fl-Artikolu 11(2)(c);

(c) 

il-livell ta' materjalità msemmi fl-Artikolu 11(2)(b).

3.  
Jekk il-verifikatur jistabbilixxi li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx irnexxielu jidentifika r-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll rilevanti fil-valutazzjoni tar-riskju tiegħu, għandu javża lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru b'dan.
4.  
Meta dan ikun xieraq skont l-informazzjoni miksuba waqt il-verifika, il-verifikatur għandu jirrevedi l-analiżi tar-riskji u jibdel l-attivitajiet ta' verifika li jridu jitwettqu jew jirrepetihom.

Artikolu 13

Pjan ta' verifika

1.  

Il-verifikatur għandu jabbozza pjan ta' verifika li jkun proporzjonat mal-informazzjoni miksuba u mar-riskji identifikati waqt l-analiżi strateġika u waqt l-analiżi tar-riskji, li jrid ikun fih tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a) 

programm ta' verifika li jiddeskrivi n-natura tal-attivitajiet ta' verifika u l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, kif ukoll il-ħin li fih iridu jitwettqu dawn l-attivitajiet u l-mod kif għandhom jitwettqu;

(b) 

pjan magħmul bħala test li jistabbilixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet ta' kontroll u l-metodi tal-ittestjar tagħhom, kif ukoll il-proċeduri għall-attivitajiet ta' kontroll;

▼M2

(c) 

pjan ta’ kampjunar tad-data li jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni u l-metodi tal-kampjunar tad-data b’rabta mal-punti tad-data li fuqhom jissejsu l-emissjonijiet aggregati mogħtija fir-rapport dwar l-emissjonijiet tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, jew id-data aggregata rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas mogħtija fir-rapport dwar id-data ta’ referenza tal-operatur, fir-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew fir-rapport annwali dwar il-livell tal-attività tal-operatur.

▼B

2.  
Il-verifikatur għandu jistabbilixxi l-pjan magħmul bħala test imsemmi fil-paragrafu 1(b) b'mod li jippermettilu jistabbilixxi kemm jista' joqgħod fuq l-attivitajiet ta' kontroll rilevanti biex jivvaluta l-konformità mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 7(4)(b), (c) jew (d) jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(4).

Huwa u jistabbilixxi d-daqs tal-kampjunar u l-attivitajiet tal-kampjunar għall-ittestjar tal-attivitajiet ta' kontroll, il-verifikatur għandu jqis l-elementi li ġejjin:

(a) 

ir-riskji inerenti;

(b) 

l-ambjent ta' kontroll;

(c) 

l-attivitajiet ta' kontroll rilevanti;

(d) 

ir-rekwiżit li jagħti opinjoni ta' verifika b'garanzija raġonevoli.

3.  

Huwa u jistabbilixxi d-daqs tal-kampjunar u l-attivitajiet tal-kampjunar għall-kampjunar tad-data msemmija fil-paragrafu 1(c), il-verifikatur għandu jqis l-elementi li ġejjin:

(a) 

ir-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll;

(b) 

ir-riżultati tal-proċeduri analitiċi;

(c) 

ir-rekwiżit li jagħti opinjoni ta' verifika b'garanzija raġonevoli;

(d) 

il-livell ta' materjalità;

(e) 

il-materjalità tal-kontribut ta' element individwali tad-data għas-sett tad-data ġenerali.

4.  
Il-verifikatur għandu jistabbilixxi u jimplimenta l-pjan ta' verifika b'tali mod li r-riskju ta' verifika jitnaqqas għal livell aċċettabbli biex tinkiseb garanzija raġonevoli li r-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru ma fihx dikjarazzjonijiet skorretti materjali.
5.  
Il-verifikatur għandu jaġġorna l-analiżi tar-riskji u l-pjan ta' verifika u jadatta l-attivitajiet ta' verifika waqt il-verifika meta huwa jsib riskji addizzjonali li jridu jitnaqqsu jew meta huwa jsib li r-riskju reali huwa inqas minn dak li kien mistenni fil-bidu.

Artikolu 14

Attivitajiet ta' verifika

Il-verifikatur għandu jimplimenta l-pjan ta' verifika u jiċċekkja l-implimentazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti jew tal-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ, abbażi tal-analiżi tar-riskji.

Għal dak il-għan, il-verifikatur għandu jwettaq tal-inqas ittestjar sostantiv li jkun jikkonsisti fi proċeduri analitiċi, verifika tad-data u ċċekkjar tal-metodoloġija tal-monitoraġġ u għandu jiċċekkja l-affarijiet li ġejjin:

(a) 

l-attivitajiet tal-fluss tad-data u s-sistemi użati fil-fluss tad-data, fosthom is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni;

(b) 

jekk l-attivitajiet ta' kontroll tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru humiex iddokumentati, implimentati u miżmuma kif xieraq u humiex effettivi biex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji inerenti jew le;

(c) 

jekk il-proċeduri mniżżlin fil-pjan ta' monitoraġġ jew fil-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ, humiex effettivi biex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll jew le u jekk il-proċeduri humiex implimentati, iddokumentati biżżejjed u miżmuma sewwa jew le.

Għall-finijiet tal-punt (a) tat-tieni paragrafu, il-verifikatur għandu jsegwi l-fluss tad-data billi jsegwi s-sekwenza u l-interazzjoni tal-attivitajiet tal-fluss tad-data mid-data mis-sorsi primarji sal-kumpilazzjoni tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru.

Artikolu 15

Proċeduri analitiċi

1.  
Il-verifikatur għandu juża proċeduri analitiċi biex jivvaluta kemm hi plawżibbli u kompluta d-data f'każijiet fejn ir-riskju inerenti, ir-riskju ta' kontroll u l-livell ta' adattament tal-attivitajiet ta' kontroll tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru juru li hemm bżonn isiru t-tali proċeduri analitiċi.
2.  

Meta jkun qed iwettaq il-proċeduri analitiċi msemmijin fil-paragrafu 1, il-verifikatur għandu jivvaluta d-data rrappurtata sabiex jidentifika l-oqsma potenzjali ta' riskju u wara jivvalida l-attivitajiet ta' verifika ppjanati u jadattahom għalihom. Il-verifikatur għandu jagħmel tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a) 

jivvaluta kemm huma plawżibbli l-varjazzjonijiet u x-xejriet tul iż-żmien jew fost l-oġġetti li jistgħu jitqabblu ma' xulxin;

(b) 

jidentifika l-anomaliji immedjati, id-data mhix mistennija u n-nuqqasijiet fid-data.

3.  

Meta jkun qed japplika l-proċeduri analitiċi msemmijin fil-paragrafu 1, il-verifikatur għandu jwettaq il-proċeduri li ġejjin:

(a) 

proċeduri analitiċi preliminari b'rabta mad-data aggregata qabel ma jwettaq l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 14 sabiex jifhem in-natura, l-kumplessità u r-rilevanza tad-data rrappurtata;

(b) 

proċeduri analitiċi sostantivi b'rabta mad-data aggregata u mal-punti tad-data li fuqhom tissejjes din id-data sabiex jidentifika l-iżbalji strutturali potenzjali u l-anomaliji immedjati li jista' jkun hemm;

(c) 

proċeduri analitiċi finali b'rabta mad-data aggregata sabiex jiżgura li l-iżbalji kollha li jkunu ġew identifikati waqt il-proċess ta' verifika jkunu ssolvew kif suppost.

4.  
Meta l-verifikatur jidentifika anomaliji, varjazzjonijiet, xejriet, nuqqasijiet fid-data jew data li ma tkunx konsistenti ma' informazzjoni rilevanti oħra jew li tkun tvarja ħafna mill-ammonti jew mil-proporzjonijiet mistennija, huwa għandu jikseb spjegazzjonijiet dwar dan mingħand l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru, appoġġati minn provi rilevanti addizzjonali.

Abbażi tal-ispjegazzjonijiet u tal-provi addizzjonali pprovduti, il-verifikatur għandu jivvaluta l-impatt tagħhom fuq il-pjan ta' verifika u fuq l-attivitajiet ta' verifika li jridu jitwettqu.

Artikolu 16

Verifika tad-data

1.  
Il-verifikatur għandu jivverifika d-data mogħtija fir-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru billi jittestja d-data b'mod iddettaljat, fosthom billi jittraċċa d-data lura lejn is-sors primarju tad-data, billi jivverifika d-data ma' sorsi esterni tad-data, billi jwettaq rikonċiljazzjonijiet, billi jiċċekkja l-limiti marbutin mad-data x-xierqa u billi jagħmel il-kalkoli mill-ġdid.
2.  

Bħala parti mill-verifika tad-data msemmija fil-paragrafu 1 u filwaqt li jqis il-pjan ta' monitoraġġ jew il-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ approvat, skont il-każ, fosthom il-proċeduri deskritti f'dak il-pjan, il-verifikatur għandu jiċċekkja l-affarijiet li ġejjin:

(a) 

għall-finijiet tal-verifika ta' rapport dwar l-emissjonijiet ta' operatur, il-limiti ta' stallazzjoni;

▼M1

(b) 

għall-finijiet tal-verifika ta’ rapport dwar id-data ta’ referenza ta’ operatur, ta’ rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew ta’ rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, tal-konfini ta’ installazzjoni u tas-subinstallazzjonijiet tagħha;

(c) 

għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet, tar-rapport dwar id-data ta’ referenza, tar-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività ta’ operatur, il-kompletezza tal-flussi minn sorsi u s-sorsi tal-emissjonijiet kif deskritt fil-pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti jew fil-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ, kif xieraq;

▼M2

(d) 

għall-finijiet tal-verifika ta’ rapport dwar l-emissjonijiet ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru, il-kompletezza tat-titjiriet koperti minn attività tal-avjazzjoni mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li għaliha l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun responsabbli kif ukoll il-kompletezza tad-data dwar l-emissjonijiet;

(e) 

għall-finijiet tal-verifika ta’ rapport dwar l-emissjonijiet ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru, il-konsistenza bejn id-data rrappurtata u d-dokumentazzjoni dwar il-massa u l-bilanċ;

▼B

(f) 

għall-finijiet tal-verifika ta' rapport dwar l-emissjonijiet ta' operatur tal-inġenji tal-ajru, il-konsistenza bejn il-konsum aggregat tal-fjuwil u d-data dwar il-fjuwil mixtri jew ipprovdut mod ieħor lill-inġenju tal-ajru li jkun qed iwettaq l-attività tal-avjazzjoni;

▼M2

(fa) 

għall-finijiet tal-verifika ta’ rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, il-preċiżjoni tal-parametri mniżżla fl-Artikolu 16(5), fl-Artikoli 19, 20 jew 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 kif ukoll id-data meħtieġa skont l-Artikolu 6(1), (2) u (4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842;

▼B

(g) 

il-konsistenza tad-data aggregata rrappurtata f'rapport ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru mad-data mis-sorsi primarji;

(h) 

meta operatur japplika metodoloġija bbażata fuq il-kejl imsemmija fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, il-valuri mkejla bl-użu tar-riżultati tal-kalkoli li l-operatur ikun għamel skont l-Artikolu 46 ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni;

(i) 

l-affidabbiltà u l-preċiżjoni tad-data.

3.  
Għall-finijiet tal-iċċekkjar tal-kompletezza tat-titjiriet imsemmija fil-paragrafu 2(d), il-verifikatur għandu juża d-data dwar it-traffiku tal-ajru tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, fosthom id-data miġbura mill-Eurocontrol jew minn organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn li jistgħu jipproċessaw l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-ajru bħal dik disponibbli għall-Eurocontrol.

Artikolu 17

Verifika tal-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija tal-monitoraġġ

1.  
Il-verifikatur għandu jiċċekkja l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni korretti tal-metodoloġija tal-monitoraġġ kif approvata mill-awtorità kompetenti fil-pjan ta' monitoraġġ, fosthom id-dettalji speċifiċi ta' dik il-metodoloġija tal-monitoraġġ.
2.  
Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet ta' operatur, il-verifikatur għandu jiċċekkja l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni korretti tal-pjan ta' kampjunar imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 kif approvat mill-awtorità kompetenti.
3.  

►M1  Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar id-data ta’ referenza, tar-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività tal-operatur, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk il-metodoloġija għall-ġbir u għall-monitoraġġ tad-data definita fil-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ hijiex applikata b’mod korrett, inkluż: ◄

(a) 

jekk id-data kollha marbuta mal-emissjonijiet, mad-dħul, mal-prodotti u mal-flussi tal-enerġija ġietx attribwita sewwa għas-subinstallazzjonijiet skont il-limiti tas-sistema kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) ►M1  2019/331 ◄ jew le;

(b) 

jekk id-data hijiex kompluta u jekk kienx hemm nuqqasijiet fid-data jew għadd doppju jew le;

(c) 

jekk il-livelli tal-attività għall-valuri ta' referenza tal-prodotti humiex ibbażati fuq applikazzjoni korretta tad-definizzjonijiet tal-prodotti mniżżlin fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) ►M1  2019/331 ◄ jew le;

(d) 

jekk il-livelli tal-attività għas-subinstallazzjonijiet ta' referenza għas-sħana, għas-subinstallazzjoni tat-tisħin distrettwali, għas-subinstallazzjonijiet ta' referenza għall-fjuwil u għas-subinstallazzjonijiet tal-emissjonijiet mill-proċessi ġewx attribwiti sewwa skont il-prodotti li ġew prodotti u skont l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE jew le;

▼M1

(e) 

jekk il-konsum tal-enerġija ġiex attribwit b’mod korrett għal kull subinstallazzjoni fejn applikabbli;

▼M2

(f) 

jekk il-valur tal-parametri mniżżla fl-Artikolu 16(5), l-Artikoli 19, 20 jew 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 huwiex ibbażat fuq applikazzjoni korretta ta’ dak ir-Regolament;

▼M1

(g) 

għall-finijiet tal-verifika ta’ rapport annwali dwar il-livell ta’ attività u rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid, id-data tal-bidu tal-operazzjoni normali kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331;

(h) 

għall-finijiet tal-verifika ta’ rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, jekk il-parametri elenkati fil-punti 2.3 sa 2.7 tal-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, kif xieraq għall-installazzjoni, ġewx immonitorjati u rrappurtati b’mod korrett skont il-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ.

▼M1

4.  
Meta s-CO2 ittrasferit jitnaqqas skont l-Artikolu 49 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew meta n-N2O ittrasferit ma jingħaddx bħala emess skont l-Artikolu 50 ta’ dak ir-Regolament, u s-CO2 jew in-N2O ittrasferit jitkejjel kemm mill-installazzjoni li tkun qed tittrasferih kif ukoll minn dik li tkun qed tirċevih, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk id-differenzi bejn il-valuri mkejla fiż-żewġ installazzjonijiet jistgħux jiġu spjegati mill-inċertezza tas-sistemi tal-kejl u jekk il-medja aritmetika korretta tal-valuri mkejla ntużatx fir-rapporti dwar l-emissjonijiet taż-żewġ installazzjonijiet.

▼B

Meta l-inċertezza tas-sistemi tal-kejl ma tkunx tista' tispjega d-differenzi bejn il-valuri mkejla fiż-żewġ stallazzjonijiet, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk sarux xi aġġustamenti sabiex jiġu allinjati d-differenzi bejn il-valuri mkejla jew le, jekk dawk l-aġġustamenti kinux konservattivi jew le u jekk l-awtorità kompetenti approvatx dawk l-aġġustamenti jew le.

▼M1 —————

▼M2

5.  
Għall-fini tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet tal-operatur, il-verifikatur għandu, bħala parti mill-kontroll imsemmi fil-paragrafu 1, jivverifika l-evidenza tal-operatur li turi l-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7) u (10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
6.  
Fejn il-bijofjuwil jew il-fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli jista’ jiġi attribwit fiżikament għal titjira mniżżla fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE, il-verifikatur għandu jivverifika jekk il-kwantità ta’ bijofjuwil jew fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli hijiex attribwita b’mod korrett għat-titjira direttament wara l-ippumpjar tal-fjuwil.

Jekk jitwettqu diversi titjiriet sussegwenti mingħajr ippumpjar tal-fjuwil bejn dawk it-titjiriet sussegwenti, il-verifikatur għandu jivverifika jekk il-kwantità ta’ bijofjuwil jew fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli hijiex assenjata proporzjonalment għal dawn it-titjiriet skont l-approċċ imniżżel fil-pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti u l-proċedura bil-miktub li l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun implimenta biex jiżgura l-attribuzzjoni xierqa tal-bijofjuwil jew tal-fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli.

Meta l-bijofjuwil jew il-fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli ma jkunx jista’ jiġi attribwit fiżikament f’ajrudrom għal titjira speċifika, il-verifikatur għandu jivverifika jekk:

(a) 

il-bijofjuwil jew il-fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli jkun assenjat b’mod korrett f’pari ta’ ajrudromi fir-rapport dwar l-emissjonijiet tal-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(b) 

l-ammont totali tal-bijofjuwil jew tal-fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli ma jaqbiżx il-fjuwil totali rrappurtat ta’ dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru għal titjiriet li għalihom iridu jiġu ċeduti kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, li joriġinaw mill-ajrudrom li fih jiġi fornut il-bijofjuwil jew il-fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli;

(c) 

l-ammont totali ta’ bijofjuwil jew fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli li għalih iridu jiġu ċeduti kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE ma jaqbiżx il-kwantità totali ta’ bijofjuwil jew fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli mixtri li minnu titnaqqas il-kwantità totali ta’ bijofjuwil jew fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli mibjugħ lil partijiet terzi;

(d) 

il-frazzjoni tal-bijomassa fil-bijofjuwil jew il-fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli attribwita għal titjiriet aggregati għal kull par ta’ ajrudromi ma taqbiżx il-limitu massimu ta’ taħlit għal dak il-bijofjuwil jew fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli kif iċċertifikat skont standard internazzjonali rikonoxxut, jekk tapplika tali limitazzjoni;

(e) 

il-frazzjoni aggregata tal-bijomassa fil-bijofjuwil jew fil-fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli ma taqbiżx l-ammont ta’ bijomassa li għaliha tingħata prova li tissodisfa l-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7) u (10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(f) 

l-istess ammonti ta’ bijofjuwil jew ta’ fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli ma ġewx ikkunsidrati f’rapport preċedenti, f’sistema oħra jew minn xi ħaddieħor.

Artikolu 17a

Verifiki tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-effiċjenza fl-enerġija

1.  
Skont ir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità skont l-Artikolu 22a tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, il-verifikatur għandu jivverifika l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet mill-awditi tal-enerġija jew mis-sistemi ċċertifikati ta’ ġestjoni tal-enerġija kif imsemmi fl-Artikolu 22a(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u jikkonferma li l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet tkun tlestiet.
2.  

Għall-finijiet tal-konferma tat-tlestija tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-verifikatur għandu jivverifika jekk:

(a) 

il-proċedura għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22a(2) tar-Regolament Delegat 2019/331 tkunx ġiet segwita, iddokumentata biżżejjed u miżmuma kif xieraq;

(b) 

l-operatur ikunx ħa miżuri konkreti biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet;

(c) 

ikunx hemm provi li l-implimentazzjoni tlestiet, fosthom jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġewx immarkati bħala kompluti fil-proċedura msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 17b

Il-verifika tal-applikazzjoni tad-derogi mniżżla fl-Artikolu 22a(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331

1.  

Meta l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17a ta’ dan ir-Regolament ma tkunx tlestiet, il-verifikatur għandu jivvaluta l-provi tal-operatur u jivverifika jekk:

(a) 

ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-effiċjenza fl-enerġija msemmija fl-Artikolu 22a(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (f), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 inħarġux fl-ewwel 4 snin tal-perjodu ta’ referenza;

(b) 

ir-rakkomandazzjonijiet iwasslux għall-iffrankar tal-enerġija fil-limiti tas-sistema tal-proċess industrijali mwettaq fl-installazzjoni;

(c) 

il-perjodu ta’ rkupru msemmi fl-Artikolu 22a(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jaqbiżx it-3 snin;

(d) 

il-kundizzjonijiet operattivi speċifiċi għall-installazzjoni, fosthom il-perjodi ppjanati jew mhux ippjanati ta’ manutenzjoni li fuqhom ġie ddeterminat il-perjodu ta’ rkupru jkunux għadhom seħħew;

(e) 

il-kostijiet tal-investiment tar-rakkomandazzjonijiet jaqbżux il-limiti mniżżlin fl-Artikolu 22a(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331;

(f) 

ikunux ġew implimentati miżuri oħra matul jew wara l-perjodu ta’ referenza rilevanti li wasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ekwivalenti għal dak rakkomandat mir-rapport tal-awditjar tal-enerġija jew mis-sistema ċċertifikata ta’ ġestjoni tal-enerġija għall-installazzjoni.

2.  

Meta l-perjodu ta’ rkupru msemmi fl-Artikolu 22a(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 ma jkunx speċifikat fir-rapport tal-awditu tal-enerġija, fis-sistema ċċertifikata ta’ ġestjoni tal-enerġija jew f’dikjarazzjoni ġuramentata mill-awditur tal-enerġija, il-verifikatur għandu jivverifika:

(a) 

il-validità tal-informazzjoni użata biex jiġi stabbilit il-perjodu ta’ rkupru;

(b) 

l-applikazzjoni korretta tal-metodu użat biex jiġi stabbilit il-perjodu ta’ rkupru.

3.  

Għall-fini tal-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (f), il-verifikatur għandu jivverifika u jikkonferma jekk:

(a) 

l-operatur ikunx implimenta l-miżuri alternattivi u jekk l-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri tkunx tlestiet;

(b) 

ikunx intlaħaq it-tnaqqis ekwivalenti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (f).

▼B

Artikolu 18

Verifika tal-metodi applikati għad-data nieqsa

1.  
Meta jkunu ntużaw il-metodi stabbiliti fil-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti biex tiġi kompluta d-data nieqsa skont l-Artikolu 66 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk il-metodi użati kinux xierqa għas-sitwazzjoni speċifika jew le u jekk dawn ġewx applikati tajjeb jew le.

Jekk l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun kiseb approvazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti biex juża metodi oħrajn minbarra dawk imsemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 66 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk l-approċċ approvat ġiex applikat tajjeb u ddokumentat kif xieraq jew le.

Meta operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx kapaċi jikseb it-tali approvazzjoni fil-ħin, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk l-approċċ li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun uża biex iżid id-data nieqsa jiżgurax li l-emissjonijiet ma jiġux issottovalutati jew le u li dan l-approċċ ma jwassalx għal dikjarazzjonijiet skorretti materjali.

2.  
Il-verifikatur għandu jiċċekkja l-effettività tal-attivitajiet ta' kontroll li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun implimenta biex jevita li jkun hemm id-data nieqsa msemmija fl-Artikolu 66 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.

▼M1

3.  
Meta jkun hemm nuqqasijiet fid-data fir-rapporti dwar id-data ta’ referenza, fir-rapporti dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew fir-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk ġewx stabbiliti metodi fil-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fid-data skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, jekk dawk il-metodi kinux xierqa għas-sitwazzjoni speċifika u jekk ġewx applikati b’mod korrett.

Meta fil-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ ma jiġi stabbilit l-ebda metodu ta’ nuqqas fid-data applikabbli, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk l-approċċ użat mill-operatur biex jikkumpensa għad-data nieqsa jkunx ibbażat fuq evidenza raġonevoli u jiżgurax li d-data meħtieġa mill-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew l-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 ma tkunx sottovalutata jew stmata b’mod eċċessiv.

▼B

Artikolu 19

Valutazzjoni tal-inċertezza

1.  
Meta, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, l-operatur ikollu juri l-konformità tiegħu mal-limiti tal-inċertezza għad-data dwar l-attività u għall-fatturi ta' kalkolu, il-verifikatur għandu jikkonferma l-validità tal-informazzjoni li tkun intużat biex jiġu kkalkulati l-livelli tal-inċertezza kif stabbilit fil-pjan ta' monitoraġġ approvat.
2.  

Meta operatur juża metodoloġija tal-monitoraġġ li ma tkunx ibbażata fuq is-saffi, kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, il-verifikatur għandu jiċċekkja l-affarijiet li ġejjin:

(a) 

jekk l-operatur ikunx ivvaluta u kkwantifika l-inċertezza b'mod li juri li ntlaħaq il-limitu ġenerali tal-inċertezza meħtieġ għal-livell annwali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont l-Artikolu 22(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew le;

(b) 

il-validità tal-informazzjoni li tkun intużat għall-valutazzjoni u għall-kwantifikazzjoni tal-inċertezza;

(c) 

jekk l-approċċ ġenerali li jkun intuża għall-valutazzjoni u għall-kwantifikazzjoni tal-inċertezza jkunx konformi mal-Artikolu 22(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew le;

(d) 

jekk ikunux ingħataw provi li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet għall-metodoloġija tal-monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 22(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew le.

3.  
Meta, skont ir-Regolament Delegat (UE) ►M1  2019/331 ◄ , l-operatur ikollu jagħmel valutazzjoni ssimplifikata tal-inċertezza, il-verifikatur għandu jikkonferma l-validità tal-informazzjoni li tkun intużat għl dik il-valutazzjoni.

Artikolu 20

Kampjunar

1.  
Huwa u jivverifika l-konformità tal-attivitajiet ta' kontroll u tal-proċeduri msemmijin fl-Artikolu 14(b) u (c) jew huwa u jwettaq il-verifiki msemmijin fl-Artikoli 15 u 16, il-verifikatur jista' juża metodi tal-kampjunar speċifiċi għal stallazzjoni jew għal operatur tal-inġenji tal-ajru, dejjem jekk il-kampjunar ikun iġġustifikat abbażi tal-analiżi tar-riskji.
2.  
Meta l-verifikatur jidentifika nuqqas ta' konformità jew dikjarazzjoni skorretta waqt il-kampjunar, għandu jitlob lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru jispjega l-kawżi ewlenin tan-nuqqas ta' konformità jew tad-dikjarazzjoni skorretta sabiex jivvaluta l-impatt tan-nuqqas ta' konformità jew tad-dikjarazzjoni skorretta fuq id-data rrappurtata. Abbażi tar-riżultat ta' dik il-valutazzjoni, il-verifikatur għandu jistabbilixxi jekk ikunx hemm bżonn ta' attivitajiet addizzjonali ta' verifika u jekk ikunx hemm bżonn li jitkabbar id-daqs tal-kampjunar jew le, u liema parti mill-popolazzjoni tad-data jrid jikkoreġi l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru.
3.  
Il-verifikatur għandu jiddokumenta r-riżultat tal-verifiki msemmijin fl-Artikoli 14 sa 17, inklużi d-dettalji tal-kampjuni addizzjonali, fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika.

Artikolu 21

Żjarat fuq il-post

1.  
F'ħin opportun jew f'diversi ħinijiet opportuni waqt il-proċess ta' verifika, il-verifikatur għandu jwettaq żjara fuq il-post sabiex jivvaluta l-operat tal-istrumenti tal-kejl u tas-sistemi ta' monitoraġġ, sabiex iwettaq intervisti u sabiex iwettaq l-attivitajiet meħtieġa skont dan il-Kapitolu, kif ukoll sabiex jiġbor biżżejjed informazzjoni u provi biex ikun jista' jikkonkludi jekk ir-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru huwiex ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali jew le.
2.  
Lill-verifikatur, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħtih aċċess għas-siti tiegħu.
3.  
Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet ta' operatur, il-verifikatur għandu juża wkoll żjara fuq il-post biex jivvaluta l-limiti tal-istallazzjoni kif ukoll il-kompletezza tal-flussi mis-sorsi u tas-sorsi tal-emissjonijiet.

▼M1

4.  
Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar id-data ta’ referenza, tar-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid u tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività tal-operatur, il-verifikatur għandu juża wkoll żjara fuq il-post biex jivvaluta l-konfini tal-installazzjoni u s-subinstallazzjonijiet tagħha kif ukoll il-kompletezza tal-flussi minn sorsi, is-sorsi tal-emissjonijiet u l-konnessjonijiet tekniċi.
5.  
Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet, tar-rapport dwar id-data ta’ referenza, tar-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività tal-operatur, il-verifikatur għandu jiddeċiedi, abbażi tal-analiżi tar-riskju, jekk humiex meħtieġa żjarat f’postijiet addizzjonali, inkluż fejn partijiet rilevanti tal-attivitajiet tal-fluss tad-data u tal-attivitajiet ta’ kontroll jitwettqu f’postijiet oħra bħall-kwartieri ġenerali tal-kumpanija u uffiċċji oħra lil hinn mis-sit.

▼B

Artikolu 22

Trattament tad-dikjarazzjonijiet skorretti u tan-nuqqasijiet ta' konformità

1.  
►M1  Jekk il-verifikatur jidentifika dikjarazzjonijiet skorretti, nonkonformitajiet jew nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, ir-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 kif xieraq, matul il-verifika, huwa għandu jinforma lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru dwar dan fil-ħin u jitlob korrezzjonijiet rilevanti. ◄

L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jikkoreġi d-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nuqqasijiet ta' konformità li jkun ġie mgħarraf bihom.

▼M1

Meta jkun ġie identifikat nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti u jikkoreġi n-nuqqas ta’ konformità kif xieraq mingħajr dewmien żejjed.

2.  
Il-verifikatur għandu jiddokumenta u jimmarka bħala riżolti fid-dokumentazzjoni tal-verifika interna d-dikjarazzjonijiet skorretti kollha, in-nuqqasijiet ta’ konformità jew in-nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 li jkunu ġew ikkoreġuti mill-operatur jew mill-operatur tal-inġenji tal-ajru matul il-verifika.

▼B

3.  
Jekk l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma jikkoreġix id-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nuqqasijiet ta' konformità li l-verifikatur ikun għarrfu bihom skont il-paragrafu 1 qabel ma l-verifikatur joħroġ ir-rapport ta' verifika, il-verifikatur għandu jitlob lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru jispjega l-kawżi ewlenin tan-nuqqas ta' konformità jew tad-dikjarazzjoni skorretta sabiex jivvaluta l-impatt tan-nuqqasijiet ta' konformità jew tad-dikjarazzjonijiet skorretti fuq id-data rrappurtata.

▼M2

Il-verifikatur għandu jistabbilixxi jekk id-dikjarazzjonijiet skorretti mhux ikkoreġuti, meta jittieħdu waħedhom jew flimkien ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn, ikollhomx effett materjali fuq l-emissjonijiet totali rrappurtati jew fuq id-data totali rrappurtata rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas. Meta jkun qed jivvaluta l-materjalità tad-dikjarazzjonijiet skorretti, il-verifikatur għandu jqis id-daqs u n-natura tad-dikjarazzjonijiet skorretti, kif ukoll iċ-ċirkostanzi partikolari li fihom ikunu seħħew.

▼B

Il-verifikatur għandu jivvaluta jekk in-nuqqas ta' konformità mhux ikkoreġut, meta jittieħed waħdu jew flimkien ma' nuqqasijiet ta' konformità oħrajn, ikollux impatt fuq id-data rrappurtata jew le u jekk dan iwassalx għal dikjarazzjoni skorretta materjali jew le.

▼M1

Jekk l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma jikkoreġix in-nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, ir-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 skont il-paragrafu 1 qabel ma l-verifikatur joħroġ ir-rapport ta’ verifika, il-verifikatur għandu jivvaluta jekk in-nuqqas ta’ konformità mhux ikkoreġut għandux impatt fuq id-data rappurtata u jekk dan iwassalx għal dikjarazzjoni skorretta materjali.

▼B

Il-verifikatur jista' jqis id-dikjarazzjonijiet skorretti bħala materjali anke jekk dawk id-dikjarazzjonijiet skorretti, meta jittieħdu waħedhom jew flimkien ma' dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn, ma jkunux jaqbżu l-livell ta' materjalità stabbilit fl-Artikolu 23, meta d-daqs u n-natura tad-dikjarazzjonijiet skorretti u ċ-ċirkustanzi partikulari li fihom iseħħu jkunu jiġġustifikaw it-tali kunsiderazzjoni.

Artikolu 23

Livell ta' materjalità

1.  

Għall-finijiet tal-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet, il-livell ta' materjalità għandu jkun ta' 5 % tal-emissjonijiet totali rrappurtati fil-perjodu tar-rappurtar li għalih tkun qed issir il-verifika, għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-istallazzjonijiet tal-kategorija A msemmijin fl-Artikolu 19(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u l-istallazzjonijiet tal-kategorija B imsemmijin fl-Artikolu 19(2)(b) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni;

(b) 

l-operaturi tal-inġenji tal-ajru b'emissjonijiet annwali ta' 500 kilotunnellata ta' CO2 fossili jew inqas.

2.  

Għall-finijiet tal-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet, il-livell ta' materjalità għandu jkun ta' 2 % tal-emissjonijiet totali rrappurtati fil-perjodu tar-rappurtar li għalih tkun qed issir il-verifika, għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-istallazzjonijiet tal-kategorija C imsemmijin fl-Artikolu 19(2)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066;

(b) 

l-operaturi tal-inġenji tal-ajru b'emissjonijiet annwali ta' iktar minn 500 kilotunnellata ta' CO2 fossili.

▼M2 —————

▼B

4.  

►M1  Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar id-data ta’ referenza, tar-rapporti dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew tar-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività, il-livell ta’ materjalità għandu jkun ta’ 5 % tal-valur totali rappurtat ta’ dawn li ġejjin: ◄

(a) 

l-emissjonijiet totali tal-istallazzjoni, meta d-data tkun marbuta mal-emissjonijiet;

(b) 

l-importazzjonijiet u l-produzzjoni tas-sħana netta li tista' titkejjel, magħdudin flimkien, jekk dan ikun rilevanti, meta d-data tkun marbuta mad-data dwar is-sħana li tista' titkejjel;

(c) 

l-ammonti tal-gassijiet tal-iskart importati u prodotti fl-istallazzjoni, magħdudin flimkien, jekk dan ikun rilevanti;

(d) 

il-livell tal-attività ta' kull subinstallazzjoni ta' referenza għall-prodotti rilevanti meħuda waħedha.

Artikolu 24

Konklużjonijiet dwar is-sejbiet tal-verifika

Huwa u jlesti l-verifika u huwa u jqis l-informazzjoni li tkun inkisbet waqt il-verifika, il-verifikatur għandu jagħmel l-affarijiet li ġejjin:

(a) 

jiċċekkja d-data finali li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun ipprovda, fosthom id-data li tkun ġiet aġġustata abbażi tal-informazzjoni li tkun inkisbet waqt il-verifika;

(b) 

janalizza r-raġunijiet tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru għal kull differenza bejn id-data finali pprovduta u d-data li kienet ingħatat qabel;

(c) 

janalizza r-riżultat tal-valutazzjoni biex jistabbilixxi jekk il-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti jew il-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ, ikunx ġie implimentat sewwa jew le, inklużi l-proċeduri deskritti f'dak il-pjan;

(d) 

jivvaluta jekk ir-riskju ta' verifika jkunx f'livell baxx aċċettabbli biex tinkiseb garanzija raġonevoli;

(e) 

jiżgura li jkunu nġabru biżżejjed provi biex ikun jista' jagħti opinjoni ta' verifika b'garanzija raġonevoli li r-rapport ma fihx dikjarazzjonijiet skorretti materjali;

(f) 

jiżgura li l-proċess ta' verifika jiġi ddokumentat bis-sħiħ fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika u li jkun jista' jingħata ġudizzju finali fir-rapport ta' verifika.

Artikolu 25

Analiżi indipendenti

1.  
Il-verifikatur għandu jibgħat id-dokumentazzjoni interna tal-verifika u r-rapport ta' verifika lil eżaminatur indipendenti qabel ma joħroġ ir-rapport ta' verifika.
2.  
L-eżaminatur indipendenti ma għandu jkun wettaq l-ebda attività ta' verifika li jkun qed janalizza.
3.  
Il-kamp ta' applikazzjoni tal-analiżi indipendenti għandu jinkludi l-proċess kollu ta' verifika deskritt f'dan il-Kapitolu u rreġistrat fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika.

L-eżaminatur indipendenti għandu jwettaq l-analiżi b'mod li jiżgura li l-proċess ta' verifika jkun twettaq skont dan ir-Regolament, li l-proċeduri għall-attivitajiet ta' verifika msemmijin fl-Artikolu 41 ikunu twettqu tajjeb u li tkun ingħatat attenzjoni professjonali xierqa u jkun sar ġudizzju professjonali xieraq.

L-eżaminatur indipendenti għandu jivvaluta wkoll jekk il-provi li jkunu nġabru jkunux biżżejjed biex il-verifikatur ikun jista' joħroġ rapport ta' verifika b'garanzija raġonevoli jew le.

4.  
Meta jinqalgħu ċirkustanzi li jistgħu jwasslu għal tibdil fir-rapport ta' verifika wara l-analiżi, l-eżaminatur indipendenti għandu janalizza wkoll dak it-tibdil u l-provi ta' dan.
5.  
Il-verifikatur għandu jawtorizza kif xieraq lil persuna tawtentika r-rapport ta' verifika abbażi tal-konklużjonijiet tal-eżaminatur indipendenti u tal-provi mogħtija fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika.

Artikolu 26

Id-dokumentazzjoni interna tal-verifika

1.  

Il-verifikatur għandu jħejji u jikkumpila dokumentazzjoni interna tal-verifika li jkun fiha tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a) 

ir-riżultati tal-attivitajiet ta' verifika li jkunu twettqu;

(b) 

l-analiżi strateġika, l-analiżi tar-riskji u l-pjan ta' verifika;

▼M2

(c) 

biżżejjed informazzjoni biex tappoġġa l-opinjoni ta’ verifika, fosthom il-ġustifikazzjonijiet għall-ġudizzji li jkunu saru dwar jekk id-dikjarazzjonijiet skorretti identifikati għandhomx effett materjali fuq l-emissjonijiet irrappurtati jew fuq id-data rrappurtata rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas.

▼B

2.  
Id-dokumentazzjoni interna tal-verifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi abbozzata b'tali mod li l-eżaminatur indipendenti msemmi fl-Artikolu 25 u l-korp nazzjonali ta' akkreditament ikunu jistgħu jivvalutaw jekk il-verifika tkunx twettqet skont dan ir-Regolament jew le.

Wara li r-rapport ta' verifika jiġi awtentikat skont l-Artikolu 25(5), il-verifikatur għandu jinkludi r-riżultati tal-analiżi indipendenti fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika.

▼M1

3.  
Il-verifikatur għandu, fuq talba, jipprovdi lill-awtorità kompetenti aċċess għad-dokumentazzjoni ta’ verifika interna u għal informazzjoni rilevanti oħra biex tiġi ffaċilitata evalwazzjoni tal-verifika mill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi perjodu ta’ żmien li fih il-verifikatur irid jipprovdi aċċess għal dik id-dokumentazzjoni.

▼B

Artikolu 27

Rapport ta' verifika

▼M2

1.  

Abbażi tal-informazzjoni miġbura matul il-verifika, il-verifikatur għandu joħroġ rapport ta’ verifika lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru għal kull rapport dwar l-emissjonijiet, rapport dwar id-data ta’ referenza, rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew rapport annwali dwar il-livell ta’ attività li jkun ġie vverifikat, li jkun jikkonsisti minn kwalunkwe mid-dikjarazzjonijiet tal-opinjoni li ġejjin:

(a) 

li r-rapport ġie vverifikat bħala sodisfaċenti;

(b) 

li r-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru fih dikjarazzjonijiet skorretti materjali li ma ġewx ikkoreġuti qabel ma nħareġ ir-rapport ta’ verifika;

(c) 

li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-verifika huwa limitat wisq skont l-Artikolu 28 u l-verifikatur ma setax jikseb biżżejjed provi biex jagħti opinjoni ta’ verifika b’garanzija raġonevoli li r-rapport ma fihx dikjarazzjonijiet skorretti materjali;

(d) 

li n-nonkonformità, meħuda waħedha jew flimkien ma’ nonkonformità oħra, ma tipprovdux ċarezza biżżejjed u tipprevjeni lill-verifikatur milli jiddikjara b’garanzija raġonevoli li r-rapport tal-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma fihx dikjarazzjonijiet skorretti materjali.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ir-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jista’ jiġi vverifikat bħala sodisfaċenti biss meta dan ma jkunx fih dikjarazzjonijiet skorretti materjali.

▼B

2.  
L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jibgħat ir-rapport ta' verifika lill-awtorità kompetenti flimkien mar-rapport ikkonċernat tiegħu.
3.  

Ir-rapport ta' verifika għandu jkun fih tal-inqas l-elementi li ġejjin:

(a) 

isem l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru li saritlu l-verifika;

(b) 

l-għanijiet tal-verifika;

(c) 

il-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika;

(d) 

referenza għar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru li jkun ġie vverifikat;

(e) 

il-kriterji li ntużaw għall-verifika tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, inkluż il-permess, meta dan ikun applikabbli, u l-verżjonijiet tal-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti jew tal-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ, kif ukoll il-perjodu ta' validità ta' kull pjan;

▼M2 —————

▼M2

(g) 

meta dan ikollu x’jaqsam mal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet ta’ operatur jew ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru, l-emissjonijiet aggregati għal kull attività msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE u għal kull installazzjoni jew għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru;

▼B

(h) 

meta dan ikollu x'jaqsam mal-verifika tar-rapport dwar id-data ta' referenza jew tar-rapport dwar id-data ta' min jidħol ġdid, id-data annwali aggregata vverifikata għal kull sena tal-perjodu ta' referenza għal kull subinstallazzjoni għal-livell annwali tal-attività u l-emissjonijiet attribwiti lis-subinstallazzjoni;

▼M1

(ha) 

fejn jikkonċerna l-verifika tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, id-data annwali aggregata verifikata għal kull sena fil-perjodu ta’ rappurtar tal-livell ta’ attività għal kull subinstallazzjoni għal-livell ta’ attività annwali tagħha;

▼M1

(i) 

il-perjodu ta’ rappurtar, il-perjodu ta’ referenza jew il-perjodu ta’ rappurtar tal-livell ta’ attività soġġett għal verifika;

▼B

(j) 

ir-responsabbiltajiet tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, tal-awtorità kompetenti u tal-verifikatur;

(k) 

id-dikjarazzjoni tal-opinjoni ta' verifika;

(l) 

deskrizzjoni ta' kull dikjarazzjoni skorretta u ta' kull nuqqas ta' konformità identifikati li ma jkunux ġew ikkoreġuti qabel ma nħareġ ir-rapport ta' verifika;

▼M2

(m) 

id-dati meta jkunu twettqu ż-żjarat fuq il-post u min ikun wettaqahom, fosthom id-dati taż-żjarat virtwali fuq il-post u, fejn jiġu applikati l-Artikoli 34a u 34b ta’ dan ir-Regolament, id-dati tal-aħħar żjara fiżika fuq il-post;

▼B

(n) 

informazzjoni dwar jekk kienx hemm xi eżenzjoni għal xi żjara fuq il-post kif ukoll ir-raġunijiet għall-eżenzjoni ta' dawn iż-żjarat fuq il-post;

▼M2

(na) 

informazzjoni dwar jekk twettqitx żjara virtwali fuq il-post kif ukoll ir-raġunijiet għat-twettiq ta’ żjarat virtwali fuq il-post u, fejn applikabbli, id-data tal-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti;

▼M1

(o) 

kwalunkwe kwistjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 li tkun saret apparenti matul il-verifika;

▼B

(p) 

jekk l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti għall-metodu użat biex jingħalaq in-nuqqas fid-data skont l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 18(1) ma tkunx tista' tinkiseb fil-ħin, konferma dwar jekk il-metodu użat huwiex konservattiv jew le u dwar jekk dan iwassalx għal dikjarazzjonijiet skorretti materjali jew le;

(q) 

dikjarazzjoni jekk il-metodu użat biex jingħalaq kull nuqqas fid-data skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) ►M1  2019/331 ◄ iwassal għal dikjarazzjonijiet skorretti materjali;

▼M1 —————

▼M2

(ra) 

meta l-verifikatur ikun innota tibdil rilevanti fil-parametri mniżżlin fl-Artikolu 16(5), fl-Artikoli 19, 20 jew 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew tibdil fl-effiċjenza fl-enerġija skont l-Artikolu 6(1), (2) u (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842, deskrizzjoni ta’ dan it-tibdil u l-kummenti marbutin miegħu;

▼M1

(rb) 

fejn applikabbli, konferma li d-data tal-bidu tal-operazzjoni normali kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 ġiet ivverifikata;

▼M2

(rc) 

konferma li l-verifikatur ikun ivverifika l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-effiċjenza fl-enerġija msemmija fl-Artikolu 17a ta’ dan ir-Regolament u li l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet tkun tlestiet, fosthom, fejn rilevanti, deskrizzjoni ta’ kull sejba u osservazzjoni;

(rd) 

konferma li l-verifikatur ikun wettaq il-kontrolli msemmija fl-Artikolu 17b ta’ dan ir-Regolament u konferma dwar jekk tapplikax waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22a(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, fosthom, fejn rilevanti, deskrizzjoni ta’ kull sejba u osservazzjoni;

▼B

(s) 

rakkomandazzjonijiet għal titjib, meta dan ikun applikabbli;

(t) 

l-ismijiet tal-awditur ewlieni tal-EU ETS, tal-eżaminatur indipendenti u, meta dan ikun applikabbli, tal-awditur tal-EU ETS u tal-espert tekniku li kienu involuti fil-verifika tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(u) 

id-data u l-firma ta' persuna awtorizzata f'isem il-verifikatur, inkluż isimha.

4.  

►M1  Il-verifikatur għandu jiddeskrivi d-dikjarazzjonijiet skorretti, in-nuqqasijiet ta’ konformità u n-nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, ir-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 f’biżżejjed dettall fir-rapport ta’ verifika sabiex l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru kif ukoll l-awtorità kompetenti jkunu jistgħu jifhmu dan li ġej: ◄

▼M1

(a) 

id-daqs u n-natura tad-dikjarazzjoni skorretta, in-nuqqas ta’ konformità jew in-nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842;

▼B

(b) 

għaliex id-dikjarazzjoni skorretta għandha effett materjali jew le;

(c) 

għal liema element tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru tirreferi d-dikjarazzjoni skorretta jew għal liema element tal-pjan ta' monitoraġġ jew tal-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ jirreferi n-nuqqas ta' konformità;

▼M1

(d) 

li miegħu huwa relatat in-nuqqas ta’ konformità fl-Artikolu tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, fir-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842.

▼M2

5.  
Għall-finijiet tal-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet, jekk Stat Membru jkun jeħtieġ li l-verifikatur jibgħat iktar informazzjoni dwar il-proċess ta’ verifika minbarra l-elementi deskritti fil-paragrafu 3 u dik l-informazzjoni ma tkunx meħtieġa biex wieħed jifhem l-opinjoni ta’ verifika, għal raġunijiet ta’ effiċjenza, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jista’ jibgħat dik l-informazzjoni addizzjonali, lill-awtorità kompetenti b’mod separat mir-rapport ta’ verifika f’data alternattiva, iżda mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju tal-istess sena.

▼B

Artikolu 28

Limitazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni

Il-verifikatur jista' jikkonkludi li l-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika msemmi fl-Artikolu 27(1)(c) huwa limitat wisq fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

meta jkun hemm data nieqsa li ma tħallihx jikseb il-provi meħtieġa biex inaqqas ir-riskju ta' verifika għal-livell li jkun meħtieġ biex jinkiseb livell raġonevoli ta' garanzija;

(b) 

meta l-awtorità kompetenti ma tkunx approvat il-pjan ta' monitoraġġ;

(c) 

meta l-pjan ta' monitoraġġ jew il-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ, ma jkunx jipprovdi biżżejjed ċarezza jew kamp ta' applikazzjoni wiesa' biżżejjed biex ikun jista' joħroġ b'konklużjonijiet dwar il-verifika;

(d) 

meta l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx tah biżżejjed informazzjoni biex huwa jkun jista' jwettaq il-verifika;

▼M2

(e) 

il-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ ma jkunx ġie approvat mill-awtorità kompetenti.

▼B

Artikolu 29

Trattament tan-nuqqasijiet ta' konformità mhux materjali pendenti

1.  
Il-verifikatur għandu jivvaluta jekk l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkunx ikkoreġa n-nuqqasijiet ta' konformità indikati fir-rapport ta' verifika marbut mal-perjodu ta' monitoraġġ ta' qabel skont ir-rekwiżiti li għandu l-operatur imsemmijin fl-Artikolu 69(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew le, meta dan ikun rilevanti.

Jekk l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx ikkoreġa dawk in-nuqqasijiet ta' konformità skont l-Artikolu 69(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, il-verifikatur għandu jqis jekk l-ommissjoni żżidx ir-riskju ta' dikjarazzjonijiet skorretti jew tistax tagħmel dan jew le.

Fir-rapport ta' verifika, il-verifikatur għandu jniżżel jekk l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkunx solva dawn in-nuqqasijiet ta' konformità jew le.

▼M1

1a.  
Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, il-verifikatur għandu jivvaluta jekk l-operatur ikunx ikkoreġa n-nuqqasijiet ta’ konformità indikati fir-rapport ta’ verifika relatat mar-rapport korrispondenti dwar id-data ta’ referenza, ir-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew ir-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività mill-perjodu ta’ rappurtar tal-livell ta’ attività preċedenti.

Jekk l-operatur ma jkunx ikkoreġa dawk in-nuqqasijiet ta’ konformità, il-verifikatur għandu jikkunsidra jekk l-ommissjoni żżidx jew tistax iżżid ir-riskju ta’ dikjarazzjonijiet skorretti.

Il-verifikatur għandu jirrapporta fir-rapport ta’ verifika jekk dawk in-nuqqasijiet ta’ konformità ġewx solvuti mill-operatur.

▼B

2.  
Fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika, il-verifikatur għandu jniżżel id-dettalji ta' meta u kif, waqt il-verifika, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru solva n-nuqqasijiet ta' konformità identifikati.

Artikolu 30

Titjib fil-proċess ta' monitoraġġ u ta' rappurtar

1.  

Meta l-verifikatur ikun identifika oqsma ta' titjib fil-prestazzjoni tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru marbutin mal-punti (a) sa (e) ta' dan il-paragrafu, fir-rapport ta' verifika huwa għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet għal titjib marbut mal-prestazzjoni tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru f'dawk il-punti:

(a) 

il-valutazzjoni tar-riskju tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(b) 

l-iżvilupp, id-dokumentazzjoni, l-implimentazzjoni u ż-żamma tal-attivitajiet tal-fluss tad-data u tal-attivitajiet ta' kontroll, kif ukoll l-evalwazzjoni tas-sistema ta' kontroll;

(c) 

l-iżvilupp, id-dokumentazzjoni, l-implimentazzjoni u ż-żamma tal-proċeduri għall-attivitajiet tal-fluss tad-data u għall-attivitajiet ta' kontroll, kif ukoll ta' proċeduri oħrajn li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jrid jistabbilixxi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Delegat (UE) ►M1  2019/331 ◄ ;

▼M2

(d) 

il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet, fosthom b’rabta mal-ilħiq ta’ saffi ogħla, mat-tnaqqis tar-riskji u mat-titjib tal-effiċjenza tal-monitoraġġ u tar-rappurtar;

(e) 

il-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data għar-rapporti dwar id-data ta’ referenza u għar-rapporti dwar id-data ta’ min jidħol ġdid u r-rapporti annwali dwar il-livell tal-attività, fosthom b’rabta mal-ilħiq tal-ogħla livell ta’ preċiżjoni marbutin mas-sorsi tad-data mniżżla fl-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, mat-tnaqqis tar-riskji u mat-titjib fl-effiċjenza tal-monitoraġġ u tar-rappurtar.

▼B

2.  
Waqt il-verifika wara sena li fiha jkunu saru rakkomandazzjonijiet għal titjib f'rapport ta' verifika, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkunx implimenta dawk ir-rakkomandazzjonijiet għal titjib jew le u l-mod kif ikun għamel dan.

Meta l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx implimenta dawk ir-rakkomandazzjonijiet jew ma jkunx implimentahom sewwa, il-verifikatur għandu jivvaluta l-impatt li dan għandu fuq ir-riskju ta' dikjarazzjonijiet skorretti u ta' nuqqasijiet ta' konformità.

▼M2

Artikolu 30a

Trattament tal-osservazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-effiċjenza fl-enerġija

Meta jkunu ġew irrappurtati osservazzjonijiet jew sejbiet fir-rapport ta’ verifika msemmi fl-Artikolu 27(3), il-punt (rc), fis-sena ta’ wara, matul il-verifika tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, il-verifikatur għandu jivverifika liema azzjoni jkun ħa l-operatur b’riżultat ta’ dawk l-osservazzjonijiet u jekk dan għandux impatt fuq il-konferma tal-verifikatur li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet pendenti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 22a(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 tkun tlestiet.

▼B

Artikolu 31

Verifika ssimplifikata fil-każ tal-istallazzjonijiet

1.  
B'deroga mill-Artikolu 21(1), il-verifikatur jista' jiddeċiedi li ma jwettaqx żjarat fuq il-post fl-istallazzjonijiet, dejjem jekk awtorità kompetenti tapprova dan skont it-tieni subparagrafu ta' dan l-Artikolu. Din id-deċiżjoni għandha tissejjes fuq ir-riżultat tal-analiżi tar-riskji u għandha tittieħed wara li jiġi stabbilit li l-verifikatur jista' jkollu aċċess mill-bogħod għad-data rilevanti kollha u li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet biex ma jitwettqux iż-żjarat fuq il-post. Il-verifikatur għandu javża lill-operatur b'dan mingħajr dewmien żejjed.

L-operatur għandu jibgħat applikazzjoni lill-awtorità kompetenti li fiha jitlobha tapprova d-deċiżjoni tal-verifikatur li ma jwettaqx iż-żjara fuq il-post.

Meta tirċievi applikazzjoni mingħand l-operatur ikkonċernat, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk tapprovax id-deċiżjoni tal-verifikatur li ma jwettaqx iż-żjara fuq il-post jew le billi tqis l-elementi kollha li ġejjin:

(a) 

l-informazzjoni pprovduta mill-verifikatur dwar ir-riżultat tal-analiżi tar-riskji;

(b) 

informazzjoni dwar il-fatt li jista' jkun hemm aċċess mill-bogħod għad-data rilevanti;

(c) 

provi li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ma japplikawx għall-istallazzjoni;

(d) 

provi li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet biex ma jitwettqux iż-żjarat fuq il-post.

2.  
L-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu mhix meħtieġa biex ma jitwettqux żjarat fuq il-post fl-istallazzjonijiet b'livell baxx ta' emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.
3.  

Fis-sitwazzjonijiet li ġejjin, il-verifikatur dejjem għandu jwettaq żjarat fuq il-post:

▼M1

(a) 

meta rapport dwar l-emissjonijiet jew rapport annwali dwar il-livell ta’ attività ta’ operatur jiġi vverifikat għall-ewwel darba mill-verifikatur;

(b) 

għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet tal-operatur, jekk verifikatur ma jkunx wettaq żjara fuq il-post f’żewġ perjodi ta’ rappurtar immedjatament qabel il-perjodu ta’ rappurtar attwali;

▼M1

(ba) 

għall-finijiet tal-verifika tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività tal-operatur, jekk verifikatur ma jkunx wettaq żjara fuq il-post matul il-verifika ta’ rapport annwali dwar il-livell ta’ attività jew rapport ta’ data ta’ referenza fiż-żewġ perjodi ta’ rappurtar dwar il-livell ta’ attività immedjatament qabel il-perjodu ta’ rappurtar tal-livell ta’ attività attwali;

▼B

(c) 

jekk ikun sar tibdil sinifikanti fil-pjan ta' monitoraġġ matul il-perjodu tar-rappurtar, fosthom dak imsemmi fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066;

▼M1

(ca) 

jekk, matul il-perjodu ta’ rappurtar tal-livell ta’ attività, kien hemm bidliet sinifikanti fl-installazzjoni jew fis-subinstallazzjonijiet tagħha li jeħtieġu modifiki sinifikanti fil-pjan ta’ metodoloġija tal-monitoraġġ, inklużi dawk il-bidliet imsemmija fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331;

▼B

(d) 

jekk huwa jkun qed jivverifika rapport dwar id-data ta' referenza ta' operatur jew rapport dwar id-data ta' min jidħol ġdid tiegħu.

▼M1

4.  
Il-punti (c) u (ca) tal-paragrafu 3 mhumiex applikabbli fejn, matul il-perjodu ta’ rappurtar, kien hemm biss modifiki tal-valur prestabbilit kif imsemmi fl-Artikolu 15(3)(h) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew fl-Artikolu 9(5)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331.

▼B

Artikolu 32

Kundizzjonijiet biex ma jitwettqux iż-żjarat fuq il-post

Il-kundizzjonijiet biex ma jitwettqux iż-żjarat fuq il-post imsemmijin fl-Artikolu 31(1) huma kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(1) 

►M1  il-verifika ta’ rapport dwar l-emissjonijiet ta’ operatur tikkonċerna installazzjoni tal-kategorija A msemmija fl-Artikolu 19(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew installazzjoni tal-kategorija B imsemmija fl-Artikolu 19(2)(b) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni fejn: ◄

(a) 

ikun hemm biss fluss wieħed mis-sorsi kif imsemmi fl-Artikolu 19(3)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, li jkun gass naturali, jew fluss wieħed jew iktar mis-sorsi de minimis li, meta jittieħdu flimkien, ma jkunux jaqbżu l-limitu għall-flussi mis-sorsi de minimis stabbilit fl-Artikolu 19 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066;

(b) 

il-gass naturali jkun immonitorjat permezz tal-kejl fiskali b'miter li jkun jidħol fi skema legali xierqa għall-kontroll tal-miters għall-kejl fiskali u li jkun jilħaq il-livelli meħtieġa tal-inċertezza marbutin mas-saff applikabbli;

▼M2

(c) 

jiġu applikati valuri prestabbiliti għall-fatturi ta’ kalkolu tal-gass naturali jew fejn il-fatturi ta’ kalkolu tal-gass naturali jiġu stabbiliti direttament minn trasportatur estern tal-gass mingħajr ebda pproċessar mill-operatur bl-użu ta’ analizzaturi online li jkunu jidħlu fi skema legali xierqa għall-kontroll tal-analizzaturi fiskali;

▼B

(2) 

►M1  il-verifika ta’ rapport dwar l-emissjonijiet ta’ operatur tikkonċerna installazzjoni tal-kategorija A msemmija fl-Artikolu 19(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew installazzjoni tal-kategorija B imsemmija fl-Artikolu 19(2)(b) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni fejn: ◄

(a) 

ikun hemm biss fluss wieħed mis-sorsi li jkun fjuwil mingħajr emissjonijiet mill-proċessi, u dak il-fjuwil ikun jew fjuwil solidu li jinħaraq mill-ewwel fiha mingħajr ma jinħażen b'mod intermedju jew fjuwil gassuż jew likwidu li jista' jinħażen b'mod intermedju;

(b) 

id-data dwar l-attività marbuta mal-fluss mis-sorsi tiġi mmonitorjata billi jintuża wieħed mill-metodi li ġejjin:

(i) 

b'metodu tal-kejl fiskali b'miter li jkun jidħol fi skema legali xierqa għall-kontroll tal-miters għall-kejl fiskali u li jkun jilħaq il-livelli meħtieġa tal-inċertezza marbutin mas-saff applikabbli;

(ii) 

b'metodu bbażat biss fuq id-data mill-fatturi li jkun iqis il-bidliet fl-istokk, jekk ikun hemm bżonn;

(c) 

jiġu applikati biss il-valuri prestabbiliti għall-fatturi ta' kalkolu;

(d) 

ikun jintuża pjan issimplifikat tal-monitoraġġ, bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066;

▼M1

(3) 

il-verifika ta’ rapport dwar l-emissjonijiet ta’ operatur tikkonċerna installazzjoni b’emissjonijiet baxxi kif imsemmi fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u l-paragrafi (a) sa (c) tal-punt (2) huma applikabbli;

▼M1

(3a) 

il-verifika tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività ta’ operatur tikkonċerna installazzjoni kif imsemmi fil-punt 1, 2 jew 3 fejn:

(a) 

dik l-installazzjoni ma għandhiex subinstallazzjoni oħra għajr subinstallazzjoni waħda li għaliha huwa applikabbli parametru referenzjarju ta’ prodott skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331; u

(b) 

id-data tal-produzzjoni rilevanti għall-parametru referenzjarju ta’ prodott ġiet evalwata bħala parti minn awditu għal finijiet ta’ kontabbiltà finanzjarja u l-operatur jipprovdi evidenza ta’ dan.

(3b) 

il-verifika tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività ta’ operatur tikkonċerna installazzjoni kif imsemmi fil-punt 1, 2 jew 3 fejn:

(a) 

l-installazzjoni għandha massimu ta’ żewġ subinstallazzjonijiet;

(b) 

it-tieni subinstallazzjoni tikkontribwixxi inqas minn 5 % għall-allokazzjoni finali totali ta’ kwoti tal-installazzjoni; u

(c) 

il-verifikatur ikollu biżżejjed data disponibbli biex jivvaluta l-qsim tas-subinstallazzjonijiet jekk rilevanti;

(3c) 

il-verifika tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività ta’ operatur tikkonċerna installazzjoni kif imsemmi fil-punt 1, 2 jew 3 fejn:

(a) 

l-installazzjoni jkollha biss subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju tas-sħana jew ta’ tisħin distrettwali; u

(b) 

l-verifikatur ikollu biżżejjed data disponibbli biex jivvaluta l-qsim tas-subinstallazzjonijiet jekk rilevanti;

▼B

(4) 

►M1  il-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet jew tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività tal-operatur tikkonċerna installazzjoni li tinsab f’sit mingħajr ekwipaġġ fejn: ◄

(a) 

id-data mkejla mis-sit mingħajr persunal permezz tal-miters mill-bogħod tkun tintbagħat direttament lejn post ieħor fejn tiġi pproċessata, ġestita u maħżuna d-data kollha;

(b) 

l-istess persuna tkun responsabbli għall-ġestjoni u għar-reġistrazzjoni tad-data kollha marbuta mas-sit;

▼M1

(c) 

il-miters ikunu diġà ġew spezzjonati fuq il-post mill-operatur jew minn laboratorju skont l-Artikolu 60 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew l-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u dokument iffirmat jew evidenza fotografika ttimbrata bid-data pprovduta mill-operatur turi li ma jkun seħħ l-ebda kejl tal-konsum jew tibdil operazzjonali fl-installazzjoni minn dik l-ispezzjoni ’l hawn;

▼B

(5) 

►M1  il-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet jew tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività tal-operatur tikkonċerna installazzjoni li tinsab f’sit remot jew inaċċessibbli, b’mod partikolari installazzjoni off-shore, fejn: ◄

(a) 

ikun hemm livell għoli ta' ċentralizzazzjoni tad-data li tinġabar minn dak is-sit u li tintbagħat direttament lejn post ieħor fejn tiġi pproċessata, ġestita u maħżuna d-data kollha b'garanzija tajba tal-kwalità;

▼M1

(b) 

il-miters ikunu diġà ġew spezzjonati fuq il-post mill-operatur jew minn laboratorju skont l-Artikolu 60 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew l-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u dokument iffirmat jew evidenza fotografika ttimbrata bid-data pprovduta mill-operatur turi li ma jkun seħħ l-ebda kejl tal-konsum jew tibdil operazzjonali fl-installazzjoni minn dik l-ispezzjoni ’l hawn.

▼B

Il-punt (2) jista' jiġi applikat ukoll jekk, minbarra l-fluss mis-sorsi kif imsemmi fil-punt (a) ta' dak il-punt, l-istallazzjoni tkun tuża fluss wieħed jew iktar mis-sorsi de minimis li, meta jittieħdu flimkien, ma jkunux jaqbżu l-limitu għall-flussi mis-sorsi de minimis stabbilit fl-Artikolu 19 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.

▼M1

Il-punt (3a)(b) irid jiġi applikat jekk is-subinstallazzjoni li tikkontribwixxi 95 % jew aktar għall-allokazzjoni finali totali ta’ kwoti tal-installazzjoni kif imsemmi fil-punt (3b)(b) hija subinstallazzjoni li għaliha huwa applikabbli parametru referenzjarju ta’ prodott skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331.

▼B

Artikolu 33

Verifika ssimplifikata fil-każ tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru

▼M2

1.  
B’deroga mill-Artikolu 21(1) ta’ dan ir-Regolament, verifikatur jista’ jiddeċiedi li ma jwettaqx żjara fuq il-post ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru bl-użu tal-għodod issimplifikati msemmija fl-Artikolu 55(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jekk huwa jkun ikkonkluda, abbażi tal-analiżi tar-riskju tiegħu, li jista’ jkollu aċċess mill-bogħod għad-data rilevanti kollha.

▼B

2.  
Meta operatur tal-inġenji tal-ajru juża l-għodod issimplifikati msemmijin fl-Artikolu 55(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 biex jistabbilixxi l-konsum tal-fjuwil u d-data rrappurtata tkun ġiet iġġenerata bl-użu ta' dawk l-għodod, b'mod indipendenti minn kull dħul nin-naħa tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, il-verifikatur jista' jiddeċiedi, abbażi tal-analiżi tar-riskji tiegħu, li ma jwettaqx il-verifiki msemmijin fl-Artikoli 14 u 16, fl-Artikolu 17(1) u (2) u fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 34

Pjanijiet ta' verifika ssimplifikati

Meta verifikatur juża pjan ta' verifika ssimplifikat, għandu jżomm reġistru tal-ġustifikazzjonijiet għall-użu tat-tali pjanijiet fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika, fosthom il-provi li ntlaħqu l-kundizzjonijiet għall-użu tal-pjanijiet ta' verifika ssimplifikati.

▼M2

Artikolu 34a

Żjarat virtwali fuq il-post għall-verifika tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru

▼M1

1.  
B’deroga mill-Artikolu 21(1), fejn ċirkostanzi serji, straordinarji u imprevedibbli, barra mill-kontroll tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, jipprevjenu lill-verifikatur milli jwettaq żjara fiżika fuq il-post u fejn dawn iċ-ċirkostanzi ma jistgħux, wara li juża l-isforzi raġonevoli kollha, jingħelbu, il-verifikatur jista’ jiddeċiedi, soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, li jwettaq żjara virtwali fuq il-post.

Il-verifikatur għandu jieħu miżuri biex inaqqas ir-riskju ta’ verifika għal livell aċċettabbli biex jikseb assigurazzjoni raġonevoli li r-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru huwa ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali. Għandha ssir żjara fiżika fis-sit tal-installazzjoni jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru mingħajr dewmien żejjed.

Id-deċiżjoni li titwettaq żjara virtwali fuq il-post għandha tkun ibbażata fuq l-eżitu tal-analiżi tar-riskju u wara li jiġi ddeterminat li l-kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ żjara virtwali fuq il-post huma ssodisfati. Il-verifikatur għandu jinforma lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru dwar dan mingħajr dewmien żejjed.

2.  

L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti li titlob lill-awtorità kompetenti tapprova d-deċiżjoni tal-verifikatur li jwettaq żjara virtwali fuq il-post. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) 

evidenza li mhuwiex possibbli li ssir żjara fiżika fuq il-post minħabba ċ-ċirkostanzi serji, straordinarji u imprevedibbli, barra mill-kontroll tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(b) 

informazzjoni dwar kif se titwettaq iż-żjara virtwali fuq il-post;

(c) 

l-informazzjoni dwar l-eżitu tal-analiżi tar-riskju mill-verifikatur;

(d) 

evidenza tal-miżuri meħuda mill-verifikatur biex inaqqas ir-riskju ta’ verifika għal livell aċċettabbli biex tinkiseb assigurazzjoni raġonevoli li r-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru huwa ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali.

3.  
Fuq applikazzjoni mressqa mill-operatur jew mill-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk tapprovax id-deċiżjoni tal-verifikatur li jwettaq żjara virtwali fuq il-post, filwaqt li tqis l-elementi speċifikati fil-paragrafu 2.
4.  

B’deroga mill-paragrafu 3, fejn għadd kbir ta’ installazzjonijiet jew operaturi tal-inġenji tal-ajru jkunu affettwati minn ċirkostanzi serji, straordinarji u imprevedibbli simili, barra mill-kontroll tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, u tkun meħtieġa azzjoni immedjata minħabba raġunijiet ta’ saħħa nazzjonali imposti legalment, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza lill-verifikaturi biex iwettqu żjarat virtwali fuq il-post mingħajr il-ħtieġa ta’ approvazzjoni individwali msemmija fil-paragrafu 3 dment li:

(a) 

l-awtorità kompetenti tkun stabbilixxiet li hemm ċirkostanzi serji straordinarji u imprevedibbli, barra mill-kontroll tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u hemm bżonn ta’ azzjoni immedjata minħabba raġunijiet ta’ saħħa nazzjonali imposti legalment;

(b) 

l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jinforma lill-awtorità kompetenti dwar id-deċiżjoni tal-verifikatur li jwettaq żjara virtwali fuq il-post, inkluż l-elementi speċifikati fil-paragrafu 2.

L-awtorità kompetenti għandha tirrevedi l-informazzjoni pprovduta mill-operatur jew mill-operatur tal-inġenji tal-ajru skont il-punt (b) matul il-valutazzjoni tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u tinforma lill-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni dwar l-eżitu tal-valutazzjoni.

▼M2

Artikolu 34b

Żjarat virtwali fuq il-post għall-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-operatur tal-inġenji tal-ajru

1.  
B’deroga mill-Artikolu 21(1), il-verifikatur jista’ jiddeċiedi li jwettaq żjara virtwali fuq il-post għall-fini tal-verifika tar-rapport ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru f’każijiet oħra minbarra dawk koperti mill-Artikolu 34a. Id-deċiżjoni tal-verifikatur li jwettaq żjara virtwali fuq il-post għandha tissejjes fuq l-eżitu tal-analiżi tar-riskju u għandha tittieħed wara li jiġi stabbilit li l-verifikatur jista’ jkollu aċċess mill-bogħod għad-data rilevanti kollha. Il-verifikatur għandu javża lill-operatur tal-inġenji tal-ajru bid-deċiżjoni tiegħu li jwettaq żjara virtwali fuq il-post mingħajr dewmien żejjed.
2.  
Il-verifikatur għandu jieħu miżuri biex inaqqas ir-riskju ta’ verifika għal livell aċċettabbli sabiex jikseb garanzija raġonevoli li r-rapport tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali jew le.
3.  

F’każijiet oħra minbarra dawk koperti mill-Artikolu 34a, il-verifikatur għandu dejjem iwettaq żjara fiżika fuq il-post fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

meta verifikatur jkun qed jivverifika r-rapport dwar l-emissjonijiet ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru għall-ewwel darba;

(b) 

jekk verifikatur ma jkunx wettaq żjara fiżika fuq il-post fiż-żewġ perjodi ta’ rappurtar ta’ eżatt qabel il-perjodu attwali ta’ rappurtar;

(c) 

jekk ikun sar tibdil sinifikanti fil-pjan ta’ monitoraġġ matul il-perjodu ta’ rappurtar, fosthom dak imsemmi fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066;

(d) 

jekk, għall-perjodu ta’ rappurtar preċedenti, il-figura tal-istatus ta’ osservanza fir-Reġistru tal-Unjoni msemmi fit-Tabella XIV-I tal-Anness XIII tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 ( 3 ) tkun differenti mis-simbolu A.

4.  
Il-paragrafu 3, il-punt (d), ma għandux japplika meta l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun eliġibbli għal verifika simplifikata f’konformità mal-Artikolu 33(2).

▼B

KAPITOLU III

REKWIŻITI GĦALL-VERIFIKATURI

Artikolu 35

Kampijiet ta' applikazzjoni settorjali tal-akkreditament

Il-verifikatur għandu joħroġ rapport ta' verifika lil operatur jew lil operatur tal-inġenji tal-ajru li jwettaq attività li tkun koperta mill-kamp ta' applikazzjoni tal-attività msemmi fl-Anness I li għalih huwa jkun ġie akkreditat skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u ta' dan ir-Regolament biss.

Artikolu 36

Proċess kontinwu ta' kompetenza

1.  
Il-verifikatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċess ta' kompetenza sabiex jiżgura li l-persunal kollu li jiġi fdat bl-attivitajiet ta' verifika jkun kompetenti biex iwettaq il-kompiti li jiġu allokati lilu.
2.  

Bħala parti mill-proċess ta' kompetenza msemmi fil-paragrafu 1, il-verifikatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a) 

kriterji ġenerali ta' kompetenza għall-persunal kollu li jkun qed iwettaq attivitajiet ta' verifika;

(b) 

il-kriterji speċifiċi ta' kompetenza għal kull funzjoni tal-verifikatur li jkun qed iwettaq attivitajiet ta' verifika, b'mod partikulari għall-awditur tal-EU ETS, għall-awditur ewlieni tal-EU ETS, għall-eżaminatur indipendenti u għall-espert tekniku;

(c) 

metodu biex jiġu żgurati l-kompetenza kontinwa u l-evalwazzjoni regolari tal-prestazzjoni tal-persunal kollu li jwettaq attivitajiet ta' verifika;

(d) 

proċess biex jiġi żgurat taħriġ kontinwu tal-persunal li jkun qed iwettaq attivitajiet ta' verifika;

(e) 

proċess biex jiġi vvalutat jekk l-impenn ta' verifika jidħolx fil-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament tiegħu jew le, u jekk huwa għandux il-kompetenza, il-persunal u r-riżorsi meħtieġa biex jagħżel it-tim tal-verifika u jlesti b'suċċess l-attivitajiet ta' verifika fil-perjodu taż-żmien meħtieġ jew le.

Il-kriterji ta' kompetenza msemmijin fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu speċifiċi għal kull kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament li fih dawn il-persuni jkunu qed iwettqu l-attivitajiet ta' verifika.

Meta jkun qed jevalwa l-kompetenza tal-persunal skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-verifikatur għandu jivvaluta dik il-kompetenza billi jqabbilha mal-kriterji ta' kompetenza msemmijin fil-punti (a) u (b).

Il-proċess imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu għandu jinkludi wkoll proċess biex jiġi vvalutat jekk it-tim tal-verifika jkollux il-kompetenzi u l-persuni kollha meħtieġa biex iwettaq l-attivitajiet ta' verifika għal operatur jew għal operatur tal-inġenji tal-ajru speċifiku jew le.

Il-verifikatur għandu jiżviluppa kriterji ġenerali u speċifiċi ta' kompetenza li jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 37(4) u fl-Artikoli 38, 39 u 40.

3.  
Il-verifikatur għandu jimmonitorja l-prestazzjoni tal-persunal kollu li jwettaq l-attivitajiet ta' verifika b'mod regolari sabiex jikkonferma l-kompetenza kontinwa ta' dak il-persunal.
4.  

Il-verifikatur għandu janalizza l-proċess ta' kompetenza msemmi fil-paragrafu 1 b'mod regolari sabiex jiżgura l-affarijiet li ġejjin:

(a) 

li l-kriterji ta' kompetenza msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jiġu żviluppati skont ir-rekwiżiti ta' kompetenza previsti f'dan ir-Regolament;

(b) 

li jiġu ttrattati l-kwistjonijiet kollha li jistgħu jiġu identifikati b'rabta mal-istabbiliment tal-kriterji ġenerali u speċifiċi ta' kompetenza skont il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2;

(c) 

li r-rekwiżiti kollha fil-proċess ta' kompetenza jiġu aġġornati u jinżammu kif xieraq.

5.  
Il-verifikatur għandu jkollu sistema biex jirreġistra r-riżultati tal-attivitajiet li jitwettqu fil-proċess ta' kompetenza msemmi fil-paragrafu 1.
6.  
Evalwatur kompetenti biżżejjed għandu jivvaluta l-kompetenza u l-prestazzjoni ta' awditur tal-EU ETS u ta' awditur ewlieni tal-EU ETS.

L-evalwatur kompetenti għandu jimmonitorja lil dawk l-awdituri waqt il-verifika tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru fis-sit tal-istallazzjoni jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, skont il-każ, biex jistabbilixxi jekk huma jissodisfawx il-kriterji ta' kompetenza jew le.

7.  
Jekk xi membru tal-persunal ma jkunx kapaċi juri li huwa jissodisfa għalkollox il-kriterji ta' kompetenza għal kompitu speċifiku allokat lilu, il-verifikatur għandu jidentifika l-bżonn ta' taħriġ addizzjonali jew ta' esperjenza tax-xogħol taħt superviżjoni u jorganizza dan. Il-verifikatur għandu jimmonitorja lil dak il-membru sa ma dan jurih li huwa jissodisfa l-kriterji ta' kompetenza.

Artikolu 37

Timijiet tal-verifika

1.  
Għal kull impenn partikulari ta' verifika, il-verifikatur għandu jgħaqqad tim tal-verifika li jkun kapaċi jwettaq l-attivitajiet ta' verifika msemmijin fil-Kapitolu II.
2.  
It-tim tal-verifika għandu jkun magħmul tal-inqas minn awditur ewlieni tal-EU ETS u, meta l-konklużjonijiet tal-verifikatur li joħorġu mill-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1)(e) u mill-analiżi strateġika jkunu jeħtieġu dan, minn għadd xieraq ta' awdituri tal-EU ETS u ta' esperti tekniċi.
3.  
Għall-analiżi indipendenti tal-attivitajiet ta' verifika marbutin ma' impenn partikulari ta' verifika, il-verifikatur għandu jaħtar eżaminatur indipendenti li ma għandux ikun jagħmel parti mit-tim tal-verifika.
4.  

Kull membru tat-tim għandu:

(a) 

jifhem sewwa r-rwol tiegħu fil-proċess ta' verifika;

(b) 

ikun kapaċi jikkomunika b'mod effettiv bl-ilsien meħtieġ biex iwettaq il-kompiti speċifiċi tiegħu.

5.  
It-tim tal-verifika għandu jinkludi tal-inqas persuna waħda li jkollha l-kompetenza teknika u l-għarfien meħtieġa biex tivvaluta l-aspetti tekniċi speċifiċi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar marbutin mal-attivitajiet imsemmijin fl-Anness I li jitwettqu mill-istallazzjoni jew mill-operatur tal-inġenji tal-ajru. It-tim tal-verifika għandu jinkludi wkoll persuna waħda li tkun kapaċi tikkomunika bl-ilsien meħtieġ għall-verifika tar-rapport ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru fl-Istat Membru fejn il-verifikatur ikun qed iwettaq dik il-verifika.

▼M1

Meta l-verifikatur ikun qed iwettaq verifika tar-rapporti dwar id-data ta’ referenza, ir-rapporti dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew ir-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività, it-tim ta’ verifika għandu jinkludi wkoll mill-inqas persuna waħda bil-kompetenza teknika u bl-għarfien meħtieġ biex tivvaluta l-aspetti tekniċi speċifiċi rigward il-ġbir, il-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas.

▼B

6.  
Meta t-tim tal-verifika jkun magħmul minn persuna waħda, din il-persuna għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' kompetenza għall-awditur tal-EU ETS u għall-awditur ewlieni tal-EU ETS u tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5.

Artikolu 38

Rekwiżiti ta' kompetenza għall-awdituri tal-EU ETS u għall-awdituri ewlenin tal-EU ETS

1.  

Awditur tal-EU ETS għandu jkollu l-kompetenza jwettaq il-verifika. Għal dan il-għan, l-awditur tal-EU ETS għandu jkollu tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

▼M1

(a) 

għarfien tad-Direttiva 2003/87/KE, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 fil-każ ta’ verifika tar-rapport dwar id-data ta’ referenza, tar-rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, ta’ dan ir-Regolament, tal-istandards rilevanti, u ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra, tal-linji gwida applikabbli, kif ukoll tal-linji gwida u tal-leġiżlazzjoni rilevanti maħruġa mill-Istat Membru li fih il-verifikatur ikun qed iwettaq verifika;

▼B

(b) 

għarfien tal-awditjar tad-data u tal-informazzjoni u esperjenza f'dan il-qasam, fosthom b'rabta mal-affarijiet li ġejjin:

(i) 

il-metodoloġiji tal-awditjar tad-data u tal-informazzjoni, fosthom l-applikazzjoni tal-livell ta' materjalità u l-valutazzjoni tal-materjalità tad-dikjarazzjonijiet skorretti;

(ii) 

l-analiżi tar-riskji inerenti u tar-riskji ta' kontroll;

(iii) 

it-tekniki tal-kampjunar marbutin mal-kampjunar tad-data u mal-verifika tal-attivitajiet ta' kontroll;

(iv) 

il-valutazzjoni tas-sistemi tad-data u tal-informazzjoni, tas-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, tal-attivitajiet tal-fluss tad-data, tal-attivitajiet ta' kontroll, tas-sistemi ta' kontroll u tal-proċeduri għall-attivitajiet ta' kontroll;

(c) 

il-ħila jwettaq l-attivitajiet marbutin mal-verifika tar-rapport ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru kif meħtieġ skont il-Kapitolu II;

(d) 

għarfien tal-aspetti tekniċi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar li jkunu speċifiċi għas-settur u li jkunu rilevanti għall-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet imsemmijin fl-Anness I li fih huwa jkun qed iwettaq il-verifika, u esperjenza fihom.

2.  
Awditur ewlieni tal-EU ETS għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' kompetenza għal awditur tal-EU ETS u għandu jkun wera kompetenza fit-tmexxija ta' tim tal-verifika u fit-teħid ta' responsabbiltà għat-twettiq tal-attivitajiet ta' verifika skont dan ir-Regolament.

Artikolu 39

Rekwiżiti ta' kompetenza għall-eżaminaturi indipendenti

1.  
L-eżaminatur indipendenti għandu jkollu l-awtorità x-xierqa biex janalizza l-abbozz tar-rapport ta' verifika u d-dokumentazzjoni interna tal-verifika skont l-Artikolu 25.
2.  
L-eżaminatur indipendenti għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' kompetenza tal-awditur ewlieni tal-EU ETS imsemmijin fl-Artikolu 38(2).
3.  
L-eżaminatur indipendenti għandu jkollu l-kompetenza meħtieġa biex janalizza l-informazzjoni pprovduta sabiex jikkonferma l-kompletezza u l-integrità tagħha, biex jikkontesta l-informazzjoni nieqsa jew kontradittorja, kif ukoll biex jivverifika r-rendikont tad-data biex jivvaluta jekk id-dokumentazzjoni interna tal-verifika hijiex kompluta u tipprovdix biżżejjed informazzjoni biex tappoġġa l-abbozz tar-rapport ta' verifika jew le.

Artikolu 40

Użu tal-esperti tekniċi

1.  
Huwa u jwettaq l-attivitajiet ta' verifika, verifikatur jista' juża esperti tekniċi biex jipprovdu għarfien espert u ddettaljat dwar suġġett speċifiku li jkun meħtieġ biex l-awditur tal-EU ETS u l-awditur ewlieni tal-EU ETS jingħataw appoġġ fit-twettiq tal-attivitajiet ta' verifika tagħhom.
2.  
Meta l-eżaminatur indipendenti ma jkollux il-kompetenza jivvaluta kwistjoni partikulari fil-proċess tal-analiżi, il-verifikatur għandu jitlob l-appoġġ ta' espert tekniku.
3.  
L-espert tekniku għandu jkollu l-kompetenza u l-għarfien espert meħtieġa biex jappoġġa b'mod effettiv lill-awditur tal-EU ETS u lill-awditur ewlieni tal-EU ETS, jew lill-eżaminatur indipendenti, meta jkun hemm bżonn, fis-suġġett li dwaru jkun qed jintalab l-għarfien u l-għarfien espert tiegħu. Barra minn hekk, l-espert tekniku għandu jifhem biżżejjed il-kwistjonijiet deskritti fl-Artikolu 38(1)(a), (b) u (c).
4.  
L-espert tekniku għandu jwettaq il-kompiti speċifiċi tiegħu taħt id-direzzjoni u r-responsabbiltà sħiħa tal-awditur ewlieni tal-EU ETS tat-tim tal-verifika li fih huwa jkun qed jaħdem jew taħt id-direzzjoni u r-responsabbiltà sħiħa tal-eżaminatur indipendenti.

Artikolu 41

Proċeduri għall-attivitajiet ta' verifika

1.  
Verifikatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċedura waħda jew aktar għall-attivitajiet ta' verifika kif deskritt fil-Kapitolu II u l-proċeduri u l-proċessi meħtieġa skont l-Anness II. Huwa u jistabbilixxi ►M1  Meta jistabbilixxi u jimplimenta dawn il-proċeduri u l-proċessi, il-verifikatur għandu jwettaq l-attivitajiet elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament skont l-istandard armonizzat imsemmi f’dak l-Anness. ◄

▼M1

2.  

Verifikatur għandu jfassal, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm sistema ta’ ġestjoni skont l-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II sabiex jiżgura żvilupp, implimentazzjoni, titjib u reviżjoni konsistenti tal-proċeduri u l-proċessi msemmija fil-paragrafu 1. Is-sistema ta’ ġestjoni għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a) 

politiki u responsabbiltajiet;

(b) 

reviżjoni tal-ġestjoni;

(c) 

awditi interni;

(d) 

azzjoni korrettiva;

(e) 

azzjonijiet biex jiġu indirizzati r-riskji u l-opportunitajiet u biex tittieħed azzjoni preventiva;

(f) 

kontroll tal-informazzjoni dokumentata.

▼B

Artikolu 42

Reġistri u komunikazzjoni

▼M1

1.  
Verifikatur għandu jżomm u jimmaniġġja rekords, inkluż rekords dwar il-kompetenza u l-imparzjalità tal-persunal, biex juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

▼B

2.  
Verifikatur għandu jqiegħed l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenju tal-ajru u ta' partijiet rilevanti oħrajn b'mod regolari skont l-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II.
3.  
Verifikatur għandu jħares il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jkun kiseb waqt il-verifika skont l-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II.

Artikolu 43

Imparzjalità u indipendenza

1.  
Verifikatur għandu jkun indipendenti minn operatur jew minn operatur tal-inġenji tal-ajru u għandu jkun imparzjali fit-twettiq tal-attivitajiet ta' verifika tiegħu.

Sabiex jiġu żgurati l-indipendenza u l-imparzjalità, il-verifikatur u kull parti mill-istess entità legali ma għandhomx ikunu operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jew ikunu s-sid ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru jew ikunu l-proprjetà tagħhom, u l-verifikatur lanqas ma għandu jkollu relazzjonijiet mal-operatur jew mal-operatur tal-inġenji tal-ajru li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu. Il-verifikatur għandu jkun indipendenti wkoll mill-korpi li jinnegozjaw il-kwoti tal-emissjonijiet fil-kuntest tas-sistema għan-negozjar tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbilita skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE.

2.  
Verifikatur għandu jkun organizzat b'tali mod li jħares l-oġġettività, l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu. Għall-finijiet ►M1  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti rilevanti dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-verifikatur stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II. ◄
3.  
Verifikatur ma għandux iwettaq attivitajiet ta' verifika għal operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru li joħolqulu riskju inaċċettabbli għall-imparzjalità tiegħu jew li joħolqulu kunflitt ta' interess. Il-verifikatur ma għandux juża membri tal-persunal jew persuni mqabbdin b'kuntratt biex jivverifika rapport ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru meta dan joħloq kunflitt ta' interess jew ikun jista' joħloq kunflitt ta' interess. Il-verifikatur għandu jiżgura wkoll li l-attivitajiet tal-persunal jew tal-organizzazzjonijiet ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-verifika. ►M1  Għal dan il-għan, il-verifikatur għandu jimmonitorja r-riskji għall-imparzjalità u jieħu azzjoni xierqa biex jindirizza dawk ir-riskji. ◄

Għandu jitqies li jkun inħoloq riskju inaċċettabbli għall-imparzjalità jew kunflitt ta' interess imsemmijin fl-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu b'mod partikulari fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

meta verifikatur jew kull parti mill-istess entità legali jkunu jipprovdu servizzi ta' konsulenza biex tiġi żviluppata parti mill-proċess ta' monitoraġġ u ta' rappurtar li hija deskritta fil-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti jew fil-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ, fosthom biex tiġi żviluppata l-metodoloġija tal-monitoraġġ, biex jiġi abbozzat ir-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u biex jiġi abbozzat il-pjan ta' monitoraġġ jew il-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ;

(b) 

meta verifikatur jew kull parti mill-istess entità legali jkunu jipprovdu assistenza teknika biex tiġi żviluppata jew biex tinżamm is-sistema implimentata għall-monitoraġġ u għar-rappurtar tal-emissjonijiet, tad-data dwar it-tunnellati kilometri jew tad-data rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas.

4.  

Għandu jitqies li jkun inħoloq kunflitt ta' interess għall-verifikatur fir-relazzjonijiet tiegħu ma' operatur jew ma' operatur tal-inġenji tal-ajru b'mod partikulari fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

meta r-relazzjoni bejn il-verifikatur u l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru tkun ibbażata fuq sjieda komuni, governanza komuni, ġestjoni jew persunal komuni, riżorsi kondiviżi, finanzi komuni u kuntratti jew kummerċjalizzazzjoni komuni;

(b) 

meta l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun irċieva s-servizzi ta' konsulenza msemmijin fil-paragrafu 3(a) jew l-assistenza teknika msemmija fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu minn korp ta' konsulenza, korp tal-assistenza teknika jew organizzazzjoni oħra li jkollha relazzjonijiet mal-verifikatur u li thedded l-imparzjalità tal-verifikatur.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-imparzjalità tal-verifikatur għandha titqies li tkun ġiet mhedda meta r-relazzjonijiet bejn il-verifikatur u l-korp ta' konsulenza, il-korp tal-assistenza teknika jew l-organizzazzjoni l-oħra jkunu bbażati fuq sjieda komuni, governanza komuni, ġestjoni jew persunal komuni, riżorsi kondiviżi, finanzi komuni, kuntratti jew kummerċjalizzazzjoni komuni u ħlas komuni tal-inkarigi tal-bejgħ jew inċentivi oħrajn għar-riferiment ta' klijenti ġodda.

5.  
►M1  Verifikatur ma għandux jesternalizza l-għeluq tal-ftehim bejn l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru u l-verifikatur, l-analiżi indipendenti jew il-ħruġ tar-rapport ta’ verifika. ◄ Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, meta jkun qed jesternalizza attivitajiet oħrajn ta' verifika, il-verifikatur għandu jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II.

▼M1

Madankollu, individwi kontraenti biex iwettqu attivitajiet ta’ verifika ma għandhomx jikkostitwixxu esternalizzazzjoni għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu jekk il-verifikatur, meta jikkuntratta lil dawk il-persuni, jieħu responsabbiltà sħiħa għall-attivitajiet ta’ verifika mwettqa minn persunal ikkuntrattat. Meta jikkuntratta individwi għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ verifika, il-verifikatur għandu jesiġi li dawn l-individwi jiffirmaw ftehim bil-miktub li huma jikkonformaw mal-proċeduri tal-verifikatur u li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess fit-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet ta’ verifika.

▼B

6.  
Verifikatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċess biex jiżgura l-imparzjalità u l-indipendenza kontinwi tiegħu stess, ta' partijiet mill-istess entità legali tiegħu, ta' organizzazzjonijiet oħrajn imsemmijin fil-paragrafu 4 u tal-persunal kollu u tal-persuni kollha mqabbdin b'kuntratt involuti fil-verifika. Dak il-proċess għandu jinkludi mekkaniżmu biex jitħarsu l-imparzjalità u l-indipendenza tal-verifikatur u għandu jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II.

▼M1

6a.  
Meta jkun qed jivverifika l-istess operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru bħal fis-sena preċedenti, il-verifikatur għandu jqis ir-riskju għall-imparzjalità u jieħu miżuri biex inaqqas ir-riskju għall-imparzjalità.

▼B

7.  
Jekk l-awditur ewlieni tal-EU ETS iwettaq sitt verifiki annwali għal operatur tal-inġenji tal-ajru partikulari, huwa għandu jieqaf għal tliet snin konsekuttivi milli jipprovdi s-servizzi ta' verifika lil dak l-istess operatur tal-inġenji tal-ajru. Il-perjodu massimu ta' sitt snin jinkludi kull verifika tal-gassijiet serra li titwettaq għal operatur tal-inġenji tal-ajru minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament 'il quddiem.

▼M1

8.  
Jekk l-awditur ewlieni tal-EU ETS iwettaq verifiki annwali għal perjodu ta’ ħames snin konsekuttivi għal installazzjoni partikolari, allura l-awditur ewlieni tal-EU ETS għandu jieqaf għal tliet snin konsekuttivi milli jipprovdi s-servizzi ta’ verifika lil dik l-istess installazzjoni. Il-perjodu massimu ta’ ħames snin jinkludi verifiki tal-EU ETS tad-data dwar l-emissjonijiet jew l-allokazzjoni mwettqa għall-installazzjoni li jibdew wara l-1 ta’ Jannar 2021.

▼B

KAPITOLU IV

AKKREDITAMENT

Artikolu 44

Akkreditament

▼M2

Verifikatur li jkun qed joħroġ rapport ta’ verifika lil operatur, operatur tal-inġenji tal-ajru jew entità regolata għandu jkun akkreditat għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet imsemmijin fl-Anness I li fih huwa jkun qed iwettaq il-verifika tar-rapport ta’ operatur jew ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru jew ta’ rapport ta’ entità regolata.

▼M1

Għall-finijiet tal-verifika tar-rapporti dwar id-data ta’ referenza, tar-rapporti dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew tar-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività, verifikatur li jkun qed joħroġ rapport ta’ verifika lil operatur għandu jkun akkreditat ukoll għall-grupp ta’ attività bin-numru 98 imsemmi fl-Anness I.

▼M2

Artikolu 45

Objettivi tal-akkreditament

Waqt il-proċess tal-akkreditament u l-monitoraġġ tal-verifikaturi akkreditati, kull korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jivvaluta jekk il-verifikatur u l-persunal tiegħu li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet ta’ verifika:

(a) 

għandhomx il-kompetenza jwettqu l-verifika tar-rapporti tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jew tar-rapporti tal-entità regolata f’konformità ma’ dan ir-Regolament jew le;

(b) 

ikunux qed iwettqu l-verifika tar-rapporti tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jew tar-rapport tal-entità regolata f’konformità ma’ dan ir-Regolament jew le;

(c) 

jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmijin fil-Kapitolu III u, għall-fini tal-verifika tar-rapport tal-entità regolata, l-Artikoli 43y sa 43za.

▼B

Artikolu 46

Talba għall-akkreditament

1.  
►M1  Kwalunkwe persuna ġuridika stabbilita skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tista’ titlob akkreditazzjoni skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. ◄

It-talba għandu jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa abbażi tal-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III.

2.  

Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, qabel tinbeda l-valutazzjoni skont l-Artikolu 45, applikant għandu jqiegħed ukoll l-affarijiet li ġejjin għad-dispożizzjoni tal-korp nazzjonali ta' akkreditament:

(a) 

l-informazzjoni kollha mitluba mill-korp nazzjonali ta' akkreditament;

(b) 

il-proċeduri u l-informazzjoni marbutin mal-proċessi msemmijin fl-Artikolu 41(1) u l-informazzjoni dwar is-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 41(2);

(c) 

il-kriterji ta' kompetenza msemmijin fl-Artikolu 36(2)(a) u (b), ir-riżultati tal-proċess ta' kompetenza msemmi fl-Artikolu 36, kif ukoll dokumentazzjoni rilevanti oħra dwar il-kompetenza tal-persunal kollu involut fl-attivitajiet ta' verifika;

(d) 

informazzjoni dwar il-proċess biex jiġu żgurati l-imparzjalità u l-indipendenza kontinwi msemmi fl-Artikolu 43(6), fosthom ir-reġistri rilevanti dwar l-imparzjalità u l-indipendenza tal-applikant u tal-persunal tiegħu;

(e) 

informazzjoni dwar l-esperti tekniċi u l-persunal ewlieni involut fil-verifika tar-rapporti tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(f) 

is-sistema u l-proċess biex tiġi żgurata dokumentazzjoni interna xierqa tal-verifika;

(g) 

ir-reġistri rilevanti l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 42(1).

Artikolu 47

Tħejjija tal-valutazzjoni

1.  
Huwa u jħejji l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 45, kull korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jqis il-kumplessità tal-kamp ta' applikazzjoni li għalih l-applikant jitlob l-akkreditament, kif ukoll il-kumplessità tas-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 41(2), il-proċeduri u l-informazzjoni dwar il-proċessi msemmijin fl-Artikolu 41(1) u ż-żoni ġeografiċi li fihom l-applikant ikun qed iwettaq il-verifiki jew li fihom ikun beħsiebu jwettaq il-verifiki.
2.  
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jissodisfa r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III.

Artikolu 48

Valutazzjoni

1.  

Sabiex iwettaq il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 45, it-tim tal-valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 58 għandu jwettaq tal-inqas l-attivitajiet li ġejjin:

(a) 

analiżi tad-dokumenti u tar-reġistri kollha rilevanti msemmijin fl-Artikolu 46;

(b) 

żjara fil-post tal-applikant sabiex janalizza kampjun rappreżentattiv tad-dokumentazzjoni interna tal-verifika u sabiex jivvaluta l-implimentazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità tal-applikant u tal-proċeduri jew tal-proċessi msemmijin fl-Artikolu 41;

▼M2

(c) 

osservazzjoni ta’ parti rappreżentattiva tal-kamp ta’ applikazzjoni mitlub għall-akkreditament u tal-prestazzjoni u tal-kompetenza ta’ għadd rappreżentattiv ta’ membri tal-persunal tal-applikant li jkunu involuti fil-verifika tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jew tar-rapport tal-entità regolata sabiex jiġi żgurat li l-persunal ikun qed jaħdem f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

▼B

Meta jkun qed iwettaq dawk l-attivitajiet, it-tim tal-valutazzjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III.

2.  
It-tim tal-valutazzjoni għandu jirrapporta s-sejbiet u n-nuqqasijiet ta' konformità lill-applikant skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III u għandu jitolbu jwieġeb għas-sejbiet u għan-nuqqasijiet ta' konformità rrappurtati skont dawk id-dispożizzjonijiet.
3.  
Applikant għandu jieħu azzjoni korrettiva biex jittratta kull nuqqas ta' konformità rrappurtat skont il-paragrafu 2 u, fit-tweġiba tiegħu għas-sejbiet u għan-nuqqasijiet ta' konformità rrappurtati mit-tim tal-valutazzjoni, għandu jindika liema azzjonijiet ikun ħa biex isolvi kull nuqqas ta' konformità identifikat jew liema azzjonijiet ikun beħsiebu jieħu f'perjodu taż-żmien stabbilit mill-korp nazzjonali ta' akkreditament biex jagħmel dan.
4.  
Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu janalizza t-tweġibiet għas-sejbiet u għan-nuqqasijiet ta' konformità li l-applikant ikun bagħat skont il-paragrafu 3.

Meta l-korp nazzjonali ta' akkreditament isib li t-tweġiba tal-applikant ma tkunx suffiċjenti jew ma tkunx effettiva, għandu jitolbu jagħtih iktar informazzjoni jew jieħu iktar azzjonijiet. Il-korp nazzjonali ta' akkreditament jista' jitlob ukoll provi tal-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet li jkunu ttieħdu jew iwettaq valutazzjoni ta' segwitu sabiex jivvaluta l-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet korrettivi.

Artikolu 49

Deċiżjoni dwar l-akkreditament u ċertifikat tal-akkreditament

1.  
Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III meta jkun qed iħejji u jieħu d-deċiżjoni dwar jekk jagħtix l-akkreditament lil applikant, jekk jestendihulux jew jekk iġeddidulux jew le.
2.  
Meta l-korp nazzjonali ta' akkreditament jiddeċiedi li jagħti l-akkreditament lil applikant jew li jestendihulu jew li jġeddidulu, għandu joħroġ ċertifikat tal-akkreditament dwar dan.

Iċ-ċertifikat tal-akkreditament għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni meħtieġa abbażi tal-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III.

Iċ-ċertifikat tal-akkreditament għandu jkun validu għal perjodu ta' mhux iktar minn ħames snin mid-data meta l-korp nazzjonali ta' akkreditament ikun ħarġu.

Artikolu 50

Sorveljanza

1.  
Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jwettaq sorveljanza annwali ta' kull verifikatur li għalih ikun ħareġ ċertifikat tal-akkreditament.

Is-sorveljanza għandha tinkludi tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a) 

żjara fil-post tal-verifikatur sabiex jitwettqu l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 48(1)(b);

(b) 

osservazzjoni tal-prestazzjoni u tal-kompetenza ta' għadd rappreżentattiv ta' membri tal-persunal tal-verifikatur skont l-Artikolu 48(1)(c).

2.  
Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jwettaq l-ewwel sorveljanza ta' verifikatur skont il-paragrafu 1 mhux iktar tard minn 12-il xahar mid-data meta ċ-ċertifikat tal-akkreditament ikun inħareġ lil dak il-verifikatur.
3.  
Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jħejji l-pjan tiegħu għas-sorveljanza ta' kull verifikatur b'tali mod li jippermetti l-valutazzjoni ta' kampjuni rappreżentattivi tal-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III.
4.  
Abbażi tar-riżultati tas-sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jiddeċiedi jekk jikkonfermax il-kontinwazzjoni tal-akkreditament jew le.
5.  
Meta verifikatur iwettaq verifika fi Stat Membru ieħor, il-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkun akkredita lil dak il-verifikatur jista' jitlob lill-korp nazzjonali ta' akkreditament tal-Istat Membru fejn titwettaq il-verifika jwettaq attivitajiet ta' sorveljanza f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Artikolu 51

Valutazzjoni mill-ġdid

1.  
Qabel ma jiskadi ċ-ċertifikat tal-akkreditament, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jivvaluta mill-ġdid lill-verifikatur li għalih ikun ħareġ ċertifikat tal-akkreditament sabiex jistabbilixxi jekk tistax tiġi estiża l-validità ta' dak iċ-ċertifikat tal-akkreditament jew le.
2.  
Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jħejji l-pjan tiegħu għall-valutazzjoni mill-ġdid ta' kull verifikatur b'tali mod li jippermetti l-valutazzjoni ta' kampjuni rappreżentattivi tal-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament. Meta jkun qed jippjana u jwettaq il-valutazzjoni mill-ġdid, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III.

Artikolu 52

Valutazzjoni straordinarja

1.  
Fi kwalunkwe mument, il-korp nazzjonali ta' akkreditament jista' jwettaq valutazzjoni straordinarja tal-verifikatur biex jiżgura li dan jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
2.  
Sabiex il-korp nazzjonali ta' akkreditament ikun jista' jiddeċiedi jekk hemmx bżonn ta' valutazzjoni straordinarja jew le, il-verifikatur għandu javża lill-korp nazzjonali ta' akkreditament minnufih b'kull tibdil sinifikanti f'kull aspett tal-istat jew tal-operat tiegħu li jkun rilevanti għall-akkreditament tiegħu. It-tibdil sinifikanti għandu jinkludi dak it-tibdil imsemmi fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III.

Artikolu 53

Twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni

Bi tweġiba għal applikazzjoni min-naħa ta' verifikatur biex jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni ta' akkreditament li jkun ingħata, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jwettaq l-attivitajiet meħtieġa biex jistabbilixxi jekk il-verifikatur jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 45 għat-twessigħ mitlub tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-akkreditament jew le.

Artikolu 54

Miżuri amministrattivi

1.  
Il-korp nazzjonali ta' akkreditament jista' jissospendi, jirtira jew jillimita l-akkreditament ta' verifikatur jekk il-verifikatur ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jissospendi, jirtira jew jillimita l-akkreditament ta' verifikatur jekk il-verifikatur jitlob dan.

Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċedura għas-sospensjoni tal-akkreditament, għall-irtirar tiegħu u għal-limitazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tiegħu.

2.  

Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jissospendi l-akkreditament jew jillimita l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

jekk il-verifikatur ikun wettaq ksur serju tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

(b) 

jekk il-verifikatur ikun naqas b'mod persistenti u ripetut milli jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

(c) 

jekk il-verifikatur ikun kiser termini u kundizzjonijiet speċifiċi oħrajn tal-korp nazzjonali ta' akkreditament.

3.  

Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jirtira l-akkreditament fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

jekk il-verifikatur ikun naqas milli jieħu azzjonijiet ta' rimedju b'rabta mar-raġunijiet li għalihom ikun ġie deċiż li jiġi sospiż iċ-ċertifikat tal-akkreditament;

(b) 

jekk membru tal-maniġment superjuri tal-verifikatur jew membru tal-persunal tal-verifikatur li jkun involut f'attivitajiet ta' verifika skont dan ir-Regolament ikun instab ħati li wettaq frodi;

(c) 

jekk il-verifikatur ikun ta informazzjoni falza jew ikun ħeba l-informazzjoni bi ħsieb.

4.  
Jista' jsir appell b'rabta mad-deċiżjoni ta' korp nazzjonali ta' akkreditament li jissospendi, jirtira jew jillimita l-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament skont il-paragrafi 2 u 3.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri għar-riżoluzzjoni ta' dawk l-appelli.

5.  
Id-deċiżjoni ta' korp nazzjonali ta' akkreditament li jissospendi, jirtira jew jillimita l-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament għandu jkollha effett minn meta l-verifikatur jiġi mgħarraf biha.

Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jtemm is-sospensjoni ta' ċertifikat tal-akkreditament meta jkun irċieva informazzjoni sodisfaċenti u jkun konvint li l-verifikatur ikun jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU V

REKWIŻITI GĦALL-KORPI TAL-AKKREDITAMENT FIL-KUNTEST TAL-AKKREDITAMENT TAL-VERIFIKATURI TAL-ETS

Artikolu 55

Korp nazzjonali ta' akkreditament

1.  
Il-kompiti marbutin mal-akkreditament skont dan ir-Regolament għandhom jitwettqu mill-korpi nazzjonali ta' akkreditament maħturin skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
2.  
Meta Stat Membru jiddeċiedi li jippermetti ċ-ċertifikazzjoni ta' verifikaturi li jkunu persuni fiżiċi, skont dan ir-Regolament il-kompiti marbutin maċ-ċertifikazzjoni ta' dawk il-verifikaturi għandhom jiġu fdati lil awtorità nazzjonali oħra minbarra l-korp nazzjonali ta' akkreditament maħtur skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
3.  
Meta Stat Membru jiddeċiedi li juża l-għażla stabbilita fil-paragrafu 2, huwa għandu jiżgura li l-awtorità nazzjonali kkonċernata tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, inklużi dawk stabbiliti fl-Artikolu 71 tiegħu, u għandu jipprovdi l-provi ddokumentati meħtieġa skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
4.  
Korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jkun membru tal-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
5.  
Korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jiġi fdat iwettaq l-akkreditament bħala attività ta' awtorità pubblika u jiġi rrikonoxxut b'mod formali mill-Istat Membru jekk l-akkreditament ma jsirx direttament mill-awtoritajiet pubbliċi.
6.  
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III.

Artikolu 56

Akkreditament transkonfinali

▼M2

Meta Stat Membru jidhirlu li ma jagħmilx sens mil-lat ekonomiku li jaħtar korp nazzjonali ta’ akkreditament jew li jipprovdi servizzi ta’ akkreditament skont it-tifsira tal-Artikoli 15 jew 30f tad-Direttiva 2003/87/KE jew jidhirlu li dan mhuwiex sostenibbli mil-lat ekonomiku, dak l-Istat Membru għandu jitħalla jirrikorri għall-korp nazzjonali ta’ akkreditament ta’ Stat Membru ieħor.

▼B

L-Istat Membru kkonċernat għandu javża lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn b'dan.

Artikolu 57

Indipendenza u imparzjalità

1.  
Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jkun organizzat b'tali mod li jiżgura l-indipendenza sħiħa tiegħu mill-verifikaturi li jivvaluta u l-imparzjalità tiegħu fit-twettiq tal-attivitajiet ta' akkreditament tiegħu.
2.  
Għal dak il-għan, il-korp nazzjonali ta' akkreditament ma għandu joffri jew jipprovdi l-ebda attività jew servizz li jipprovdi verifikatur, u lanqas ma għandu jipprovdi servizzi ta' konsulenza, ikollu ishma f'verifikatur jew ikollu interess finanzjarju jew maniġerjali mod ieħor f'verifikatur.
3.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55(2), l-istruttura, ir-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-korp nazzjonali ta' akkreditament għandhom ikunu distinti b'mod ċar minn dawk tal-awtorità kompetenti u ta' awtoritajiet nazzjonali oħrajn.
4.  
Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jieħu d-deċiżjonijiet finali kollha dwar l-akkreditament tal-verifikaturi.

Madankollu, il-korp nazzjonali ta' akkreditament jista' jissottokuntratta ċerti attivitajiet, dejjem jekk jitħarsu r-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III.

Artikolu 58

Tim tal-valutazzjoni

1.  
Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jaħtar tim tal-valutazzjoni għal kull valutazzjoni partikulari.
2.  
It-tim tal-valutazzjoni għandu jkun magħmul minn assessur ewlieni u, meta jkun hemm bżonn, minn għadd xieraq ta' assessuri jew ta' esperti tekniċi għal kamp ta' applikazzjoni speċifiku tal-akkreditament.

▼M2

It-tim ta’ valutazzjoni għandu jinkludi tal-inqas persuna waħda li jkollha għarfien tal-monitoraġġ u tar-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 li jkunu rilevanti għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditament u li jkollha l-kompetenza u l-għarfien meħtieġa biex tivvaluta l-attivitajiet ta’ verifika fl-installazzjoni, fl-operatur tal-inġenji tal-ajru jew fl-entità regolata għal dak il-kamp ta’ applikazzjoni, u tal-inqas persuna waħda li tkun taf il-leġiżlazzjoni u l-linji gwida nazzjonali rilevanti.

▼B

Meta l-korp nazzjonali ta' akkreditament jivvaluta l-kompetenza u l-prestazzjoni tal-verifikatur għall-kamp ta' applikazzjoni bin-numru 98 imsemmi fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, it-tim tal-valutazzjoni għandu jinkludi wkoll tal-inqas persuna waħda li jkollha għarfien dwar il-ġbir, il-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas skont ir-Regolament Delegat (UE) ►M1  2019/331 ◄ kif ukoll il-kompetenza u l-għarfien meħtieġa biex tivvaluta l-attivitajiet ta' verifika għal dak il-kamp ta' applikazzjoni.

Artikolu 59

Rekwiżiti ta' kompetenza għall-assessuri

1.  

Assessur għandu jkollu l-kompetenza jwettaq l-attivitajiet meħtieġa skont il-Kapitolu IV meta jkun qed jivvaluta lill-verifikatur. Għal dak il-għan, l-assessur:

(a) 

għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III, skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008;

▼M1

(b) 

ikollu għarfien tad-Direttiva 2003/87/KE, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/1842 meta l-assessur jivvaluta l-kompetenza u l-prestazzjoni tal-verifikatur għall-kamp ta’ applikazzjoni bin-numru 98 imsemmi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għarfien ta’ dan ir-Regolament, tal-istandards rilevanti u ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra kif ukoll tal-linji gwida applikabbli;

▼B

(c) 

għandu jkollu għarfien tal-awditjar tad-data u tal-informazzjoni msemmi fl-Artikolu 38(1)(b) ta' dan ir-Regolament miksub permezz tat-taħriġ jew ikollu aċċess għal persuna li jkollha għarfien tat-tali data u tat-tali informazzjoni u li jkollha esperjenza f'dan il-qasam.

2.  
Assessur ewlieni għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' kompetenza msemmijin fil-paragrafu 1, ikun wera kompetenza fit-tmexxija ta' tim tal-valutazzjoni u jkun responsabbli għat-twettiq ta' valutazzjoni skont dan ir-Regolament.
3.  
L-eżaminaturi interni u l-persuni li jkunu qed jieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-għoti, l-estensjoni jew it-tiġdid ta' akkreditament mhux biss għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kompetenza msemmijin fil-paragrafu 1, iżda għandu jkollhom ukoll għarfien u esperjenza biżżejjed biex jevalwaw l-akkreditament.

Artikolu 60

Esperti tekniċi

1.  
Il-korp nazzjonali ta' akkreditament jista' jinkludi esperti tekniċi fit-tim tal-valutazzjoni biex jipprovdu għarfien espert u ddettaljat dwar suġġett speċifiku li jkun meħtieġ biex l-assessur ewlieni jew l-assessur jingħataw appoġġ fit-twettiq tal-attivitajiet ta' valutazzjoni.
2.  

L-espert tekniku għandu jkollu l-kompetenza meħtieġa biex jappoġġa b'mod effettiv lill-assessur ewlieni u lill-assessur fis-suġġett li dwaru jkun qed jintalab l-għarfien u l-għarfien espert tiegħu. Barra minn hekk, l-espert tekniku:

▼M1

(a) 

ikollu għarfien tad-Direttiva 2003/87/KE, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/1842 meta l-espert tekniku jivvaluta l-kompetenza u l-prestazzjoni tal-verifikatur għall-kamp ta’ applikazzjoni bin-numru 98 imsemmi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għarfien ta’ dan ir-Regolament, tal-istandards rilevanti, u ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra kif ukoll tal-linji gwida applikabbli;

▼B

(b) 

għandu jifhem biżżejjed l-attivitajiet ta' verifika.

3.  
Espert tekniku għandu jwettaq kompiti speċifiċi taħt id-direzzjoni u r-responsabbiltà sħiħa tal-assessur ewlieni tat-tim tal-valutazzjoni kkonċernat.

Artikolu 61

Proċeduri

Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 62

Ilmenti

▼M2

Meta l-korp nazzjonali ta’ akkreditament jirċievi lment mingħand l-awtorità kompetenti, mingħand l-operatur, mingħand l-operatur tal-inġenji tal-ajru, mingħand entità regolata jew mingħand partijiet interessati oħrajn dwar il-verifikatur, fi żmien raġonevoli iżda mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta jirċievi dak l-ilment, huwa għandu:

▼B

(a) 

jiddeċiedi dwar il-validità tal-ilment;

(b) 

jiżgura li l-verifikatur ikkonċernat jingħata l-opportunità jibgħat il-kummenti tiegħu;

(c) 

jieħu azzjonijiet xierqa biex jittratta l-ilment;

(d) 

jirreġistra l-ilment u l-azzjoni li tkun ittieħdet; u

(e) 

iwieġeb lil min ikun għamel l-ilment.

Artikolu 63

Reġistri u dokumentazzjoni

1.  
Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jżomm reġistri dwar kull persuna li tkun involuta fil-proċess tal-akkreditament. Dawk ir-reġistri għandhom jinkludu reġistri marbutin mal-kwalifiki, mat-taħriġ, mal-esperjenza, mal-imparzjalità u mal-kompetenza rilevanti meħtieġa biex tintwera l-konformità ma' dan ir-Regolament.
2.  
Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jżomm reġistri dwar il-verifikatur skont l-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III, skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 64

Aċċess għall-informazzjoni u kunfidenzjalità

1.  
Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jippubblika l-informazzjoni dwaru u dwar l-attivitajiet ta' akkreditament tiegħu u jaġġornaha b'mod regolari.
2.  
Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jagħmel l-arranġamenti adegwati biex iħares kif xieraq il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jkun kiseb.

Artikolu 65

Evalwazzjoni bejn il-pari

1.  
Il-korpi nazzjonali ta' akkreditament għandhom jissottomettu lilhom infushom għal evalwazzjoni regolari bejn il-pari.

Il-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu jorganizza l-evalwazzjoni bejn il-pari.

2.  

Il-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu jimplimenta kriterji xierqa tal-evalwazzjoni bejn il-pari u proċess effettiv u indipendenti tal-evalwazzjoni bejn il-pari sabiex jivvaluta:

(a) 

jekk il-korp nazzjonali ta' akkreditament li tkun qed issirlu l-evalwazzjoni bejn il-pari jkunx wettaq l-attivitajiet ta' akkreditament skont il-Kapitolu IV jew le;

(b) 

jekk il-korp nazzjonali ta' akkreditament li tkun qed issirlu l-evalwazzjoni bejn il-pari jkunx issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-Kapitolu jew le.

Il-kriterji għandhom jinkludu rekwiżiti ta' kompetenza għall-evalwaturi u għat-timijiet li jwettqu l-evalwazzjonijiet bejn il-pari li jkunu speċifiċi għas-sistema għan-negozjar tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE.

3.  
Il-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu jippubblika r-riżultat tal-evalwazzjoni bejn il-pari ta' korp nazzjonali ta' akkreditament u jibagħtu lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-korpi nazzjonali ta' akkreditament fl-Istati Membri u lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri jew lill-punt ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 70(2).
4.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta korp nazzjonali ta' akkreditament tkun saritlu evalwazzjoni b'suċċess bejn il-pari organizzata mill-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, huwa għandu jiġi eżentat milli ssirlu evalwazzjoni ġdida bejn il-pari wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jekk ikun jista' juri li huwa konformi ma' dan ir-Regolament.

Għal dak il-għan, il-korp nazzjonali ta' akkreditament ikkonċernat għandu jibgħat talba u d-dokumentazzjoni meħtieġa lill-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Il-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu jiddeċiedi jekk ikunux intlaħqu l-kundizzjonijiet biex tingħata eżenzjoni jew le.

L-eżenzjoni għandha tapplika għal perjodu ta' mhux iktar minn tliet snin mid-data meta l-korp nazzjonali ta' akkreditament jiġi mgħarraf bid-deċiżjoni.

5.  
L-awtorità nazzjonali fdata, skont l-Artikolu 55(2), bil-kompiti marbutin maċ-ċertifikazzjoni ta' verifikaturi li jkunu persuni fiżiċi, skont dan ir-Regolament, għandha tilħaq livell ta' kredibbiltà li jkun ekwivalenti għal dak tal-korpi nazzjonali ta' akkreditament li tkun saritilhom evalwazzjoni b'suċċess bejn il-pari.

Għal dak il-għan, eżatt wara li jiddeċiedi li jawtorizza lill-awtorità nazzjonali twettaq iċ-ċertifikazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat il-provi ddokumentati rilevanti kollha lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. L-ebda awtorità nazzjonali ma għandha tiċċertifika lill-verifikaturi għall-finijiet ta' dan ir-Regolament qabel ma l-Istat Membru kkonċernat ikun ipprovda dawk il-provi ddokumentati.

L-Istat Membru kkonċernat għandu janalizza l-funzjonament tal-awtorità nazzjonali b'mod regolari sabiex jiżgura li din tkompli tilħaq il-livell ta' kredibbiltà msemmi qabel u għandu javża lill-Kummissjoni b'dan.

Artikolu 66

Azzjoni korrettiva

1.  
L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw lill-korpi nazzjonali ta' akkreditament tagħhom f'intervalli regolari sabiex jiżguraw li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament b'mod kontinwu, filwaqt li jqisu r-riżultati tal-evalwazzjoni bejn il-pari mwettqa skont l-Artikolu 65.
2.  
Meta korp nazzjonali ta' akkreditament ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti jew jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu kif stabbilit f'dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-azzjoni korrettiva x-xierqa jew jiżgura li tittieħed it-tali azzjoni korrettiva u għandu javża lill-Kummissjoni b'dan.

Artikolu 67

Rikonoxximent reċiproku tal-verifikaturi

1.  
L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-ekwivalenza tas-servizzi li jagħtu l-korpi nazzjonali ta' akkreditament li tkun saritilhom evalwazzjoni b'suċċess bejn il-pari. L-Istati Membri għandhom jaċċettaw iċ-ċertifikati tal-akkreditament tal-verifikaturi akkreditati minn dawk il-korpi nazzjonali ta' akkreditament u jħarsu d-dritt tagħhom li jwettqu l-verifiki fil-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament tagħhom.
2.  
Meta korp nazzjonali ta' akkreditament ma jkunx sarlu l-proċess sħiħ tal-evalwazzjoni bejn il-pari, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw iċ-ċertifikati tal-akkreditament tal-verifikaturi akkreditati minn dak il-korp nazzjonali ta' akkreditament jekk il-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 ikun beda evalwazzjoni bejn il-pari għal dak il-korp u ma jkun identifika l-ebda nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament min-naħa tiegħu.
3.  
Meta awtorità nazzjonali msemmija fl-Artikolu 55(2) twettaq iċ-ċertifikazzjoni tal-verifikaturi, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw iċ-ċertifikat li toħroġ it-tali awtorità u jħarsu d-dritt tal-verifikaturi ċċertifikati li jwettqu l-verifiki fil-kamp ta' applikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tagħhom.

Artikolu 68

Monitoraġġ tas-servizzi mogħtija

Meta waqt spezzjoni mwettqa skont l-Artikolu 31(4) tad-Direttiva 2006/123/KE, Stat Membru jkun stabbilixxa li verifikatur ma jkunx qed jikkonforma ma' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti jew il-korp nazzjonali ta' akkreditament ta' dak l-Istat Membru għandhom javżaw lill-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkun akkredita lill-verifikatur b'dan.

Il-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkun akkredita lill-verifikatur għandu jqis il-komunikazzjoni ta' dik l-informazzjoni bħala lment skont it-tifsira tal-Artikolu 62 u għandu jieħu azzjoni xierqa dwarha u jwieġeb lill-awtorità kompetenti jew lill-korp nazzjonali ta' akkreditament dwarha skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 73(2).

▼M2

Artikolu 69

Skambju elettroniku tad-data u użu ta’ sistemi awtomatizzati

1.  
L-Istati Membri jistgħu jobbligaw lill-verifikaturi jużaw mudelli elettroniċi jew formati speċifiċi tal-fajls għar-rapporti ta’ verifika f’konformità mal-Artikolu 74(1) jew l-Artikolu 75u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331.
2.  
Għal tipi ta’ komunikazzjoni oħrajn bejn l-operatur, l-operatur tal-inġenji tal-ajru, l-entità regolata, il-verifikatur, l-awtorità kompetenti u l-korp nazzjonali ta’ akkreditament jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mudelli elettroniċi standardizzati jew speċifikazzjonijiet dwar il-formati tal-fajls f’konformità mal-Artikolu 74(2) jew mal-Artikolu 75u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.

▼B

KAPITOLU VI

SKAMBJU TAL-INFORMAZZJONI

Artikolu 70

Skambju tal-informazzjoni u punti ta' kuntatt

1.  
L-Istat Membru għandu jistabbilixxi skambju effettiv tal-informazzjoni x-xierqa u kooperazzjoni effettiva bejn il-korp nazzjonali ta' akkreditament tiegħu jew, meta dan ikun applikabbli, bejn l-awtorità nazzjonali fdata biċ-ċertifikazzjoni tal-verifikaturi u l-awtorità kompetenti.
2.  
Meta fi Stat Membru partikulari jkun hemm iktar minn awtorità kompetenti waħda maħtura skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE, dak l-Istat Membru għandu jawtorizza lil waħda minnhom biex isservi ta' punt ta' kuntatt għall-iskambju tal-informazzjoni, għall-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għall-attivitajiet imsemmijin f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 71

Programm ta' ħidma marbut mal-akkreditament u rapport dwar il-ġestjoni

1.  

Sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru programm ta' ħidma marbut mal-akkreditament li jkun fih il-lista tal-verifikaturi li jkun akkredita li jkunu avżawh, skont l-Artikolu 77, li beħsiebhom iwettqu verifiki f'dawk l-Istati Membri. Il-programm ta' ħidma marbut mal-akkreditament għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull verifikatur:

▼M2

(a) 

il-ħin u l-post previsti għall-verifika, fosthom jekk tkunx se titwettaq żjara fiżika jew virtwali fuq il-post;

▼B

(b) 

informazzjoni dwar l-attivitajiet li l-korp nazzjonali ta' akkreditament ikun ippjana għal dak il-verifikatur, b'mod partikulari dawk ta' sorveljanza u ta' valutazzjoni mill-ġdid;

(c) 

id-dati tal-awditi ta' osservazzjoni previsti li korp nazzjonali ta' akkreditament irid iwettaq biex jivvaluta lill-verifikatur, fosthom l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-operaturi jew tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li tkun se ssirilhom żjara waqt l-awditu ta' osservazzjoni;

(d) 

informazzjoni dwar jekk il-korp nazzjonali ta' akkreditament ikunx talab lill-korp nazzjonali ta' akkreditament tal-Istat Membru li fih il-verifikatur ikun qed iwettaq il-verifika biex iwettaq attivitajiet ta' sorveljanza jew le.

F'każ li tinbidel l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jibgħat programm ta' ħidma aġġornat lill-awtorità kompetenti.

2.  
Wara li jintbagħat il-programm ta' ħidma marbut mal-akkreditament skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tgħaddi l-informazzjoni rilevanti kollha lill-korp nazzjonali ta' akkreditament, fosthom il-leġiżlazzjoni u l-linji gwida nazzjonali rilevanti.
3.  

Sal-1 ta' Ġunju ta' kull sena, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti rapport dwar il-ġestjoni. Ir-rapport dwar il-ġestjoni għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull verifikatur li dak il-korp ikun akkredita:

(a) 

id-dettalji tal-akkreditament tal-verifikaturi li jkunu ġew akkreditati għall-ewwel darba minn dak il-korp nazzjonali ta' akkreditament, fosthom il-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament tagħhom;

(b) 

kull tibdil fil-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament ta' dawn il-verifikaturi;

(c) 

sommarju tar-riżultati tal-attivitajiet ta' sorveljanza u ta' valutazzjoni mill-ġdid li l-korp nazzjonali ta' akkreditament ikun wettaq;

(d) 

sommarju tar-riżultati tal-valutazzjonijiet straordinarji li jkunu saru, fosthom ir-raġunijiet għalfejn ikunu nbdew it-tali valutazzjonijiet straordinarji;

(e) 

kull ilment li jkun sar kontra l-verifikatur minn meta jkun inħareġ l-aħħar rapport dwar il-ġestjoni 'l hawn u l-azzjonijiet li l-korp nazzjonali ta' akkreditament ikun ħa b'rabta ma' dan;

(f) 

id-dettalji dwar l-azzjonijiet li l-korp nazzjonali ta' akkreditament ikun ħa bi tweġiba għall-informazzjoni li l-awtorità kompetenti tkun bagħtitlu, sakemm huwa ma jkunx qies dik l-informazzjoni bħala lment skont it-tifsira tal-Artikolu 62.

Artikolu 72

Skambju tal-informazzjoni dwar il-miżuri amministrattivi

Jekk il-korp nazzjonali ta' akkreditament ikun impona miżuri amministrattivi fuq il-verifikatur skont l-Artikolu 54 jew jekk tkun intemmet is-sospensjoni tal-akkreditament jew deċiżjoni f'appell tkun reġġgħet lura d-deċiżjoni ta' korp nazzjonali ta' akkreditament li jimponi l-miżuri amministrattivi msemmijin fl-Artikolu 54, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu javża lill-partijiet li ġejjin b'dan:

(a) 

lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-verifikatur ikun akkreditat;

(b) 

lill-awtorità kompetenti u lill-korp nazzjonali ta' akkreditament ta' kull Stat Membru fejn il-verifikatur ikun qed iwettaq il-verifiki.

Artikolu 73

Skambju tal-informazzjoni min-naħa tal-awtorità kompetenti

1.  

Kull sena, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-verifikatur ikun qed iwettaq il-verifika għandha tibgħat tal-inqas l-affarijiet li ġejjin lill-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkun akkredita lil dak il-verifikatur:

(a) 

ir-riżultati rilevanti tal-verifika tar-rapport tal-operatur u tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u tar-rapporti ta' verifika, b'mod partikulari kull nuqqas ta' konformità ta' dak il-verifikatur ma' dan ir-Regolament li jkun ġie identifikat;

(b) 

ir-riżultati tal-ispezzjoni tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru meta dawk ir-riżultati jkunu rilevanti għall-korp nazzjonali ta' akkreditament b'rabta mal-akkreditament u mas-sorveljanza tal-verifikatur jew meta dawk ir-riżultati jkunu jinkludu xi nuqqas ta' konformità ta' dak il-verifikatur ma' dan ir-Regolament li jkun ġie identifikat;

(c) 

ir-riżultati tal-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni interna tal-verifika ta' dak il-verifikatur meta hija tkun evalwat it-tali dokumentazzjoni interna skont l-Artikolu 26(3);

(d) 

l-ilmenti li hija tkun irċeviet dwar il-verifikatur.

2.  
Meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 turi li l-awtorità kompetenti identifikat nuqqas ta' konformità tal-verifikatur ma' dan ir-Regolament, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jqis il-komunikazzjoni ta' dik l-informazzjoni bħala lment min-naħa tal-awtorità kompetenti dwar dak il-verifikatur skont it-tifsira tal-Artikolu 62.

Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jieħu l-azzjonijiet ix-xierqa biex jittratta t-tali informazzjoni u għandu jwieġeb lill-awtorità kompetenti fi żmien raġonevoli iżda mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta jirċievi dik l-informazzjoni. Fit-tweġiba tiegħu, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti bl-azzjonijiet li jkun ħa u, meta dan ikun rilevanti, bil-miżuri amministrattivi li jkun impona fuq il-verifikatur.

Artikolu 74

Skambju tal-informazzjoni dwar is-sorveljanza

1.  
Meta l-korp nazzjonali ta' akkreditament tal-Istat Membru li fih verifikatur ikun qed iwettaq verifika jkun intalab iwettaq attivitajiet ta' sorveljanza skont l-Artikolu 50(5), dak il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jibgħat is-sejbiet tiegħu lill-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkun akkredita lill-verifikatur, sakemm iż-żewġ korpi nazzjonali ta' akkreditament ma jkunux ftehmu mod ieħor bejniethom.
2.  
Il-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkun akkredita lill-verifikatur għandu jqis is-sejbiet imsemmijin fil-paragrafu 1 meta jkun qed jivvaluta jekk il-verifikatur jissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew le.
3.  

Meta s-sejbiet imsemmijin fil-paragrafu 1 juru li l-verifikatur ma jkunx qed jikkonforma ma' dan ir-Regolament, il-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkun akkredita lill-verifikatur għandu jieħu l-azzjonijiet ix-xierqa skont dan ir-Regolament u għandu javża lill-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkun wettaq l-attivitajiet ta' sorveljanza bl-affarijiet li ġejjin:

(a) 

b'liema azzjonijiet ikun ħa;

(b) 

b'kif il-verifikatur ikun solva s-sejbiet, meta dan ikun xieraq;

(c) 

b'liema miżuri amministrattivi jkunu ġew imposti fuq il-verifikatur, meta dan ikun rilevanti.

Artikolu 75

Skambju tal-informazzjoni mal-Istat Membru fejn il-verifikatur ikun stabbilit

Meta verifikatur ikun ġie akkreditat minn korp nazzjonali ta' akkreditament ta' Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru li fih ikun stabbilit, il-programm ta' ħidma marbut mal-akkreditament u r-rapport dwar il-ġestjoni msemmijin fl-Artikolu 71 u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 72 għandhom jintbagħtu wkoll lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-verifikatur ikun stabbilit.

Artikolu 76

Bażijiet tad-data tal-verifikaturi akkreditati

▼M2

1.  
Il-korpi nazzjonali ta’ akkreditament, jew meta dan ikun applikabbli, l-awtoritajiet nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 55(2), għandhom jistabbilixxu u jamministraw bażi tad-data u jippermettu lil korpi nazzjonali ta’ akkreditament oħrajn, lil awtoritajiet nazzjonali oħrajn, lill-verifikaturi, lill-operaturi, lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, lill-entitajiet regolati u lill-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għaliha.

Il-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu jiffaċilita u jarmonizza l-aċċess għall-bażijiet tad-data sabiex ikun jista’ jkun hemm komunikazzjoni effiċjenti u kosteffettiva bejn il-korpi nazzjonali ta’ akkreditament, l-awtoritajiet nazzjonali, il-verifikaturi, l-operaturi, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-entitajiet regolati u l-awtoritajiet kompetenti, u jista’ jgħaqqad dawk il-bażijiet tad-data f’bażi tad-data waħda ċċentralizzata.

▼B

2.  

Il-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem u l-indirizz ta' kull verifikatur akkreditat minn dak il-korp nazzjonali ta' akkreditament;

(b) 

l-Istati Membri li fihom il-verifikatur ikun qed iwettaq il-verifiki;

(c) 

il-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament ta' kull verifikatur;

(d) 

id-data meta ngħata l-akkreditament u d-data meta dan jiskadi;

(e) 

l-informazzjoni kollha dwar il-miżuri amministrattivi li jkunu ġew imposti fuq il-verifikatur.

L-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 77

Notifika min-naħa tal-verifikaturi

1.  

Sabiex il-korp nazzjonali ta' akkreditament ikun jista' jabbozza l-programm ta' ħidma marbut mal-akkreditament u r-rapport dwar il-ġestjoni msemmijin fl-Artikolu 71, sal-15 ta' Novembru ta' kull sena, verifikatur għandu jibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkun akkreditah:

▼M2

(a) 

il-ħin u l-post ippjanati tal-verifiki li huwa għandu jwettaq, inkluż jekk tkunx se titwettaq żjara fiżika jew virtwali fuq il-post;

(b) 

l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operaturi jew tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li r-rapporti dwar l-emissjonijiet, ir-rapporti dwar id-data ta’ referenza, ir-rapporti dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew ir-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività tagħhom huwa jkun qed jivverifika;

▼B

(c) 

l-ismijiet tal-membri tat-tim tal-verifika u l-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament li fih tidħol l-attività tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru.

2.  
F'każ li tinbidel l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-verifikatur għandu jgħarraf lill-korp nazzjonali ta' akkreditament b'dak it-tibdil f'perjodu taż-żmien miftiehem miegħu.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 78

Tħassir tar-Regolament (UE) Nru 600/2012 u dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  
Ir-Regolament (UE) Nru 600/2012 jitħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont liema minnhom tiġi l-aħħar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni mogħtija fl-Anness IV.

2.  
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 600/2012 għandhom jibqgħu japplikaw għall-verifika tal-emissjonijiet u, meta dan ikun applikabbli, għad-data dwar l-attività ta' qabel l-1 ta' Jannar 2019.

Artikolu 79

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019 jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont liema minnhom tiġi l-aħħar.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament tal-verifikaturi

▼M2

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni tal-verifikaturi għandu jiġi indikat fiċ-ċertifikat tal-akkreditazzjoni billi jintużaw il-gruppi ta’ attivitajiet li ġejjin skont l-Annessi I u l-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE u ta’ attivitajiet oħra skont l-Artikoli 10a u 24 tad-Direttiva 2003/87/KE. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw bl-istess mod għall-verifikaturi ċċertifikati minn awtorità nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 55(2) ta’ dan ir-Regolament.

▼B



Numru tal-grupp ta' attività

Kampijiet ta' applikazzjoni tal-akkreditament

1a

Il-kombustjoni tal-fjuwils fl-istallazzjonijiet li fihom jintużaw il-fjuwils kummerċjali standard kif iddefinit fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 biss jew fl-istallazzjonijiet tal-kategorija A jew B li fihom jintuża l-gass naturali

1b

Il-kombustjoni tal-fjuwils fl-istallazzjonijiet, mingħajr restrizzjonijiet

▼M2

1c

Verifika tal-emissjonijiet koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE

▼M2

2

Raffinar taż-żejt

3

— Produzzjoni tal-kokk

— Xiwi jew sinterizzazzjoni ta’ minerali tal-metall (inkluż il-minerali tas-sulfur), inkluż il-pelitizzazzjoni

— Produzzjoni tal-ħadid jew tal-azzar (fużjoni primarja jew sekondarja), inkluż l-ikkastjar kontinwu

▼B

4

— Il-produzzjoni jew l-ipproċessar ta' metalli tal-ħadid (inklużi l-ligi tal-ħadid)

— Il-produzzjoni tal-aluminju sekondarju

— Il-produzzjoni jew l-ipproċessar ta' metalli mhux tal-ħadid, inkluża l-produzzjoni tal-ligi

▼M2

5

Produzzjoni tal-aluminju primarju jew tal-alumina (emissjonijiet tas-CO2 u tal-PFC)

▼B

6

— Il-produzzjoni tal-gagazza

— Il-produzzjoni tal-ġir jew il-kalċinazzjoni tad-dolomit jew tal-manjeżit

— Il-manifattura tal-ħġieġ inkluża l-fibra tal-ħġieġ

— Il-manifattura tal-prodotti taċ-ċeramika permezz tan-nar

— Il-manifattura ta' materjal ta' iżolament tas-suf minerali

— It-tnixxif jew il-kalċinazzjoni tal-ġipsum jew il-produzzjoni ta' folji tal-materjal tal-kisi u ta' prodotti oħrajn tal-ġipsum

7

— Il-produzzjoni tal-polpa mill-injam jew minn materjali fibrużi oħrajn

— Il-produzzjoni tal-karta jew tal-kartun

▼M2

8

— Produzzjoni ta’ iswed tal-karbonju

— Produzzjoni tal-ammonijaka

— Produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar permezz tal-ikkrekkjar, tal-iffurmar mill-ġdid, tal-ossidazzjoni parzjali jew sħiħa jew permezz ta’ proċessi simili

— Produzzjoni tal-idroġenu (H2) u tal-gass ta’ sinteżi

— Produzzjoni tal-karbonat tas-sodju (Na2CO3) u tal-bikarbonat tas-sodju (NaHCO3)

▼B

9

— Il-produzzjoni tal-aċidu nitriku (emissjonijiet tas-CO2 u tan-N2O)

— Il-produzzjoni tal-aċidu adipiku (emissjonijiet tas-CO2 u tan-N2O)

— Il-produzzjoni tal-gliossal u tal-aċidu gliossiliku (emissjonijiet tas-CO2 u tan-N2O)

▼M2

10

— Ġbir tal-gassijiet serra minn installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE għall-fini tat-trasport u tal-ħżin ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE

— Trasport ta’ gassijiet serra għall-ħżin ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE, bl-esklużjoni ta’ dawk l-emissjonijiet koperti minn attività oħra elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE

▼B

11

Il-ħżin ġeoloġiku tal-gassijiet serra f'sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE

▼M2

12

Attivitajiet tal-avjazzjoni (data dwar l-emissjonijiet)

▼B

98

Attivitajiet oħrajn skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

99

Attivitajiet oħrajn li Stat Membru jinkludi skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE, li jridu jiġu speċifikati fid-dettall fiċ-ċertifikat tal-akkreditament




ANNESS II

Rekwiżiti għall-verifikaturi

L-istandard armonizzat dwar ir-rekwiżiti għall-korpi tal-validazzjoni u tal-verifika tal-gassijiet serra li jintużaw fl-akkreditament jew f'forom oħrajn ta' rikonoxximent previst fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti għall-verifikaturi. Barra minn hekk, għandhom japplikaw ukoll il-proċeduri, il-proċessi u l-arranġamenti li ġejjin imsemmijin fl-Artikolu 41(1):

(a) 

proċess u politika għall-komunikazzjoni mal-operatur jew mal-operatur tal-inġenji tal-ajru u ma' partijiet rilevanti oħrajn;

(b) 

arranġamenti adegwati biex titħares il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba;

(c) 

proċess biex jiġu ttrattati l-appelli;

(d) 

proċess biex jiġu ttrattati l-ilmenti (fosthom skeda taż-żmien indikattiva);

▼M2

(e) 

proċess għall-ħruġ ta’ rapport rivedut ta’ verifika meta jkun ġie identifikat żball fir-rapport ta’ verifika, fir-rapport ta’ operatur jew fir-rapport ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru, jew fir-rapport ta’ entità regolata, wara li l-verifikatur ikun bagħat ir-rapport ta’ verifika lill-operatur, lill-operatur tal-inġenji tal-ajru jew lill-entità regolata biex jintbagħat lill-awtorità kompetenti;

▼B

(f) 

proċedura jew proċess għall-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet ta' verifika lil organizzazzjonijiet oħrajn;

▼M1

(g) 

proċedura jew proċess biex jiġi żgurat li l-verifikatur jieħu responsabbiltà sħiħa għall-attivitajiet ta’ verifika mwettqa minn individwi kkuntrattati;

(h) 

proċessi li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ ġestjoni kif imsemmi fl-Artikolu 41(2), inkluż:

i. 

proċessi għall-analiżi tas-sistema ta’ ġestjoni mill-inqas darba fis-sena, u mhux aktar minn 15-il xahar bejn analiżi u oħra tal-ġestjoni;

ii. 

proċessi għat-twettiq ta’ awditi interni mill-inqas darba fis-sena, u mhux aktar minn 15-il xahar bejn żewġ awditi interni;

iii. 

proċessi għall-identifikazzjoni u l-ġestjoni tan-nuqqasijiet ta’ konformità fl-attivitajiet tal-verifikatur u għat-teħid ta’ azzjoni korrettiva biex jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet ta’ konformità;

iv. 

proċessi għall-identifikazzjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet fl-attivitajiet tal-verifikatur u għat-teħid ta’ azzjonijiet preventivi biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun dawk ir-riskji;

v. 

proċessi għall-kontroll ta’ informazzjoni dokumentata.

▼B




ANNESS III

Rekwiżiti minimi tal-proċess tal-akkreditament u rekwiżiti għall-korpi tal-akkreditament

L-istandard armonizzat dwar ir-rekwiżiti ġenerali għall-korpi tal-akkreditament li jakkreditaw il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità previst fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti minimi għall-akkreditament u mar-rekwiżiti għall-korpi tal-akkreditament.




ANNESS IV

Tabella ta' korrelazzjoni



Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012

Dan ir-Regolament

L-Artikoli 1 sa 31

L-Artikoli 1 sa 31

L-Artikolu 32

L-Artikoli 32 sa 78

L-Artikoli 33 sa 79

L-Annessi I sa III

L-Annessi I sa III

L-Anness IV



( 1 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività (ĠU L 282, 4.11.2019, p. 20).

( 2 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/331/oj).

( 3 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni (ĠU L 177, 2.7.2019, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1122/oj).

Top