This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document b1b67eeb-1d24-11ef-a251-01aa75ed71a1
Commission Delegated Regulation (EU) 2023/2867 of 5 October 2023 supplementing Regulation (EU) 2019/631 of the European Parliament and of the Council by setting out the guiding principles and criteria for defining the procedures for the verification of the CO2 emissions and fuel consumption values of passenger cars and light commercial vehicles in-service (in-service verification) (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2867 tal-5 ta’ Ottubru 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-prinċipji ta’ gwida u l-kriterji biex jiġu definiti l-proċeduri għall-verifika tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief fis-servizz (verifika waqt is-servizz) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2867 tal-5 ta’ Ottubru 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-prinċipji ta’ gwida u l-kriterji biex jiġu definiti l-proċeduri għall-verifika tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief fis-servizz (verifika waqt is-servizz) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02023R2867 — MT — 26.05.2024 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2867 tal-5 ta’ Ottubru 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-prinċipji ta’ gwida u l-kriterji biex jiġu definiti l-proċeduri għall-verifika tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief fis-servizz (verifika waqt is-servizz) (ĠU L 2867 18.12.2023, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1294 tal-1 ta’ Marzu 2024 |
L 1294 |
1 |
6.5.2024 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2867
tal-5 ta’ Ottubru 2023
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-prinċipji ta’ gwida u l-kriterji biex jiġu definiti l-proċeduri għall-verifika tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief fis-servizz (verifika waqt is-servizz)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament ma japplikax għal dawn li ġejjin:
vetturi eżenti mill-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2;
manifatturi li, flimkien mal-impriżi kollha assoċjati magħhom, kienu responsabbli għal inqas minn 1 000 karozza tal-passiġġieri ġdida jew għal inqas minn 1 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida li ġew irreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja sentejn qabel is-sena kalendarja li fiha, f’konformità mal-Artikolu 3(1), jintgħażlu l-familji ta’ verifika waqt is-servizz.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 ( 1 ) u fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/631.
Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
“awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip” tfisser l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tat l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) jew, fejn applikabbli, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
it-terminu “familja ta’ verifika waqt is-servizz” ifisser il-vetturi M1 jew N1 kollha, li għalihom awtorità waħda tal-approvazzjoni tat-tip tat l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jew, fejn applikabbli, mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 abbażi tal-istess test tat-Tip 1 kif stabbilit fl-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 għal “vehicle high” jew “vehicle low”;
it-terminu “familja tat-tagħbija fit-triq” ifisser familja tat-tagħbija fit-triq jew familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq kif jiddefinixxu l-paragrafi 6.3.3. u 6.3.4. tar-Regolament Nru 154 tan-NU; fil-każ ta’ vetturi N1 b’approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009, familja tat-tagħbija fit-triq tikkonsisti mill-vetturi kollha tal-familja ta’ verifika waqt is-servizz ikkonċernata;
it-terminu “strateġiji artifiċjali” ifisser strateġiji abbord jew relatati mal-vetturi inklużi fil-kampjun li jtejbu artifiċjalment ir-rendiment tal-vettura fit-testijiet imwettqa għall-fini tal-approvazzjoni tat-tip.
Artikolu 3
Għażla tal-familji ta’ verifika waqt is-servizz
Kull sena, kull awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tagħżel kampjun ta’ familji ta’ verifika waqt is-servizz li għalihom tkun ħarġet approvazzjonijiet tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet. L-għażla għandha tinkludi mill-inqas familja waħda ta’ verifika waqt is-servizz għal kull manifattur li għaliha, fit-3 snin kalendarji ta’ qabel il-verifika waqt is-servizz, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tkun ħarġet approvazzjonijiet tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet.
Artikolu 4
Testijiet ta’ verifika waqt is-servizz
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tivverifika li l-valuri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil irreġistrati fiċ-ċertifikati ta’ konformità tal-vetturi magħżula f’konformità mal-paragrafu 1, jikkorrispondu għall-emissjonijiet tas-CO2 u għall-konsum tal-fjuwil tal-vetturi fis-servizz, u tivverifika wkoll jekk humiex preżenti strateġiji artifiċjali, permezz ta’ kwalunkwe wieħed mit-testijiet li ġejjin:
għal għadd ta’ vetturi ddeterminati abbażi ta’ metodu ta’ evalwazzjoni statistika: testijiet tax-xażi dinamometriku f’konformità mal-Anness B6 u mal-Anness B8 tar-Regolament Nru 154 tan-NU;
għal għadd ta’ vetturi ddeterminati abbażi ta’ metodu ta’ evalwazzjoni statistika u li jappartjenu għal familja waħda tat-tagħbija fit-triq: testijiet tat-tagħbija fit-triq f’konformità mal-Anness B4 tar-Regolament Nru 154 tan-NU;
għal għadd xieraq ta’ vetturi: testijiet dedikata bl-użu ta’ metodi ta’ ttestjar virtwali jew fiżiċi.
Artikolu 5
Dokumentazzjoni, dmir li tinforma u konklużjoni tal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip
Artikolu 6
Finanzjament tal-verifiki waqt is-servizz
L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li jkun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli biex ikopru l-kostijiet tal-verifika waqt is-servizz. Dawk il-kostijiet għandhom jiġu rkuprati minn tariffi li jistgħu jiġu imposti fuq il-manifattur mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. It-tariffi għandhom ikopru l-istadji tal-verifika waqt is-servizz meħtieġa sabiex l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tasal għal konklużjoni kif imsemmi fl-Artikolu 5(2).
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1).
( 4 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/163 tas-7 ta’ Frar 2022 li jistabbilixxi r-regoli dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti funzjonali għas-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi, ta’ sistemi, ta’ komponenti u ta’ unitajiet tekniċi separati (ĠU L 27, 8.2.2022, p. 1).