Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.
Dokumentum C:2019:408:FULL
Official Journal of the European Union, C 408, 4 December 2019
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 408, 4 ta' Diċembru 2019
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 408, 4 ta' Diċembru 2019
|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 408 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 408/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.9557 — Swisscom/AMAG Group/Zürich Insurance Group/autoSense) ( 1 ) |
|
|
2019/C 408/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9567 — PGGM/Macquarie/Genesee & Wyoming Awstralja) ( 2 ) |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW |
|
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
2019/C 408/03 |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 408/04 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 408/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9608 — ENGIE/CDC/CNR Solaire 10) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 2 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 408/06 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
|
(2) Test b’rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 408/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ M.9557 — Swisscom/AMAG Group/Zürich Insurance Group/autoSense)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 408/01)
Fil-25 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) bid-dokument li jġib in-numru 32019M9557. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
4.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 408/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9567 — PGGM/Macquarie/Genesee & Wyoming Awstralja)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 408/02)
Fit-28 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9567. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
III Atti preparatorji
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
Il-Bank Ċentrali Ewropew
|
4.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 408/3 |
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew
tat-30 ta’ Ottubru 2019
dwar proposta għal regolament dwar qafas ta’ governanza għall-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività għaż-żona tal-euro
(CON/2019/37)
(2019/C 408/03)
Introduzzjoni u bażi legali
Fid-9 u t-18 ta’ Settembru 2019, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew, rispettivament, għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas ta’ governanza għall-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività għaż-żona tal-euro (1) (iktar ’il quddiem ir-“regolament propost”).
Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea peress li r-regolament propost huwa relevanti għall-għan ewlieni tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) biex tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet u, mingħajr preġudizzju għall-għan li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet, li jiġu appoġġati l-politiki ekonomiċi ġenerali fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikoli 127(1) u 282(2) tat-Trattat u l-Artikolu 2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
1. Osservazzjonijiet ġenerali
1.1. Għanijiet ġenerali tal-BICC
Ir-Rapport tal-Ħames Presidenti tat-22 ta’ Ġunju 2015 enfasizza l-ħtieġa li titlesta l-arkitettura ekonomika u istituzzjonali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM). B’mod partikolari, saħaq dwar l-importanza li tiġi kkoreġuta d-diverġenza li dehret matul il-kriżi u li jitnieda proċess ta’ konverġenza ġdid. Fir-Rapport tqajjem l-argument li “il-konverġenza sostenibbli teħtieġ ukoll ġabra usa’ ta’ politiki li jaqgħu taħt l-intestatura ta’ ‘riformi strutturali’, jiġifieri riformi mmirati biex jimmodernizzaw lill-ekonomiji biex jiksbu aktar tkabbir u xogħolijiet” (2).
L-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività (iktar ’il quddiem “il-BICC”) jimmira mhux biss li jappoġġa politiki strutturali iżda wkoll l-investiment pubbliku fi Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro billi jiżborsa fondi speċifiċi għall-proġett. L-Istati Membri li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II) jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-BICC fuq bażi volontarja (iktar ’il quddiem flimkien ma’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro “l-Istati Membri parteċipanti”).
Kontra dan l-isfond, jekk il-BICC jiġi applikat b’mod korrett, huwa mistenni li jtejjeb il-funzjonament tal-ekonomija u jwassal għal kompożizzjoni tal-infiq pubbliku li tkun aktar aġevolanti għat-tkabbir, b’impatt pożittiv fuq it-tkabbir potenzjali u r-reżiljenza tal-ekonomiji taż-żona tal-euro għal xokkijiet avversi. Bħala riżultat ta’ dan, il-BICC għandu jikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tal-UEM u l-effettività tal-politika monetarja tal-BĊE. Il-BICC għandu jingħata riżorsi suffiċjenti biex jilħaq il-miri intiżi tiegħu.
1.2. Governanza tal-BICC
Ir-regolament propost jistabbilixxi qafas ta’ governanza għall-BICC, f’żewġ passi. L-ewwel nett, jipprevedi l-adozzjoni ta’ orjentazzjonijiet strateġiċi dwar riformi u prijoritajiet ta’ investiment għaż-żona tal-euro bħala ħaġa sħiħa. Bħala t-tieni pass sussegwenti, jipprevedi “gwida speċifika għall-pajjiż” (iktar ’il quddiem “CSG”) għal Stati Membri individwali taż-żona tal-euro, li trid tkun konsistenti mal-orjentazzjonijiet strateġiċi u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill speċifiċi għal kull pajjiż (iktar ’il quddiem “CSRs”). Abbażi ta’ CSG, l-Istati Membri mbagħad għandhom jidentifikaw pakketti possibbli ta’ riforma u investiment li għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni għal valutazzjoni. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-gwida politika u l-orjentazzjonijiet strateġiċi wara diskussjoni fil-Grupp tal-Euro u fuq il-bażi tal-inizjattiva meħuda mill-Kummissjoni.
Safejn ikun possibbli, il-governanza tal-BICC għandha tmur id f’id mas-Semestru Ewropew u kull mekkaniżmu eżistenti ieħor tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika. Dan għandu jiżgura l-konsistenza meħtieġa bejn proċessi u proċeduri. Ir-regolament propost jimmira li jikseb dik il-konsistenza fil-gwida strateġija stabbilita mill-Kunsill matul is-Summit tal-Euro u, wara diskussjonijiet mal-Grupp tal-Euro, fir-rakkomandazzjonijiet taż-żona tal-euro. Jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal konsistenza tas-CSG mas-CSRs, peress li s-CSRs huma l-ġebla tax-xewka tas-Semestru Ewropew. B’mod konformi mar-rwol tagħhom ibbażat fuq it-Trattat fil-proċess ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-pakketti ta’ riforma u investiment sottomessi mill-Istati Membri, timmonitorja l-progress tal-implimentazzjoni tagħhom, u tieħu l-inizjattiva biex tiżviluppa orjentazzjonijiet strateġiċi u gwida.
Barra minn hekk, huwa essenzjali, kif previst attwalment li l-pakketti ta’ riforma u investiment sottomessi mill-Istati Membri jiġu vvalutati kontra ħtiġijiet speċifiċi għall-pajjiż maqbula b’mod komuni, peress li l-prijoritajiet ta’ riforma u investiment ivarjaw b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri. Għal dik ir-raġuni, CSRs — diġà maħruġa annwalment mill-Kummissjoni u approvati mill-Kunsill bħala parti mill-proċess tas-Semestru Ewropew — għandhom ikunu l-punt ta’ referenza ewlieni għall-Istati Membri u għandhom jirreferu b’mod espliċitu għal CSRs eżistenti meta jissottomettu l-pakketti tagħhom ta’ riforma u investiment. Peress li r-rapporti tal-pajjiżi tal-Kummissjoni maħruġa fil-kuntest tas-CSRs tal-Kunsill jidentifikaw, sa mill-2019, ħtiġijiet importanti tal-politika strutturali u oqsma ewlenin għal investiment pubbliku fil-livell tal-Istati Membri, dawn jipprovdu l-punt ta’ riferiment xieraq għall-formolazzjoni ta’ pakketti nazzjonali ta’ riforma u investiment. Is-CSG tista’ tispeċifika ulterjorment dawk is-CSRs, fejn xieraq.
Fil-prattika, u skont meta l-pakketti ta’ riforma u investiment relatati mal-BICC jiġu sottomessi lill-Kummissjoni għal valutazzjoni, is-CSRs tas-sena ta’ qabel għandhom jintużaw bħala punt ta’ riferiment għall-BICC. Fil-valutazzjoni tagħhom tal-pakketti ta’ riforma u investiment sottomessi mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’ tqis ukoll is-CSRs tas-sena attwali sal-punt li jkunu ppubblikati fiż-żmien dovut.
B’mod ġenerali, dan il-mod ta’ kif wieħed għandu jipproċedi kif imsemmi hawn fuq għandu jgħin biex is-CSRs jinżammu bħala l-punt ta’ riferiment ewlieni u tiġi żgurata konsistenza fis-sustanza bejn proċeduri ta’ koordinazzjoni differenti, b’mod partikolari s-Semestru Ewropew, u fil-ħin. F’dak il-kuntest, il-BICC jista’ joħroġ il-potenzjal tiegħu, billi jibqa’ ffukat biex jindirizza l-aktar sfidi pressanti tal-politika ekonomika u fiskali li jiffaċċjaw l-Istati Membri.
1.3. Kunsiderazzjonijiet addizzjonali
Minħabba l-għan tal-BICC biex jappoġġa politiki strutturali u investiment pubbliku sabiex itejjeb il-kompetittività u l-konverġenza, huma meħtieġa diskussjonijiet ulterjuri lil hinn mill-BICC dwar kif għandha tiġi stabbilita funzjoni ta’ stabilizzazzjoni makroekonomika, li għadha nieqsa fuq il-livell taż-żona tal-euro. Dik il-funzjoni teżisti f’kull unjoni monetarja, sabiex jiġu indirizzati aħjar l-iskossi ekonomiċi li ma jistgħux jiġu mmaniġġjati fuq livell nazzjonali (3). Kif ġie enfasizzat qabel mill-BĊE (4), funzjoni ta’ stabilizzazzjoni makroekonomika għandha, jekk tkun iddisinnjata b’mod xieraq, iżżid ir-reżiljenza ekonomika tal-Istati Membri parteċipanti u taż-żona tal-euro bħala ħaġa sħiħa, sabiex b’hekk tiġi appoġġata wkoll il-politika monetarja unika. Għal dak il-għan, funzjoni ta’ stabilizzazzjoni fiskali għandha tkun ta’ daqs suffiċjenti.
Din l-opinjoni ser tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-30 ta’ Ottubru 2019.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) COM(2019) 354 final.
(2) Ara “Completing Europe’s Economic and Monetary Union” (Inlestu l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Unjoni), Rapport minn Jean-Claude Juncker, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ Donald Tusk, Jeroen Dijsselbloem, Mario Draghi u Martin Schulz, 22 ta’ Ġunju 2015, paġna 7, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni fuq www.ec.europa.eu
(3) Ara l-osservazzjonijiet ġenerali tal-Opinjoni CON/2018/51. L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu
(4) Ara l-osservazzjonijiet ġenerali tal-Opinjoni CON/2018/51.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 408/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-3 ta' Diċembru 2019
(2019/C 408/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1071 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
120,39 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4719 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85200 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,5653 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0947 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
134,40 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,1668 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,527 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
331,75 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2845 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7777 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,3508 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6186 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4747 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6675 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7000 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5117 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 319,15 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,2253 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8140 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4400 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 615,65 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6216 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,583 |
|
RUB |
Rouble Russu |
71,0634 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
33,529 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,6545 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,6958 |
|
INR |
Rupi Indjan |
79,4300 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 408/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9608 — ENGIE/CDC/CNR Solaire 10)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 408/05)
1.
Fil-25 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CN’Air (Franza), ikkontrollata minn ENGIE (Franza), |
|
— |
Caisse des dépôts et consignations (“CDC”, Franza), |
|
— |
CNR Solaire 10 (Franza), ikkontrollata minn CN’Air (Franza). |
ENGIE u CDC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ CNR Solaire 10 kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CDC hija stabbiliment pubbliku bi status speċjali li twettaq missjonijiet ta’ interess ġenerali u attivitajiet miftuħa għall-kompetizzjoni, |
|
— |
CN’Air hija attiva fis-settur tal-enerġija rinnovabbli u sussidjarja ta’ ENGIE li hija attiva fil-katina tal-valur tal-enerġija kollha kemm hi fl-oqsma tas-servizzi tal-gass, l-elettriċità u l-enerġija. |
|
— |
CNR Solaire 10 hija attiva fit-tħaddim ta’ parks eoliċi fi Franza. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9608 — ENGIE/CDC/CNR Solaire 10
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 408/8 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2019/C 408/06)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“GYŐR-MOSON-SOPRON MEGYEI CSEMEGE SAJ T”
Nru tal-UE: PGI-HU-02303 — 23.3.2017
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem/ismijiet
“Győr-Moson-Sopron megyei Csemege sajt”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Ungerija
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.3. Ġobon
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
“Győr-Moson-Sopron megyei Csemege sajt” huwa ġobon xaħmi, mielaħ u poruż magħmul mill-ħalib tal-baqar u mmaturat bil-flora tal-qoxra Brevibacterium linens. Il-mikroflora tal-maturazzjoni ewlenija tirriproduċi l-aktar b’mod naturali fiż-żona tal-produzzjoni msemmija fil-punt 4.
Tabella 1
Proprjetajiet organolettiċi tal-“ Győr-Moson-Sopron megyei Csemege saj t”
|
Fuq barra: |
Ġobon forma ċilindrika bil-qiegħ u l-parti ta’ fuq ċatti u l-ġnub jisporġu ’l barra. Il-qoxra rqiqa u flessibbli hija poruża, b’lewn uniformi isfar jagħti fl-aħmar u li tinħass kemxejn mutjana mal-mess. |
|
Fuq ġewwa: |
Il-korporatura għandha lewn uniformi abjad jagħti fl-isfar, bi xquq distribwiti b’mod dens u bilanċjat fuq il-wiċċ maqtugħ. |
|
Konsistenza: |
Għandu konsistenza kemxejn ratba bħal għasida, jinqata’ faċilment u jitfarrak f’biċċiet fil-ħalq. |
|
Riħa: |
L-aroma distintiva hija ftit lattika u ħielsa minn kwalunkwe riħa barranija. |
|
Togħma: |
It-togħma distintiva hija pjaċevolment aromatika u mielħa, kemxejn aċiduża u ħielsa minn kwalunkwe togħma barranija. |
Tabella 2
Il-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tal-“ Győr-Moson-Sopron megyei Csemege saj t”
|
Karatteristika |
Kwantità % (g/100 g) |
|
Materja niexfa (minima) |
51,5 |
|
Kontenut ta’ xaħam fil-materja niexfa |
45,0 ± 2 |
|
Klorur tas-sodju |
2,0 ± 0,5 |
Tabella 3
Forma, dimensjonijiet u piż tal-“ Győr-Moson-Sopron megyei Csemege saj t”
|
Forma |
Dimensjonijiet, cm |
Piż, kg |
|
Dijametru |
tad-diska: 20-22 għoli: 7-9 |
2,1-3,1 |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
|
— |
ħalib tal-baqar; |
|
— |
kulturi starter mingħajr OĠM li fihom batterji lattiċi u oħrajn għall-maturazzjoni; |
|
— |
enzimi tal-koagulazzjoni tal-ħalib; |
|
— |
klorur tal-kalċju; |
|
— |
melħ tal-mejda. |
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-istadji li ġejjin tal-produzzjoni tal-ġobon isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.
|
— |
Preparazzjoni u koagulazzjoni enzimatika tal-ħalib |
|
— |
Qtugħ u pproċessar tal-baqta |
|
— |
Iffurmar u ppressar |
|
— |
Tmelliħ |
|
— |
Maturazzjoni: |
|
— |
Imsiħ u tnixxif tal-ġobon |
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
—
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tal-“Győr-Moson-Sopron megyei Csemege sajt” tikkorrispondi għaż-żona li tinkludi l-unitajiet amministrattivi li ġejjin:
Il-muniċipalitajiet li ġejjin tad-distrett ta’ Győr:
Abda, Bezi, Bőny, Börcs, Dunaszeg, Dunaszentpál, Enese, Fehértó, Gönyű, Győr, Győrladamér, Győr-Ménfőcsanak, Győrság, Győrsövényház, Győrújbarát, Győrújfalu, Győrzámoly, Ikrény, Kajárpéc, Kisbajcs, Koroncó, Kunsziget, Mezőörs, Mosonszentmiklós, Nagybajcs, Nagyszentjános, Nyúl, Öttevény, Pér, Rábapatona, Rétalap, Sokorópátka, Tényő, Töltéstava, Vámosszabadi, Vének.
Il-muniċipalitajiet li ġejjin tad-distrett ta’ Mosonmagyaróvár:
Jánossomorja, Lébény, Hegyeshalom, Ásványráró, Bezenye, Darnózseli, Dunakiliti, Dunaremete, Dunasziget, Feketeerdő, Halászi, Hédervár, Károlyháza, Kimle, Kisbodak, Levél, Lipót, Máriakálnok, Mecsér, Mosonmagyaróvár, Mosonszolnok, Mosonudvar, Püski, Rajka, Újrónafő, Várbalog.
Il-muniċipalitajiet li ġejjin tad-distrett ta’ Csorna:
Bősárkány, Szany, Acsalag, Bágyogszovát, Barbacs, Bodonhely, Bogyoszló, Cakóháza, Csorna, Dör, Egyed, Farád, Jobaháza, Kóny, Maglóca, Magyarkeresztúr, Markotabögöte, Páli, Pásztori, Potyond, Rábacsanak, Rábapordány, Rábasebes, Rábaszentandrás, Rábatamási, Rábcakapi, Sobor, Sopronnémeti, Szil, Szilsárkány, Tárnokréti, Vág, Zsebeháza.
Il-muniċipalitajiet li ġejjin tad-distrett ta’ Kapuvár:
Beled, Babót, Cirák, Csermajor, Dénesfa, Edve, Gyóró, Himod, Hövej, Kapuvár, Kisfalud, Mihályi, Osli, Rábakecöl, Répceszemere, Szárföld, Vadosfa, Vásárosfalu, Veszkény, Vitnyéd.
Il-muniċipalitajiet li ġejjin tad-distrett ta’ Tét:
Árpás, Csikvánd, Felpéc, Gyarmat, Gyömöre, Győrszemere, Kisbabot, Mérges, Mórichida, Rábacsécsény, Rábaszentmihály, Rábaszentmiklós, Tét.
Il-muniċipalitajiet li ġejjin tad-distrett ta’ Pannonhalma:
Écs, Győrasszonyfa, Nyalka, Pannonhalma, Pázmándfalu, Ravazd, Táp, Tápszentmiklós, Tarjánpuszta.
Il-muniċipalitajiet li ġejjin tad-distrett ta’ Sopron:
Agyagosszergény, Fertőd, Fertődoboz, Fertőendréd, Fertőhomok, Fertőrákos, Fertőszéplak, Hegykő, Hidegség, Sarród, Tőzeggyármajor, Nyárliget, Fertőújlak.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta bejn il-“Győr-Moson-Sopron megyei Csemege sajt” u ż-żona ġeografika hija bbażata fuq il-kwalità u r-reputazzjoni, liema elementi ewlenin huma ppreżentati hawn taħt.
Speċifiċitàjiet taż-żona ġeografika
Il-Kontea ta’ Győr-Moson-Sopron tikkonsisti minn pjanura ffurmata mis-sediment depożitat l-aktar mix-Xmara Danubju, kif ukoll mix-Xmajjar Rába-Rábca, Répce u Ikva.
Il-ħamrija u l-kondizzjonijiet klimatiċi taż-żona ġeografika huma ideali kemm għall-produzzjoni tal-għelejjel kif ukoll għat-trobbija tal-annimali. Il-ħamrija u l-kondizzjonijiet pluvjali taż-żona ġeografika huma partikolarment adatti għat-tkabbir tal-qamħirrum u l-għalf oħxon, li jipprovdu l-għalf meħtieġ għan-numru kbir ta’ baqar tal-ħalib fiż-żona, u jifformaw il-bażi għall-industrija tal-ipproċessar tal-ħalib tagħha. Tejgazdasági Kísérleti Intézet [l-Istitut għar-Riċerka dwar is-Settur tal-Ħalib] — li l-predeċessur tiegħu kien stabbilit f’Mosonmagyaróvár fl-1903 — iwettaq ir-riċerka bażika u applikata fl-ipproċessar tal-ħalib, kif ukoll jipprovdi r-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll pariri dwar it-teknoloġija tal-ikel. F’Csermajor ġie stabbilit ċentru tar-riċerka sa mill-1886 biex jippermetti liż-żgħażagħ jitgħallmu l-fażijiet kollha tal-produzzjoni, it-trattament, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ħalib, u “jiksbu l-ħiliet manwali meħtieġ a”, biex jiġi żgurat li l-għarfien espert fl-ipproċessar tal-ħalib jintiret minn ġenerazzjoni għal oħra. Iż-żona ġeografika għandha l-fortuna li għandha l-bażi intellettwali u teknika u l-materja prima li jagħtu lill-prodotti tal-ħalib taż-żona — b’mod speċjali l-ġobon tagħha — is-sinifkat, ir-reputazzjoni u r-rikonoxximent tagħhom.
L-ispeċifitajiet tal-prodott
Karatteristika distintiva tal-ġobon hija l-kisja safra pallida li tidher fuq il-wiċċ tal-ġobon fir-4-5 jum tal-proċess tal-maturazzjoni, permezz tal-mikroflora tal-maturazzjoni ewlenija (Brevibacterium linens), li hija essenzjali għall-maturazzjoni u toriġina mill-bordijiet tal-arżnu użati. B’dan il-mod, tifforma rabta mill-qrib bejn il-kwalità tal-prodott u ż-żona tal-produzzjoni. It-tkabbir tal-batterji huwa ffaċilitat billi l-ġobon jiddawwar u jintmessaħ b’soluzzjoni tas-salmura kull 3-4 ijiem. Fit-2 ġimgħa, il-ġobon ikun essenzjalment miksi għalkollox. Trid tingħata attenzjoni estrema meta l-ġobon jiddawwar u jintmesaħ, biex jiġi żgurat li dan ma jinqasamx.
Il-maturazzjoni intensa tibda mill-wiċċ u tiċċaqlaq lejn iċ-ċentru, u tieħu madwar 3 ġimgħat. Il-maturazzjoni hija indikata wkoll permezz taż-żieda rapida fil-valur pH tal-qoxra, ikkawżata mid-dekompożizzjoni tal-lattilat (f’diossidu tal-karbonju u ilma) minn ċerti ħmejjer (eż. Oospora lactis) li jikbru b’mod naturali fuq il-wiċċ. Il-maturazzjoni hija kkaratterizzata mid-degradazzjoni rapida tal-maġġoranza tal-proteini, li jfisser li 60-80 % minnhom jieħdu l-forma ta’ komposti tan-nitroġenu solubbli fl-ilma sat-3 ġimgħa.
Il-proċess tal-maturazzjoni huwa element importanti għall-karattru distintiv tal-ġobon. Il-ġobon jista’ jiġi mmaturat biss fuq bordijiet magħmulin mill-injam tal-arżnu, f’kondizzjonijiet ta’ umdità relattiva għolja (‘il fuq minn 90 %). Dan jiżgura li tinżamm ir-razza tal-batterju speċifiku u li fuq il-ġobon frisk tiżviluppa l-kultura ħamra. Il-maturazzjoni tagħti lill-ġobon it-togħma kemxejn aċiduża, pjaċevolment aromatika u distintiva tiegħu. Aktar ma jkun twil iż-żmien tal-maturazzjoni, aktar ikunu qawwija r-riħa u t-togħma tal-ġobon. Il-karattru ewlieni tal-ġobon huwa derivat mid-degrazzjoni intensiva tal-proteini tiegħu, li jagħtuh il-konsistenza li titfarrak u jagħmluh iktar diġeribbli.
Il-“Győr-Moson-Sopron megyei Csemege sajt” għandu riħa u togħma intensa u aromatika permezz tal-flora tal-maturazzjoni unika tiegħu. Il-ġobon għandu lewn isfar jagħti fl-aħmar, il-wiċċ maqtugħ huwa poruż, u l-ġobon jitfarrak f’biċċiet fil-ħalq. Wara l-maturazzjoni għal 4-5 ġimgħat, it-togħma u r-riħa tiegħu jiżviluppaw ħjiel ta’ ammonijaka, u l-konsistenza ssir iktar ratba. Sabiex il-ġobon ikun jista’ jibqa’ jittiekel u jżomm il-proprjetajiet karatteristiċi tiegħu, dan irid jiġi maħżun f’temperatura ta’ 2-8 °C sa mit-3 ġimgħa.
Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP)
L-applikazzjoni għar-reġistrazjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta, li hija relatata maż-żona ġeografika ddefinita fil-Kontea ta’ Győr-Moson-Sopron, hija bbażata fuq it-tradizzjoni, il-metodu ta’ produzzjoni uniku, il-ħiliet speċifiċi meħtieġa għall-produzzjoni, u r-reputazzjoni tal-ġobon.
Ir-reputazzjoni tal-ġobon hija bbażata fuq it-togħma, l-aroma, ir-riħa, il-konsistenza pjaċevoli ħafna li titfarrak u l-kwalità unikament uniformi tiegħu. Sal-lum, dan jiġi kkonsmat l-aktar minn esperti tal-ikel li jħobbu l-ġobon. Minħabba d-degradazzjoni intensa tal-proteini, dan huwa wieħed mit-tipi ta’ ġobon l-aktar diġeribbli.
Il-“Győr-Moson-Sopron megyei Csemege sajt” ilu rikonoxxut sew għal aktar minn seklu. Bejn l-1995 u l-2005, dan deher b’mod regolari u b’suċċess fl-ikbar fiera tal-ġobon Ungeriża, magħrufa fis-settur bħala l-Kompetizzjoni tal-Ġobon ta’ Csermajor. Il-ġobon rebaħ bosta premji matul dawn l-aħħar żewġ deċenji:
il-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Ġobon tal-1998, Csermajor: Ċertifikat tad-deheb
L-Ewwel Kompetizzjoni tal-Ġobon tal-Punent tat-Transdanubju tal-2001: L-aħjar ġobon maturat b’mod tradizzjonali tar-Reġjun tal-Punent tat-Transdanubju
il-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Ġobon tal-2005, Csermajor: Nomina speċjali mill-aġġudikanti
il-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Ġobon tal-2007, Csermajor: Ċertifikat tad-deheb
il-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Ġobon tal-2008, Csermajor: Ċertifikat tad-deheb
Fl-2011 il-“Győr-Moson-Sopron megyei Csemege sajt” ingħata d-dritt għall-użu tat-trade mark “HAGYOMÁNYOK-ÍZEK-RÉGIÓK” (HÍR) [Tradizzjonijiet-Togħmiet-Reġjuni]. Prodott jista’ jfittex protezzjoni bl-użu tat-trade mark HÍR (numru tar-reġistrazzjoni 172636) jekk il-produzzjoni tiegħu hija marbuta ma’ reġjun partikolari, il-metodu tal-produzzjoni tiegħu huwa tradizzjonali, mill-inqas wieħed mill-elementi tal-produzzjoni huwa bbażat fuq għarfien lokali, u r-reputazzjoni tiegħu tmur lura mill-inqas 50 sena. Is-sodisfazzjon tal-kriterji għall-użu tat-trade mark huwa evalwat minn Kumitat tal-Evalwazzjoni magħmul minn esperti maħtura mill-Ministru, fuq il-bażi tal-ispeċifikazzjoni mressqa u eżaminazzjoni organolettika.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
http://elelmiszerlanc.kormany.hu/download/e/33/c1000/17.pdf
fuq paġna 862 tad-dokument li l-link tiegħu tinsab hawn fuq.