Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document a837727d-d876-11ed-a05c-01aa75ed71a1

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/866 tal-14 ta' Mejju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Konferenza annwali tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Merluzz tal-Alaska fiż-żona ċentrali tal-Baħar ta’ Bering, u li tħassar id-Deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, f’dik il-konferenza annwali

02019D0866 — MT — 28.05.2019 — 000.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/866

tal-14 ta' Mejju 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Konferenza annwali tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Merluzz tal-Alaska fiż-żona ċentrali tal-Baħar ta’ Bering, u li tħassar id-Deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, f’dik il-konferenza annwali

▼B

(ĠU L 140 28.5.2019, p. 66)


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 071, 9.3.2023, p.  44 ((UE) 2019/866)




▼B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/866

tal-14 ta' Mejju 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Konferenza annwali tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Merluzz tal-Alaska fiż-żona ċentrali tal-Baħar ta’ Bering, u li tħassar id-Deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, f’dik il-konferenza annwali

▼B



Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-laqgħat tal-Konferenza annwali tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar ►C1  il-Baħar ta' Bering ◄ hija stabbilita fl-Anness I.

Artikolu 2

L-ispeċifikazzjoni minn sena għal sena tal-pożizzjoni tal-Unjoni li għandha tittieħed fil-laqgħat tal-Konferenza annwali tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar ►C1  il-Baħar ta' Bering ◄ għandha titwettaq f'konformità mal-Anness II.

Artikolu 3

Il-pożizzjoni tal-Unjoni stabbilita fl-Anness I għandha tiġi vvalutata u, fejn xieraq, riveduta mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni, l-aktar tard, għall-Konferenza annwali tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar ►C1  il-Baħar ta' Bering ◄ fl-2024.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Konferenza annwali tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riżorsi ►C1  tal-Merluzz tal-Alaska fiż-żona ċentrali tal-Baħar ta' Bering ◄ , u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Lulju 2012 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riżorsi ►C1  tal-Merluzz tal-Alaska fiż-żona ċentrali tal-Baħar ta' Bering ◄ hija b'dan imħassra.

Artikolu 5

1.  
Fil-każ tal-adeżjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni dwar ►C1  il-Baħar ta' Bering ◄ , il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-laqgħat tal-Konferenza annwali tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar ►C1  il-Baħar ta' Bering ◄ .
2.  
Sakemm isseħħ dik l-adeżjoni, il-Polonja għandha tesprimi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-laqgħat tal-Konferenza annwali tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar ►C1  il-Baħar ta' Bering ◄ .
3.  
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.




ANNESS I

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Konferenza annwali tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar ►C1  il-Baħar ta' Bering ◄

1.   PRINĊIPJI

Fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar ►C1  il-Baħar ta' Bering ◄ , l-Unjoni għandha:

(a) 

taġixxi f'konformità mal-objettivi u l-prinċipji tal-Unjoni fi ħdan il-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), b'mod partikolari permezz tal-approċċ prekawzjonarju u l-miri relatati mar-rendiment massimu sostenibbli kif stipulat fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, biex tkun promossa l-implimentazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd, biex jiġu evitati jew jitnaqqsu kemm jista' jkun qabdiet mhux mixtieqa, u jiġi eliminat gradwalment il-qbid skartat, u biex jiġi minimizzat l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar u l-ħabitats tagħhom, kif ukoll, permezz tal-promozzjoni ta' sajd ekonomikament vijabbli u kompetittiv tal-Unjoni, biex ikun provdut livell tal-għajxien ġust għal dawk li jiddependu minn attivitajiet relatati mas-sajd u jitqiesu l-interessi tal-konsumaturi;

(b) 

tiżgura li l-miżuri adottati fi ħdan il-Konferenza annwali tal-Partijiet jikkonformaq mal-Konvenzjoni dwar ►C1  il-Baħar ta' Bering ◄ ;

(c) 

tiżgura li l-miżuri adottati fi ħdan il-Konferenza annwali tal-Partijiet huma konsistenti mad-dritt internazzjonali, u partikolarment mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Dritt tal-Baħar tal-1982, mal-Ftehim tan-NU relatat mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokkijiet ta' Ħut Transżonali u Stokkijiet ta' Ħut li Jpassi Ħafna tal-1995 u mal-Ftehim li jippromwovi l-konformità mal-miżuri internazzjonali ta' konservazzjoni u ġestjoni mill-bastimenti tas-sajd fl-ibħra miftuħa tal-1993 u l-Ftehim dwar il-Miżuri tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u tal-Agrikoltura tal-Istat tal-Port tal-2009;

(d) 

tippromwovi pożizzjonijiet konsistenti mal-aħjar prattiki tal-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd (RFMOs) fl-istess żona;

(e) 

tfittex il-konsistenza u s-sinerġija mal-politika li l-Unjoni qed issegwi bħala parti mir-relazzjonijiet bilaterali tas-sajd tagħha ma' pajjiżi terzi, u tiżgura l-koerenza mal-politiki l-oħrajn tagħha b'mod partikolari fl-oqsma tar-relazzjonijiet esterni, l-impjiegi, l-ambjent, il-kummerċ, l-iżvilupp, ir-riċerka u l-innovazzjoni;

(f) 

tiżgura li l-impenji internazzjonali tal-Unjoni jiġu rispettati;

(g) 

tkun konformi mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2012 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dimensjoni esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd ( 1 );

(h) 

timmira li toħloq kundizzjonijiet ekwi għall-flotta tal-Unjoni fi ħdan iż-żona tal-Konvenzjoni dwar ►C1  il-Baħar ta' Bering ◄ abbażi tal-istess prinċipji u standards bħal dawk applikabbli skont id-dritt tal-Unjoni, u li tippromwovi l-implimentazzjoni uniformi ta' dawk il-prinċipji u l-istandards;

(i) 

tkun konformi mal-konklużjonijiet tal-Kunsill ( 2 ) dwar il-komunikazzjoni Konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea dwar Il-governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna ( 3 ) u tippromwovi miżuri biex jappoġġaw u jtejbu l-effettività tal-Konferenza annwali tal-Partijiet u, fejn rilevanti, itejbu l-governanza u l-prestazzjoni tagħha (b'mod partikolari fir-rigward tax-xjenza, il-konformità, it-trasparenza u t-teħid ta' deċiżjonijiet) bħala kontribut għall-ġestjoni sostenibbli tal-oċeani fid-dimensjonijiet kollha tagħha;

(j) 

tippromwovi l-koordinazzjoni bejn l-RFMOs u l-konvenzjonijiet reġjonali tal-baħar (RSCs) u l-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet globali, kif applikabbli skont il-mandati tagħhom;

(k) 

tippromwovi l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni fost l-RFMOs mhux tat-tonn simili għall-hekk imsejjaħ proċess Kobe għall-RFMOs tat-tonn.

2.   ORJENTAZZJONIJIET

L-Unjoni għandha, fejn xieraq, tagħmel ħilitha sabiex tappoġġa l-adozzjoni mill-Konferenza annwali tal-Partijiet tal-azzjonijiet li ġejjin:

(a) 

miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tal-Ftehim abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, inkluż il-livell ta' qbid permissibbli (AHL) u l-kwoti nazzjonali individwali, jew ir-regolazzjoni tal-isforz għal riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin li huma rregolati mill-Konferenza annwali tal-Partijiet, inkluż il-bidla tal-Anness għall-Konvenzjoni dwar ►C1  il-Baħar ta' Bering ◄ , li jistgħu jwasslu għal, jew iżommu, ir-rata tal-isfruttament għar-rendiment sostenibbli massimu sa mhux iktar tard mill-2020. Fejn meħtieġ, dawk il-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni għandhom jinkludu miżuri speċifiċi għall-istokkijiet li huma soġġetti għal sajd żejjed biex l-isforz tas-sajd jinżamm konformi mal-opportunitajiet ta' sajd disponibbli;

(b) 

miżuri biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw attivitajiet tas-sajd illegali, mhux irrappurtati u mhux irregolati (IUU) fiż-żona tal-Konvenzjoni dwar ►C1  il-Baħar ta' Bering ◄ , inkuż l-elenkar tal-bastimenti IUU;

(c) 

miżuri biex isaħħu l-ġbir ta' data xjentifika dwar is-sajd u li jippromwovu kooperazzjoni aħjar bejn l-industrija u x-xjentisti;

(d) 

miżuri ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza fiż-żona tal-Konvenzjoni sabiex jiġu żgurati l-effiċjenza tal-kontroll u l-konformità mal-miżuri adottati fi ħdan il-Konferenza annwali tal-Partijiet;

(e) 

miżuri biex jimminimizzaw l-impatt negattiv tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-bijodiversità tal-baħar u l-ekosistemi tal-baħar u l-ħabitats tagħhom, inklużi miżuri biex inaqqsu t-tniġġis tal-baħar u jipprevjenu r-rimi ta' plastik fil-baħar u jnaqqsu l-impatt tal-plastik preżenti fil-baħar fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar, miżuri protettivi għal ekosistemi tal-baħar vulnerabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni dwar ►C1  il-Baħar ta' Bering ◄ f'konformità mal-Linji Gwida Internazzjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fil-Fond fl-Ibħra Internazzjonali tal-FAO, u miżuri biex jiġu evitati u jitnaqqsu kemm jista' jkun il-qabdiet mhux mixtieqa, inkluż b'mod partikolari speċijiet tal-baħar vulnerabbli, u biex jiġi eliminat gradwalment il-qbid skartat;

(f) 

miżuri biex inaqqsu l-impatt ta' rkaptu tas-sajd abbandunat, mitluf jew inkella skartat (ALDFG) fl-oċean u biex jiffaċilitaw l-identifikazzjoni u l-irkupru ta' tagħmir bħal dan;

(g) 

miżuri li l-għan tagħhom huwa li jipprojbixxu s-sajd imwettaq biss bl-iskop tal-ġbir ta' xewk tal-klieb il-baħar u, li jirrikjedu li l-klieb il-baħar kollha jitħattew l-art b'kull xewka mwaħħla magħhom b'mod naturali;

(h) 

rakkomandazzjonijiet, fejn xieraq u sal-limitu permess skont id-dokumenti kostitwenti rilevanti, li jħeġġu l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO);

(i) 

approċċi komuni ma' RFMOs oħra, fejn xieraq, b'mod partikolari ma' dawk involuti fil-ġestjoni tas-sajd fl-istess reġjun;

(j) 

miżuri tekniċi addizzjonali abbażi tal-parir mill-korpi sussidjarji u mill-gruppi ta' ħidma tal-Konferenza annwali tal-Partijiet.




ANNESS II

L-ispeċifikazzjoni minn sena għal sena tal-pożizzjoni tal-Unjoni li għandha tittieħed fil-Konferenza annwali tal-Partijiet

Qabel kull laqgħa tal-Konferenza annwali tal-Partijiet, meta dak il-korp jintalab jadotta deċiżjonijiet li għandhom effetti legali fuq l-Unjoni, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-pożizzjoni li għandha tiġi espressa f'isem l-Unjoni tqis l-aħħar informazzjoni xjentifika u informazzjoni oħra rilevanti mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea, f'konformità mal-prinċipji u l-orjentazzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

Għal dan il-għan, u abbażi ta' dik l-informazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat lill-Kunsill, fi żmien suffiċjenti qabel kull laqgħa tal-Konferenza annwali tal-Partijiet, dokument bil-miktub li jistipula d-dettalji tal-ispeċifikazzjoni proposta tal-pożizzjoni tal-Unjoni għad-diskussjoni u l-approvazzjoni tad-dettalji tal-pożizzjoni li għandha tiġi espressa f'isem l-Unjoni.

Jekk waqt laqgħa tal-Konferenza annwali tal-Partijiet, inkluż dik fuq il-post, ma jkunx jista' jintlaħaq qbil, sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tqis l-elementi l-ġodda, il-kwistjoni għandha tkun referuta lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu.



( 1 ) 7087/12 REV 1 ADD 1 COR 1.

( 2 ) 7348/1/17 REV 1 tal-24.3.2017.

( 3 ) JOIN(2016) 49 final tal-10.11.2016.

Top