This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 9d7ac4c0-0d1b-11ed-b11c-01aa75ed71a1
Commission Delegated Regulation (EU) 2017/2358 of 21 September 2017 supplementing Directive (EU) 2016/97 of the European Parliament and of the Council with regard to product oversight and governance requirements for insurance undertakings and insurance distributors (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2358 tal-21 ta' Settembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' sorveljanza u ta' governanza tal-prodotti għall-impriżi tal-assigurazzjoni u għad-distributuri tal-assigurazzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2358 tal-21 ta' Settembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' sorveljanza u ta' governanza tal-prodotti għall-impriżi tal-assigurazzjoni u għad-distributuri tal-assigurazzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02017R2358 — MT — 02.08.2022 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2358 tal-21 ta' Settembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' sorveljanza u ta' governanza tal-prodotti għall-impriżi tal-assigurazzjoni u għad-distributuri tal-assigurazzjoni (ĠU L 341 20.12.2017, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/541 tal-20 ta' Diċembru 2017 |
L 90 |
59 |
6.4.2018 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1257 tal-21 ta’ April 2021 |
L 277 |
18 |
2.8.2021 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2358
tal-21 ta' Settembru 2017
li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' sorveljanza u ta' governanza tal-prodotti għall-impriżi tal-assigurazzjoni u għad-distributuri tal-assigurazzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli biex jinżammu, ikunu operati u riveduti arranġamenti ta' sorveljanza u ta' governanza tal-prodotti għall-prodotti tal-assigurazzjoni u biex isiru adattamenti sinifikanti tal-prodotti tal-assigurazzjoni eżistenti qabel ma dawk il-prodotti jitqiegħdu fis-suq jew jiġu distribwiti lill-konsumaturi (“proċess tal-approvazzjoni tal-prodotti”), kif ukoll regoli għal arranġamenti ta' distribuzzjoni tal-prodotti għal dawk il-prodotti tal-assigurazzjoni.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-impriżi tal-assigurazzjoni u għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jimmanifatturaw prodotti tal-assigurazzjoni offruti għall-bejgħ lill-konsumaturi (“manifatturi”), kif ukoll għad-distributuri tal-assigurazzjoni li jipprovdu konsulenza dwar prodotti tal-assigurazzjoni mhux immanifatturati minnhom jew jipproponuhom.
Artikolu 3
Immanifatturar tal-prodotti tal-assigurazzjoni
KAPITOLU II
REKWIŻITI TA' GOVERNANZA TAL-PRODOTTI GĦALL-MANIFATTURI
Artikolu 4
Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodotti
Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodotti għandu:
jiżgura li d-disinn tal-prodotti tal-assigurazzjoni jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
jikkunsidra l-objettivi, l-interessi u l-karatteristiċi tal-konsumaturi, inkluż kwalunkwe objettiv relatat mas-sostenibbiltà;
ma jolqotx lill-konsumaturi b'mod negattiv;
jipprevjeni jew inaqqas id-detriment għall-konsumatur;
iservi ta' forċina għal ġestjoni kif suppost tal-kunflitti ta' interess.
L-istruttura jew il-korp tal-manifatturi responsabbli għall-immanifatturar tal-prodotti tal-assigurazzjoni għandhom jagħmlu dan kollu li ġej:
japprovaw u jkunu fl-aħħar mill-aħħar responsabbli biex il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodotti jkun stabbilit, implimentat u rieżaminat;
jivverifikaw kontinwament il-konformità interna ma' dak il-proċess.
Artikolu 5
Is-suq fil-mira
Artikolu 6
L-ittestjar tal-prodotti
Artikolu 7
Il-monitoraġġ u r-rieżami tal-prodotti
Artikolu 8
Il-kanali ta' distribuzzjoni
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tippermetti lid-distributuri tal-assigurazzjoni:
jifhmu l-prodotti tal-assigurazzjoni;
ikollhom komprensjoni tas-suq fil-mira identifikat għall-prodotti tal-assigurazzjoni;
jidentifikaw kwalunkwe konsumatur li l-prodott tal-assigurazzjoni ma jkunx kompatibbli mal-ħtiġijiet, mal-karatteristiċi u mal-objettivi tiegħu, inkluż kull objettiv relatat mas-sostenibbiltà;
iwettqu attivitajiet ta’ distribuzzjoni għall-prodotti tal-assigurazzjoni rilevanti skont l-aqwa interessi tal-konsumaturi tagħhom kif preskritt fl-Artikolu 17(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97.
Artikolu 9
Dokumentazzjoni
L-azzjonijiet rilevanti meħuda mill-manifatturi f'rabta mal-proċess tal-approvazzjoni tal-prodotti tagħhom għandhom ikunu dokumentati kif dovut, miżmuma għal skopijiet ta' awditjar u meta ssir talba jitqiegħdu għad-disponibbiltà tal-awtoritajiet kompetenti.
KAPITOLU III
REKWIŻITI TA' GOVERNANZA TAL-PRODOTTI GĦAD-DISTRIBUTURI TAL-ASSIGURAZZJONI
Artikolu 10
Arranġamenti ta' distribuzzjoni tal-prodotti
Id-distributuri tal-assigurazzjoni għandhom jistipulaw l-arranġamenti ta' distribuzzjoni tal-prodotti f'dokumenti bil-miktub u jqiegħduh għad-disponibbiltà tal-persunal rilevanti tagħhom.
L-arranġamenti ta’ distribuzzjoni tal-prodotti għandhom:
jimmiraw għall-prevenzjoni u għat-tnaqqis tad-detriment tal-konsumatur;
iservu ta’ forċina għal ġestjoni kif suppost tal-kunflitti ta’ interess;
jiżguraw li l-objettivi, l-interessi u l-karatteristiċi tal-konsumaturi, inkluż kull objettiv relatat mas-sostenibbiltà, jitqiesu kif dovut.
Id-distributuri tal-assigurazzjoni għandhom jiddeterminaw iż-żmien xieraq bejn rieżami u ieħor għar-rieżami regolari tal-arranġamenti ta' distribuzzjoni tal-prodotti tagħhom, u b'hekk iqisu d-daqs, l-iskala u l-kumplessità tal-prodotti tal-assigurazzjoni differenti involuti
Sabiex jagħtu l-appoġġ tagħhom għar-rieżamijiet imwettqa mill-manifatturi, id-distributuri tal-assigurazzjoni għandhom, meta ssirilhom talba, jipprovdu lill-manifatturi l-informazzjoni rilevanti dwar il-bejgħ, inkluża, meta jkun xieraq, informazzjoni dwar ir-rieżamijiet regolari tal-arranġamenti ta' distribuzzjoni tal-prodotti.
Artikolu 11
L-infurmar lill-manifattur
Id-distributuri tal-assigurazzjoni li jiġu akkonoxxenza li prodott tal-assigurazzjoni mhuwiex konformi mal-interessi, mal-objettivi u mal-karatteristiċi tal-konsumaturi li jappartjenu għas-suq fil-mira identifikat tiegħu, inkluż kull objettiv relatat mas-sostenibbiltà, jew li jiġu akkonoxxenza ta’ ċirkostanzi oħra relatati mal-prodott li jistgħu jolqtu lill-konsumatur b’mod negattiv, għandhom jinfurmaw minnufih lill-manifattur u, meta jkun xieraq, jemendaw l-istrateġija ta’ distribuzzjoni tagħhom għal dak il-prodott tal-assigurazzjoni.
Artikolu 12
Dokumentazzjoni
L-azzjonijiet rilevanti meħuda mid-distributuri tal-assigurazzjoni f'rabta mal-arranġamenti tad-distribuzzjoni tal-prodotti tagħhom għandhom ikunu dokumentati kif dovut, miżmuma għal skopijiet ta' awditjar u meta ssir talba jitqiegħdu għad-disponibbiltà tal-awtoritajiet kompetenti.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 13
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mid-data li fiha l-Istati Membri jridu japplikaw il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).