Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex
Dokument a3cf94d4-fbfa-11ee-a251-01aa75ed71a1
Commission Delegated Regulation (EU) No 150/2013 of 19 December 2012 supplementing Regulation (EU) No 648/2012 of the European Parliament and of the Council on OTC derivatives, central counterparties and trade repositories with regard to regulatory technical standards specifying the details of the application for registration as a trade repository (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Konsolidovaný text: Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02013R0150 — MT — 29.04.2024 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 150/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 052 23.2.2013, p. 25) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/362 tat-13 ta' Diċembru 2018 |
L 81 |
74 |
22.3.2019 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1857 tal-10 ta’ Ġunju 2022 |
L 262 |
41 |
7.10.2022 |
|
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 150/2013
tad-19 ta’ Diċembru 2012
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU 1
REĠISTRAZZJONI
TAQSIMA 1
Ġenerali
Artikolu 1
Identifikazzjoni, status ġuridiku u klassi ta’ derivattivi
L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha b'mod partikolari tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
l-isem korporattiv tal-applikant u l-indirizz legali fl-Unjoni;
silta mir-reġistru kummerċjali jew tal-qorti rilevanti, jew forom oħra ta' xiehda ċertifikata tal-post tal-inkorporazzjoni u l-ambitu tal-attività kummerċjali tal-applikant, valida fid-data tal-applikazzjoni;
informazzjoni dwar il-klassijiet ta' derivattivi li għalihom l-applikant jixtieq ikun irreġistrat;
informazzjoni dwar jekk l-applikant huwiex awtorizzat jew irreġistrat minn awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit, u f'dan il-każ, l-isem tal-awtorità u kwalunkwe numru ta' referenza relatat mal-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni;
l-artikoli tal-inkorporazzjoni tal-applikant u, fejn rilevanti, dokumentazzjoni statutorja oħra li tiddikjara li l-applikant se jwettaq servizzi ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet;
il-minuti mil-laqgħa fejn il-Bord tal-applikant approva l-applikazzjoni;
l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna/i responsabbli għall-konformità, jew kwalunkwe persunal ieħor involut fil-valutazzjonijiet tal-konformità tal-applikant;
il-programm ta' operati, inklużi indikazzjonijiet ta' fejn jinsabu l-attivitajiet operattivi ewlenin;
l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe sussidjarju u, fejn rilevanti, l-istruttura tal-grupp;
kwalunkwe servizz, minbarra l-funzjoni tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, li l-applikant jipprovdi jew għandu l-ħsieb li jipprovdi;
kwalunkwe informazzjoni dwar kwalunkwe proċediment ġudizzjarju, amministrattiv, ta' arbitraġġ jew kwalunkwe proċediment ieħor ta' litigazzjoni pendenti, irrispettivament mit-tip tagħhom, li l-applikant jista' jkun parti għalihom, partikolarment fir-rigward ta' materji fiskali u ta' insolvenza u fejn jistgħu jiġġarrbu kostijiet finanzjarji u ta' reputazzjoni sinifikanti, jew kull proċediment mhux pendenti, li għad jista' jkollu kwalunkwe impatt materjali fuq il-kostijiet tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet
Artikolu 2
Politiki u proċeduri
Meta l-informazzjoni rigward il-politiki u l-proċeduri tiġi pprovduta bħala parti minn applikazzjoni, applikant għandu jiżgura li l-applikazzjoni tinkludi dawn li ġejjin:
indikazzjoni li l-Bord japprova l-politiki, li l-maniġment superjuri japprova l-proċeduri u li l-maniġment superjuri huwa responsabbli għall-implimentazzjoni u l-manutenzjoni tal-politiki u l-proċeduri;
deskrizzjoni ta' kif se tiġi organizzata l-komunikazzjoni tal-politiki u l-proċeduri fi ħdan l-applikant, kif se tiġi żgurata u mmonitorjata l-konformità mal-politiki fuq bażi ta' kuljum u l-persuna jew persuni responsabbli għall-konformità f'dak ir-rigward;
kwalunkwe rekord li jindika li l-membri tal-persunal iddedikati u impjegati jafu bil-politiki u l-proċeduri;
deskrizzjoni tal-miżuri li jiġu adottati f'każ ta' ksur ta' politiki u proċeduri;
indikazzjoni tal-proċedura għar-rappurtar lill-AETS ta' kwalunkwe ksur materjali ta' politiki jew proċeduri li jista' jirriżulta fi ksur tal-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni inizjali.
TAQSIMA 2
Sjieda
Artikolu 3
Sjieda tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha:
lista bl-isem ta’ kull persuna jew entità li direttament jew indirettament ikollha 5 % jew aktar tal-kapital tal-applikant jew tad-drittijiet tal-vot tiegħu jew li sjieda tiegħu tagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq il-maniġment tal-applikant;
lista ta’ kwalunkwe impriża li fiha persuna msemmija fil-punt (a) għandha 5 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet għall-vot jew li teżerċita influwenza sinifikanti fuq il-maniġment tagħha.
Fejn l-applikant ikun impriża prinċipali, huwa għandu:
jidentifika l-indirizz ġuridiku ta' dik l-impriża prinċipali;
jindika jekk l-impriża prinċipali hijiex awtorizzata jew irreġistrata u suġġetta għal superviżjoni, u meta dan ikun il-każ, jiddikjara kwalunkwe numru ta' referenza u isem l-awtorità superviżorja responsabbli.
Artikolu 4
Ċart tas-sjieda
TAQSIMA 3
Struttura organizzazzjonali, governanza u konformità
Artikolu 5
Ċart Organizzazzjonali
Artikolu 6
Governanza korporattiva
Artikolu 7
Kontroll intern
L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:
il-politiki ta' kontroll intern tal-applikant u l-proċeduri rispettivi relatati mal-implimentazzjoni effettiva u konsistenti tagħhom;
kwalunkwe politika, proċedura u manwal rigward il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-adegwatezza u l-effettività tas-sistemi tal-applikant;
kwalunkwe politika, proċedura u manwal rigward il-kontroll u s-salvagwardja għas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni tal-applikant;
l-identità tal-korpi interni responsabbli mill-evalwazzjoni tas-sejbiet tal-kontroll intern rilevanti.
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-attivitajiet tal-awditjar intern tal-applikant:
il-kompożizzjoni ta' kwalunkwe Kumitat tal-Awditjar Intern, il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet tiegħu;
il-karta, il-metodoloġiji, l-istandards u l-proċeduri tal-uffiċċju tal-awditjar intern tiegħu;
spjegazzjoni ta' kif inhuma żviluppati u applikati l-karta, il-metodoloġija u l-proċeduri tal-awditjar intern tiegħu, b'kunsiderazzjoni tan-natura u l-firxa tal-attivitajiet, il-kumplessitajiet u r-riskji tal-applikant;
pjan ta' ħidma għal tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni, li jindirizza n-natura u l-firxa tal-attivitajiet, il-kumplessitajiet u r-riskji tal-applikant.
Artikolu 8
Konformità regolatorja
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha l-informazzjoni li ġejja rigward il-politiki u l-proċeduri tal-applikant biex tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012:
deskrizzjoni tar-rwoli tal-persuni responsabbli għall-konformità u ta’ kwalunkwe persunal ieħor involut fil-valutazzjonijiet tal-konformità, inkluż kif ser tiġi żgurata l-indipendenza tal-funzjoni tal-konformità mill-bqija tal-operat;
il-politika u l-proċeduri interni mfassla biex jiżguraw li l-applikant, inklużi l-maniġers u l-impjegati tiegħu, jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, inkluża deskrizzjoni tar-rwol tal-bord u l-maniġment superjuri;
fejn disponibbli, l-aktar rapport intern riċenti ppreparat mill-persuni responsabbli għall-konformità jew minn kwalunkwe persunal ieħor involut fil-valutazzjonijiet tal-konformità fi ħdan l-applikant.
Artikolu 9
Maniġment superjuri u membri tal-Bord
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' kull membru tal-maniġment superjuri u kull membru tal-Bord:
kopja tal-curriculum vitae;
informazzjoni dettaljata dwar l-għarfien u l-esperjenza fil-ġestjoni, l-operazzjonijiet u l-iżvilupp tal-IT;
dettalji rigward kwalunkwe kundanna kriminali b'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi finanzjarji jew ta' data jew fir-rigward ta' atti ta' frodi jew approprjazzjoni indebita, b'mod partikolari fil-forma ta' ċertifikat uffiċjali, jekk ikun disponibbli fl-Istat Membru rilevanti;
awtodikjarazzjoni ta' reputazzjoni tajba f'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi finanzjarji jew ta' data, fejn kull membru tal-maniġment superjuri u l-bord jiddikjara jekk:
kienx ikkundannat għal kwalunkwe reat kriminali b'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi finanzjarji jew ta' dejta jew fir-rigward ta' atti ta' frodi jew miżapproprjazzjoni;
kienx soġġett għal deċiżjoni negattiva fi kwalunkwe proċediment ta' natura dixxiplinarja mibdi minn awtorità regolatorja jew korpi jew aġenziji tal-gvern jew humiex is-soġġett ta' kwalunkwe tali proċediment li mhuwiex konkluż;
kienx soġġett għal sejba ġudizzjarja negattiva fi proċedimenti ċivili quddiem qorti f'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi finanzjarji jew ta' dejta, jew miżapproprjazzjoni jew frodi fl-immaniġġjar ta' negozju;
kienx jagħmel parti mill-bord jew il-maniġment superjuri ta' impriża li r-reġistrazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tagħha ġiet irtirata minn korp regolatorju;
kienx miċħud id-dritt li jwettaq attivitajiet li jirrikjedu reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni minn korp regolatorju;
kienx jagħmel parti mill-bord jew il-maniġment superjuri ta' impriża li saret insolventi jew ġiet likwidata meta din il-persuna kellha rabta mal-impriża jew fi żmien sena minn meta l-persuna ma baqgħetx marbuta mal-impriża;
kienx jagħmel parti mill-bord jew il-maniġment superjuri ta' impriża li kienet soġġetta għal deċiżjoni negattiva jew penali minn korp regolatorju;
kienx b'xi mod immultat, sospiż, skwalifikat, jew soġġett għal kwalunkwe sanzjoni oħra b'relazzjoni ma' frodi, miżapproprjazzjoni jew f'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi finanzjarji jew ta' dejta, minn korp governattiv, regolatorju jew professjonali;
kienx skwalifikat milli jaġixxi bħala direttur, skwalifikat milli jaġixxi fi kwalunkwe kapaċità maniġerjali, tkeċċiex mill-impjieg jew kariga oħra f'impriża b'konsegwenza ta' imġiba ħażina jew prattika ħażina.
dikjarazzjoni ta' kwalunkwe kunflitt ta' interessi potenzjali li l-maniġment superjuri u l-membri tal-bord jista' jkollhom fit-twettiq tad-doveri tagħhom u kif dawn il-konflitti huma mmaniġġjati.
TAQSIMA 4
Persunal u rimunerazzjoni
Artikolu 10
Politiki u proċeduri tal-persunal
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha dawn il-politiki u l-proċeduri:
kopja tal-politika ta’ remunerazzjoni għall-maniġment superjuri, il-membri tal-bord u l-persunal impjegat fil-funzjonijiet ta’ riskju u l-kontroll tal-applikant;
deskrizzjoni tal-miżuri implimentati mill-applikant biex jimmitiga r-riskju ta’ dipendenza żejda fuq kwalunkwe impjegat individwali.
Artikolu 11
Idoneità u adegwatezza
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha l-informazzjoni li ġejja dwar il-persunal tal-applikant:
lista ġenerali tal-membri tal-persunal impjegati direttament mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, inklużi r-rwol u l-kwalifiki tagħhom għal kull irwol;
deskrizzjoni speċifika tal-membri tal-persunal tat-teknoloġija tal-informatika impjegati direttament sabiex jipprovdu servizzi tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, flimkien mar-rwol u l-kwalifiki ta' kull individwu;
deskrizzjoni tar-rwoli u l-kwalifiki ta' kull individwu li huwa responsabbli għall-awditjar intern, il-kontrolli interni, il-konformità u l-valutazzjoni tar-riskji;
l-identità tal-membri tal-persunal iddedikati u ta' dawk il-membri tal-persunal li qegħdin joperaw taħt arranġament ta' esternalizzazzjoni;
dettalji tat-taħriġ dwar il-politiki u l-proċeduri tal-applikant, kif ukoll l-operat tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, inkluż kwalunkwe eżami jew tip ieħor ta' valutazzjoni formali meħtieġa għall-persunal fir-rigward tat-twettiq tal-attivitajiet tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet.
Id-deskrizzjoni msemmija fil-punt (b) għandha tinkludi prova bil-miktub tad-diploma akkademika u tal-esperjenza fit-teknoloġija tal-informatika ta' mill-inqas membru wieħed tal-persunal anzjan responsabbli għal kwistjonijiet tal-IT.;
TAQSIMA 5
Riżorsi finanzjarji għal-prestazzjoni tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet
Artikolu 12
Rapporti finanzjarji u pjanijiet tal-operat
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi din l-informazzjoni finanzjarja u operazzjonali dwar l-applikant:
sett komplet ta' rapporti finanzjarji, imħejjija f'konformità mal-istandards internazzjonali adottati f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
meta r-rapporti finanzjarji tal-applikant ikunu soġġetti għal verifika statutorja skont it-tifsira mogħtija fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), ir-rapporti finanzjarji għandhom jinkludu r-rapport tal-awditjar dwar ir-rapporti finanzjarji konsolidati u annwali;
jekk l-applikant ikun awditjat, l-isem u n-numru ta' reġistrazzjoni nazzjonali tal-awditur estern;
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi pjan ta' direzzjoni tan-negozju finanzjarju li jikkontempla x-xenarji tan-negozju differenti għas-servizzi tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet fuq perjodu referenzjarju b'minimu ta' tliet snin u li jinkludi l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:
il-livell mistenni ta' attività ta' rapportar f'għadd ta' tranżazzjonijiet;
il-kostijiet varjabbli u fissi rilevanti identifikati fir-rigward tal-provvista ta' servizzi tar-repożitorju skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012;
varjazzjonijiet pożittivi u negattivi ta' mill-inqas 20 % mix-xenarju ta' attività bażi identifikat.
Meta l-informazzjoni finanzjarja storika msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx disponibbli, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar l-applikant:
rapport proforma li juri riżorsi xierqa u l-istat kummerċjali mistenni sitt xhur wara li tingħata r-reġistrazzjoni;
Rapport finanzjarju temporanju meta d-dikjarazzjonijiet finanzjarji jkunu għadhom mhumiex disponibbli għall-perjodu taż-żmien mitlub
rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, bħal karta tal-bilanċ, rapport tal-introjtu, bidliet fl-ekwità u tal-flussi tal-flus u noti li jkun fihom sommarju tal-politiki tal-kontabbiltà u noti oħra ta' spjegazzjoni.
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha wkoll ikollhom l-informazzjoni finanzjarja li ġejja dwar l-applikant:
indikazzjoni ta' kwalunkwe pjanijiet futuri għall-istabbiliment ta' sussidjarji u fejn jinsabu;
deskrizzjoni tal-attivitajiet operazzjonali li l-applikant biħsiebu jwettaq, li tispeċifika l-attivitajiet ta' kwalunkwe sussidjarja jew fergħa.
TAQSIMA 6
Kunflitti ta’ interess
Artikolu 13
Immaniġġjar tal-kunflitti ta’ interess
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja dwar il-politiki u l-proċeduri għall-immaniġġjar tal-kunflitti ta’ interess stabbiliti mill-applikant:
politiki u proċeduri fir-rigward tal-identifikazzjoni, l-immaniġġjar u d-divulgazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess u deskrizzjoni tal-proċess użat biex jiġi żgurat li l-persuni relevanti jkunu jafu dwar il-politiki u l-proċeduri;
kwalunkwe miżura u kontrolli oħra fis-seħħ biex jiżguraw li r-rekwiżiti msemmija fil-punt (a) dwar l-immaniġġjar tal-kunflitti ta’ interess huma ssodisfati;
Artikolu 14
Kunfidenzjalità
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi l-politiki, il-proċeduri u l-mekkaniżmi interni li jimpedixxu kwalunkwe użu ta' informazzjoni maħżuna fir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet prospettiv:
għal skopijiet illeġittimi;
għal divulgazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali;
mhux permess għall-użu kummerċjali.
Artikolu 15
Inventarju u mitigazzjoni tal-konflitti ta’ interess
TAQSIMA 7
Riżorsi u proċeduri
Artikolu 16
Riżorsi u esternalizzazzjoni tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja relatata mar-riżorsi tat-teknoloġija tal-informatika:
deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tat-teknoloġija tal-informatika, inklużi r-rekwiżiti kummerċjali rilevanti, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali, id-disinn tekniku u arkitettorali tas-sistema, il-mudell tad-data u l-flussi tad-data u l-manwali u l-proċeduri amministrattivi u tal-operazzjonijiet;
il-faċilitajiet tal-utenti żviluppati mill-applikant sabiex jipprovdi servizzi lill-utenti rilevanti, inkluża kopja ta' kull manwal tal-utenti u l-proċeduri interni;
il-politiki tal-investiment u tat-tiġdid tar-riżorsi tat-teknoloġija tal-informazzjoni tal-applikant;
l-arranġamenti ta' esternalizzazzjoni konklużi mill-applikant, inklużi:
definizzjonijiet dettaljati tas-servizzi li jridu jiġu pprovduti, inklużi l-kamp ta' applikazzjoni li jista' jitkejjel ta' dawk is-servizzi, il-granularità tal-attivitajiet, kif ukoll il-kundizzjonijiet li taħthom jingħataw dawk l-attivitajiet u l-iskedi ta' żmien tagħhom;
ftehimiet dwar il-livell ta' servizz bi rwoli u responsabbiltajiet ċari, metriċi u miri għal kull rekwiżit ewlieni tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet li jiġi esternalizzat, il-metodi użati sabiex jiġi mmonitorjat il-livell ta' servizz tal-funzjonijiet esternalizzati u l-miżuri jew l-azzjonijiet li jridu jittieħdu f'każ li ma jintlaħqux il-miri fil-livell tas-servizz;
kopja tal-kuntratti li jirregolaw tali arranġamenti.
Artikolu 17
Servizzi anċillari
Meta applikant, impriża fi ħdan il-grupp tiegħu, jew impriża li magħha l-applikant ikollu ftehim relatat ma' offerti ta' servizzi tan-negozjar jew ta' wara n-negozjar, jew inkella jippjana li joffri kwalunkwe servizz anċillari, l-applikazzjoni tiegħu għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
deskrizzjoni tas-servizzi anċillari mwettqa mill-applikant jew mill-impriża fi ħdan il-grupp tiegħu u deskrizzjoni ta' kull ftehim li r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jista' jkollu ma' kumpaniji li joffru servizzi ta' negozjar, ta' wara n-negozjar jew servizzi relatati oħrajn, kif ukoll kopji ta' dawn il-ftehimiet;
il-proċeduri u l-politiki li jiżguraw il-livell meħtieġ ta' separazzjoni operazzjonali f'termini ta' riżorsi, sistemi u proċeduri, bejn is-servizzi tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet tal-applikant skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u linji operatorji oħrajn, inklużi dawk il-linji operatorji li jinkludu l-forniment ta' servizzi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ta' pajjiż terz, irrispettivament minn jekk dik il-linja operatorja separata titmexxiex mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, minn kumpanija li tappartjeni għall-kumpanija azzjonarja tiegħu, jew minn xi kumpanija oħra li magħha jkollu ftehim fil-kuntest tal-katina tan-negozjar jew ta' wara n-negozjar jew linja operatorja.
TAQSIMA 8
Regoli tal-aċċess
Artikolu 18
Trasparenza tar-regoli tal-aċċess
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
il-politiki u l-proċeduri li abbażi tagħhom it-tipi differenti ta' utenti jirrapportaw u jaċċessaw id-data f'repożitorju tat-tranżazzjonijiet, inkluż kull proċess li l-utenti rilevanti jistgħu jkunu jeħtieġu sabiex jaċċessaw, jikkonsultaw jew jimmodifikaw l-informazzjoni miżmuma mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet;
kopja tat-termini u l-kundizzjonijiet li jiddeterminaw id-drittijiet u l-obbligi tat-tipi differenti ta' utenti fir-rigward tal-informazzjoni miżmuma mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet;
deskrizzjoni tal-kategoriji differenti ta' aċċess disponibbli għall-utenti;
il-politiki u l-proċeduri tal-aċċess li abbażi tagħhom il-fornituri ta' servizzi oħrajn jista' jkollhom aċċess nondiskriminatorju għall-informazzjoni miżmuma mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet meta l-kontropartijiet rilevanti jkunu taw il-kunsens bil-miktub, volontarju u revokabbli tagħhom;
deskrizzjoni tal-mezzi u l-mekkaniżmi li jintużaw mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet sabiex jiddivulga pubblikament informazzjoni dwar l-aċċess għal dak ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet.
L-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi speċifikata għat-tipi ta' utenti li ġejjin:
l-utenti interni;
il-kontropartijiet li jirrapportaw;
l-entitajiet li jissottomettu r-rapporti;
l-entitajiet responsabbli għar-rapportar;
il-kontropartijiet li ma jirrapportawx;
il-partijiet terzi li ma jirrapportawx;
l-entitajiet elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
tipi oħrajn ta' utenti, fejn applikabbli.
Artikolu 19
Verifika tal-kompletezza u l-korrettezza tad-data
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
il-proċeduri għall-awtentikazzjoni tal-identità tal-utenti li jaċċessaw ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1858 ( 3 );
il-proċeduri għall-verifika tal-konformità mal-mudelli XML użati biex jirrapportaw derivattivi tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet bil-metodoloġija ISO 20022 f’konformità mal-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1858;
il-proċeduri għall-verifika tal-awtorizzazzjoni tal-entità li tirrapporta f’isem il-kontroparti li tirrapporta f'konformità mal-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1858;
proċeduri għall-verifika li s-sekwenza loġika tad-dettalji tad-derivattivi rrapportati tinżamm il-ħin kollu f’konformità mal-Artikolu 1(1) punti (d)–(k) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1858;
il-proċeduri għall-verifika tal-kompletezza u l-korrettezza tad-dettalji tad-derivattivi rrapportati f'konformità mal-Artikolu 1(1), punt (l) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1858;
il-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni tad-data f'konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1858;
proċeduri għall-għoti ta’ feedback lill-kontropartijiet għad-derivattivi, l-entitajiet responsabbli għar-rapportar jew il-partijiet terzi li jirrapportaw f’isimhom, dwar il-verifiki mwettqa skont il-punti (a) sa (e) f’konformità mal-Artikoli 1(3) u 4(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1858 u l-eżiti tal-proċess ta’ rikonċiljazzjoni skont il-punt (f) f’konformità mal-Artikoli 3 (5) u 4 (2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1858;
proċeduri għall-għoti ta’ feedback ta’ twissija lill-kontropartijiet għad-derivattivi, l-entitajiet responsabbli għar-rapportar jew il-partijiet terzi li jirrapportaw f’isimhom, dwar il-verifiki mwettqa f’konformità mal-paragrafi 1 (e) sa 1(g) tal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1858;
proċeduri għall-aġġornamenti tal-identifikaturi ta’ entità ġuridika skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1858.
Artikolu 20
Politika tal-ipprezzar trasparenti
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha deskrizzjoni ta':
il-politika tal-iprezzar tal-applikant, inkluż kwalunkwe roħs u ribass u l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dan it-tnaqqis;
l-istruttura tat-tariffi sabiex jiġi pprovdut kwalunkwe servizz ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet u servizzi anċillari, inkluż il-kost stmat tas-servizzi ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet u tas-servizzi anċillari, flimkien mad-dettalji tal-metodi li jintużaw sabiex jiġi kontabilizzat il-kost separat li l-applikant jista' jġarrab meta jipprovdi servizzi ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet u servizzi anċillari;
il-metodi li jintużaw sabiex l-informazzjoni ssir pubblikament disponibbli għat-tipi kollha ta' utenti, inkluża kopja tal-istruttura tat-tariffi, li fiha s-servizzi ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet u s-servizzi anċillari jkunu sseparati.
TAQSIMA 9
Affidabbiltà operazzjonali
Artikolu 21
Riskju operazzjonali
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha:
deskrizzjoni dettaljata tar-riżorsi disponibbli u l-proċeduri maħsuba sabiex jidentifikaw u jnaqqsu r-riskju operazzjonali u kwalunkwe riskju materjali ieħor li għalih ikun espost l-applikant, inkluża kopja ta' kwalunkwe politika, metodoloġija, proċedura interna u manwal rilevanti;
deskrizzjoni tal-assi likwidi netti ffinanzjati minn ekwità biex ikopru telf kummerċjali ġenerali potenzjali sabiex is-servizzi jibqgħu jiġu pprovduti bħala negozju avvjat, u valutazzjoni tas-suffiċjenza tar-riżorsi finanzjarji tiegħu bil-għan li jkunu koperti kostijiet ta' operazzjoni ta' stralċ jew riorganizzazzjoni tal-operati u s-servizzi kritiċi għal mill-inqas perjodu ta' sitt xhur;
il-pjan tal-kontinwità tan-negozju tal-applikant u l-politika għall-aġġornament tiegħu, inklużi dawn li ġejjin:
il-proċessi kummerċjali, ir-riżorsi, il-proċeduri ta' eskalazzjoni u s-sistemi relatati kollha li huma kruċjali sabiex ikun żgurat li s-servizzi tal-applikant tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, inkluż kwalunkwe servizz esternalizzat rilevanti, kif ukoll l-istrateġija, il-politika u l-objettivi tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet lejn il-kontinwità ta' dawn il-proċessi;
l-arranġamenti fis-seħħ ma' fornituri oħra tal-infrastruttura tas-suq finanzjarju inklużi repożitorji tat-tranżazzjonijiet oħra;
l-arranġamenti li jiżguraw livell minimu ta' servizz tal-funzjonijiet kritiċi u ż-żmien mistenni biex jiġu rkuprati bis-sħiħ dawk il-proċessi;
iż-żmien massimu aċċettabbli għall-irkupru tal-proċessi u s-sistemi tal-operat, fid-dawl tal-iskadenza għar-rappurtar lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u l-volum ta' data li r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jeħtieġ jipproċessa f'dak il-perjodu ta' kuljum;
il-proċeduri biex jiġu ttrattati r-reġistrar tal-inċidenti u l-analiżi;
il-programm tal-ittestjar u r-riżultati ta' kwalunkwe test;
l-għadd ta' siti tekniċi u operazzjonali alternattivi disponibbli, fejn jinsabu, ir-riżorsi meta mqabbla mas-sit prinċipali u l-proċeduri għall-kontinwità tal-operat fis-seħħ fil-każ li jkun meħtieġ li jintużaw siti alternattivi;
informazzjoni dwar l-aċċess għal sit operazzjonali sekondarju biex il-persunal ikun jista' jiżgura l-kontinwità tas-servizz jekk il-post tal-uffiċċju prinċipali ma jkunx disponibbli.
il-pjanijiet, il-proċeduri u l-arranġamenti sabiex jiġu ttrattati l-emerġenzi u tiġi żgurata s-sikurezza tal-persunal;
il-pjanijiet, il-proċeduri u l-arranġamenti għall-immaniġġjar tal-kriżijiet, inkluża l-koordinazzjoni tal-azzjoni ġenerali tal-kontinwità tal-operat u l-attivazzjoni effettiva u f'waqtha tagħha fi ħdan objettiv ta' żmien speċifiku għall-irkupru;
il-pjanijiet, il-proċeduri u l-arranġamenti sabiex jiġu rkuprati l-komponenti tas-sistema, l-applikazzjoni u l-infrastruttura tal-applikant fi ħdan l-objettiv taż-żmien preskritt għall-irkupru.”;
deskrizzjoni tal-arranġamenti biex ikunu żgurati l-attivitajiet tal-applikant tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet f'każ ta' xkiel u l-involviment tal-utenti tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet u partijiet terzi oħra fihom.
TAQSIMA 10
Żamma tar-rekords
Artikolu 22
Politika taż-żamma tar-rekords
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha informazzjoni dwar kif tasal id-data u l-amministrazzjoni tagħha, inkluż kwalunkwe politika u proċedura implimentati mill-applikant biex jiżgura:
reġistrazzjoni f'waqtha u preċiża tal-informazzjoni rrapportata;
żamma tar-rekords tal-informazzjoni kollha rrapportata li tirrigwarda l-konklużjoni, il-modifika jew it-terminazzjoni ta’ kuntratt tad-derivattivi f’reġistru tar-rapportar li jidentifika l-persuna jew persuni li talbu l-azzjoni, inkluż ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet innifsu jekk applikabbli, ir-raġunijiet għal tali azzjoni, id-data u l-ħin tal-azzjoni u d-data l-qadima u l-ġdida kif stipulata fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1860 ( 4 );
li d-data tinżamm kemm onlajn u offlajn;
li d-data tiġi kkupjata kif xieraq għal finijiet ta' kontinwità tal-operat.
TAQSIMA 11
Disponibbiltà tad-dejta
Artikolu 23
Mekkaniżmi tad-disponibbiltà tad-data
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi deskrizzjoni tar-riżorsi, il-metodi u l-mezzi li juża l-applikant sabiex jagħti aċċess għall-informazzjoni f'konformità mal-paragrafi 1, 3 u 5 tal-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
proċedura sabiex jiġu kkalkolati l-pożizzjonijiet aggregati f'konformità mar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2013 ( 5 ) u deskrizzjoni tar-riżorsi, il-metodi u l-mezzi li se juża r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet sabiex jiffaċilita l-aċċess tal-pubbliku għad-data li jkun hemm fih f'konformità mal-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u deskrizzjoni tal-frekwenza tal-aġġornamenti, flimkien ma' kopja ta' kull manwal speċifiku u politiku intern;
deskrizzjoni tar-riżorsi, il-metodi u l-faċilitajiet li r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet juża sabiex jiffaċilita l-aċċess għad-data dwar id-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi lill-awtoritajiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, reġistru li jelenka l-kwistjonijiet tal-IT fir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet li jkollhom impatt fuq il-kwalità tad-data magħmula disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 81(3) tar-Regolament Nru 648/2012, il-frekwenza tal-aġġornament u l-kontrolli u l-verifiki li r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jaf jistabbilixxi għall-proċess ta’ filtrazzjoni tal-aċċess, flimkien ma’ kopja ta’ kull manwal u proċedura interna speċifiċi;
proċedura u deskrizzjoni tar-riżorsi, il-metodi u l-mezzi li juża r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet sabiex jiffaċilita l-ġbir f'waqtu, strutturat u komprensiv tad-data mingħand il-kontropartijiet, l-aċċess għall-informazzjoni tiegħu lill-kontropartijiet għad-derivattivi f'konformità mal-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, flimkien ma' kopja tal-manwali speċifiċi u tal-politiki interni.
Artikolu 23a
Aċċess dirett u immedjat għad-data mill-awtoritajiet
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi informazzjoni dwar dawn li ġejjin:
it-termini u l-kundizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jingħataw aċċess dirett u immedjat għad-dettalji tad-derivattivi miżmuma fir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet f'konformità mar-Regolament Delega (UE) Nru 151/2013;
Il-proċedura li biha l-awtoritajiet imsemmija fil-punt (a) jingħataw aċċess dirett u immedjat għad-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi miżmuma fir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet f'konformità mar-Regolament Delegat (UE) Nru 151/2013;
il-proċedura sabiex tiġi żgurata l-integrità tad-data aċċessata minn dawk l-awtoritajiet.
KAPITOLU 2
ESTENSJONI TAR-REĠISTRAZZJONI
Artikolu 23b
Estensjoni tar-reġistrazzjoni
L-applikazzjoni għal estensjoni ta’ reġistrazzjoni eżistenti skont ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) għandu jkun fiha l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 1, għajr għall-paragrafu 2, il-punt (k), l-Artikoli 2 u 5, l-Artikolu 7, għajr għall-paragrafu 2, il-punt (d), l-Artikolu 8(b), l-Artikolu 9(1), il-punti (b) u (e), l-Artikolu 11, l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13, l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 15, l-Artikolu 16, għajr għall-punt (c), l-Artikoli 17 sa 23a u l-Artikolu 23c.
KAPITOLU 3
TARIFFI U VERIFIKA
Artikolu 23c
Ħlas ta’ tariffi
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew għall-estensjoni tar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi prova tal-ħlas tar-reġistrazzjoni rilevanti jew tal-estensjoni tat-tariffi ta’ reġistrazzjoni kif stabbilit fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2013 ( 7 ).
Artikolu 24
Verifika tal-preċiżjoni u l-kompletezza tal-applikazzjoni
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).
( 2 ) Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).
( 3 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1858 tal-10 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni tad-data bejn ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet biex jivverifika l-konformità mill-kontroparti li tirrapporta jew mill-entità li tressaq ir-rapport mar-rekwiżiti tar-rapportar u biex jivverifika l-kompletezza u l-korrettezza tad-data rrapportata (ĠU L 262, 7.10.2022, p. 46).
( 4 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1860 tal-10 ta’ Ġunju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards, il-formati, il-frekwenza u l-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar (ĠU L 262, 7.10.2022, p. 68).
( 5 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-data li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-data (ĠU L 52 23.2.2013, p. 33).
( 6 ) Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).
( 7 ) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2013 tat-12 ta’ Lulju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 279, 19.10.2013, p. 4).