Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.
Dokument C:2020:322:FULL
Official Journal of the European Union, C 322, 30 September 2020
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 322, 30 ta' Settembru 2020
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 322, 30 ta' Settembru 2020
|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 322/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9906 — KKR/HPS/Monleasing Holdco) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 322/02 |
||
|
2020/C 322/03 |
||
|
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
|
2020/C 322/04 |
||
|
2020/C 322/05 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 322/06 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 322/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9966 — EQT/Colisée) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 322/08 |
||
|
2020/C 322/09 |
||
|
2020/C 322/10 |
||
|
2020/C 322/11 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9906 — KKR/HPS/Monleasing Holdco)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 322/01)
Fil-25 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9906. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-29 ta' Settembru 2020
(2020/C 322/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1702 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
123,61 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4461 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,90963 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,5343 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0795 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
162,00 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
11,0543 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,148 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
365,70 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5435 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,8721 |
|
TRY |
Lira Turka |
9,1649 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6412 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5655 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,0691 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7749 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6018 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 365,89 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
19,8685 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,9777 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5510 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 419,00 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8639 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,695 |
|
RUB |
Rouble Russu |
92,1625 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,988 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,6022 |
|
MXN |
Peso Messikan |
26,0452 |
|
INR |
Rupi Indjan |
86,2750 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
30.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/3 |
Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji jew tal-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini li jipprovdu għal akkumulazzjoni djagonali bejn il-Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni
(2020/C 322/03)
Għall-fini tal-applikazzjoni ta’ akkumulazzjoni djagonali ta’ oriġini fost il-Partijiet Kontraenti (1) għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2) (minn hawn’ il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni”), il-Partijiet ikkonċernati jinnotifikaw lil xulxin, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, dwar ir-regoli ta’ oriġini li hemm fis-seħħ ma’ partijiet oħra.
Huwa mfakkar li l-akkumulazzjoni djagonali tista’ tapplika biss jekk il-pajjiżi tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija kkonkludew ftehimiet ta’ kummerċ ħieles, li fihom regoli ta’ oriġini identiċi, mal-pajjiżi kollha li qed jipparteċipaw fil-kisba tal-istatus tal-oriġini, i.e. mal-Partijiet kollha li minnhom joriġinaw il-materjali kollha użati. Materjali li joriġinaw f’Parti li ma tkunx għadha kkonkludiet ftehim mal-Partijiet tal-manifattura aħħarija u/jew tad-destinazzjoni aħħarija għandhom jiġu ttrattati bħala mhux tal-oriġini. Eżempji speċifiċi huma mogħtija fin-Noti ta’ Spjegazzjoni rigward il-protokolli pan-Ewro-Mediterranji dwar ir-regoli tal-oriġini (3).
Abbażi tan-notifiki li jsiru mill-Partijiet lill-Kummissjoni, it-tabelli mehmuża jispeċifikaw:
Tabella 1 — ħarsa ġenerali simplifikata tal-possibbiltajiet ta’ akkumulazzjoni fis-26 ta’ Marzu 2020.
Tabelli 2 u 3 — id-data li fiha l-akkumulazzjoni djagonali ssir applikabbli.
Fit-Tabella 1, “X” tindika l-eżistenza ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn 2 imsieħba li skont dan ir-regoli tal-oriġini jippermettu l-akkumulazzjoni djagonali bbażata fuq ir-regoli tal-oriġini mudelli pan-Ewro-Mediterranji. Fil-każ ta’ akkumulazzjoni djagonali mat-tielet imsieħba, jenħtieġ li jiġi indikat “X” fil-kaxex kollha tat-tabella bejn it-3 imsieħba. Madankollu, jeżistu xi eċċezzjonijiet għall-akkumulazzjoni doganali. Għal każijiet bħal dawn, jekk ikun hemm (1) jew (*) ħdejn l-“X” dan se jindika l-eċċezzjonijiet li jridu jitqiesu.
Fit-Tabella 2, id-dati msemmija jirreferu għal:
|
— |
Id-data tal-applikazzjoni ta’ akkumulazzjoni djagonali fuq il-bażi tal-Artikolu 3 tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni, fejn il-ftehim ta’ kummerċ ħieles ikkonċernat jirreferi għall-Konvenzjoni. F’dak il-każ, id-data hija preċeduta b’ “(C)”; |
|
— |
Id-data ta’ applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta’ oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali mehmuża mal-ftehim ta’ kummerċ ħieles ikkonċernat, f’każijiet oħra. |
Fit-Tabella 3, id-dati msemmija jirreferu għad-data tal-applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini li jipprovdu għal akkumulazzjoni djagonali mehmuża mal-ftehim tal-kummerċ ħieles bejn l-UE, it-Turkija u l-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni tal-UE. Kull darba li ssir referenza għall-Konvenzjoni fi ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn il-Partijiet f’din it-tabella, ġiet miżjuda data preċeduta minn “(C)” fit-Tabella 2.
Huwa mfakkar ukoll li l-materjali li joriġinaw mit-Turkija koperti mill-unjoni doganali bejn l-UE u t-Turkija jistgħu jiġu inkorporati bħala materjali oriġinali għall-fini ta’ akkumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi parteċipanti fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li bih ikun daħal fis-seħħ protokoll ta’ oriġini.
Il-Kodiċijiet għall-Partijiet Kontraenti elenkati fit-tabella huma mogħtija hawnhekk.
|
EU |
||
|
|||
|
IS |
||
|
CH (+ LI) |
||
|
NO |
||
|
FO |
||
|
|||
|
DZ |
||
|
EG |
||
|
IL |
||
|
JO |
||
|
LB |
||
|
MA |
||
|
PS |
||
|
SY |
||
|
TN |
||
|
TR |
||
|
|||
|
AL |
||
|
BA |
||
|
MK |
||
|
ME |
||
|
RS |
||
|
KO |
||
|
MD |
||
|
GE |
||
|
UA |
||
Dan l-avviż jissostitwixxi l-avviż 2020/C 67/02 (ĠU C 67, 2.3.2020, p. 2).
Tabella 1
Ħarsa ġenerali simplifikata tal-possibbiltajiet ta’ akkumulazzjoni djagonali fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja fis-26 ta’ Marzu 2020
|
|
|
L-Istati tal-EFTA |
|
Il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Barċellona |
|
Il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni tal-UE |
|
|
|
|||||||||||||||
|
|
UE |
CH (+LI) |
IS |
NO |
FO |
DZ |
EG |
IL |
JO |
LB |
MA |
PS |
SY |
TN |
TR |
AL |
BA |
KO |
ME |
MK |
RS |
MD |
GE |
UA |
|
UE |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
|
X |
X (5) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
CH (+LI) |
X |
|
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
|
X |
X |
|
IS |
X |
X |
|
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
|
X |
X |
|
NO |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
|
X |
X |
|
FO |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
DZ |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
EG |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
IL |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
JO |
X |
X |
X |
X |
|
|
X |
X |
|
|
X |
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
LB |
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
MA |
X |
X |
X |
X |
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
PS |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
SY |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TN |
X |
X |
X |
X |
|
|
X |
|
X |
|
X |
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TR |
X (5) |
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
|
|
X |
|
X |
X |
|
X (*1) |
X (*1) |
X |
|
|
||||
|
AL |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
BA |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
KO |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
ME |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
MK |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X (*1) |
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
|
|
|
RS |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X (*1) |
X |
X |
X |
X |
X |
|
X |
|
|
|
MD |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
GE |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
UA |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
Tabella 2
Id-data tal-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini li jipprovdu għal akkumulazzjoni djagonali fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja
|
|
|
L-Istati tal-EFTA |
|
Il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Barċellona |
|
Il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni tal-UE |
|
|
|
|||||||||||||||
|
|
UE |
CH(+LI) |
IS |
NO |
FO |
DZ |
EG |
IL |
JO |
LB |
MA |
PS |
SY |
TN |
TR |
AL |
BA |
KO |
ME |
MK |
RS |
MD |
GE |
UA |
|
UE |
|
1.1.2006 (C)1.2.2016 |
1.1.2006 (C) 1.5.2015 |
1.1.2006 (C) 1.5.2015 |
1.12.2005 (C) 12.5.2015 |
1.11.2007 |
1.3.2006 (C) 1.2.2016 |
1.1.2006 |
1.7.2006 |
|
1.12.2005 |
1.7.2009 (C) 1.3.2016 |
|
1.8.2006 |
(C) 1.5.2015 |
(C) 9.12.2016 |
(C) 1.4.2016 |
(C) 1.2.2015 |
(C) 1.5.2015 |
(C) 1.2.2015 |
(C) 1.12.2016 |
(C) 1.6.2018 |
(C) 1.1.2019 |
|
|
CH (+LI) |
1.1.2006 (C) 1.2. 2016 |
|
1.8.2005 (C) 1.7.2013 |
1.8.2005 (C) 1.7.2013 |
1.1.2006 |
|
1.8.2007 |
1.7.2005 |
17.7.2007 |
1.1.2007 |
1.3.2005 |
1.5.2016 |
|
1.6.2005 |
1.9.2007 (C) 1.12.2019 |
(C) 1.5.2015 |
(C) 1.1.2015 |
|
(C) 1.9.2012 |
1.2.2016 |
(C) 1.5.2015 |
|
(C) 1.5.2018 |
1.6.2012 |
|
IS |
1.1.2006 (C) 1.5.2015 |
1.8.2005 (C) 1.7.2013 |
|
1.8.2005 (C) 1.7.2013 |
1.11.2005 |
|
1.8.2007 |
1.7.2005 |
17.7.2007 |
1.1.2007 |
1.3.2005 |
1.5.2016 |
|
1.3.2006 |
1.9.2007 (C) 1.12.2019 |
(C) 1.5.2015 |
(C) 1.1.2015 |
|
(C) 1.10.2012 |
1.5.2015 |
(C) 1.5.2015 |
|
(C) 1.9.2017 |
1.6.2012 |
|
NO |
1.1.2006 (C) 1.5.2015 |
1.8.2005 (C) 1.7.2013 |
1.8.2005 (C) 1.7.2013 |
|
1.12.2005 |
|
1.8.2007 |
1.7.2005 |
17.7.2007 |
1.1.2007 |
1.3.2005 |
1.5.2016 |
|
1.8.2005 |
1.9.2007 (C) 1.12.2019 |
(C) 1.5.2015 |
(C) 1.1.2015 |
|
(C) 1.11.2012 |
1.5.2015 |
(C) 1.5.2015 |
|
(C) 1.9.2017 |
1.6.2012 |
|
FO |
1.12.2005 (C) 12.5.2015 |
1.1.2006 |
1.11.2005 |
1.12.2005 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(C) 1.10.2017 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
DZ |
1.11.2007 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
EG |
1.3.2006 (C) 1.2.2016 |
1.8.2007 |
1.8.2007 |
1.8.2007 |
|
|
|
|
6.7.2006 |
|
6.7.2006 |
|
|
6.7.2006 |
1.3.2007 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
IL |
1.1.2006 |
1.7.2005 |
1.7.2005 |
1.7.2005 |
|
|
|
|
9.2.2006 |
|
|
|
|
|
1.3.2006 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
JO |
1.7.2006 |
17.7.2007 |
17.7.2007 |
17.7.2007 |
|
|
6.7.2006 |
9.2.2006 |
|
|
6.7.2006 |
|
|
6.7.2006 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
LB |
|
1.1.2007 |
1.1.2007 |
1.1.2007 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
MA |
1.12.2005 |
1.3.2005 |
1.3.2005 |
1.3.2005 |
|
|
6.7.2006 |
|
6.7.2006 |
|
|
|
|
6.7.2006 |
1.1.2006 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
PS |
1.7.2009 (C) 1.3.2016 |
1.5.2016 |
1.5.2016 |
1.5.2016 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
SY |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1.1.2007 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TN |
1.8.2006 |
1.6.2005 |
1.3.2006 |
1.8.2005 |
|
|
6.7.2006 |
|
6.7.2006 |
|
6.7.2006 |
|
|
|
1.7.2005 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TR |
1.9.2007 (C) 1.12.2019 |
1.9.2007 (C) 1.12.2019 |
1.9.2007 (C) 1.12.2019 |
(C) 1.10.2017 |
|
1.3.2007 |
1.3.2006 |
|
|
1.1.2006 |
|
1.1.2007 |
1.7.2005 |
|
|
|
1.9.2019 |
|
( C) 1.8.2018 |
(C) 1.6.2019 |
(C) 1.10.2017 |
|
|
|
|
AL |
(C) 1.5.2015 |
(C) 1.5.2015 |
(C) 1.5.2015 |
(C) 1.5.2015 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(C) 1.2.2015 |
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
|
|
|
BA |
(C) 9.12.2016 |
(C) 1.1.2015 |
(C) 1.1.2015 |
(C) 1.1.2015 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(C) 1.2.2015 |
|
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.2.2015 |
(C) 1.2.2015 |
(C) 1.2.2015 |
(C) 1.4.2014 |
|
|
|
KO |
(C) 1.4.2016 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1.9.2019 |
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
|
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
|
|
|
ME |
(C) 1.2.2015 |
(C) 1.9.2012 |
(C) 1.10.2012 |
(C) 1.11.2012 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.2.2015 |
(C) 1.4.2014 |
|
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
|
|
|
MK |
(C) 1.5.2015 |
1.2.2016 |
1.5.2015 |
1.5.2015 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(C) 1.8.2018 |
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.2.2015 |
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
|
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
|
|
|
RS |
(C) 1.2.2015 |
(C) 1.5.2015 |
(C) 1.5.2015 |
(C) 1.5.2015 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(C) 1.6.2019 |
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.2.2015 |
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
|
(C) 1.4.2014 |
|
|
|
MD |
(C) 1.12.2016 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(C) 1.10.2017 |
(C)1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
(C) 1.4.2014 |
|
|
|
|
GE |
(C) 1.6.2018 |
(C) 1.5.2018 |
(C) 1.9.2017 |
(C) 1.9.2017 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(C) 26.3.2020 |
|
UA |
(C) 1.1.2019 |
1.6.2012 |
1.6.2012 |
1.6.2012 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(C) 26.3.2020 |
|
Tabella 3
Id-data tal-applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini li jipprovdu għal akkumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, il-Bożnija-Ħerżegovina, il-Kosovo, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija
|
|
UE |
AL |
BA |
KO |
MK |
ME |
RS |
TR |
|
UE |
|
1.1.2007 |
1.7.2008 |
1.4.2016 |
1.1.2007 |
1.1.2008 |
8.12.2009 |
|
|
AL |
1.1.2007 |
|
22.11.2007 |
1.4.2014 |
26.7.2007 |
26.7.2007 |
24.10.2007 |
1.8.2011 |
|
BA |
1.7.2008 |
22.11.2007 |
|
1.4.2014 |
22.11.2007 |
22.11.2007 |
22.11.2007 |
14.12.2011 |
|
KO |
1.4.2016 |
1.4.2014 |
1.4.2014 |
|
1.4.2014 |
1.4.2014 |
1.4.2014 |
1.9.2019 |
|
MK |
1.1.2007 |
26.7.2007 |
22.11.2007 |
1.4.2014 |
|
26.7.2007 |
24.10.2007 |
1.7.2009 |
|
ME |
1.1.2008 |
26.7.2007 |
22.11.2007 |
1.4.2014 |
26.7.2007 |
|
24.10.2007 |
1.3.2010 |
|
RS |
8.12.2009 |
24.10.2007 |
22.11.2007 |
1.4.2014 |
24.10.2007 |
24.10.2007 |
|
1.9.2010 |
|
TR |
1.8.2011 |
14.12.2011 |
1.9.2019 |
1.7.2009 |
1.3.2010 |
1.9.2010 |
|
(1) Il-Partijiet Kontraenti huma l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, l-Alġerija, il-Bożnja-Ħerzegovina, l-Eġittu, il-Gżejjer Faeroe, il-Georgia, l-Iżlanda, Iżrael, il-Ġordan, il-Kosovo (skont ir-riżoluzzjoni 1244(1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti), il-Libanu, il-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Montenegro, il-Marokk, in-Norveġja, is-Serbja, l-Iżvizzera (inkluż il-Liechtenstein), is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Ukrajna u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża.
(4) L-Iżvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein jiffurmaw unjoni doganali.
(*) Din id-deżinjazzjoni hi mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u mal-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Indipendenza tal-Kosovo.
(*1) L-akkumulazzjoni djagonali bejn it-Turkija, l-Albanija, il-Bożnija-Ħerżegovina, il-Kosovo, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Montenegro u s-Serbja hija possibbli. Madankollu, jekk jogħġbok ara t-Tabella 3 għall-possibbiltà ta’ akkumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea, it-Turkija, l-Albanija, il-Bożnija-Ħerżegovina, il-Kosovo, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Montenegro u s-Serbja.
(5) Għal oġġetti koperti mill-unjoni doganali UE-Turkija, id-data tal-applikazzjoni hija s-27 ta’ Lulju 2006.
Għal prodotti agrikoli, id-data tal-applikazzjoni hija l-1 ta’ Jannar 2007 (l-akkumulazzjoni ma tapplikax għall-MD).
Għal prodotti tal-faħam u tal-azzar, id-data tal-applikazzjoni hija l-1 ta’ Marzu 2009 (l-akkumulazzjoni ma tapplikax għall-MD).
(6) Għal oġġetti koperti mill-unjoni doganali UE-Turkija, id-data tal-applikazzjoni hija s-27 ta’ Lulju 2006.
Għal prodotti agrikoli, id-data tal-applikazzjoni hija l-1 ta’ Jannar 2007.
Għal prodotti tal-faħam u tal-azzar, id-data tal-applikazzjoni hija l-1 ta’ Marzu 2009.
(7) Għal oġġetti koperti mill-unjoni doganali UE-Turkija, id-data tal-applikazzjoni hija s-27 ta’ Lulju 2006. Mhux applikabbli għal prodotti agrikoli u għal prodotti tal-faħam u tal-azzar.
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
|
30.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/11 |
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-Opinjoni tal-EDPS dwar l-istrateġija Ewropea għad-data
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)
(2020/C 322/04)
Sommarju Eżekuttiv
Fid-19 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Komunikazzjoni “Strateġija Ewropea għad-data”. Din hija parti minn pakkett usa’ ta’ dokumenti strateġiċi, li tinkludi wkoll Komunikazzjoni dwar it-Tfassil tal-futur diġitali tal-Ewropa u White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali - Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u l-fiduċja.
L-għan tal-Istrateġija għad-Data huwa li jinħoloq spazju uniku Ewropew tad-data u b’hekk ikun aktar faċli għan-negozji u għall-awtoritajiet pubbliċi li jkollhom aċċess għal data ta’ kwalità għolja biex jagħtu spinta lit-tkabbir u joħolqu valur. Barra minn hekk, din għandha “tippermetti li l-UE ssir l-ekonomija aġli mil-lat ta’ data li tkun l-aktar attraenti, l-aktar sikura u l-aktar dinamika fid-dinja”. Element ewlieni tal-Istrateġija għad-Data huwa l-iżvilupp ta’ spazji komuni Ewropej tad-data f’setturi ekonomiċi strateġiċi u dominji ta’ interess pubbliku, bħall-ispazju komuni Ewropew tad-data dwar is-saħħa.
Din l-Opinjoni tippreżenta l-fehma tal-EDPS dwar l-Istrateġija għad-Data b’mod ġenerali, kif ukoll dwar ċerti aspetti speċifiċi, bħall-kunċett ta’ “ġid pubbliku”, Data Miftuħa, użu ta’ data għal riċerka xjentifika, intermedjarji tad-data, altruiżmu tad-data, kondiviżjoni tad-data internazzjonali u oħrajn.
L-EDPS jifhem l-importanza dejjem tikber tad-data għall-ekonomija u għas-soċjetà u jappoġġa l-objettivi strateġiċi usa’ tal-UE, bħall-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali u s-sovranità diġitali tal-UE. Fl-istess ħin, huwa jfakkar li “big data tiġi b’responsabbiltà kbira” u għalhekk għandhom jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data.
F’dan ir-rigward, l-EDPS ifaħħar l-impenn tal-Kummissjoni li tiżgura li d-drittijiet u l-valuri fundamentali Ewropej, inkluż id-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, isejsu l-aspetti kollha tal-Istrateġija għad-Data u l-implimentazzjoni tagħha. B’mod partikolari, japprezza l-assigurazzjoni li l-Istrateġija tkun żviluppata f’konformità sħiħa mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, li jipprovdi bażi soda, anke minħabba l-approċċ teknoloġikament newtrali tagħha.
L-EDPS jissottolinja li wieħed mill-objettivi tal-Istrateġija għad-Data għandu jkun li jagħti prova tal-vijabbiltà u s-sostenibbiltà ta’ mudell alternattiv ta’ ekonomija tad-data - miftuħ, ġust u demokratiku. Għall-kuntrarju tal-mudell kummerċjali predominanti attwali, ikkaratterizzat minn konċentrazzjoni bla preċedent ta’ data f’numru żgħir ta’ atturi b’saħħithom, kif ukoll traċċar pervażiv, l-ispazju Ewropew tad-data għandu jservi bħala eżempju ta’ trasparenza, responsabbiltà effettiva u bilanċ xieraq bejn l-interessi tas-suġġetti tad-data individwali u l-interess komuni tas-soċjetà kollha kemm hi.
Barra minn hekk, din l-Opinjoni tqis il-kriżi globali bla preċedent, ikkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, li affettwat l-aspetti kollha ta’ ħajjitna. F’dan il-kuntest, l-EDPS itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-protezzjoni tad-data mhijiex il-problema iżda parti mis-soluzzjoni. Id-data u t-teknoloġija jista’ jkollhom rwol importanti biex tingħeleb il-kriżi flimkien ma’ fatturi oħra, peress li m’hemm l-ebda “soluzzjoni maġika” għal xi ħaġa daqshekk kumplessa bħal dan.
L-EDPS jibqa’ għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew biex jipprovdi aktar pariri fl-istadji li jmiss tal-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea għad-data, kemm f’termini ta’ qafas legali kif ukoll ta’ aspetti prattiċi. Il-kummenti f’din l-Opinjoni huma mingħajr preġudizzju għal kummenti addizzjonali fil-futur dwar kwistjonijiet partikolari u/jew jekk ikun hemm aktar informazzjoni disponibbli.
1. INTRODUZZJONI
|
1. |
Fid-19 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Komunikazzjoni “Strateġija Ewropea għad-data” (1). Din hija parti minn pakkett usa’ ta’ dokumenti strateġiċi, li tinkludi wkoll Komunikazzjoni dwar it-Tfassil tal-futur diġitali (2) tal-Ewropa u White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali - Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u l-fiduċja (3). |
|
2. |
L-għan tal-istrateġija Ewropea għad-data (minn hawn’ il quddiem imsejħa “l-Istrateġija għad-Data” jew “l-Istrateġija”) huwa li jinħoloq spazju uniku Ewropew tad-data u b’hekk ikun aktar faċli għan-negozji u għall-awtoritajiet pubbliċi li jkollhom aċċess għal data ta’ kwalità għolja biex jagħtu spinta lit-tkabbir u joħolqu valur, filwaqt li jnaqqsu l-marka tal-karbonju tal-ekonomija tal-UE. Barra minn hekk, dan ikollu rwol ewlieni fit-twettiq tal-ambizzjoni tal-Kummissjoni li “l-UE ssir l-ekonomija aġli mil-lat ta’ data li tkun l-aktar attraenti, l-aktar sikura u l-aktar dinamika fid-dinja”. |
|
3. |
L-Istrateġija Ewropea għad-Data kienet miftuħa għall-konsultazzjoni pubblika. L-objettiv tal-konsultazzjoni huwa li jinġabru l-fehmiet dwar l-Istrateġija għad-Data kollha kemm hi, kif ukoll dwar ċerti aspetti speċifiċi. Tnediet konsultazzjoni pubblika simili dwar il-White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali. |
|
4. |
L-EDPS kien ikkonsultat b’mod informali mill-Kummissjoni fid-29 ta’ Jannar 2020 dwar l-abbozz inizjali tal-Istrateġija għad-Data u ssottometta kummenti preliminari. L-EDPS jilqa’ l-fatt li l-fehmiet tiegħu ġew imfittxija fi stadju bikri tal-proċedura u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli b’din l-aħjar prattika. |
|
5. |
Din l-opinjoni telabora aktar dwar xi wħud mill-kummenti informali u tipprovdi kontribut aktar immirat fid-dawl tal-konsultazzjoni pubblika. Fil-prinċipju, din għandha tinqara flimkien ma’ opinjonijiet rilevanti oħra tal-EPDS, li ssir referenza għalihom fid-dokument, bħall-Opinjoni preliminari dwar ir-riċerka xjentifika (4), l-Opinjoni dwar id-Data Miftuħa (5), Opinjoni dwar sistemi ta’ ġestjoni tal-informazzjoni personali (6), u oħrajn. Barra minn hekk, din l-opinjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kumment addizzjonali li l-EPDS jista’ jagħmel fuq il-bażi ta’ aktar informazzjoni disponibbli fi stadju aktar tard, inkluż fil-kuntest ta’ konsultazzjonijiet leġiżlattivi futuri dwar l-atti legali previsti fl-Istrateġija għad-Data u l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni. |
|
6. |
Fl-aħħar nett, l-EDPS jinnota d-dibattitu li għaddej dwar sa liema punt id-data u t-teknoloġija jistgħu jgħinu fil-ġlieda kontra l-COVID-19. F’dan il-kuntest, l-EDPS jixtieq ifakkar il-pożizzjoni tiegħu, kondiviża mill-awtoritajiet superviżorji l-oħra fi ħdan il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB) (7), li r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data ma jfixklux il-miżuri meħuda b’rispons għall-pandemija tal-coronavirus. Il-protezzjoni tad-data mhijiex il-problema, hija parti mis-soluzzjoni. L-EDPS iqis li d-data u t-teknoloġija għandhom rwol importanti biex tingħeleb il-kriżi bla preċedent, li tħalli impatt fuq l-aspetti kollha ta’ ħajjitna, iżda bl-ebda mod ma huma “soluzzjoni maġika”. Id-data u t-teknoloġija jistgħu jikkontribwixxu fil-ġlieda kontra l-pandemiji u theddid simili ieħor biss jekk jagħtu s-setgħa b’mod effettiv lill-individwi u jkunu akkumpanjati minn salvagwardji xierqa u miżuri olistiċi oħra. |
6. KONKLUŻJONI
|
75. |
L-EDPS jifhem l-importanza dejjem tikber tad-data għall-ekonomija u għas-soċjetà u jappoġġa l-ambizzjoni li l-Unjoni Ewropea ssir “l-ekonomija aġli mil-lat ta’ data li tkun l-aktar attraenti, l-aktar sikura u l-aktar dinamika fid-dinja”. Fl-istess ħin, huwa jixtieq ifakkar li “l-big data tiġi b’responsabbiltà kbira” u għalhekk salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data għandhom jiġu implimentati u applikati b’mod effettiv. |
|
76. |
L-EDPS jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li tiżgura li d-drittijiet u l-valuri fundamentali Ewropej, inkluż id-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, isejsu l-aspetti kollha tal-Istrateġija għad-Data u l-implimentazzjoni tagħha. B’mod partikolari, japprezza l-assigurazzjoni li l-Istrateġija tkun żviluppata b’konformità sħiħa mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, li jipprovdi bażi soda, anke minħabba l-approċċ teknoloġikament newtrali tiegħu. |
|
77. |
Illum, il-mudell kummerċjali predominanti tal-ekonomija diġitali huwa kkaratterizzat minn konċentrazzjoni bla preċedent ta’ data f’idejn numru żgħir ta’ atturi b’saħħithom, ibbażati barra mill-UE, u ta’ traċċar pervażiv fuq skala kbira. L-EDPS jemmen bis-sħiħ li wieħed mill-objettivi l-aktar importanti tal-Istrateġija għad-Data għandu jkun li jagħti prova tal-vijabbiltà u s-sostenibbiltà ta’ mudell alternattiv ta’ ekonomija tad-data - miftuħ, ġust u demokratiku. Għalhekk, l-ispazji komuni Ewropej tad-data previsti għandhom iservu bħala eżempju ta’ trasparenza, responsabbiltà effettiva u bilanċ xieraq bejn l-interessi tas-suġġetti tad-data u l-interess komuni tas-soċjetà kollha kemm hi. |
|
78. |
L-EDPS jistenna li jiġi kkonsultat dwar kwalunkwe segwitu leġiżlattiv għall-Istrateġija għad-Data li ser ikollu impatt fuq il-protezzjoni tad-data, kif stipulat hawn fuq, f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament 2018/1725, u jibqa’ għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew biex jipprovdi aktar pariri fl-istadji li jmiss ta’ implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea għad-data, kemm f’termini ta’ qafas legali kif ukoll ta’ aspetti prattiċi. Il-kummenti f’din l-Opinjoni huma mingħajr preġudizzju għal kummenti addizzjonali fil-futur dwar kwistjonijiet partikolari u/jew jekk ikun hemm aktar informazzjoni disponibbli. |
Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2020.
Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI
(1) COM (2020) 66 finali, https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/europe-fit-digital-age/european-data-strategy_mt
(2) COM(2020) 67 finali, https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/europe-fit-digital-age/shaping-europe-digital-future_mt
(3) COM(2020) 65 finali, https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/europe-fit-digital-age/excellence-trust-artificial-intelligence_mt
(4) https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/20-01-06_opinion_research_en.pdf
(5) https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/18-07-11_psi_directive_opinion_en.pdf
(6) https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/16-10-20_pims_opinion_en.pdf
(7) Ara iktar fuq https://edps.europa.eu/data-protection/our-work/subjects/covid-19_en
|
30.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/14 |
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal politika komprensiva tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jinsab bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)
(2020/C 322/05)
Sommarju eżekuttiv
Fis-7 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni dwar pjan ta’ azzjoni għal politika komprensiva tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (C(2020)2800 finali) li tistabbilixxi mappa tar-rotta għall-kisba tal-objettivi tagħha f’dan il-qasam. Din l-Opinjoni tivvaluta l-implikazzjonijiet tal-protezzjoni tad-data tal-inizjattivi stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni.
Filwaqt li l-EDPS jirrikonoxxi l-importanza tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu bħala objettiv ta’ interess ġenerali, nappellaw biex il-leġiżlazzjoni ssib bilanċ bejn l-interferenza fid-drittijiet fundamentali tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali u l-miżuri li huma meħtieġa biex b’mod effettiv jinkisbu l-għanijiet ta’ interess ġenerali dwar l-AML/CFT (il-prinċipju tal-proporzjonalità).
L-EDPS jirrakkomanda li l-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni effettiva tal-qafas eżistenti tal-AML/CFT filwaqt li tiżgura li jiġu rrispettati l-GDPR u l-qafas tal-protezzjoni tad-data u li jkun hemm konformità magħhom. Dan ikun partikolarment rilevanti għax-xogħlijiet fuq l-interkonnessjoni tal-mekkaniżmi tal-kontijiet tal-bank ċentrali u r-reġistri ta’ sjieda benefiċjarja li għandhom ikunu prinċipalment ispirati mill-prinċipji ta’ minimizzazzjoni tad-data, l-eżattezza u l-privatezza mid-disinn u prestabbilita.
L-EDPS jilqa’ l-armonizzazzjoni prevista tal-qafas tal-AML/CFT, peress li din għandha tirriżulta f’applikazzjoni aktar konsistenti tar-regoli ewlenin mill-Istati Membri kif ukoll f’interpretazzjoni uniformi mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. L-EDPS jistieden lill-Kummissjoni ssegwi l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju meta tkun qed tiddeċiedi dwar il-miżuri l-ġodda tal-ġabra ta’ regoli msaħħa, peress li dan l-approċċ huwa konformi wkoll mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data.
L-EDPS jirrakkomanda li l-Kummissjoni tipprevedi fil-proposta tagħha għat-twettiq tas-superviżur tal-AML/CFT fil-livell tal-UE, bażi ġuridika speċifika biex tipproċessa data personali kif ukoll is-salvagwardji meħtieġa tal-protezzjoni tad-data f’konformità mal-GDPR u mar-Regolament 2018/1725, b’mod partikolari fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni u t-trasferimenti internazzjonali tad-data.
L-EDPS jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tagħti spinta lill-iżvilupp tal-FIU.net (Network ta’ Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja) u biex issib soluzzjoni xierqa għall-ġestjoni tiegħu li tkun konformi mal-GDPR u mal-qafas tal-protezzjoni tad-data. Barra minn hekk, nirrakkomandaw li l-proposta li tistabbilixxi l-mekkaniżmu għall-appoġġ u l-koordinazzjoni tal-UIF tikkjarifika l-kundizzjonijiet għall-aċċess għal u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar tranżazzjonijiet finanzjarji mill-UIF.
L-EDPS jappoġġa l-iżvilupp tal-PPPs għar-riċerka u l-analiżi tat-tipoloġiji u x-xejriet fl-AML/CFT, fi ħdan ir-rispett tal-konfini tal-GDPR. Għall-kuntrarju, u jekk l-EDPS ma jkunx irid jesprimi l-ebda ġudizzju ta’ mertu dwar l-iskopijiet ta’ politika wara l-inizjattiva, aħna nikkunsidraw li l-PPPs għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni operazzjonali dwar persuni suspettati ta’ intelligence mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi lil entitajiet obbligati, jirriżultaw f’livell għoli ta’ riskju għad-drittijiet tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data. Barra minn hekk, l-operazzjonijiet ta’ pproċessar li jikkonċernaw informazzjoni dwar reati possibbli li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet finanzjarji għandhom jibqgħu fil-konfini tal-awtoritajiet kompetenti u ma jiġux kondiviżi ma’ entitajiet privati.
L-EDPS jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni li twettaq rwol aktar b’saħħtu fit-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja u li titkellem b’vuċi waħda. Huwa jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tħabrek biex il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data jsiru parti mill-proċessi tal-AML/CFT, meta tkun qed tistabbilixxi standards internazzjonali f’dan il-qasam.
Finalment, l-EDPS jistenna li jiġi kkonsultat, f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament 2018/1725, wara l-adozzjoni tal-proposti għal atti leġiżlattivi fejn ikun hemm impatt fuq il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. Dan jista’ jinkludi, inter alia, il-proposti futuri għal Regolament dwar il-miżuri tal-AML/CFT, li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ appoġġ u koordinazzjoni għall-UIF u li jistabbilixxi superviżur fil-livell tal-UE.
1. INTRODUZZJONI U SFOND
|
1. |
Fis-7 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Komunikazzjoni tagħha dwar pjan ta’ azzjoni għal politika komprensiva tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (C(2020)2800 finali) (il-“Pjan ta’ Azzjoni”). Il-Pjan ta’ Azzjoni huwa inizjattiva prevista fl-objettiv tal-politika nru 21 tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2020 “It-tlestija tal-Unjoni Bankarja”. |
|
2. |
Il-Pjan ta’ Azzjoni jikkonsisti f’sitt pilastri, jiġifieri (1) l-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva tal-qafas eżistenti tal-UE kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu (“AML/CFT”), (2) l-istabbiliment ta’ ġabra unika ta’ regoli tal-UE dwar l-AML/CFT; (3) l-implimentazzjoni ta’superviżjoni tal-AML/CFT fil-livell tal-UE, (4) l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ appoġġ u kooperazzjoni għall-UIF, (5) l-infurzar ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali u skambju tal-informazzjoni fil-livell tal-Unjoni u (6) it-tisħiħ tad-dimensjoni internazzjonali tal-qafas tal-UE fir-rigward tal-AML/CFT. Sabiex tiġbor il-fehmiet taċ-ċittadini u tal-partijiet ikkonċernati dwar dawn il-miżuri, fis-7 ta’ Mejju, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika (1) b’mod parallel mal-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni sad-29 ta’ Lulju 2020. |
|
3. |
Il-Pjan ta’ Azzjoni jikkonkretizza l-pilastri f’numru ta’ miżuri speċifiċi, inklużi diversi proposti leġiżlattivi li jikkonċernaw il-ġabra unika ta’ regoli tal-UE fir-rigward tal-AML/CFT, li jistabbilixxu superviżur tal-AML/CFT fil-livell tal-UE u li jiżviluppaw mekkaniżmu ta’ appoġġ u koordinazzjoni għall-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (“UIF”). Din l-Opinjoni ssegwi l-istruttura tas-sitt pilastri u tesprimi l-fehmiet tal-EDPS dwar miżuri magħżula tal-Pjan ta’ Azzjoni, u b’mod partikolari, dwar l-interferenza potenzjali tagħhom fid-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data ta’ individwi kif iggarantit mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Din l-Opinjoni hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Kummissjoni li tikkonsulta l-EDPS, skont l-Artikolu 42 tar-Regolament 2018/1725, dwar kwalunkwe proposta leġiżlattiva li tista’ tiġi proposta fil-qafas tal-Pjan ta’ Azzjoni fejn ikun hemm impatt fuq il-protezzjoni tad-dritt tal-individwi għall-protezzjoni tad-data personali. |
4. KONKLUŻJONIJIET
Fid-dawl ta’ dan imsemmi hawn fuq, l-EDPS jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
|
— |
Jistieden lill-Kummissjoni, fix-xogħlijiet leġiżlattivi, biex issib bilanċ bejn il-miżuri li jkunu meħtieġa biex b’mod effettiv jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess ġenerali dwar l-AML/CFT u l-interferenza tagħhom mad-drittijiet fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali; |
|
— |
Jirrakkomanda li l-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-qafas eżistenti tal-AML/CFT filwaqt li tiżgura r-rispett lejn il-GDPR u l-qafas tal-protezzjoni tad-data; |
|
— |
Fir-rigward tax-xogħlijiet dwar l-interkonnessjoni tal-mekkaniżmi tal-kontijiet tal-bank ċentrali u r-reġistri ta’ sjieda benefiċjarja, jirrakkomanda li dawn ikunu konformi, b’mod partikolari, mal-prinċipji tal-minimizzazzjoni tad-data, l-eżattezza u l-protezzjoni tad-data mid-disinn u prestabbilita; |
|
— |
Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni żżomm approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-miżuri l-ġodda tal-AML/CFT tal-ġabra ta’ regoli msaħħa, jiġifieri billi tapplika proċeduri inqas intrużivi għal sitwazzjonijiet inqas riskjużi, billi dan ikun ukoll f’konformità mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data; |
|
— |
Fir-rigward tad-Diligenza Dovuta tal-Klijent, jirrakkomanda li jinżammu salvagwardji fil-leġiżlazzjoni proposta biex jiggarantixxu d-dritt tal-klijenti li jiġu infurmati meta tinġabar id-data tagħhom, u dwar l-iskop(ijiet) li għalihom tkun meħtieġa u tiġi pproċessata d-data, kif ukoll biex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji tal-minimizzazzjoni tad-data, il-limitazzjoni tal-iskop u l-protezzjoni tad-data mid-disinn, u l-limiti tat-teħid tad-deċiżjonijiet individwali b’mod awtomatizzat; |
|
— |
Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tipprevedi fil-proposta li jmiss tagħha li tistabbilixxi Superviżur tal-AML/CFT fil-livell tal-UE għal bażi ġuridika għall-ipproċessar ta’ data personali kif ukoll is-salvagwardji meħtieġa tal-protezzjoni tad-data f’konformità mal-GDPR u mar-Regolament 2018/1725, b’mod partikolari fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni u t-trasferimenti internazzjonali ta’ data; |
|
— |
Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tikkjarifika fil-proposta għall-mekkaniżmu għall-appoġġ u l-koordinazzjoni tal-UIF, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għal u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji mill-UIF; |
|
— |
Jappoġġa l-iżvilupp tal-PPPs għar-riċerka u l-analiżi tat-tipoloġiji u x-xejriet fl-AML/CFT, fi ħdan ir-rispett tal-konfini tal-GDPR; |
|
— |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tintegra l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data, meta tkun qed tistabbilixxi standards internazzjonali fit-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja. |
Brussell, it-23 ta’ Lulju 2020.
Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI
(1) https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12176-Action-Plan-on-anti-money-laundering/public-consultation
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/17 |
Avviż ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja
(2020/C 322/06)
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja, huma l-oġġett ta’ dumping u b’hekk qed ikunu ta’ dannu (2) għall-industrija tal-Unjoni.
1. Ilment
L-ilment kien ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2020 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“EUROFER”), (“l-ilmentatur”), li tirrappreżenta aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ.
Verżjoni pubblika tal-ilment u l-analiżi tal-livell ta’ sostenn għall-ilment minn produtturi tal-Unjoni jinsabu fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ dan l-Avviż tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl għall-partijiet interessati.
2. Prodott li qed jiġi investigat
Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa prodott tal-azzar inossidabbli rrumblat ċatt, mhux maħdum iktar ħlief irrumblat fil-kiesaħ (imnaqqas bla sħana), (“il-prodott li qed jiġi investigat”).
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw informazzjoni dwar l-ambitu tal-prodott iridu jagħmlu dan fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika (3).
3. Allegazzjoni ta’ dumping
Il-prodott li allegatament qed ikun l-oġġett ta’ dumping huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina mill-Indja u l-Indoneżja (“il-pajjiżi kkonċernati”), li attwalment għandu l-kodiċi(jiet) NM 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7219 90 20, 7219 90 80, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81, 7220 20 89, 7220 90 20 u 7220 90 80. Il-kodiċijiet NM huma mogħtija għall-informazzjoni biss.
|
— |
L-Indja |
L-allegazzjoni ta' dumping mill-Indja hija bbażata fuq tqabbil tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell tal-fabbrika) tal-prodott investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, sar tqabbil mil-lanjant ta’ valur normali kostrutt (kostijiet ta’ manifattura, bejgħ, kostijiet ġenerali u amministrattivi — SG&A — u profitt) mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni (fil-livell ex-works) tal-prodott investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-Indja.
|
— |
L-Indoneżja |
L-allegazzjoni ta' dumping mill-Indoneżja hija bbażata fuq tqabbil tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell tal-fabbrika) tal-prodott investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, sar tqabbil mill-ilmentatur ta’ valur normali kostrutt (kostijiet ta’ manifattura, bejgħ, kostijiet ġenerali u amministrattivi — SG&A — u profitt) mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni (fil-livell ex-works) tal-prodott investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Fuq dik il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-Indoneżja.
4. Allegazzjoni ta’ dannu / rabta ta' kawżalità u distorsjonijiet fil-materja prima
4.1. Allegazzjoni ta’ dannu u kawżalità
L-ilmentatur ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu komplessivament f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem fis-suq.
L-evidenza mogħtija mill-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott impurtat investigat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa u fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba kif ukoll fuq is-sehem fis-suq tal-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f'effetti negattivi fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.
4.2. Allegazzjoni ta’ distorsjonijiet fil-materja prima
L-ilmentatur ipprovda evidenza suffiċjenti li hemm distorsjonijiet fil-materja prima fl-Indja u l-Indoneżja fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat. Dawn id-distorsjonijiet jidher li jirriżultaw fil-prezzijiet li huma aktar baxxi minn dawk ikkwotati fis-swieq internazzjonali tal-istess prodotti.
Skont l-evidenza fl-ilment, xi materja prima li tirrappreżenta individwalment aktar minn 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott investigat hija distorta minħabba restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni. L-Indja allegatament għandha restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fir-rigward tal-kromju fis-seħħ bħal, fost l-oħrajn, taxxi fuq l-esportazzjoni, limitazzjonijiet għal esportaturi kkwalifikati kif ukoll rekwiżit ta’ liċenzjar. Il-kromju jammonta għal aktar minn 17 % tal-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. Restrizzjonijiet ulterjuri huma relatati mar-ruttam tal-azzar inossidabbli. L-Indoneżja allegatament kellha dazju tal-esportazzjoni ta’ 10 % fuq il-mineral tan-nikil b’konċentrazzjoni tan-nikil ta’ inqas minn 1,7 %, flimkien mal-obbligu li tissodisfa rekwiżiti stretti, (4) u projbizzjoni tal-esportazzjoni fuq il-mineral tan-nikil b’konċentrazzjoni tan-nikil ta’ 1,7 % jew ogħla. Mill-1 ta’ Jannar 2020 reġgħet iddaħħlet projbizzjoni sħiħa fuq l-esportazzjoni. Il-kromju jammonta għal aktar minn 17 % tal-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.
Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni se teżamina d-distorsjonijiet allegati biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu. Jekk distorsjonijiet oħra koperti mill-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku jiġu identifikati matul l-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista’ tkopri wkoll dawn id-distorsjonijiet l-oħra.
5. Proċedura
Ladarba tkun iddeterminat, wara li tkun infurmat lill-Istati Membri, li l-ilment ġie ppreżentat mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha, u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni tibda investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni se tistabbilixxi jekk il-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina fil-pajjiżi kkonċernati, huwiex oġġett ta’ dumping, u jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping kinux ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.
Jekk il-konklużjonijiet ikunu fl-affermattiv, l-investigazzjoni teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2a), l-investigazzjoni teżamina t-test ta’ interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku.
Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Ġunju 2018, (il-pakkett tal-Modernizzazzjoni tat-TDI), daħħal tibdiliet sinifikanti fl-iskeda ta’ żmien u fl-iskadenzi li kienu applikabbli qabel fil-proċedimenti antidumping. Il-limiti ta’ żmien għall-partijiet interessati biex jipprovdu evidenza, b’mod partikolari fl-istadju bikri tal-investigazzjonijiet, tqassru.
Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet li wara t-tifqigħa tal-COVID-19, ġie ppubblikat Avviż (6) dwar il-konsegwenzi potenzjali tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet antidumping u antisussidji.
5.1. Perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).
5.2. Kummenti dwar l-ilment u l-bidu tal-investigazzjoni
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar l-ilment (fosthom kwistjonijiet li jirrigwardaw id-dannu u r-rabta ta’ kawżalità) jew dwar xi aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (fosthom il-livell ta’ sostenn għall-ilment) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż.
Kull talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż.
5.3. Proċedura għal kif jiġi stabbilit id-dumping
Il-produtturi esportaturi (7) tal-prodott investigat huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.3.1. Investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
(a)
Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati li huma involuti f’dan il-proċediment u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma b’dan mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/a1e2d71f-e846-cc24-13ea-119846ee1fef. L-informazzjoni dwar l-aċċess għal Tron tista’ tinsab fit-Taqsimiet 5.6 u 5.8.
Biex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll lill-awtoritajiet tal-Indja u l-Indoneżja u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-Indja u l-Indoneżja u l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-Indja u l-Indoneżja, jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi esportaturi, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk humiex inklużi fil-kampjun. Il-produtturi esportaturi fil-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tal-avviż tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni żżid nota li tirrifletti l-għażla tal-kampjun fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.
Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq il-website tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2484).
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi li jkunu qablu li jiġu inklużi fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu parti mill-kampjun jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex parti mill-kampjun”). Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima 5.3.1(b) hawn taħt, id-dazju anti-dumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex parti mill-kampjun mhuwiex se jaqbeż il-marġni tal-medja ponderata ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (8).
(b)
Skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex parti mill-kampjun jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-marġnijiet ta’ dumping individwali tagħhom. Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal marġni ta’ dumping individwali jridu jlestu l-kwestjonarju u jirritornawh debitament komplut fi żmien 30 jum mid-data tal-avviż tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq il-website tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2484).
Il-Kummissjoni teżamina jekk il-produtturi esportaturi li kkooperaw u mhux inklużi fil-kampjun jistgħux jingħataw dazju individwali f’konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.
Madankollu, il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun li jitolbu marġni ta’ dumping individwali, jenħtieġ li jkunu jafu li l-Kummissjoni xorta waħda tista’ tiddeċiedi li ma tistabbilixxix il-marġni ta’ dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun tant ikun kbir li stabbiliment bħal dan ikun wisq diffiċli li jsir u minħabba fih l-investigazzjoni ma tkunx tista’ titlesta fil-ħin.
5.3.2. Investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (9) (10)
L-importaturi mhux relatati tal-prodott investigat, importat mill-Indja u l-Indoneżja lejn l-Unjoni, huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni.
Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’dan il-proċediment, u biex l-investigazzjoni titlesta sal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi li mhumiex relatati u li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
B’hekk, biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ it-teħid ta’ kampjun, u jekk dan ikun il-każ, biex għaldaqstant tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija(i) tagħhom, mitluba fl-Anness ta’ dan l-Avviż fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż.
Il-Kummissjoni, biex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli.
Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar il-kampjun tal-importaturi. Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota li tirrifletti l-għażla tal-kampjun fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.
Biex tikseb l-informazzjoni li tqis li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tqiegħed il-kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-importaturi mhux relatati li jkunu parti mill-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tal-avviż tad-deċiżjoni dwar il-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq il-website tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2484).
5.4. Proċedura għall-istabbiliment tad-dannu u għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
L-istabbiliment tad-dannu jissejjes fuq evidenza pożittiva u jinvolvi eżami oġġettiv tal-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, tal-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u tal-impatt konsegwenti ta’ dawn l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Biex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx xi dannu, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
Fil-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni kkonċernati, u sabiex tlesti l-investigazzjoni sal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati. B’hekk, il-partijiet interessati huma mistiedna jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kampjun, iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun proviżorju jridu jaslu fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni u / jew lill-assoċjazzjonijiet magħrufa kollha tal-produtturi tal-Unjoni dwar il-kumpaniji li finalment ikunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.
Il-produtturi tal-Unjoni li jkunu parti mill-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tal-avviż tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq il-website tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2484).
5.5. Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni f’każ ta’ allegazzjonijiet ta’ distorsjonijiet rigward il-materja prima
F’każijiet ta’ distorsjoni rigward il-materji prima kif definit fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni twettaq test dwar l-interess tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 7(2b) ta’ dan ir-Regolament. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi, meta tistabbilixxi l-livell ta’ dazji skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, biex tapplika l-Artikolu 7(2), hija twettaq test fl-interess tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 21.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jipprovdu l-informazzjoni kollha pertinenti li tippermetti lill-Kummissjoni tiddetermina jekk huwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġi stabbilit il-livell tal-miżuri skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, il-partijiet interessati huma mistiedna jipprovdu kwalunkwe informazzjoni dwar il-kapaċitajiet żejda fil-pajjiżi kkonċernati, il-kompetizzjoni għal materja prima u l-effett fuq il-katini ta’ provvista għal kumpaniji Ewropej. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni l-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li jkun skont l-interess tal-Unjoni li jiġi applikat l-Artikolu7(2a) tar-Regolament bażiku.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-interessi tal-Unjoni. Biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.
L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interessi tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew fil-format ta’ test liberu jew inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott li qed jiġi investigat, tinsab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2484). L-informazzjoni mogħtija titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.
5.6. Partijiet interessati
Biex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.
Il-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li ppreżentaw informazzjoni disponibbli b’konformità mal-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3.1, 5.3.2, 5.4 u 5.5 ta’ hawn fuq jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.
Partijiet oħra jkunu jistgħu jieħdu sehem biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument li fih jippreżentaw lilhom infushom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat. Li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ TRON.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Segwi l-istruzzjonijiet f’din il-paġna biex ikollok aċċess.
5.7. Possibbiltà ta’ seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni.
Kull talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.
L-iskeda ta’ żmien għas-seduti ta’ smigħ hija kif ġej:
|
i. |
Biex xi seduta ta’ smigħ issir qabel l-iskadenza biex jiġu imposti l-miżuri proviżorji, jenħtieġ li t-talba ssir fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż u s-seduta ta’ smigħ normalment issir fi żmien 60 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż. |
|
ii. |
Wara l-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji, jenħtieġ li ssir talba fi żmien ħamest (5) ijiem mid-data tad-divulgazzjoni tal-konstatazzjonijiet proviżorji jew tad-dokument ta’ informazzjoni, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifikazzjoni tad-divulgazzjoni jew mid-data tad-dokument ta’ informazzjoni. |
|
iii. |
Fl-istadju tal-konstatazzjonijiet definittivi, jenħtieġ li ssir talba fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tad-divulgazzjoni finali, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir fil-perjodu mogħti biex isiru kummenti dwar id-divulgazzjoni finali. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li ssir talba minnufih malli jseħħ l-iżvelar finali addizzjonali, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir sal-iskadenza biex jiġu pprovduti kummenti dwar dan l-iżvelar. |
L-iskeda ta’ żmien deskritta hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tas-servizzi tal-Kummissjoni li jaċċettaw seduti ta’ smigħ barra l-limitu ta’ żmien f’każijiet debitament ġustifikati u għad-dritt tal-Kummissjoni li tiċħad seduti ta’ smigħ f’każijiet debitament ġustifikati. Jekk is-servizzi tal-Kummissjoni jiċħdu talba għal seduta ta’ smigħ, il-parti kkonċernata tiġi infurmata bir-raġunijiet għal ċaħda bħal din.
Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.
5.8. Struzzjonijiet għall-preżentazzjoni bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u / jew data li jkunu soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni (a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment ta’ difiża tal-kummerċ u (b) tipprovdi l-informazzjoni u / jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, fosthom l-informazzjoni mitluba f’dan l-Avviż, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive” (11) (Sensittivi). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.
Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni mmarkata “Sensitive” huma obbligati jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties”. Jenħtieġ li dawn is-sommarji jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli.
Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tagħtix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora din l-informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni tkun korretta.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jagħmlu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika validu u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz tal-posta elettronika tax-xogħol uffiċjali, li jaħdem u li jiġi vverifikat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u informazzjoni ulterjuri dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet permezz ta’ TRON.tdi u bil-posta elettronika, il-partijiet interessati jenħtieġ li jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate G |
|
Uffiċċju: CHAR 04/039 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
TRON.tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi
Għal kwistjonijiet relatati mad-dumping mill-Indja:
TRADE-AD670-DUMPING-INDIA@ec.europa.eu
Għal kwistjonijiet relatati mad-dumping mill-Indoneżja:
TRADE-AD670-DUMPING-INDONESIA@ec.europa.eu
Għal aspetti ta’ dannu u l-interessi tal-Unjoni:
TRADE-AD670-INJURY@ec.europa.eu
6. Skeda tal-investigazzjoni
Skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, normalment l-investigazzjoni tiġi konkluża fi żmien 13-il xahar, iżda mhux iktar minn 14-il xahar, mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż. Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, normalment il-miżuri proviżorji jistgħu jiġu imposti sa mhux aktar tard minn seba’ (7) xhur mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż, iżda fi kwalunkwe każ sa mhux iktar tard minn tmien (8) xhur mill-pubblikazzjoni tiegħu.
Skont l-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji tliet (4) ġimgħat qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji. Il-partijiet interessati se jingħataw tlett (3) ijiem tax-xogħol biex jikkummentaw bil-miktub dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli.
F’każijiet fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li ma timponix dazji proviżorji iżda li tkompli l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jiġu infurmati, permezz ta’ dokument ta’ informazzjoni, bin-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ dazji erba’ ġimgħat qabel ma tiskorri l-iskadenza skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet interessati jingħataw 15-il jum biex jikkummentaw bil-miktub dwar il-konstatazzjonijiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni, u 10 ijiem biex jikkummentaw bil-miktub dwar il-konstatazzjonijiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun applikabbli, dikjarazzjonijiet addizzjonali finali jispeċifikaw l-iskadenza sa meta l-partijiet interessati jkunu jistgħu jikkummentaw bil-miktub.
7. Preżentazzjoni ta’ informazzjoni
Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni fl-iskedi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsimiet 5 u 6 ta’ dan l-Avviż biss. Il-preżentazzjoni ta’ kull informazzjoni oħra mhux koperta minn dawn it-taqsimiet, jenħtieġ li tirrispetta l-iskeda li ġejja:
|
i. |
Kull informazzjoni għall-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji jenħtieġ li tiġi ppreżentata fi żmien 70 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
|
ii. |
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-partijiet interessati jenħtieġ li ma jippreżentawx informazzjoni fattwali ġdida wara l-iskadenza għall-kummenti dwar id-dikjarazzjoni tal-konstatazzjonijiet proviżorji jew id-dokument ta' informazzjoni fl-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji. Wara din l-iskadenza, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss informazzjoni fattwali ġdida jekk ikunu jistgħu juru li informazzjoni fattwali ġdida bħal din tkun meħtieġa biex jikkonfutaw allegazzjonijiet fattwali li jkunu saru minn partijiet interessati oħrajn u dment li informazzjoni fattwali ġdida bħal din tkun tista’ tiġi vverifikata fiż-żmien disponibbli biex l-investigazzjoni titlesta fil-ħin. |
|
iii. |
Biex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi obbligatorji, il-Kummissjoni ma taċċettax iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar id-dikjarazzjoni finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar id-divulgazzjoni finali addizzjonali. |
8. Possibbiltà li jsiru kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra
Biex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.
Kummenti bħal dawn jenħtieġ li jsiru skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:
|
i. |
Jenħtieġ li kwalunkwe kumment dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra qabel l-iskadenza tal-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, isir mhux iktar tard mill-75 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
|
ii. |
Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni li jipprovdu partijiet interessati oħra b’reazzjoni għad-divulgazzjoni tal-konstatazzjonijiet proviżorji jew tad-dokument ta’ informazzjoni, jiġu ppreżentati fi żmien sebat (7) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar il-konstatazzjonijiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
|
iii. |
Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni li jipprovdu partijiet interessati oħra b’reazzjoni għad-divulgazzjoni finali, jiġu ppreżentati fi żmien tlett (3) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar id-divulgazzjoni finali, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm divulgazzjoni finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni li jipprovdu partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal din id-divulgazzjoni jsiru fi żmien jum wieħed (1) mill-iskadenza għal kummenti dwar din id-divulgazzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
L-iskeda ta’ żmien deskritta huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.
9. Estensjoni tal-iskadenzi speċifikati f’dan l-Avviż
L-estensjonijiet għall-iskadenzi li jsir provvediment għalihom f’din in-Notifika jistgħu jingħataw meta jitolbuhom il-partijiet interessati li jindikaw raġuni dovuta.
Jenħtieġ li kull estensjoni għal-limiti ta’ żmien previsti f’dan l-Avviż jiġu rikjesti f’ċirkustanzi ta’ eċċezzjoni u jingħataw biss jekk ikunu debitament ġustifikati. Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni għall-iskadenza tar-risposta għall-kwestjonarji se tkun limitata għal tlett (3) ijiem u bħala regola ma taqbiżx sebat (7) ijiem. Rigward il-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata fl-Avviż ta’ Bidu, l-estensjonijiet ikunu limitati għal tlett ijiem sakemm ma jintwerewx ċirkustanzi ta’ eċċezzjoni.
10. Nonkooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limitu tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, il-konstatazzjonijiet proviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' tiġi injorata, u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u għalhekk il-konstatazzjonijiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma għandux jitqies bħala nuqqas ta' kooperazzjoni, sakemm il-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitluba tirriżulta f'piż żejjed mhux raġonevoli jew fi spejjeż żejda mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni minnufih.
11. Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-iskadenzi u kull talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u ta’ terzi persuni li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.
L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti/jiet interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta jenħtieġ li ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta' smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.
Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien biex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun, wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika intervent bħal dan. Fil-prinċipju, l-iskedi ta’ żmien stabbiliti fit-Taqsima 5.7 biex jintalbu seduti ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni japplikaw mutatis mutandis għal talbiet għal seduti ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta. Jekk it-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati barra mill-iskedi ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn dawn it-talbiet ikunu saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduta fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.
12. Proċessar ta’ data personali
Kull data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).
Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni jinsab fis-sit web tad-DĠ KUMMMERĊ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) It-terminu ġenerali “dannu” jirreferi għal dannu materjali kif ukoll għal theddid ta’ dannu materjali jew dewmien materjali tal-istabbiliment ta’ industrija kif stipulat fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku.
(3) Ir-referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż jirreferu għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(4) Fir-rigward ta’ minerali b’konċentrazzjoni ta’ nikil ta’ < 1,7 %, l-esportazzjoni tista’ ssir biss jekk id-detentur ta’ liċenzja għall-operat u l-produzzjoni ta’ negozju tal-minjieri jkun uża minerali b’din il-konċentrazzjoni ta’ nikil ta’ mill-inqas 30 % tal-kapaċità ta’ input tal-faċilità għall-ipproċessar u r-raffinar tiegħu, u stabbilixxa jew qed jistabbilixxi faċilità għar-raffinar waħdu jew flimkien ma’ partijiet oħra.
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).
(6) Dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet antidumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).
(7) Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u li tesporta l-prodott investigat lejn is-suq tal-Unjoni, jew direttament jew inkella permezz ta’ terza persuna, inkluża xi waħda mill-kumpaniji relatati tagħha involuti fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott investigat.
(8) Skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kull marġni żero u de minimis, u l-marġnijiet stabbiliti f’konformità maċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku ma jitqisux.
(9) Din it-taqsima tkopri biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li ma humiex relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) terza persuna tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien jikkontrollaw terza persuna direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom xi waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(10) Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.
(11) Dokument “Sensitive” jkun dokument li jitqies li hu kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-AntiDumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(12) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS
|
☐ |
Verżjoni “Sensittiva” |
|
☐ |
Verżjoni “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati” |
|
(immarka l-kaxxa rilevanti) |
|
proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja
Informazzjoni għas-selezzjoni tal-kampjun ta’ Importaturi Mhux Relatati
Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-importaturi mhux relatati jwieġbu għat-talba għal informazzjoni marbuta mal-kampjunar li saret fil-punt 5.3.2. tan-Notifika ta’ bidu.
Kemm il-verżjoni “Sensittiva” kif ukoll il-verżjoni “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati” jridu jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ bidu.
1. IDENTITÀ U DETTALJI TAL-KUNTATT
Agħti dawn id-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:
|
Isem il-kumpanija |
|
|
Indirizz |
|
|
Persuna ta’ kuntatt |
|
|
Indirizz tal-posta elettronika |
|
|
Numru tat-telefown |
|
2. FATTURAT U VOLUM TA’ BEJGĦ
Indika l-fatturat totali f’euros (EUR) tal-kumpanija tiegħek, u l-fatturat u l-piż għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mill-Indja u l-Indoneżja, matul il-perjodu tal-investigazzjoni (mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020) ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ kif definiti fin-Notifika ta’ bidu.
|
|
Tunnellati |
Valur f’euros (EUR) |
|
Fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euros (EUR) |
|
|
|
Importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott investigat li joriġina mill-Indja |
|
|
|
Importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott investigat li joriġina mill-Indoneżja |
|
|
|
Importazzjonijiet tal-prodott investigat lejn l-Unjoni (minn kullimkien) |
|
|
|
Bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mill-Indja u l-Indoneżja tal-prodott investigat |
|
|
3. ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (1)
Agħti dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija tiegħek u l-kumpaniji relatati kollha (jekk jogħġbok elenkahom u speċifika r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott li qed jiġi investigat. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott investigat jew il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti ta’ sottokuntrattar, jew l-ipproċessar jew in-negozjar tal-prodott investigat, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.
|
Isem u lokalità tal-kumpanija |
Attivitajiet |
Relazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4. INFORMAZZJONI OĦRA
Agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li tqis li huma utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.
5. ĊERTIFIKAZZJONI
Meta tipprovdi t-tagħrif ta’ hawn fuq, il-kumpanija tiegħek tkun qed taqbel li possibbilment tiġi inkluża fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tiegħek tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fuq il-post tagħha sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tiegħek tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jissejsu fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.
Firma tal-uffiċjal awtorizzat:
L-isem u t-titlu tal-uffiċjal awtorizzat:
Data:
(1) F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) terza persuna tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien jikkontrollaw terza persuna direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom xi waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/28 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9966 — EQT/Colisée)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(2020/C 322/07)
1.
Fit-22 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).
Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EQT Fund Management S.à r.l. (“EQT”, il-Lussemburgu), tiġġestixxi fond għal u f’isem il-fond ta’ investiment, EQT Infrastructure V, |
|
— |
Financière Colisée S.A.S. (“Colisée”, Franza), ikkontrollata Indigo International S.à r.l, li hija kumpanija azzjonarja kkontrollata minn fondi ġestiti minn IK Investment Partners. |
EQT takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Colisée kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
EQT: biex isiru investimenti fl-infrastruttura u f’assi relatati mal-infrastruttura u negozji primarjament fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ Fuq. Il-grupp ta’ fondi EQT jinvesti f’varjetà wiesgħa ta’ industriji u setturi, |
|
— |
Colisée: attiva fil-kura tal-anzjani u tiġġestixxi djar tal-kura u l-flats tas-servizzi u tipprovdi servizzi fid-dar u servizzi ta’ tranżizzjoni mill-isptar għad-dar. Colisée topera fi Franza, il-Belġju, Spanja, l-Italja u ċ-Ċina. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtUlha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.
Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
Il-Każ M.9966 — EQT/Colisée
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/30 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2020/C 322/08)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“Volaille de Bresse”/“Poulet de Bresse”/“Poularde de Bresse”/“Chapon de Bresse”
Nru tal-UE: PDO-FR-0145-AM03 — 6.12.2019
DOP (X) IĠP ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
Comité interprofessionnel de la volaille de Bresse (CIVB) |
|
Indirizz reġistrat: |
|
Bois de Chize |
|
71500 Branges |
|
FRANCE |
Tel. +33 0385751007
Faks +33 0385752899
Posta elettronika: civb@wanadoo.fr
Il-kumitat interprofessjonali tat-tjur tat-trobbija ta’ Bresse jiġbor flimkien l-operaturi, li jieħdu sehem b’mod effettiv fl-attivitajiet tat-tnissil, tal-inkubazzjoni, tat-trobbija u tal-qatla tat-tjur ta’ trobbija li għandhom id-DOP “Volaille de Bresse”, u għaldaqstant għandu d-dritt li jippreżenta din l-applikazzjoni.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Franza
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
☐ |
Isem il-prodott |
|
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
☒ |
Żona ġeografika |
|
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
☒ |
Rabta |
|
☒ |
Tikkettar |
|
☒ |
Oħrajn [speċifika] |
4. Tip ta’ emenda/i
☒ Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
☐ Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata, li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew ekwivalenti), li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
5. Emenda/i
5.1. Intestatura “Deskrizzjoni tal-prodott”
Id-dispożizzjoni:
“Il-preżentazzjonijiet “prêt à cuire” (lesta għat-tisjir) u “surgelée” (iffriżata f’temperaturi baxxi ħafna) huma permessi biss għat-tiġieġ jew għas-sriedak, u dejjem jekk is-saqajn u l-ġwienaħ, ħlief is-swaba’, ma jkunux maqtugħin barra. ”
hija emendata kif ġej:
“Il-preżentazzjoni “prêt à cuire” (lesta għat-tisjir) hija permessa biss għat-tiġieġ u t-tiġieġ imsemmna, u dejjem jekk is-saqajn u l-ġwienaħ, ħlief is-swaba’, ma jkunux maqtugħin barra. It-tqattigħ huwa awtorizzat għat-tiġieġ għall-biċċiet li jispuntaw mill-ġilda. Il-vixxeri, l-irjus u s-saqajn huma esklużi mit-tqattigħ. Il-preżentazzjoni surgelée” (iffriżata f’temperaturi baxxi ħafna) hija awtorizzata għat-tiġieġ “prêt à cuire” (lest għat-tisjir) u għall-biċċiet maqtugħin. ”
B’din l-emenda, it-tiġieġ imsemmna jista’ jiżdied mat-tjur permessi fil-preżentazzjoni “prêt à cuire” (lest għat-tisjir) u tinkorpora l-awtorizzazzjoni tat-tqattigħ biss għall-biċċiet tat-tiġieġa li jispuntaw mill-ġilda, element karatteristiku tal-“Volaille de Bresse”. Il-vixxeri, l-irjus u s-saqajn huma esklużi mit-tqattigħ.
Barra minn dan, l-iffriżar li kien permess biss għat-tiġieġ bil-preżentazzjoni “prêt à cuire” (lest għat-tisjir) huwa wkoll awtorizzat għall-biċċiet mit-tqattigħ tat-tiġieġ.
Bl-emendi proposti, is-settur ikun jista’ jadatta ruħu għall-abitudnijiet il-ġodda tal-konsum kif intwera fl-istħarriġ dwar il-konsum (WorldpanelKantar, 2017), filwaqt li jinżammu l-ispeċifiċitajiet tal-“Volaille de Bresse” b’mod partikolari d-deskrizzjoni tal-ġilda.
Id-dispożizzjoni:
“It-tjur mejtin jiżnu tal-inqas:
|
— |
[…] ; |
|
— |
1,8 kg bil-ġewwieni mneħħi għat-tiġieġ imsemmna; |
|
— |
[…]. ” |
hija emendata kif ġej:
“It-tjur mejtin jiżnu mill-inqas:
|
— |
[…] ; |
|
— |
1,8 kg bil-ġewwieni parzjalment imneħħi għat-tiġieġ imsemmna (jiġifieri 1,5 kg “prêt à cuire” (lest għat-tisjir)) |
|
— |
[…]. ” |
Il-piż minimu ta’ 1,5 kg tat-tiġieġ imsemmna “prêt à cuire” (lest għat-tisjir) huwa speċifikat.
Il-punt 3.2 tad-Dokument Uniku huwa emendat biex dawn l-emendi jiġu kkunsidrati.
Barra minn dan, hemm proposti wkoll fid-Dokument Uniku simplifikazzjonijiet li jirriżultaw minn tneħħija.
Id-dispożizzjoni:
“Il-“Poulet de Bresse” hija tiġieġa jew serduk ta’ mill-inqas 108 jum li tiżen mill-inqas 1,3 kg bil-ġewwieni parzjalment imneħħi (jiġifieri 1 kg “prêt à cuire”, jiġifieri lesta għat-tisjir). Il-“Poularde de Bresse” hija tiġieġa matura sesswalment ta’ mill-inqas 140 jum li tkun ikkostitwiet l-għanqud ta’ bajd tagħha imma ma tkunx bdiet tbid u li tiżen mill-inqas 1,8 kg bil-ġewwieni parzjalment imneħħi. It-tiġieġ jew is-sriedak u l-poulardes jew tiġieġ imsemmna jistgħu jkunu ġew imgeżwra (roulage) u marbuta (brindage) skont l-użanzi tal-post.
Ix-“Chapon de Bresse” huwa serduk imsewwi (ħasi) ta’ mill-inqas 224 jum li jiżen mill-inqas 3,0 kg bil-ġewwieni parzjalment imneħħi. Huwa jiġi kkummerċjalizzat biss għall-festi tal-aħħar tas-sena, bejn l-1 ta’ Novembru u l-31 ta’ Jannar. Skont l-użanzi tal-post bilfors irid jiġi mgeżwer (roulage) fi drapp b’oriġini veġetali (għażel, qanneb, qoton) u jiġi marbut (bridage) b’tali mod li t-tajra tkun imgeżwra kollha ħlief għall-għonq li t-terz ta’ fuq tiegħu jitħallielu r-rix. ”
hija sostitwita bid-dispożizzjoni:
“Il-“Poulet de Bresse” tiżen mill-inqas 1,3 kg bil-ġewwieni parzjalment imneħħi (1 kg “prêt à cuire” (lesta għat-tisjir)).
Il-“Poularde de Bresse” tiżen mill-inqas 1,8 kg bil-ġewwieni parzjalment imneħħi (1.5 kg “prêt à cuire” (lesta għat-tisjir)). It-tiġieġ u t-tiġieġ imsemmna jistgħu jkunu tgewżru u marbuta mis-saqajn u l-ġwienaħ skont l-użanzi tal-post. Ix-“Chapon de Bresse” jiżen mill-inqas 3,0 kg bil-ġewwieni parzjalment imneħħi”. Jiġi kkumerċjalizzat bejn l-1 ta’ Novembru u l-31 ta’ Jannar. Irid bilfors jitgeżwer fi drapp b’oriġini veġetali (għażel, qanneb, qoton) u jintrabat b’tali mod li t-tajra tkun imgeżwra kollha ħlief għall-għonq li t-terz ta’ fuq tiegħu jitħallielu r-rix. ”
Mill-intestatura “Deskrizzjoni tal-prodott” tad-Dokument Uniku jitħassru biss il-perjodi ta’ żmien tat-trobbija. Madankollu dawn jibqgħu l-istess fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiġifieri mill-inqas 108 jum għat-tiġieġ, mill-inqas 140 jum għat-tiġieġ imsemmna u mill-inqas 224 jum għall-ħasi. B’dan jiġu osservati r-rekwiżiti rigward il-limitazzjoni tal-għadd ta’ kliem tad-Dokument Uniku msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 668/2014.
Skont l-emendi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li jawtorizzaw il-preżentazzjoni “prêt à cuire” (lest għat-tisjir), titħassar id-dispożizzjoni li ġejja tad-Dokument Uniku:
“It-tajra tiġi kkummerċjalizzata “effilée”, jiġifieri bil-ġewwieni parzjalment imneħħi. Il-preżentazzjonijiet “prêt à cuire” (lesta għat-tisjir) u “surgelée” (iffriżata f’temperaturi baxxi ħafna) huma permessi biss għat-tiġieġ jew għas-sriedak, u dejjem jekk is-saqajn u l-ġwienaħ, ħlief is-swaba’, ma jkunux maqtugħin barra. ”
u hija sostitwita bid-dispożizzjoni li ġejja:
“It-tajra tiġi kkummerċjalizzata “effilée”, jiġifieri bil-ġewwieni parzjalment imneħħi. Il-preżentazzjoni “prêt à cuire” (lesta għat-tisjir) hija permessa biss għat-tiġieġ u t-tiġieġ imsemmna, u dejjem jekk is-saqajn u l-ġwienaħ, ħlief is-swaba’, ma jkunux maqtugħin barra.
Il-preżentazzjoni mqattgħa hija permessa għat-tiġieġ biss.
Il-preżentazzjoni “surgelée” (iffriżata f’temperaturi baxxi ħafna) hija permessa għat-tiġieġ biss (“prêt à cuire” (lesta għat-tisjir) jew għall-biċċiet mqattgħin). ”
B’dawn l-emendi l-intestatura “Deskrizzjoni tal-prodott” tkun konsistenti mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott emendata.
5.2. L-Intestatura “Żona ġeografika”
Id-dispożizzjoni:
“Iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni tal-oriġini “Volaille de Bresse” li fiha jitwettqu l-għażla, ir-riproduzzjoni u l-inkubazzjoni kif ukoll it-trobbija, il-qatla, il-preparazzjoni tat-tjur u, jekk meħtieġ, l-ffriżar tagħhom, tkopri t-territorji tal-muniċipalitajiet (communes) jew ta’ partijiet mill-muniċipalitajiet li ġejjin: ”
Hija emendata kif ġej:
“L-istadji kollha tal-produzzjoni (it-tnissil, ir-riproduzzjoni u l-inkubazzjoni kif ukoll it-trobbija, il-qatla, il-preparazzjoni u t-tqattigħ u, jekk meħtieġ, l-iffriżar) isiru fiż-żona ġeografika li l-perimetru tagħha jinkludi t-territorju tal-muniċipalitajet li ġejjin abbażi tal-Code Officiel Géographique de 2018 (Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2018) testendi għat-territorji ta’ muniċipalitajiet jew partijiet ta’ muniċipalitajiet li ġejjin: ”
It-tqattigħ jiżdied mal-istadji li għandhom isiru fiż-żona ġeografika. Il-punt 3.5 tad-Dokument Uniku huwa emendat biex din l-emenda tiġi kkunsidrata.
Ir-referenza tat-data tal-kodiċi ġeografiku fis-seħħ tiżdied sabiex il-lista tkun preċiża u mhux evikwoka.
Tiżdied id-dispożizzjoni “Il-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika huma disponibbli fuq is-sit web tal-Institut national de l’origine et de la qualité.”
Barra minn dan, minħabba l-iżvilupp tar-regolamentazzjoni Franċiża dwar il-limiti u l-isem tal-muniċipalitajiet, ċerti muniċipalitajiet ingħaqdu flimkien, u għaldaqstant inbidel isimhom. Xi cantons bidlu l-forma. Għaldaqstant il-lista tal-muniċipalitajiet ġiet aġġornata. Il-perimetru taż-żona ġeografika ma ġiex emendat; dan huwa obbligu minħabba l-emenda fir-regolamentazzjoni Franċiża. Il-punt 4 tad-Dokument Uniku huwa emendat biex din l-emenda tiġi kkunsidrata.
5.3. Intestatura “Prova tal-oriġini”
Fil-parti “4.2 Traċċabbiltà”, tiżdied id-dispożizzjoni li ġejja: “L-impjanti tat-tqattigħ iridu jirreġistraw id-dettalji li ġejjin:
|
— |
l-isem tal-biċċerija (jekk hija entità differenti mill-impjant tat-tqattigħ) |
|
— |
il-lott tat-tjur f’isem min irabbi u d-data tal-qatla. |
|
— |
it-tip tal-biċċiet mqattgħin, |
|
— |
l-għadd ta’ biċċiet, |
|
— |
il-piż tat-tjur għat-tqattigħ meta ddaħħlu, |
|
— |
Il-piż tal-biċċiet mqattgħin meta nħarġu. ” |
Din id-dispożizzjoni tiżdied mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà inkluż fl-impjanti tat-tqattigħ sabiex jiġu evitati r-riskji ta’ telf ta’ identifikazzjoni.
Fil-parti “4.3 Identifikazzjoni tat-tjur”, tiżdied id-dispożizzjoni li ġejja:
“Fil-każ ta’ tqattigħ ta’ tiġieġ kull unità ta’ bejgħ trid tiġi identifikata individwalment biex ikun hemm traċċabbiltà sa min irabbi (numru ta’ identifikazzjoni maħruġ mill-grupp applikant). ”
B’din id-dispożizzjoni tiġi żgurata t-traċċabbiltà għall-biċċiet ta’ tqattigħ sabiex jiġi evitat twaqqif tat-traċċabbiltà minħabba t-telf tal-identifikatur li ma jistax jiġi mbagħbas li huwa ċ-ċurkett li jitqiegħed fuq is-sieq tat-tajra sħiħa. Din id-dispożizzjoni tispeċifika l-modalitajiet ta’ identifikazzjoni tat-tiġieġ meta jiġu kkummerċjalizzati f’forma mqatta’.
Din id-dispożizzjoni tiżdied ukoll fid-Dokument Uniku fl-intestatura 3.7 tad-Dokument Uniku.
5.4. Intestatura “Metodu ta’ produzzjoni”
Fil-parti “5.3 Kundizzjonijiet ta’ trobbija tal-annimali”:
Id-dispożizzjoni li ġejja titħassar mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“F’każ ta’ ċirkostanzi klimatiċi eċċezzjonali li jaffettwaw il-bwar mhux ikkultivati tal-ħaxix jew il-provvista f’ċereali, id-direttur tal-INAO jista’ jagħti derogi temporanji, wara parir mill-grupp applikant, sabiex tiġi żgurata ż-żamma tat-tagħlif tat-tjur. ”
B’din id-dispożizzjoni jkun jista’ jiġi speċifikat qafas derogatorju fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fil-każijiet ta’ kundizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali. Wara l-emenda tar-regolament dwar id-DOP, b’mod partikolari r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u r-regolamenti ta’ implimentazzjoni u r-regolamenti delegati tiegħu, din id-dispożizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott hija rtirata mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott billi din toriġina mir-regolamentazzjoni ġenerali.
Id-dispożizzjoni li ġejja:
“Fl-għalf tat-tjur jiġu awtorizzati biss:
|
— |
iċ-ċereali li jkunu ġejjin biss miż-żona ġeografika tad-denominazzjoni tal-oriġini u li jkunu prodotti, jekk ikun possibbli, fl-azjenda agrikola, |
|
— |
[…]. ” |
hija mibdula b’din:
“Fl-għalf tat-tjur jiġu awtorizzati biss:
|
— |
Iċ-ċereali, puri jew assoċjati ma’ legumi taż-żrieragħ, li jkunu ġejjin biss miż-żona ġeografika tad-denominazzjoni tal-oriġini u li jkunu prodotti, jekk ikun possibbli, fl-azjenda agrikola, |
|
— |
[…]. ” |
Id-dispożizzjoni li ġejja: “L-għalf imbagħad ikun essenzjalment ikkostitwit mir-riżorsi tal-bwar mhux ikkultivati (ħaxix, insetti, molluski żgħar,…) li magħhom jiġu miżjuda ċ-ċereali: qamħirrun, qamħ Saraċin, qamħ, ħafur, triticale (ibridu tal-qamħ u tax-xgħir) u xgħir kif ukoll il-ħalib u l-prodotti sekondarji tiegħu”.
hija emendata kif ġej:
“L-għalf imbagħad ikun essenzjalment ikkostitwit mir-riżorsi tal-bwar mhux ikkultivati (ħaxix, insetti, molluski żgħar,…) li magħhom jiġu miżjuda ċ-ċereali: qamħirrun, qamħ Saraċin, qamħ, ħafur, tritikal, xgħir u segala kif ukoll il-ħalib u l-prodotti sekondarji tiegħu. Dawn iċ-ċereali jistgħu jiġu prodotti f’kombinament ta’ għelejjel mal-legumi taż-żrieragħ (ġulbiena, piżelli, favetta sewda, ful, żrieragħ tal-lupini, għads) jekk il-proporzjon ta’ ċereali taż-żriegħ huwa akbar fl-għadd ta’ żrieragħ. ”
Id-dispożizzjoni:
“Dawn iċ-ċereali, li l-qamħirrun jikkostitwixxi mill-inqas 40 % tal-għalf, jistgħu jkunu ġew soġġetti għal tisjir, ġerminazzjoni, tgħaffiġ jew tħin, imma għall-ebda pproċessar ieħor. ”
hija sostitwita bid-dispożizzjoni li ġejja:
“Dawn iż-żrieragħ, li l-qamħirrun jikkostitwixxi mill-inqas 40 % tal-għalf, jistgħu jkunu ġew soġġetti għal tisjir, ġerminazzjoni, tgħaffiġ jew tħin, imma għall-ebda pproċessar ieħor. ”
B'dawn l-emendi jkun jista’ jiġi awtorizzat il-kombinament taċ-ċereali mal-legumi taż-żrieragħ bħala alternattiva totali jew parzjali għall-użu tal-glutina tal-qamħirrun u għall-fertilizzazzjoni żejda tal-kultivazzjonijiet tal-qamħ. Jista’ jkun hemm prattiki ta’ kultivazzjoni “agroekoloġiċi” bħala alternattiva potenzjali għall-prattiki attwali ta’ arrikkiment magħmul mill-proteini tal-għalf tat-tkabbir. Fil-fatt, b’dawn il-kombinamenti jkunu jistgħu jiġu limitati direttament it-trattamenti applikati fuq il-kultivazzjonijiet (fertilizzanti, erbiċidi, insettiċidi, fungiċidi) u globalment fil-livell tan-newba tal-uċuħ tar-raba’ b’rotazzjoni tal-kultivazzjoni aktar bilanċjata. Fl-aħħar nett, l-awtonomija alimentari tal-azjendi (tnaqqis tal-użu tal-glutina tal-qamħirrun) se tissaħħaħ u l-ħajja bijoloġija tal-bwar tkun ippreservata aħjar (tnaqqis tar-residwi tal-pestiċidi fiċ-ċereali).
Barra minn dan, skont bosta artikli, milli jidher din il-prattika kienet diġà ilha tintuża għal bosta sekli.
Is-segala barra dan żdiedet mal-lista taċ-ċereali awtorizzati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dan iċ-ċereali tradizzjonalment kien jintuża minn dawk li jrabbu t-tjur ta’ Bresse.
Il-punt 3.4 tad-Dokument Uniku huwa emendat biex dawn l-emendi jiġu kkunsidrati u jsir billi titneħħa d-dispożizzjoni li ġejja tad-Dokument Uniku:
“It-tjur matul il-perjodu msejjaħ “inizjali” jitrabbew barra, fuq mogħdijiet bil-ħaxix. L-għalf imbagħad ikun essenzjalment ikkostitwit mir-riżorsi tal-bwar mhux ikkultivati (ħaxix, insetti, molluski żgħar,…) li magħhom jiġu miżjuda ċ-ċereali: qamħirrun, qamħ Saraċin, qamħ, ħafur, triticale (ibridu tal-qamħ u tax-xgħir) u xgħir kif ukoll il-ħalib u l-prodotti sekondarji tiegħu. Dawn iċ-ċereali, li minnhom il-qamħirrun jikkostitwixxi mill-inqas 40 % tal-għalf, jistgħu jkunu ġew soġġetti għal tisjir, ġerminazzjoni, tgħaffiġ jew tħin, imma għall-ebda pproċessar ieħor. Bejn is-36 u l-84 jum tat-trobbija, perjodu li jikkorrispondi għall-kostituzzjoni tal-iskeletru, it-tjur jistgħu jingħataw supplimenti ta’ proteini, minerali u vitamini minbarra r-riżorsi lokali. ”
Hija sostitwita bid-dispożizzjoni li ġejja:
“It-tjur matul il-perjodu msejjaħ “ta’ tkabbir” jitrabbew barra fuq mogħdijiet bil-ħaxix. L-għalf imbagħad ikun essenzjalment ikkostitwit mir-riżorsi tal-bwar mhux ikkultivati (ħaxix, insetti, molluski żgħar,…) li magħhom jiżdied il-ħalib u l-prodotti sekondarji tiegħu u ċereali: qamħirrun, qamħ Saraċin, qamħ, segala, ħafur, tritikal, xgħir kif ukoll il-ħalib u l-prodotti sekondarji tiegħu. Dawn iċ-ċereali jistgħu jiġu prodotti f’kombinament ta’ għelejjel mal-legumi taż-żrieragħ (ġulbiena, piżelli, favetta sewda, ful, żrieragħ tal-lupini, għads) jekk il-proporzjon ta’ ċereali taż-żriegħ huwa akbar. Il-qamħirrun jikkostitwixxi mill-inqas 40 % tal-għalf. Bejn is-36 u l-84 jum tat-trobbija, it-tjur jistgħu jingħataw supplimenti ta’ proteini, minerali u vitamini minbarra r-riżorsi lokali. ”
Barra minn dan, jiġi korrett żball evidenti: perjodu “ta’ tkabbir” u mhux perjodu “inizjali” kif jista’ jiġi aċċertat fis-segwitu tal-istess Dokument Uniku “Dan il-perjodu ta’ tkabbir jiġi segwit minn perjodu ta’ “rfinar” [...]”.
Il-possibbiltà li ċ-ċereali jiġu kkultivati flimkien ma’ legumi u li l-ħsad jitqassam lit-tjur tiżdied ukoll fid-Dokument Uniku b’mod korrispondenti għall-emendi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Minħabba l-korrezzjoni tal-iżball evidenti u taż-żieda tas-segala maċ-ċereali awtorizzata, l-intestatura 3.4 tad-Dokument Uniku hija riveduta sabiex tkun konformi mar-rekwiżiti rigward il-limitazzjoni tal-għadd ta’ kliem tad-Dokument Uniku msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament UE Nru 668/2014.
Id-dispożizzjoni li ġejja titħassar billi din il-frażi introduttiva ma fihiex informazzjoni sinifikanti biex l-intestatura tinftiehem, fejn kull wieħed mill-istadji ġie żviluppat b’dan li ġej:
“It-trobbija tat-tjur issir fi tliet perjodi suċċessivi li huma l-perjodu inizjali, dak tat-tkabbir u l-perjodu tal-irfinar. Matul dawn il-perjodi, fl-għalf tat-tjur jiġu awtorizzati biss: ”
Hija sostitwita bid-dispożizzjoni li ġejja:
“Fl-għalf tat-tjur jiġu awtorizzati biss: ”
Id-dispożizzjoni li ġejja tinkiteb mill-ġdid mingħajr ma jinbidel is-sinifikat tagħha:
“Dan il-perjodu ta’ “tkabbir” jiġi segwit minn perjodu ta’ “rfinar” li jdum mill-inqas għaxart ijiem għat-tiġieġ jew għas-sriedak, tliet ġimgħat għat-tiġieġ imsemmna u erba’ ġimgħat għall-ħasjien, [...]. ”
Id-dispożizzjoni emendata:
“Il-perjodu ta’ “rfinar” idum mill-inqas għaxart ijiem għat-tiġieġ jew għas-sriedak, tliet ġimgħat għat-tiġieġ imsemmna u erba’ ġimgħat għall-ħasjien.”
It-titlu tal-parti
|
“5.4. |
Il-qatla, il-preparazzjoni u l-ippakkjar” |
tinbidel bit-titlu li ġej:
|
“5.4. |
Il-qatla, it-tqattigħ, il-preparazzjoni u l-ippakkjar” |
Hija miżjuda d-dispożizzjoni li ġejja:
“It-tqattigħ tat-tiġieġ ta’ Bresse:
|
— |
Iġjene u kontrolli sanitarji tat-tqattigħ:
|
|
— |
Kriterji partikolari għat-tqattigħ:
|
Biż-żieda ta’ din id-dispożizzjoni jiġu żgurati l-kontrolli sanitarji u ż-żamma tal-kwalità organolettika u viżwali tal-prodott fil-każ ta’ tqattigħ qabel il-kummerċjalizzazzjoni , għaldaqstant il-kundizzjonijiet tat-tqattigħ huma inkorporati. Sabiex jiġu ġġustifkati dawn il-punti, jiżdiedu d-dispożizzjonijiet li ġejjin:
Il-“Poulet de Bresse” hija kkaratterizzata b’finezza tal-iskeletru u tal-ġilda kif ukoll bil-preżenza sinifikanti ta’ xaħam ta’ taħt il-ġilda u xaħam intramuskolari. Il-karkassi għaldaqstant huma partikolarment delikati u għandhom ikunu mmanipulati b’attenzjoni mingħajr ħsara fl-għadam u fil-ġilda, li trid tkun fuq il-biċċiet tat-tjur ikkumerċjalizzati, u fl-ossidazzjoni tax-xaħmijiet ta’ taħt il-ġilda. Pereżempju, ir-ritmu tal-qatla ta’ din it-tajra huwa partikolarment bil-mod u l-istadju tat-tnittif bilfors jitwettaq b’operazzjonijiet manwali sabiex tittieħed inkonsiderazzjoni din il-fraġilità tal-ġilda u tal-għadam.
L-operazzjonijiet tal-qatla, il-preparazzjoni tal-karkassi, it-tqattigħ u l-ippakkjar jikkostitwixxu operazzjonijiet essenzjali għall-preservazzjoni tal-kwalitajiet tad-DOP “Poulet de Bresse”.
Għaldaqstant huwa essenzjali li dawn l-operazzjonijiet jitwettqu minn operaturi li għandhom l-għarfien espert neċessarju, u li tħarrġu speċifikament għat-tqattigħ ta’ din it-tajra. Dan għall-ħarsien kontra r-riskju li tiġi kompromessa l-garanzija tal-kwalità u li jitqiegħed fis-suq prodott finali li ma jkunx konformi mal-kriterji organolettiċi.
Barra minn dan, billi l-marki ta’ identifikazzjoni (ċurkett u siġill) jitneħħew wara t-tqattigħ u l-ippakkjar, bit-twettiq ta’ dawn l-operazzjonijiet fiż-żona ġeografika, bis-sistema ta’ kontroll imwaqqfa biex jiġi vverifikat it-twettiq, jista’ jiġi limitat ir-riskju tat-twaqqif tat-traċċabbiltà u għaldaqstant ir-riskju ta’ frodi. Fl-aħħar nett, bil-lokalizzazzjoni tal-operazzjoni fiż-żona ġeografika jiġi limitat kemm jiġi mmaniġġjat il-prodott u t-tul ta’ ħin tat-trasport, li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-kwalità ta’ dan il-prodott aħħari li huwa partikolarment fraġli.
Jirriżulta li l-operazzjonijiet tat-tqattigħ u tal-ippakkjar kollha sabiex tinkiseb il-“Poulet de Bresse” jistrieħu fuq regoli partikolari u għarfien espert speċifiku. Minħabba dan, it-twettiq tagħhom f'impjanti adattati, li jinsabu fiż-żona ġeografika, jidher li huwa fundamentali biex:
|
— |
jinżammu l-karatteristiċi kwalitattivi, |
|
— |
tiġi żgurata l-awtentiċità tal-prodott |
|
— |
jiġi żgurat kontroll rigoruż ta’ waħda mill-preżentazzjonijiet tal-prodott l-aktar preżenti fis-suq. ” |
Fil-parti “5.5 L-iffriżar tat-tiġieġ”:
Id-dispożizzjoni:
“L-iffriżar tat-tiġieġ isir mhux aktar tard minn tlett ijiem wara l-qatla.
It-tiġieġ (sħaħ, lesti għat-tisjir) jiġu ffriżati billi jitgħaddu minn mina fejn it-temperatura tal-arja hekk kif joħorġu mill-evaporatur hija bejn -35 °C u -40 °C. […]”
hija emendata kif ġej:
“L-iffriżar tat-tiġieġ (sħaħ, lesti għat-tisjir jew imqattgħin) isir mhux aktar tard minn tlett ijiem wara l-qatla.
It-tiġieġ (sħaħ, lesti għat-tisjir jew imqattgħin) jiġu ffriżati billi jitgħaddu minn mina fejn it-temperatura tal-arja hekk kif joħorġu mill-evaporatur hija bejn -35 °C u -40 °C. […]”
Għaldaqstant, il-kundizzjonijiet li jinkludu l-iffriżar tat-tiġieġ sħaħ u lesti għat-tisjir huma estiżi għall-biċċiet tat-tiġieġ.
It-terminu “data tal-iskadenza għall-użu” titħassar u hija sostitwita bit-terminu “data ta’ durabbiltà minima” biex ikun jikkorrispondi mal-iżviluppi fir-regolamentazzjoni ġenerali fis-seħħ. It-tul ta’ żmien ta’ dan id-dettall ma jinbidilx (12-il xahar).
5.5. L-intestatura “Rabta maż-żona ġeografika”
B’mod konformi mal-aspettattivi tal-Kummissjoni Ewropea, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiżdied sentenza ta’ introduzzjoni għar-rabta maż-żona ġeografika:
“Il-“Volaille de Bresse”/il-“Poulet de Bresse”/il-“Poularde de Bresse”/ix-“Chapon de Bresse” huma tjur ta’ razza speċifika, ir-razza Gauloise jew ta’ Bresse ta’ varjetà bajda, imnissla lokalment, bi tkabbir bil-mod.
Din ir-razza rustika adattata perfettament għall-kundizzjonijiet klimatiċi ta’ Bresse tista’ tibbenefika bl-aħjar mod mill-bwar mhux ikkultivati tal-ħaxix li huma disponibbli għaliha fejn tista’ tfittex hi stess l-ikel tagħha, u għaldaqstant tiżviluppa muskolatura sinifikanti fuq qasam tal-għadam fin.
L-għalf kumplimentari tagħha huwa nieqes mill-proteini iżda mogħni bil-qamħirrun u t-tismin tagħha wassal għall-produzzjoni ta’ tjur ħoxnin li kienu l-oriġini tal-fama tat-tjur ta’ Bresse. ”
Din iż-żieda hija mniżżla fid-Dokument Uniku.
Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, id-dispożizzjoni:
“Il-prattiki tat-trobbija huma msejsa fuq sistema ta’ tagħlif antika bbażata fuq tagħlif awtonomu tat-tjur mill-mogħdijiet tal-ħaxix (dud tal-art, ħaxix …), issupplimentat b’ċereali u bi prodotti tal-ħalib (ħalib dilwit, xorrox, ħalib fi trab, xorrox tal-butir...). ”
Hija mibdula b’din:
“Il-prattiki tat-trobbija huma msejsa fuq sistema ta’ tagħlif antika bbażata fuq tagħlif awtonomu tat-tjur mill-mogħdijiet tal-ħaxix (dud tal-art, ħaxix …), issupplimentat bi żrieragħ u bi prodotti tal-ħalib (ħalib dilwit, xorrox, trab tal-ħalib, xorrox tal-butir...). ”
B’din l-emenda jkunu jistgħu jittieħdu inkonsiderazzjoni kemm iċ-ċereali kif ukoll il-legumi taż-żrieragħ elenkati fil-parti dwar it-tagħlif. Din l-emenda hija mniżżla bl-istess mod fid-Dokument Uniku.
L-intestatura 5. “Rabta maż-żona ġeografika” tad-Dokument Uniku hija wkoll emendata fil-punti li ġejjin:
Il-paragrafi li ġejjin jitħassru mid-Dokument Uniku għaliex huma meqjusa mhux pertinenti biex juru r-rabta bejn l-ispeċifiċitajiet tal-prodott u l-fatturi naturali jew tal-bniedem tal-inħawi ġeografiċi:
“Wara tisjir li għandu jkun ikkontrollat sabiex jiġu kkonservati l-kwalitajiet organolettiċi kollha tat-tjur, dawn tal-aħħar jkunu kkaratterizzati b’mod partikolari mill-ammont kbir ta’ laħam li jkollhom, mill-irtubija tal-laħam, mit-togħma bnina ferm u mill-ammont sinifikanti ta’ meraq li jkollu l-laħam tagħhom.
Dwar l-ammont ta’ laħam tagħha, il-“volaille de Bresse” hija notevoli minħabba l-kobor tal-aħjar qatgħat kif ukoll minħabba t-tul u l-wisa’ tal-fletti tagħha jew l-ammont ta’ laħam li jkun hemm mal-koxox tagħha. L-għadam huwa kollu fin ħafna, ir-ras u l-għonq huma rqaq b’tali mod li l-partijiet li ma jittiklux huma ftit. Meta tiġi żvinata u mnittfa, it-tajra tkun ikkaratterizzata mill-ammont kbir ta’ laħam u ta’ xaħam li ma jħallu jidher xejn li jisporġi ’l barra.
Il-laħam huwa artab kważi jinħall, li swielu l-laqam ta’ “moelleux” f’Pariġi. Il-laħam jinqala’ waħdu minn mal-għadam u l-muskoli differenti jistgħu jiġu sseparati wieħed mill-ieħor b’faċilità kbira. Il-fibri muskolari huma tant irqaq li kważi ma tindunax bihom. L-għeruq u l-fascia huma kważi ineżistenti u ma jingħarfux mil-laħam. Minbarra x-xaħam ta’ barra li jvarja skont il-grad ta’ tismin, il-muskolu tat-tjur huwa infiltrat bix-xaħam. Kull waħda mill-fibri muskolari ċkejkna hija bħallikieku “imlibbsa” b’għant ta’ xaħam delikat li, wara t-tisjir, jagħti lil-laħam l-irtubija eċċezzjonali tiegħu.
It-tiġieġa msemmna hija iktar imbaċċa u hija itqal mit-tiġieġa jew mis-serduk u għandha kwalità ta’ togħma partikolari marbuta mal-istat ta’ tismin iktar avvanzat tagħha. Il-ħasi, minħabba li jkun ġie msewwi u minħabba li jkun għex iktar, u dan jiffavorixxi l-infiltrazzjoni fit-tul u regolari tax-xaħam fit-tessuti muskolari, huwa tajra ta’ kwalità gastronomika għolja ħafna li tiġi kkummerċjalizzata biss għall-festi tal-aħħar tas-sena.
Fl-aħħar nett, id-dewwieqa informati jirrikonoxxu li l-laħam tat-tjur għandu riħa speċjali u li minħabba f’hekk huwa mfittex mill-iprem esperti tal-ikel. ”
“it-tul ta’ daharhom jista’ jtellef mill-kwantità tal-flettijiet. ”
“Mill-1591, ir-reġistri muniċipali tal-belt ta’ Bourg-en-Bresse isemmu l-“Volailles de Bresse” u b’mod partikolari x-“chapons gras” (ħasjien imsemmna). Mis-seklu 17, il-ħlasijiet bil-ħasjien u bit-tiġieġ imsemmna bdew joktru u fi tmiem is-seklu 18, jissemmew fil-kirjiet kollha. Is-sukkulenza tal-laħam ġiet enfasizzata sussegwentement mill-gastronomu Brillat-Savarin, li f’Physiologie du goût, miktub fl-1825, jgħid: “Pour la poularde, la préférence appartient à celle de Bresse.” (Fejn għandha x’taqsam it-tiġieġa msemmna, wieħed għandu jippreferi dik ta’ Bresse.) ”
“L-iżvilupp tal-produzzjoni ġie ffavorit mill-faċilitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni marbuta mat-twaqqif tal-linja ferrovjarja Paris–Lyon–Marseille (PLM). Il-qrubija ta’ żona urbana kbira, bħal dik ta’ Lyon, ċertament kienet ukoll fattur ta’ żvilupp li mhux ta’ min jittraskurah. ”
“Storikament, kull bidwi li kien irabbi t-tjur kien jagħżel huwa stess it-tjur tat-tgħammir mill-qatgħa tiegħu. Imbagħad, bl-involviment kollettiv tas-settur, fl-1955 inħoloq ċentru ta’ selezzjoni. Dan wassal għal selezzjoni ġeneoloġika li tippermetti l-konservazzjoni tar-razza. ”
“Malli jinqatlu, it-tjur ġeneralment jiġu ppreżentati b’mod għalkollox oriġinali u jżommu kullar ta’ rix isfel nett tal-għonq (collerette). ”
“Il-bidwi li jrabbi t-tjur joqgħod partikolarment attent għat-tjur fini li huma l-ħasi, serduk li jfaqqas fil-bidu tar-rebbiegħa u li jissewwa qabel il-15 ta’ Lulju, u t-tiġieġa msemmna, tajra ta’ sess femminili li jkollha iktar żmien mit-tiġieġa u li ma tkunx bdiet tbid. L-irfinar fl-épinettes huwa itwal għat-tjur fini milli għat-tiġieġ jew għas-sriedak u dawn jingħataw l-iktar ta’ spiss għalf maxx appetituż. Huma jiġu ttrattati b’mod iktar delikat meta jiġu biex jinqatlu u jitnittfu b’attenzjoni kbira sabiex il-ġilda ma tiġix imbenġla. ”
“Din il-produzzjoni, ankrata sew fil-gastronomija lokali, tissajjar u tiġi promossa mill-ikbar chefs kemm fi Franza kif ukoll barra mill-pajjiż. ”
“Ħafna minn dawn it-tjur jinbigħu wara erba’ kompetizzjonijiet speċifiċi magħrufa bħala “Les glorieuses de Bresse” li l-ewwel waħda saret f’Bourg-en-Bresse fit-23 ta’ Diċembru 1862. Fil-ġimgħa ta’ qabel il-Milied, f’Pont-de-Vaux, f’Montrevel-en-Bresse u f’Louhans, isiru tliet manifestazzjonijiet oħrajn li jiġbru iktar minn 1000 annimal imlibbsa b’żaġarelli, fejn l-isbaħ tjur jiġu vvalutati minn Bord tal-Għażla. Il-bdiewa li jrabbu t-tjur jikkompetu ma’ xulxin għall-ewwel premjijiet tal-ħasjien u tat-tiġieġ imsemmna u għall-ogħla prezzijiet, u huma l-aħjar tjur li jmorru jsebbħu l-isbaħ vetrini u l-ikbar imwejjed ta’ Lejliet il-Milied jew Lejliet l-Ewwel tas-Sena. Dawn il-kompetizzjonijiet juru sa liema punt il-bdiewa li jrabbu t-tjur huma mkabbrin bil-prodotti tagħhom u jixhdu kemm huma marbuta mal-attività tagħhom. ”
“Il-metodu ta’ trobbija, il-kura u t-tismin jagħtu lit-tjur imsajra karatteristiċi organolettiċi notevoli. Permezz tal-prattika tradizzjonali tat-tgeżwir (roulage) tat-tjur fin fi drapp ferm issikkat, b’mod partikolari x-xaħam ikun jista’ jidħol sew fil-muskoli. L-eteri assorbiti mix-xaħam u rilaxxati bit-tisjir jirreaġixxu ma’ xulxin u jidħlu fil-massa kollha tat-tajra biex jagħtuha r-riħa delikata tagħha. ”
It-titli tas-sottokapitoli jitħassru: 5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika: — Fatturi umani
— Fatturi naturali; 5.2. Speċifiċità tal-prodott;: 5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):
Dan it-tħassir qed isir minħabba li għadd minn dawn l-elementi ma għandhomx informazzjoni supplimentari importanti biex tintwera r-rabta jew l-elementi rigward il-laħam tat-tajra ladarba msajra (sakemm mhux koperta mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott). B’dan it-tħassir l-elementi fundamentali u essenzjali tar-rabta mal-oriġini jkunu jistgħu jingħataw prominenza fid-Dokument Uniku.
5.6. L-intestatura “Tikkettar”
Fl-intestatura 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, id-dispożizzjoni: “It-tikketta tinkludi l-logo tad-DPO tal-Unjoni Ewropea. ” titħassar billi mill-4 ta’ Jannar 2016 ma baqgħetx valida minħabba r-Regolament 1151/2012.
Din id-dispożizzjoni tħassret ukoll mill-intestatura 3.7 tad-Dokument Uniku.
Fl-intestatura 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tiżdied id-dispożizzjoni li ġejja: “Fil-każ ta’ tqattigħ ta’ tiġieġ, kull unità ta’ bejgħ hija identifikata individwalment biex ikun hemm traċċabbiltà sa min irabbi (numru ta’ identifikazzjoni maħruġ mill-grupp applikant). ”
B’din id-dispożizzjoni jkunu jistgħu jiġu speċifikati u aċċertati l-modalitajiet ta’ identifikazzjoni tat-tiġieġ għall-kummerċjalizzazzjoni meta jiġu kkummerċjalizzati f’forma mqatta’.
Din l-emenda hija mniżżla bl-istess mod fid-Dokument Uniku fl-intestatura 3.7 “Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar”.
Fid-Dokument Uniku d-dispożizzjonijiet li ġejjin:
“L-anell mhux trasferibbli huwa ċurkett li ma jistax jitbagħbas li jkollu fuqu d-dettalji tal-bidwi li jkun rabba t-tajra. Is-siġill mhux trasferibbli huwa klipp li jkollha fuqha l-kitba “Bresse”. Fil-każ tal-biċċeriji, ikun hemm id-dettalji tal-biċċier. F’każ li t-tjur jinqatlu fl-azjenda agrikola mill-bidwi li jkun rabbihom, is-siġill ikollu miktub fuqu “Abattage à la ferme” (il-qtil sar fl-azjenda agrikola). ”
Huma sostitwiti b’dan:
“Iċ-ċurkett huwa fl-għamla ta’ anell li ma jistax jitbagħbas li jkollu fuqu d-dettalji tal-bidwi li jkun rabba t-tajra. Is-siġill huwa fl-għamla ta’ klipp li jkollha fuqha l-kitba “Bresse”. Fil-każ tal-biċċeriji, ikun hemm id-dettalji tal-biċċier. F’każ li t-tjur jinqatlu fl-azjenda agrikola mill-bidwi li jkun rabbihom, is-siġill ikollu miktub fuqu “Abattage à la ferme” (il-qatla saret fl-azjenda agrikola). ”
Din is-semplifikazzjoni hija proposta għall-konformità mar-rekwiżiti rigward il-limitazzjoni tal-għadd ta’ kliem tad-Dokumenti Uniċi, msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 668/2014.
Id-dispożizzjoni li ġejja titħassar mid-Dokument Uniku: “L-anell u s-siġill jistgħu jintużaw darba biss u għandhom jitwaħħlu b’attenzjoni sabiex ma jkunux jistgħu jitbagħbsu”, għall-istess raġuni.
5.7. L-intestatura “Oħrajn”
— Grupp applikant
Id-dispożizzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-grupp applikant:
“Kompożizzjoni: Il-kumitat interprofessjonali tat-tjur ta’ Bresse huwa magħmul mill-operaturi tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Volaille de Bresse” jew “Poulet de Bresse”, “Poularde de Bresse”, “Chapon de Bresse” li huma n-nissiela, l-inkubaturi, dawk li jrabbu, il-biċċiera u l-membri assoċjati mqassmin f’sitt kulleġġi:
|
— |
il-kulleġġ tan-nissiela; |
|
— |
il-kulleġġ tal-inkubaturi; |
|
— |
il-kulleġġ ta’ dawk li jrabbu; |
|
— |
il-kulleġġ ta’ dawk li jrabbu-biċċiera; |
|
— |
il-kulleġġ tal-biċċiera; |
|
— |
il-kulleġġ tal-membri assoċjati. ” |
hija emendata kif ġej:
“Kompożizzjoni: Il-kumitat interprofessjonali tat-tjur ta’ Bresse huwa magħmul mill-operaturi tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Volaille de Bresse” jew “Poulet de Bresse”, “Poularde de Bresse”, “Chapon de Bresse” li huma n-nissiela, l-inkubaturi, dawk li jrabbu, il-biċċiera, l-impjanti tat-tqattigħ u l-membri assoċjati mqassmin f’sitt kulleġġi:
|
— |
il-kulleġġ tan-nissiela; |
|
— |
il-kulleġġ tal-inkubaturi; |
|
— |
il-kulleġġ ta’ dawk li jrabbu; |
|
— |
il-kulleġġ ta’ dawk li jrabbu-biċċiera; |
|
— |
il-kulleġġ tal-biċċiera u tal-impjanti tat-tqattigħ; |
|
— |
il-kulleġġ tal-membri assoċjati. ” |
B’din l-emenda jistgħu jiżdiedu mal-grupp applikant l-operaturi li jwettqu t-tqattigħ tat-tiġieġ.
— Rekwiżiti nazzjonali
Żewġ punti prinċipali biex jiġu vverifikati huma emendati skont ir-rekwiżiti nazzjonali wara l-emendi mitluba:
Id-dispożizzjoni ta’ verifika tal-lokalizzazzjoni tal-operaturi li ġejja:
“Lokalizzazzjoni tal-operaturi (nissiel, inkubatur, dak li jrabbi, biċċier)
L-istrutturi tat-tnissil (alloġġi tal-annimali għat-tnissil), tal-inkubazzjoni (mfaqas), u tat-trobbija fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni”
Hija emendata kif ġej:
“Lokalizzazzjoni tal-operaturi:
|
|
L-istrutturi tat-tnissil (alloġġi tal-annimali għat-tnissil), tal-inkubazzjoni (mfaqas), tat-trobbija, tal-biċċerija u tat-tqattigħ fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni” |
Id-dispożizzjoni ta’ verifika tal-lokalizzazzjoni tal-operaturi li ġejja:
|
— |
Il-perjodu tat-trobbija minimu tat-tiġieġ: |
id-dispożizzjoni li tispeċifika:
“għat-tiġieġ
|
— |
≥ 10 ijiem ta’ tismin |
|
— |
≥ 110 ijiem ta’ trobbija” |
hija emendata kif ġej:
“għat-tiġieġ:
|
— |
≥ 10 ijiem ta’ tismin |
|
— |
≥ 108 ijiem ta’ trobbija” |
Din l-emenda qed issir sabiex tikkorreġi żball li joħloq inkonsistenza bejn din il-parti ddedikati għall-punti ta’ kontroll prinċipali u l-parti tad-deskrizzjoni li tinkludi perjodu ta’ trobbija minimu ta’ 108 jum.
Żewġ punti prinċipali biex jiġu vverifikati jiżdiedu mar-rekwiżiti nazzjonali wara l-emendi mitluba:
|
— |
Kompożizzjoni tal-għalf imqassam mis-36 jum: tiżdied id-dispożizzjoni ta’ kontroll li ġejja: “Ċereali kif ukoll ħalib u l-prodotti sekondarji tiegħu f’għamla likwida jew trab” hija emendata kif ġej: “Ċereali li jistgħu jiġu prodotti f’kombinament ta’ għelejjel mal-legumi taż-żrieragħ (awtorizzat jekk il-proporzjon taċ-ċereali taż-żriegħ huwa akbar) kif ukoll mal-ħalib u l-prodotti sekondarji tiegħu f’għamla likwida jew trab” |
|
— |
Tqattigħ tiżdied id-dispożizzjoni ta’ kontroll li ġejja: “It-tqattigħ huwa permess għat-tiġieġ biss. It-tjur maqtula għandhom ikunu mlaħħma b’tismin regolari; is-saqajn u l-ġwienaħ ma għandhomx ikunu miksura. L-aspett tat-tqattigħ irid ikun konformi mal-kriterji tal-preżentazzjoni tad-DOP (skont il-biċċa kkonċernata); il-ġilda tagħhom għandha tkun nadifa, u ma għandux ikun hemm rix li għadu qed jinbet minn taħt il-ġilda, tiċrit, tbenġil jew ilwien anormali” |
DOKUMENT UNIKU
“Volaille de Bresse”/“Poulet de Bresse”/“Poularde de Bresse”/“Chapon de Bresse”
Nru tal-UE: PDO-FR-0145-AM03 — 6.12.2019
DOP (X) IĠP ( )
1. Isem/Ismijiet
“Volaille de Bresse”/“Poulet de Bresse”/“Poularde de Bresse”/“Chapon de Bresse”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.1: Laħam frisk (u l-ġewwieni)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
Il-“Volaille de Bresse”/il-“Poulet de Bresse”/il-“Poularde de Bresse”/ix-“Chapon de Bresse” jappartjenu lill-ġenus Gallus u lir-razza Gauloise jew ta’ Bresse tal-varjetà bajda. Meta jsiru adulti, l-annimali għandhom karatteristiċi esterni speċifiċi.
“Il-“Poulet de Bresse” tiżen mill-inqas 1,3 kg bil-ġewwieni parzjalment imneħħi (1 kg “prêt à cuire” (lesta għat-tisjir)). Il-“Poularde de Bresse” tiżen mill-inqas 1,8 kg bil-ġewwieni parzjalment imneħħi (1.5 kg “prêt à cuire” (lesta għat-tisjir)). It-tiġieġ u t-tiġieġ imsemmna jistgħu jkunu tgewżru u marbuta mis-saqajn u l-ġwienaħ skont l-użanzi tal-post.
Ix-“Chapon de Bresse” jiżen mill-inqas 3,0 kg bil-ġewwieni parzjalment imneħħi”. Jiġi kkumerċjalizzat bejn l-1 ta’ Novembru u l-31 ta’ Jannar. Irid bilfors jitgeżwer fi drapp b’oriġini veġetali (għażel, qanneb, qoton) u jintrabat b’tali mod li t-tajra tkun imgeżwra kollha ħlief għall-għonq li t-terz ta’ fuq tiegħu jitħallielu r-rix.
It-tjur maqtula huma mlaħħma u bi flettijiet żviluppati; il-ġilda tagħhom hija nadifa, u ma għandux ikun hemm rix li għadu qed jinbet minn taħt il-ġilda, tiċrit, tbenġil jew ilwien anormali; ix-xaħam jgħatti s-sinsla tad-dahar; il-forma naturali tal-klavikula mhix immodifikata. Is-saqajn u l-ġwienaħ mhumiex miksurin. Il-kullar ta’ rix li jitħalla fit-terz ta’ fuq tal-għonq (collerette) huwa nadif. Is-saqajn jitneħħilhom il-ħmieġ kollu.
It-tajra tiġi kkummerċjalizzata “effilée”, jiġifieri bil-ġewwieni parzjalment imneħħi. Il-preżentazzjoni “prêt à cuire” (lesta għat-tisjir) hija permessa biss għat-tiġieġ u t-tiġieġ imsemmna, u dejjem jekk is-saqajn u l-ġwienaħ, ħlief is-swaba’, ma jkunux maqtugħin barra.
Il-preżentazzjoni mqattgħa hija permessa għat-tiġieġ biss.
Il-preżentazzjoni “surgelée” (iffriżata f’temperaturi baxxi ħafna) hija permessa għat-tiġieġ biss (“prêt à cuire” (lesta għat-tisjir) jew għall-biċċiet mqattgħin).
It-tjur li jkunu tgewżru u ġew marbuta jistgħu jiġu kkummerċjalizzati mgeżwra jew le. Dawn ikollhom forma żengulija. Il-ġwienaħ u s-saqajn jinżammu qrib il-ġisem u ma jisporġux iktar. Il-laħam għandu jkun sod, iebes u miżmum sew.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Fl-għalf tat-tjur jiġu awtorizzati biss:
|
— |
Iċ-ċereali li jkunu ġejjin biss miż-żona ġeografika tad-denominazzjoni tal-oriġini, |
|
— |
Il-veġetali, il-prodotti sekondarji u s-supplimenti li jkunu ġejjin minn prodotti mhux transġeniċi. |
Matul il-perjodu “inizjali”, li jdum għal mhux iktar minn 35 jum, mill-inqas 50 % tal-volum tal-għalf ikun ikkostitwit minn ċereali li magħhom jistgħu jiġu miżjuda supplimenti magħmula minn materjali veġetali, prodotti tal-ħalib, vitamini u minerali.
It-tjur matul il-perjodu “ta’ tkabbir” jitrabbew barra fuq mogħdijiet bil-ħaxix. L-għalf imbagħad ikun essenzjalment ikkostitwit mir-riżorsi tal-bwar mhux ikkultivati (ħaxix, insetti, molluski żgħar,…) li magħhom jiżdied il-ħalib u l-prodotti sekondarji tiegħu u ċereali: qamħirrun, qamħ Saraċin, qamħ, segala, ħafur, tritikal, xgħir. Dawn iċ-ċereali jistgħu jiġu prodotti f’kombinament ta’ għelejjel mal-legumi taż-żrieragħ (ġulbiena, piżelli, favetta sewda, ful, żrieragħ tal-lupini, għads) jekk il-proporzjon ta’ ċereali taż-żriegħ huwa akbar. Il-qamħirrun jikkostitwixxi mill-inqas 40 % tal-għalf. Bejn is-36 u l-84 jum tat-trobbija, it-tjur jistgħu jingħataw supplimenti ta’ proteini, minerali u vitamini minbarra r-riżorsi lokali.
Ir-rata ta’ proteini tal-għalf li jingħata kuljum hija ta’ mhux iktar minn 15 %.
Il-perjodu ta’ “tismin” idum mill-inqas għaxart ijiem għat-tiġieġ, tliet ġimgħat għat-tiġieġ imsemmna u erba’ ġimgħat għall-ħasjien. Dan isir f’gaġeġ żgħar f’'post imdallam, kalm u arjuż. L-għalf tat-tjur ikun l-istess wieħed tal-perjodu ta’ tkabbir, imma miegħu jista’ jinżied ir-ross.
Fl-aħħar mill-aħħar, kważi 90 % tal-għalf tat-tjur (bur mhux ikkultivat u ċereali) ġej miż-żona ġeografika.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
It-tnissil, ir-riproduzzjoni, it-tifqis u l-inkubazzjoni flimkien mat-trobbija, il-qatla u t-tqattigħ tat-tjur iseħħu fiż-żona ġeografika.
3.5. Regoli speċifiċi applikabbli għat-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Il-preparazzjoni tat-tjur (irfinar tat-tnittif u tindif tal-kuruna ta’ rix fl-għonq, jiġifieri l-collerette), l-ippakkjar tagħhom u, jekk ikun il-każ għat-tiġieġ biss, it-tqattigħ u l-iffriżar f’temperaturi baxxi ħafna, isiru fiż-żona ġeografika skont il-metodi ta’ preżentazzjoni li ġejjin:
|
— |
Il-preżentazzjoni “effilée”, jiġifieri bil-ġewwieni parzjalment imneħħi; |
|
— |
Il-preżentazzjoni “roulée et bridée”, jiġifieri mġewżra u marbuta. L-operazzjonijiet tat-tgeżwir (roulage) u tal-irbit (bridage), obbligatorji għall-ħasi, jikkonsistu fi preżentazzjoni tradizzjonali tal-“volailles de Bresse” fi drapp b’oriġini veġetali (għażel, qoton jew qanneb) issikkat ħafna u meħjut bl-idejn (mill-inqas minn 15 sa 20 pont tal-ħjata skont jekk it-tajra tkunx tiġieġa, tiġieġa msemmna jew ħasi); |
|
— |
Il-preżentazzjoni “prêt-à-cuire” għat-tiġieġ u t-tiġieġ imsemmna biss. Is-saqajn u l-ġwienaħ tat-tjur (ħlief għas-swaba’) għandhom jitħallew; |
|
— |
Il-preżentazzjoni “découpée” (imqattgħa)” u “surgelée” (iffriżata) għat-tiġieġ biss |
L-obbligu li dawn il-passi jitwettqu fiż-żona ġeografiku huwa ġġustifikat fid-dawl tal-għarfien ferm speċifiku u tradizzjonali li jintuża. It-tgeżwir u l-irbit tat-tjur huma l-aħjar eżempju ta’ dan. Din it-teknika tintuża fuq kollox għall-festi tal-aħħar tas-sena u permezz tagħha x-xaħam ikun jista’ jidħol iktar fil-muskoli u b’hekk jikkontribwixxi għal espressjoni organolettika aħjar tal-prodotti. L-operaturi tas-settur tal-“Volaille de Bresse” żammew dawn il-prattiki minkejja ż-żmien u l-ħidma sinifikanti li huma meħtieġa għal dawn il-preżentazzjonijiet. Il-preżentazzjonijiet “prêt-à-cuire” (lesta għat-tisjir) u “surgelée” (iffriżata f’temperaturi baxxi) huma wkoll speċifiċi għad-DOP “Volaille de Bresse” bil-kundizzjoni li s-saqajn u l-ġwienaħ (ħlief għas-swaba’) ma jinqatgħux barra.
Barra minn hekk, il-ġilda ferm delikata tal-“volaille de Bresse” teħtieġ attenzjoni għalkollox partikolari sabiex din ma tinġibidx waqt l-operazzjonijiet kollha ta’ tnittif, ta’ tiwi u ta’ ppakkjar. Għaldaqstant, għandu jiġi limitat għall-massimu t-tbagħbis li jista’ jimmarka u jgħarraq il-ġilda (tiċrit, tbenġil u lwien anormali huma raġunijiet sabiex it-tjur jiġi żgradat).
Fl-aħħar nett, it-twettiq fiż-żona ġeografika huwa neċessarju billi dawn l-operazzjonijiet jitwettqu fl-istess ħin meta t-tjur jiġu kklassifikati bid-DOP. Huwa waqt din l-aħħar fażi ta’ klassifikazzjoni li t-tjur ikunu jistgħu jiġu kkummerċjalizzati bil-marka DOP. Din il-klassifikazzjoni tissarraf fit-twaħħil ta’ marki ta’ identifikazzjoni, b’mod partikolari s-siġilli (u t-timbri għat-tiġieġ imsemmna u għall-ħasjien) li huma mezzi ta’ identifikazzjoni tal-prodotti u li jiggarantixxu t-traċċabbiltà.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
“Il-“Volaille de Bresse”/il-“Poulet de Bresse”/il-“Poularde de Bresse”/ix-“Chapon de Bresse”, meta jkunu sħaħ, fl-istess ħin ikollhom fuqhom iċ-ċurkett ta’ min rabbihom, is-siġill tal-biċċier, tikketta speċifika kif ukoll, għat-tiġieġ imsemmna u għall-ħasjien, timbru ta’ identifikazzjoni.
It-tikketta titwaħħal fuq dahar it-tjur ippreżentati bil-ġewwieni parzjalment imneħħi jew fuq il-klavikula tat-tjur ippreżentati “prêt à cuire” (lesti għat-tisjir) waqt il-klassifikazzjoni tat-tjur bid-denominazzjoni tal-oriġini qabel id-distribuzzjoni.
Iċ-ċurkett, anell li ma jistax jitbagħbas, ikollu d-dettalji ta’ min ikun rabbihom. Is-siġill huwa klipp li jkollha fuqha l-kitba “Bresse”. Fil-każ tal-biċċeriji, ikun hemm id-dettalji tal-biċċier. F’każ li t-tjur jinqatlu fl-azjenda agrikola mill-bidwi li jkun rabbihom, is-siġill ikollu miktub fuqu “Abattage à la ferme” (il-qatla saret fl-azjenda agrikola).
It-timbri ta’ identifikazzjoni tax-“chapons” (ħasjien) u tal-“poulardes” (tiġieġ imsemmna) huma fl-għamla ta’ timbru li jkollu l-kitba “Poularde de Bresse roulée” (tiġieġa msemmna ta’ Bresse mgewżra) jew “Poularde de Bresse” (tiġieġa msemmna ta’ Bresse) jew “Chapon de Bresse” (ħasi ta’ Bresse) u l-kitba “appellation d’origine contrôlée” (denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata) jew “appellation d’origine protégée” (denominazzjoni ta’ oriġini protetta).
Iċ-ċurkett jitqiegħed mill-bidwi li jrabbi t-tjur mas-sieq ix-xellugija qabel ma t-tjur jitilqu mill-azjenda agrikola. Is-siġill jitwaħħal isfel nett tal-għonq meta t-tjur jiġu kklassifikati bid-denominazzjoni ta’ oriġini qabel id-distribuzzjoni. It-timbri jitwaħħlu isfel nett tal-għonq u jinżammu bis-siġill.
Fil-każ ta’ tqattigħ ta’ tiġieġ li se jinbiegħu lill-konsumatur, kull unità ta’ bejgħ hija identifikata individwalment biex ikun hemm traċċabbiltà sa min irabbi (numru ta’ identifikazzjoni maħruġ mill-ODG – organisme de défense et de gestion (assoċjazzjoni għall-ħarsien u l-ġestjoni)).
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Volaille de Bresse”/“Poulet de Bresse”/“Poularde de Bresse”/“Chapon de Bresse” testendi sat-territorji tal-muniċipalitajiet li ġejjin:
|
|
Fid-département ta’ Ain:
|
|
|
Fid-département ta’ Jura:
|
|
|
Fid-département ta’ Saône-et-Loire:
|
5. Rabta maż-żona ġeografika
Il-“Volaille de Bresse”/il-“Poulet de Bresse”/il-“Poularde de Bresse”/ix-“Chapon de Bresse” huma tjur ta’ razza speċifika, ir-razza Gauloise jew ta’ Bresse ta’ varjetà bajda, imnissla lokalment, bi tkabbir bil-mod.
Din ir-razza rustika adattata perfettament għall-kundizzjonijiet klimatiċi ta’ Bresse tista’ tibbenefika bl-aħjar mod mill-bwar mhux ikkultivati tal-ħaxix li huma disponibbli għaliha fejn tista’ tfittex hi stess l-ikel tagħha, u għaldaqstant tiżviluppa muskolatura sinifikanti fuq qafas tal-għadam fin.
L-għalf kumplimentari tagħha huwa nieqes mill-proteini iżda mogħni bil-qamħirrun u t-irfinar tagħha wassal għall-produzzjoni ta’ tjur ħoxnin li kienu l-oriġini tal-fama tat-tjur ta’ Bresse.
Iż-żona ta’ produzzjoni tal-“volailles de Bresse” tikkorrispondi għal pjanura msaġġra bi ftit tlugħ u nżul, ir-riżultat ta’ amalgamazzjonijiet ġeoloġiċi periglaċjali li ħolqu ħamrija ferm taflija u impermeabbli. Il-klima hija umda.
Il-qamħirrun, li deher fi Bresse fil-bidu tas-seklu 17, kellu rwol ċentrali fis-sistema agrikola ta’ Bresse bħala għalf tat-tjur. Matul is-sekli ġiet stabbilita biedja mħallta tradizzjonali bbażata fuq kultivazzjonijiet ta’ ħaxix u ta’ ċereali u fuq it-trobbija ta’ tjur u ta’ bovini li għadha preżenti sal-lum.
Ir-razza lokali rikonoxxuta bħala l-unika li setgħet twassal għall-kisba tad-denominazzjoni tal-oriġini hija ferm rustika u adattata tajjeb ferm għall-ambjent u għall-ħamrija umda ta’ Bresse.
Il-prattiki tat-trobbija huma msejsa fuq sistema ta’ tagħlif antika bbażata fuq tagħlif awtonomu tat-tjur mill-mogħdijiet tal-ħaxix (dud tal-art, ħaxix …), issupplimentat bi żrieragħ u bi prodotti tal-ħalib (ħalib dilwit, xorrox, trab tal-ħalib, xorrox tal-butir...). It-tismin finali tal-annimali jsir fil-gaġeġ magħrufa bħala “épinettes”, f’ambjent kalm u għall-kenn mid-dawl sabiex tiġi evitata kwalunkwe aġitazzjoni.
Meta huma “jitlibbsu” skont it-tradizzjoni ta’ Bresse, proċedura li hija obbligatorja fil-każ tal-ħasjien, is-saqajn u l-ġwienaħ tat-tjur jinżammu qrib tal-ġisem. It-tjur imbagħad jintwew f’biċċa drapp solida b’oriġini veġetali li tinħiet bl-idejn b’mod issikkat ħafna permezz ta’ spaga rqiqa, proċedura li tibda miċ-ċentru biex tispiċċa fir-ras u fil-warrani b’mod li t-tajra tkun imgeżwra kollha (“emmaillotée”), ħlief għall-għonq li t-terz ta’ fuq tiegħu jitħallielu r-rix.
Meta tinħall mit-tgeżwir tagħha, it-tajra jkollha l-forma karatteristika ta’ ċilindru fejn ir-ras u l-għonq biss ikunu maħruġa ’l barra.
L-annimali huma kkaratterizzati minn skeletru u minn grana tal-ġilda fini li jindikaw kapaċità għall-iżvilupp tal-laħam u tax-xaħam.
Il-“Volaille de Bresse” hija kkwalifikata tat-tip “volaille grasse” (tajra xaħmija): twila, rqiqa u ferm fina, li jixhed kemm dawn l-annimali huma adattati sabiex jissemmnu. Huma jingħarfu faċilment mit-tip “poulet de grain” (tiġieġa mgħalfa jew serduk mgħalef il-qamħ) li huwa ikbar, iktar botni u b’karatteristiċi ta’ anemija inqas evidenti.
Il-biedja mħallta ta’ Bresse, riżultat dirett tal-karatteristiċi tal-ambjent naturali tagħha, b’mod partikolari l-kapaċitajiet tagħha li jiffavorixxu l-kultivazzjonijiet tal-ħaxix u tal-qamħirrun, li jeħtieġu klima umda u ħamrija b’riżervi ta’ ilma sinifikanti, hija l-fattur determinanti li ta lok għat-trobbija tat-tjur fi Bresse. Minħabba l-kwalitajiet nutrizzjonali tal-qamħirrun, flimkien ma’ ċereali oħrajn, setgħu jiġu prodotti tjur xaħmija li sawru r-reputazzjoni tal-“volailles de Bresse”.
Il-produtturi għarfu jikkonservaw ir-razza fi stat pur sabiex jiżviluppaw il-“volaille de Bresse”. Minħabba l-karatteristiċi ta’ rustiċità tagħha hija tista’ tgħix f’dan l-ambjent diffiċli fejn tiekol kemm il-fawna naturali tat-territorju kif ukoll is-supplimenti sostanzjali għall-għalf li ġejjin miż-żona ġeografika (qamħirrun, ħalib) li jagħtiha l-bidwi li jrabbiha matul it-trobbija u t-tismin tagħha.
B’hekk, it-trobbija hija msejsa fuq tradizzjoni b’saħħitha li tassoċja għalf partikolarment nieqes mill-proteini, ma’ metodi ta’ tismin speċifiċi u ma’ età ta’ qatla tardiva li tippermetti li l-annimali jilħqu l-maturità fiżjoloġika sħiħa.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-c299632c-5d77-4297-8f9a-2122d1b942ea
|
30.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/44 |
Avviż dwar talba li tikkonċerna l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE
Talba magħmula minn entità kontraenti – Estensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni
(2020/C 322/09)
Fl-1 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet talba f’konformità mal-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-ewwel jum ta’ xogħol wara li waslet it-talba kien it-2 ta’ Marzu 2018 u l-perjodu inizjali disponibbli għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar din it-talba kien ta’ 145 jum ta’ xogħol.
Din it-talba qed issir minn Finavia Oyj u tikkonċerna attivitajiet relatati mal-forniment ta’ servizzi kummerċjali għall-passiġġieri tat-titjiriet fl-ajruport ta’ Helsinki, il-Finlandja. L-avviżi rilevanti ġew ippubblikati fuq il-paġna 21 tal-ĠU C 114 tat-28 ta’ Marzu 2018, fuq il-paġna 9 tal-ĠU C 359 tal-5 ta’ Ottubru 2018, fuq il-paġna 3 tal-ĠU C 211 tal-25 ta’ Ġunju 2020 u fuq il-paġna 23 tal-ĠU C 243 tat-23 ta’ Lulju 2020. Tmiem l-iskadenza estiża kien it-30 ta’ Settembru 2020.
Skont ir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, id-data ta’ skadenza tista’ tiġi estiża mill-Kummissjoni bil-qbil ta’ min ikun għamel it-talba għall-eżenzjoni kkonċernata. Minħabba l-kuntest attwali tal-kriżi sanitarja tal-COVID-19, fuq talba ta’ Finavia Oyj u bil-qbil tal-Kummissjoni, il-perjodu disponibbli għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar din it-talba huwa b’dan sospiż sal-31 ta’ Diċembru 2021. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ sospensjonijiet jew ta’ estensjonijiet ulterjuri tal-iskadenza.
(1) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
|
30.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/45 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(Din il-pubblikazzjoni tissostitwixxi t-test ippubblikat fil-ĠU C 203, 17.6.2020, p. 7)
(2020/C 322/10)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“ΛΟΥΚΆΝΙΚΟ ΠΙΤΣΙΛΙΆΣ”/“LOUKANIKO PITSILIAS”
Nru tal-UE: PGI-CY-02369 — 15.9.2017
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem/Ismijiet
“Λουκάνικο Πιτσιλιάσ”/“Loukaniko Pitsilias”
2. Pajjiż(i) applikant(i)
Ċipru
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
L-isem “Λουκάνικο Πιτσιλιάς”/“Loukaniko Pitsilias” jintuża għal prodott tal-laħam immaturat, affumikat u mmarinat fl-inbid, li jiġi prodott mingħajr iż-żieda tal-ebda preservattiv (eż. nitrati, nitriti, polifosfati), sustanza li tqawwi t-togħma jew kwalunkwe addittiv ieħor. Lanqas il-materja prima li tintuża għat-tħejjija tiegħu ma fiha addittivi jew preservattivi (eż. nitrati jew nitriti).
Il-materja prima użata fit-tħejjija tiegħu hija:
|
— |
majjal ikkapuljat frisk minn annimali f’saħħithom li jkunu nqatlu f’konformità mal-liġi (żvinati kompletament u mkessħin immedjatament). Mal-wasla tiegħu, jitwettqu kontrolli fuq il-kulur (aħmar ċar karatteristiku), ir-riħa (tajba) u t-temperatura interna (bejn 0 °C u 4 °C); |
|
— |
il-budellat tal-majjal li jkun diġà tnaddaf u ġie ppreservat bil-melħ f’temperatura taħt l-4 °C. Mal-wasla tiegħu, jitwettqu kontrolli fuq il-purità u r-riħa (tajba) tiegħu; |
|
— |
inbid aħmar xott minn vinji li jkabbru dwieli tal-varjetà lokali Mavro u possibbilment tal-varjetà Maratheftiko wkoll. Meta jasal l-inbid, jitwettqu kontrolli fuq l-aroma (karatteristika tal-varjetà), il-kontenut ta’ alkoħol (bejn 12 % u 15 %) u l-kontenut ta’ zokkor (anqas minn 4 g/litru); |
|
— |
melħ oħxon (tal-baħar); |
|
— |
kosbor imfarrak (Coriandrum sativum), kemmun mitħun (Cuminum cyminum) u bżar iswed mitħun (Piper nigrum). |
L-“Λουκάνικο Πιτσιλιάς”/il-“Loukaniko Pitsilias” għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
Il-prodott jiġi ppreżentat għall-konsum f’għamla ta’ katina b’“ħoloq” ta’ żewġ zliezet, jew bħala zliezet individwali.
Kull zalzetta individwali jkollha għamla twila, dejqa u ċilindrika.
Dijametru taz-zalzett individwali: 2-4 cm;
Tul taz-zalzett individwali: 5-40 cm.
Kulur: kannella skur jagħti fil-griż għal iswed fuq in-naħa ta’ barra u vjola ċar fuq in-naħa ta’ ġewwa b’partijiet bojod distinti ta’ xaħam f’intervalli.
Aroma: aroma ta’ affumikar, inbid aħmar, kosbor (Coriandrum sativum) u kemmun (Cuminum cyminum).
Togħma: kemxejn immellħa b’togħmiet distintivi ta’ nbid aħmar, affumikar, kosbor, kemmun u bżar iswed (Piper nigrum).
Sawra: sawra koeżiva; meta jitqatta’, kull porzjon jibqa’ koeżiv mingħajr ma tinxtered it-taħlita tal-laħam ikkapuljat.
|
|
Kontenut ta’ ilma: 40 %-60 %; |
|
|
Klorur tas-sodju: 1,5 %-3 %; |
|
|
Perċentwal massimu ta’ xaħam: 35 %. |
L-“Λουκάνικο Πιτσιλιάς”/il-“Loukaniko Pitsilias” jista’ jinbiegħ ippakkjat jew mhux ippakkjat, sħiħ jew imqatta’.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
L-inbid aħmar xott li jintuża fit-tħejjija tal-“Λουκάνικο Πιτσιλιάς”/“Loukaniko Pitsilias” jiġi prodott fiż-żona ġeografika ddefinita minn vinji li jkabbru dwieli tal-varjetà lokali predominanti Mavro. Dawn il-vinji jinsabu fiż-żona ta’ Pitsilia, fejn jiġu prodotti inbejjed b’Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata. Il-vinji jistgħu wkoll ikabbru d-dwieli tal-varjetà Maratheftiko (Vamvakada).
Iż-żona ta’ Pitsilia hija kkaratterizzata minn morfoloġija u minn kwalità speċjali tal-ħamrija, b’karatteristiċi li huma ta’ benefiċċju għall-kultivazzjoni tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid, bħal altitudni għolja, art ħawlija u inklinata, blat vulkaniku mittiekel u n-nuqqas ta’ xita waqt li l-għeneb jimmatura. Dawn il-pekuljaritajiet klimatiċi u morfoloġiċi kollha jagħtu lill-inbid prodott fiż-żona ta’ Pitsilia karatteristiċi organolettiċi u ta’ kwalità speċjali li huma ttrasferiti lill-prodott u jinfluwenzaw il-karattru organolettiku tiegħu, billi l-immersjoni fl-inbid hija parti importanti mill-proċess ta’ preservazzjoni.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-passi differenti fit-tħejjija tal-“Λουκάνικο Πιτσιλιάς”/“Loukaniko Pitsilias” li jridu jseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita huma: it-tmelliħ fin-niexef tal-ikkapuljat u l-maċerazzjoni fl-inbid għal tal-anqas tlett ijiem, iż-żieda ta’ ħwawar, il-mili tat-taħlita fil-budellat tal-majjal, il-qfil tal-budellati f’intervalli biex jifformaw serje ta’ “ħoloq” tal-“Λουκάνικο Πιτσιλιάς”/“Loukaniko Pitsilias”, l-affumikar għal jumejn sa ħamest ijiem u ż-żamma taz-zalzett fil-kamra tal-maturazzjoni (kif meħtieġ) biex jingħata l-kontenut tal-ilma mixtieq mill-produttur (it-taqsima 3.2).
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Tkun xi tkun il-forma li fiha jiġi ppreżentat il-prodott (ippakkjat jew mhux ippakkjat, sħiħ jew imqatta’), dan għandu jkollu tikkettar xieraq li jiddikjara l-isem irreġistrat u d-dettalji tal-impjant fejn ġie prodott u/jew imqatta’ u ppakkjat (jekk it-tfettit u l-ippakkjar ma jseħħux fl-impjant tal-produzzjoni).
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika ddefinita, Pitsilia, hija magħrufa li hija muntanjuża. Din tinkludi żoni b’altitudni ta’ 700 metru jew aktar fil-konfini amministrattivi tal-lokalitajiet li ġejjin:
Id-Distrett ta’ Nicosia: Agia Eirini, Alithinou, Alona, Apliki, Askas, Gourri, Kannavia, Kourdali, Lagoudera, Lazanias, Livadia (Nicosia), Palechori, Platanistasa, Polystypos, Saranti, Spilia, Farmakas, Fikardou, Fterikoudi u Kambi;
Id-Distrett ta’ Larnaca: Odou;
Id-Distrett ta’ Limassol: Agios Theodoros, Agios Ioannis, Agios Konstantinos, Agios Pavlos, Agridia, Agros, Kato Amiantos, Pano Amiantos, Dymes, Zoopigi, Kato Mylos, Kyperounta, Pelendri, Potamitissa, Sykopetra u Chandria.
5. Rabta maż-żona ġeografika
L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-IĠP “Λουκάνικο Πιτσιλιάς”/“Loukaniko Pitsilias” hija bbażata fuq il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tal-prodott, li jiġu żviluppati u ppreservati bħala riżultat ta’ proċess ta’ produzzjoni li ma jeħtieġx l-użu ta’ kwalunkwe addittiv jew sustanza awżiljarja oħra.
Il-karatteristiċi tal-“Λουκάνικο Πιτσιλιάς”/“Loukaniko Pitsilias” huma r-riżultat tal-għarfien espert tal-produtturi, b’mod partikolari dawn li ġejjin:
Huwa f’idejn kull produttur li jagħżel il-laħam. Il-produtturi jużaw laħam ikkapuljat minn partijiet differenti tal-majjal (minbarra l-organi vitali) b’kontenut ta’ xaħam differenti. Dan jippermetti lill-produtturi jżidu jew ineħħu x-xaħam. Il-produtturi jagħmlu użu mill-esperjenza tagħhom biex ilestu dan il-proċess sabiex jiżguraw li l-perċentwal ta’ xaħam fl-“Λουκάνικο Πιτσιλιάς”/fil-“Loukaniko Pitsilias” ma jaqbiżx il-35 %, minħabba li dan jagħmel is-sawra tal-prodott aktar ratba milli mixtieq.
Il-laħam ikkapuljat jiġi mmellaħ kif jitqies xieraq mill-produtturi, abbażi tal-esperjenza tagħhom, u jitħallat f’intervalli sabiex jinkisbu kemm distribuzzjoni uniformi tal-melħ fil-laħam ikkapuljat kif ukoll l-imluħa mixtieqa tal-prodott finali.
It-tmelliħ u l-immersjoni fl-inbid iseħħu fl-istess ħin. Il-laħam ikkapuljat immellaħ jibqa’ fl-inbid għal tal-anqas tlett ijiem, u jitħallat regolarment biex jiġi żgurat li t-togħma, l-aroma u l-kulur karatteristiċi tal-inbid ikunu konsistenti fit-taħlita tal-ikkapuljat.
It-togħma u l-aroma intensi karatteristiċi tal-inbid u l-kulur karatteristiku tan-naħa ta’ ġewwa tal-“Λουκάνικο Πιτσιλιάς”/“Loukaniko Pitsilias” huma influwenzati mill-għażla tal-inbid adattat, f’termini ta’ aroma u proprjetajiet kimiċi, u mit-tul ta’ żmien li l-ikkapuljat jiġi mgħaddas u immaċerat fl-inbid. L-inbid għandu jkun aħmar u xott, minn vinji li jkabbru d-dwieli tal-varjetà lokali Mavro li hija predominanti fiż-żona (li tammonta għal madwar 80 % taż-żona totali mħawla bid-dwieli), possibbilment flimkien ma’ dwieli tal-varjetà ħamra Maratheftiko.
B’mod simili għall-melħ u l-inbid, jiżdiedu wkoll il-ħwawar mat-taħlita.
Il-proċessi tat-tmelliħ, tal-maċerazzjoni fl-inbid, taż-żieda tal-ħwawar u tat-taħlit tal-preparazzjoni huma stadji importanti tal-proċess tal-produzzjoni sabiex jiġi żgurat li z-zliezet li jiġu mħejjija mill-istess taħlita ta’ laħam ikkapuljat ikollhom l-istess karatteristiċi ta’ kwalità.
Ladarba t-taħlita tikseb dak li l-produttur iqis bħala l-karatteristiċi mixtieqa, din tiddaħħal f’budellat naturali tal-majjal. Il-budellat jiġi ssiġillat fit-truf u jintrabat f’għoqda f’intervalli biex tiġi fformata serje ta’ “ħoloq” tal-“Λουκάνικο Πιτσιλιάς”/“Loukaniko Pitsilias”. Element importanti tal-għarfien espert tal-produtturi, meta l-budellati jimtlew u jintrabtu, huwa l-ħolqien ta’ toqob żgħar li ma jħallux lill-umdità eċċessiva tingħalaq ġewwa. Jekk dan iseħħ, il-prodott finali jkun irregolari ħafna u jkollu bwiet tal-arja.
Element importanti ieħor tal-għarfien espert tal-produtturi huwa l-affumikar, minħabba li dan jiddetermina t-togħma, l-aroma, is-sawra u l-kulur tal-prodott finali. L-affumikar huwa wkoll l-istadju tal-proċess tal-produzzjoni li jiddetermina l-kulur tan-naħa ta’ barra taz-zliezet “Λουκάνικο Πιτσιλιάς”/“Loukaniko Pitsilias”, hekk kif il-kulur jiskura fi tmiem l-affumikar ħafif, gradwali u kiesaħ. L-intensità tan-nar, it-tul tal-affumikar, id-distanza taz-zliezet min-nar innifsu u kemm tinbidel regolarment il-pożizzjoni taz-zliezet fl-affumikatur jiġu deċiżi abbażi tal-esperjenza tal-produtturi, u dawn iwasslu għal prodott finali li jkun affumikat mingħajr ma jinbidlu t-togħma u l-aroma miksuba fl-istadju fejn dan jiġi immaċerat fl-inbid u l-ħwawar. L-intensità tan-nar tvarja skont il-kundizzjonijiet klimatiċi biex jiġi żgurat li t-togħma u s-sawra tal-prodott ma jiġux affettwati. Jekk in-nar ikun qawwi ferm waqt l-affumikar, is-sawra tal-prodott finali tkun tqarmeċ aktar u l-kulur tan-naħa ta’ barra jkun aktar skur, u dawn mhumiex karatteristiċi mixtieqa.
L-affumikar u l-ħin fil-kamra tal-maturazzjoni (fejn meħtieġ) huma l-proċessi li jagħtu lill-prodott il-livelli ta’ ndewwa mixtieqa u s-sawra aktar soda karatteristika meta jiġi kkonsmat, għall-kuntrarju ta’ prodotti simili li ma jiġux affumikati jew immaturati.
Il-klima taż-żona ta’ Pitsilia, li hija kkaratterizzata minn sjuf xotti u friski u xtiewi moderati, flimkien mal-art inklinata u relattivament infertili, għenu biex jiġi żviluppat il-proċess tal-produzzjoni u l-preservazzjoni tal-prodotti tal-laħam ipproċessati f’kundizzjonijiet ambjentali, li bis-saħħa tagħhom il-laħam seta’ jkun disponibbli għall-familji matul is-sena kollha. L-għarfien espert fil-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti baqa’ l-istess u ġie mgħoddi minn ġenerazzjoni għal oħra; dan l-għarfien espert għadu jintuża llum il-ġurnata mill-produtturi fiż-żona ta’ Pitsilia fil-faċilitajiet moderni tagħhom.
Il-ħamrija u l-klima taż-żona ta’ Pitsilia dejjem ikkontribwixxew għall-volum anqas ta’ għeneb prodott hemmhekk milli f’reġjuni oħrajn, b’meraq li huwa rikk fil-polifenoli. Flimkien ma’ għarfien espert ieħor dwar il-produzzjoni, il-produtturi tal-“Λουκάνικο Πιτσιλιάς”/“Loukaniko Pitsilias” wirtu wkoll l-inbid iswed eċċellenti msemmi minn N. Ierides (1903: Brief History of Cyprus); dan ikompli jsaħħaħ il-konnessjoni bejn il-prodott u ż-żona, u jagħtih l-aroma u t-togħma qawwija karatteristiċi tal-inbid lokali Mavro.
Il-karatteristiċi tal-“Λουκάνικο Πιτσιλιάς”/“Loukaniko Pitsilias”, li huma r-riżultat tal-għarfien espert tal-produtturi u tal-użu tal-inbid taż-żona, huma dawk li tawh reputazzjoni, flimkien mal-Pafítiko Loukaniko, bħala l-aħjar zliezet Ċiprijotti, skont P. Xioutas, 1978: Kypriaki Laografia ton Zóon (Annimali fil-Folklor Ċiprijott).
Il-prodotti tal-laħam ipproċessat ta’ Pitsilia, inkluż l-“Λουκάνικο Πιτσιλιάς”/il-“Loukaniko Pitsilias”, huma marbuta b’mod inseparabbli ma’ din iż-żona partikolari, sabiex kwalunkwe pubblikazzjoni u/jew sit web b’informazzjoni dwar it-turiżmu u/jew il-gastronomija jagħmlu referenza speċifika għalihom (il-Ministeru tal-Agrikoltura, Ir-Riżorsi Naturali u l-Ambjent, 2011: Gastronomikos Chartis tis Kyprou (Mappa Kulinarja ta’ Ċipru), u Florentia Kithraiotou, 2009: Trofi: aformi schesis (Ikel: bażi għal relazzjoni).
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament)
http://www.moa.gov.cy/moa/da/da.nsf/All/FE9A90EB4A75497BC22583A9003E9C46?OpenDocument
|
30.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/49 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(Din il-pubblikazzjoni tissostitwixxi t-test ippubblikat fil-ĠU C 200, 15.6.2020, p. 15)
(2020/C 322/11)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
Dokument Uniku
“ΛΟΎΝΤΖΑ ΠΙΤΣΙΛΙΆΣ”/“LOUNTZA PITSILIAS”
Nru tal-UE: PGI-CY-02367 — 15.9.2017
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem/Ismijiet
“Λούντζα Πιτσιλιάς”/“Lountza Pitsilias”
2. Pajjiż(i) applikant(i)
Ċipru
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
L-“Λούντζα Πιτσιλιάς”/il-“Lountza Pitsilias” huwa prodott tal-laħam immaturat, imnixxef, immellaħ, affumikat u mmarinat fl-inbid; dan jiġi mħejji mill-flett tal-majjal. Dan jiġi prodott mingħajr iż-żieda ta’ kwalunkwe preservattiv (eż. nitrati, nitriti, polifosfati), sustanza li tqawwi t-togħma jew kwalunkwe addittiv ieħor. Lanqas il-materja prima li tintuża għat-tħejjija tal-“Λούντζα Πιτσιλιάς”/“Lountza Pitsilias” ma jkun fiha addittivi jew preservattivi (eż. nitrati, nitriti).
Dawn li ġejjin jintużaw fit-tħejjija ta’ dan il-prodott:
|
— |
flett tal-majjal frisk (kull annimal għandu żewġ fletti fuq wara, wieħed fuq kull naħa tal-kolonna vertebrali), minn annimali f’saħħithom li jkunu nqatlu f’konformità mal-liġi (żvinati kompletament u mkessħin immedjatament). Mal-wasla tiegħu, jitwettqu kontrolli fuq il-kulur (aħmar ċar karatteristiku), ir-riħa (tajba), it-temperatura interna (bejn 0 °C u 7 °C) u l-pH (bejn 5,3 u 6); |
|
— |
inbid aħmar xott minn vinji li jkabbru dwieli tal-varjetà lokali Mavro u possibbilment tal-varjetà Maratheftiko wkoll. Meta jasal l-inbid, jitwettqu kontrolli fuq l-aroma (karatteristika tal-varjetà), il-kontenut ta’ alkoħol (bejn 12 % u 15 %) u l-kontenut ta’ zokkor (anqas minn 4 g/litru); |
|
— |
melħ oħxon (tal-baħar); |
|
— |
kosbor imfarrak (Coriandrum sativum) u, b’mod fakultattiv, kemmun mitħun (Cuminum cyminum) u/jew bżar iswed mitħun (Piper nigrum). |
Il-karatteristiċi tal-“Λούντζα Πιτσιλιάς”/“Lountza Pitsilias” huma dawn li ġejjin:
Karatteristiċi fiżiċi
Forma: twila, dejqa u ċilindrika b’sezzjoni trasversali kemxejn ellittika u li tidjieq lejn it-truf.
Piż: 0,8-2,5 kg.
Karatteristiċi organolettiċi
Kulur: kulur aħmar skur jagħti fl-iswed fuq in-naħa ta’ barra u aħmar ċar jagħti fil-vjola fuq in-naħa ta’ ġewwa.
Aroma: nbid aħmar, kosbor (u/jew kemmun) u affumikar.
Togħma: kemxejn mielħa u affumikata, imsaħħa bit-togħma tal-inbid, tal-kosbor u/jew tal-kemmun u tal-bżar iswed (meta jiżdiedu l-aħħar tnejn) li jintużaw fit-tħejjija tiegħu.
Sawra: kumpatta, koeżiva, mingħajr linji li jisseparaw il-fibri tal-muskoli, kemxejn iebes biex tomogħdu.
Karatteristiċi kimiċi
Kontenut ta’ ilma: 40 %-60 %;
Klorur tas-sodju: 3-7 %.
L-“Λούντζα Πιτσιλιάς”/il-“Lountza Pitsilias” jiġi ppreżentat biex ikun ikkonsmat sħiħ jew imqatta’ u jista’ jinbiegħ ippakkjat jew mhux ippakkjat.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
L-inbid aħmar xott li jintuża fit-tħejjija tal-“Λούντζα Πιτσιλιάς”/“Lountza Pitsilias” jiġi prodott fiż-żona ġeografika ddefinita minn vinji li jkabbru dwieli tal-varjetà lokali predominanti Mavro. Dawn il-vinji jinsabu fiż-żona ta’ Pitsilia (inbejjed b’Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata) u jistgħu jkabbru dwieli tal-varjetà Maratheftiko (Vamvakada).
Iż-żona ta’ Pitsilia hija kkaratterizzata minn morfoloġija u minn kwalità speċjali tal-ħamrija, b’karatteristiċi li huma ta’ benefiċċju għall-kultivazzjoni tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid, bħal altitudni għolja, art ħawlija u inklinata, blat vulkaniku mittiekel u n-nuqqas ta’ xita waqt li l-għeneb jimmatura. Dawn il-pekuljaritajiet klimatiċi u morfoloġiċi kollha jagħtu lill-inbid prodott fiż-żona ta’ Pitsilia karatteristiċi organolettiċi u ta’ kwalità speċjali li huma ttrasferiti lill-“Λούντζα Πιτσιλιάς”/lil-“Lountza Pitsilias” u jinfluwenzaw il-karattru organolettiku tiegħu, billi l-immersjoni fl-inbid hija parti importanti mill-proċess ta’ preservazzjoni.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-passi fit-tħejjija tal-“Λούντζα Πιτσιλιάς”/“Lountza Pitsilias” li jridu jseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita huma: it-tmelliħ fin-niexef għal tal-anqas 24 siegħa, l-immersjoni u l-maċerazzjoni fl-inbid għal 7-10 ijiem, iż-żieda ta’ ħwawar, l-affumikar għal ġimgħa sa ġimagħtejn u ż-żamma tal-prodott fil-kamra tal-maturazzjoni (kif meħtieġ) biex jingħata l-kontenut mixtieq ta’ ndewwa.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Tkun xi tkun il-forma li fiha jiġi ppreżentat il-prodott (ippakkjat jew mhux ippakkjat, sħiħ jew imqatta’), dan għandu jkollu tikkettar xieraq li jiddikjara l-isem irreġistrat u d-dettalji tal-impjant fejn ġie prodott u/jew imqatta’ u ppakkjat (jekk it-tfettit u l-ippakkjar ma jseħħux fl-impjant tal-produzzjoni).
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika ddefinita, Pitsilia, hija magħrufa li hija muntanjuża. Din tinkludi żoni b’altitudni ta’ 700 metru jew aktar fil-konfini amministrattivi tal-lokalitajiet li ġejjin:
|
|
Id-Distrett ta’ Nicosia: Agia Eirini, Alithinou, Alona, Apliki, Askas, Gourri, Kannavia, Kourdali, Lagoudera, Lazanias, Livadia (Nicosia), Palechori, Platanistasa, Polystypos, Saranti, Spilia, Farmakas, Fikardou, Fterikoudi u Kambi; |
|
|
Id-Distrett ta’ Larnaca: Odou; |
|
|
Id-Distrett ta’ Limassol: Agios Theodoros, Agios Ioannis, Agios Konstantinos, Agios Pavlos, Agridia, Agros, Kato Amiantos, Pano Amiantos, Dymes, Zoopigi, Kato Mylos, Kyperounta, Pelendri, Potamitissa, Sykopetra u Chandria. |
5. Rabta maż-żona ġeografika
L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem “Λούντζα Πιτσιλιάς”/“Lountza Pitsilias” hija bbażata fuq il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tal-prodott, li jiġu żviluppati u ppreservati bħala riżultat ta’ proċess ta’ produzzjoni li ma jeħtieġx l-użu ta’ kwalunkwe addittiv jew sustanza awżiljarja oħra.
Il-karatteristiċi tal-“Λούντζα Πιτσιλιάς”/“Lountza Pitsilias” huma r-riżultat tal-għarfien espert tal-produtturi tiegħu, b’mod partikolari dawn li ġejjin:
It-tul ta’ ħin li l-flett jitħalla fil-melħ u l-kwantità ta’ melħ użat ivarjaw ftit skont id-daqs tiegħu. Lountza ta’ daqs akbar jitħalla għal aktar ħin u jeħtieġ ftit aktar melħ biex jinkisbu l-grad mixtieq ta’ assorbiment saċ-ċentru tal-flett u t-togħma mixtieqa tal-prodott finali.
It-togħma u l-aroma qawwija karatteristiċi tal-inbid u l-kulur karatteristiku tan-naħa ta’ ġewwa tal-“Λούντζα Πιτσιλιάς”/“Lountza Pitsilias” jiġu influwenzati mill-għażla tal-inbid aħmar xott xieraq (f’termini ta’ aroma u karatteristiċi kimiċi) minn vinji li jkabbru dwieli tal-varjetà lokali predominanti Mavro (li jammontaw għal madwar 80 % tal-erja totali mħawla bid-dwieli), possibbilment flimkien ma’ dwieli tal-varjetà ħamra Maratheftiko, u mit-tul ta’ żmien li l-flett jiġi mmaċerat fl-inbid.
Il-kwantità ta’ ħwawar miżjuda, li bħall-melħ tiġi ddeterminata mid-daqs tal-flett, hija bbażata fuq l-esperjenza tal-produtturi. Iż-żieda ta’ kwantità xierqa ta’ ħwawar se tiddetermina t-togħma u l-aroma tal-prodott.
L-istadju tal-affumikar huwa importanti minħabba li dan jinfluwenza t-togħma, l-aroma, is-sawra u l-kulur tal-“Λούντζα Πιτσιλιάς”/“Lountza Pitsilias”. Il-proċess tal-affumikar huwa ħafif, gradwali u kiesaħ. L-intensità tan-nar, it-tul tal-affumikar, id-distanza tal-flett tal-majjal min-nar innifsu u kemm tinbidel regolarment il-pożizzjoni tal-fletti tal-majjal fl-affumikatur jiġu deċiżi abbażi tal-esperjenza tal-produtturi, filwaqt li jitqiesu d-daqs tal-flett u l-kundizzjonijiet klimatiċi. Matul ix-xhur tas-sajf, meta t-temperatura tkun ogħla u l-livelli ta’ umdità jkunu aktar baxxi, in-nar għandu jkun anqas qawwi u t-tul ta’ żmien tal-affumikar ikun iqsar. Fl-aħħar tal-istadju tal-affumikar, il-prodott ikun kiseb aroma u togħma karatteristiċi ta’ affumikar, flimkien mal-aroma u t-togħma dderivati mill-inbid, mill-kosbor u minn ħwawar oħra (li setgħu ġew miżjuda), u dan huwa dak li jiddistingwi l-prodott minn prodotti simili li mhumiex affumikati.
Il-proċess tal-affumikar flimkien maż-żmien imqatta’ fil-kamra tal-maturazzjoni (fejn meħtieġ) jiddeterminaw il-kontenut tal-ilma u s-sawra tal-“Λούντζα Πιτσιλιάς”/“Lountza Pitsilias”. Huwa importanti ħafna li l-affumikar ikun ħafif, sabiex is-sawra tal-prodott meta jitqatta’ tkun kompatta u koeżiva aktar milli ratba u maħlula. Il-proċess tal-affumikar u ż-żmien imqatta’ fil-kamra tal-maturazzjoni (fejn meħtieġ) jaġixxu wkoll flimkien mal-inbid biex jinħoloq il-kulur intern mixtieq tal-“Λούντζα Πιτσιλιάς”/“Lountza Pitsilias”. Fl-aħħar tal-proċess, il-prodott għandu jkollu kulur aħmar ċar konsistenti li jagħti fil-vjola fin-naħa ta’ ġewwa tiegħu.
Il-klima taż-żona ta’ Pitsilia, li hija kkaratterizzata minn sjuf xotti u friski u xtiewi moderati, flimkien mal-art inklinata u relattivament infertili, għenu biex jiġi żviluppat il-proċess tal-produzzjoni u l-preservazzjoni tal-prodotti tal-laħam ipproċessati f’kundizzjonijiet ambjentali, li bis-saħħa tagħhom il-laħam seta’ jkun disponibbli għall-familji matul is-sena kollha mingħajr il-ħtieġa li jinħażen fix-xaħam (bħal f’reġjuni oħra). L-għarfien espert fil-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti baqa’ l-istess u ġie mgħoddi minn ġenerazzjoni għal oħra; dan l-għarfien espert għadu jintuża llum il-ġurnata mill-produtturi fiż-żona ta’ Pitsilia fil-faċilitajiet moderni tagħhom.
Il-ħamrija u l-klima taż-żona ta’ Pitsilia dejjem ikkontribwixxew għall-volum anqas ta’ għeneb prodott hemmhekk milli f’reġjuni oħrajn, b’meraq li huwa rikk fil-polifenoli. Flimkien ma’ għarfien espert ieħor dwar il-produzzjoni, il-produtturi tal-“Λούντζα Πιτσιλιάς”/“Lountza Pitsilias” wirtu wkoll l-inbid iswed eċċellenti msemmi minn N. Ierides (1903: Brief History of Cyprus); dan ikompli jsaħħaħ il-konnessjoni bejn il-prodott u ż-żona, u jagħtih l-aroma u t-togħma qawwija karatteristiċi tal-inbid lokali Mavro.
Il-karatteristiċi tal-“Λούντζα Πιτσιλιάς”/“Lountza Pitsilias”, li huma r-riżultat tal-għarfien espert tal-produtturi u tal-użu tal-inbid taż-żona, huma dawk li tawh reputazzjoni bħala “ikla ħafifa lussuża”, skont P. Xioutas, 1978: Kypriaki Laografia ton Zóon (Annimali fil-Folklor Ċiprijott). Fl-istess pubblikazzjoni ssir referenza għall-“Λούντζα Πιτσιλιάς”/għal-“Lountza Pitsilias” bħala li għandu “togħma estremament tajba”. Tabilħaqq, il-kok Ċiprijott Andreas Mavrommatis, li ngħata stilla Michelin, f’intervista qal li r-reġjun ta’ Pitsilia jipproduċi l-aqwa lountza f’Ċipru.
Il-prodotti tal-laħam ipproċessat ta’ Pitsilia, inkluż l-“Λούντζα Πιτσιλιάς”/il-“Lountza Pitsilias”, huma relatati b’mod inseparabbli ma’ din iż-żona, għalhekk kwalunkwe pubblikazzjoni u/jew sit web b’informazzjoni turistika jagħmlu referenza speċifika għalihom. Issir referenza partikolari għall-prodotti tal-laħam ipproċessat miż-żona ta’ Pitsilia, inkluż ovvjament l-“Λούντζα Πιτσιλιάς”/il-“Lountza Pitsilias”, anke f’pubblikazzjonijiet relatati mal-gastronomija ta’ Ċipru, pereżempju l-Ministeru tal-Agrikoltura, ir-Riżorsi Naturali u l-Ambjent, 2011: Gastronomikos Chartis tis Kyprou (Mappa Kulinarja ta’ Ċipru), u Florentia Kithraiotou, 2009: Trofi: aformi schesis (Ikel: bażi għal relazzjoni).
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament)
http://www.moa.gov.cy/moa/da/da.nsf/All/FE9A90EB4A75497BC22583A9003E9C46?OpenDocument