This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 45c0eefc-c1fd-11ea-b3a4-01aa75ed71a1
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/103 of 23 January 2019 amending Implementing Regulation (EU) 2015/1998 as regards clarification, harmonisation and simplification as well as strengthening of certain specific aviation security measures (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/103 tat-23 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 rigward il-kjarifika, l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni, kif ukoll it-tisħiħ ta' ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/103 tat-23 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 rigward il-kjarifika, l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni, kif ukoll it-tisħiħ ta' ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02019R0103 — MT — 02.07.2020 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/103 tat-23 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 rigward il-kjarifika, l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni, kif ukoll it-tisħiħ ta' ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 021 24.1.2019, p. 13) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/910 tat-30 ta’ Ġunju 2020 |
L 208 |
43 |
1.7.2020 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/103
tat-23 ta' Jannar 2019
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 rigward il-kjarifika, l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni, kif ukoll it-tisħiħ ta' ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2019. Madankollu, il-punti 2, 20, 25, 26, 28 sa 38, 44 u 45 tal-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill- ►M1 31 ta’ Diċembru 2021 ◄ .
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 huwa emendat kif ġej:
Il-punt 1.1.3.4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1.1.3.4 Għandha titwettaq tfittxija tas-sigurtà ta' dawk il-partijiet kritiċi li setgħu ġew ikkontaminati mill-iktar fis possibbli sabiex jiġi żgurat b'mod raġonevoli li ma jkunx fihom oġġetti pprojbiti, kull fejn l-aċċess għall-partijiet kritiċi seħħ minn wieħed minn dawn li ġejjin:
persuni li ma twettqilhomx l-iskrinjar;
passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ li jaslu minn pajjiżi terzi għajr dawk elenkati fid-Dokument Mehmuż 4-B;
passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ li jaslu minn ajruporti tal-Unjoni fejn l-Istat Membru rilevanti jkun idderoga mill-istandards bażiċi komuni kif previst fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 ( *1 ), sakemm huma ma jiġux milqugħin mal-wasla tagħhom u skortati 'l barra minn dawk iż-żoni skont il-punt 1.2.7.3.
Dan il-punt għandu jitqies li ġie ssodisfat għall-inġenji tal-ajru li jkunu soġġetti għal tfittxija tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru, u ma għandux japplika meta l-persuni koperti bil-punt 1.3.2 u l-punt 4.1.1.7 kellhom aċċess għall-partijiet kritiċi.
Fir-rigward tal-punti (b) u (c), din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss għal dawk il-partijiet kritiċi li jintużaw mill-bagalji tal-istiva li twettqilhom l-iskrinjar u/jew mill-passiġġieri tat-tluq li twettqilhom l-iskrinjar li ma jkunux se jitilqu fuq l-istess inġenju tal-ajru bħal dawn il-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ.
Il-punt 1.2.3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1.2.3 Rekwiżiti għall-karti tal-identifikazzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ u għall-karti tal-identifikazzjoni tal-ajruporti tal-Unjoni
|
1.2.3.1 |
Karta tal-identifikazzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ ta' membru tal-ekwipaġġ impjegat minn trasportatur bl-ajru tal-Unjoni u karta tal-identifikazzjoni tal-ajruporti jistgħu jinħarġu biss lil persuna li jkollha ħtieġa operazzjonali u li jkun irnexxielha tgħaddi minn verifika tal-preċedenti personali iktar rigoruża skont il-punt 11.1.3. |
|
1.2.3.2 |
Il-karti tal-identifikazzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ajruporti għandhom jinħarġu għal perjodu li ma jaqbiżx ħames snin. |
|
1.2.3.3 |
Il-karta tal-identifikazzjoni ta' persuna li ma jirnexxilhiex tgħaddi minn verifika tal-preċedenti personali iktar rigoruża għandha minnufih titħassar jew tiġi rtirata, kif ikun applikabbli, u għandha tintbagħat lura lill-awtorità, lill-operatur jew lill-entità emittenti, kif ikun xieraq. |
|
1.2.3.4 |
Il-karta tal-identifikazzjoni għandha tintlibes f'post viżibbli minn tal-inqas kull meta d-detentur ikun f'żona ta' sigurtà ristretta. Persuna li ma jkollhiex il-karta tal-identifikazzjoni tagħha f'post viżibbli f'żoni ta' sigurtà ristretta għajr f'dawk iż-żoni fejn ikunu preżenti l-passiġġieri għandhom jiġu interpellati minn persuni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-punt 1.5.1 (c) u, kif ikun xieraq, għandhom jiġu rrappurtati. |
|
1.2.3.5 |
Il-karta tal-identifikazzjoni għandha tintbagħat lura minnufih fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
fuq talba tal-awtorità kompetenti, tal-operatur jew tal-entità emittenti kif xieraq;
(b)
malli jintemm l-impjieg;
(c)
malli jinbidel min iħaddem;
(d)
malli tinbidel il-ħtieġa għall-aċċess għal żoni li għalihom kienet ingħatat awtorizzazzjoni;
(e)
malli l-karta tiskadi;
(f)
malli l-karta tiġi rtirata. |
|
1.2.3.6 |
L-entità emittenti għandha tiġi nnotifikata minnufih malli karta tal-identifikazzjoni tintilef, tinsteraq jew ma tintbagħatx lura. |
|
1.2.3.7 |
Karta elettronika għandha tiġi diżattivata minnufih wara r-ritorn, l-iskadenza, l-irtirar jew in-notifika li ntilfet, insterqet jew ma ntbagħtitx lura.”; |
Il-punt 1.2.6.3(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) għandha tkun marbuta mal-utent tal-vettura rreġistrata, kumpanija jew individwu, permezz ta' bażi tad-data sigura tar-reġistrazzjoni tal-vetturi”;
Fil-punt 1.2.6.3, l-aħħar sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:
“Il-permessi elettroniċi tal-vetturi għandhom ukoll ikunu jistgħu jinqraw b'mod elettroniku fiż-żona tat-titjir.”;
Il-punt 1.3.1.1(f) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(f) tagħmir tal-individwazzjoni tat-traċċi splussivi (ETD) flimkien ma' tagħmir tal-individwazzjoni tal-metalli li jinżammu fl-idejn (HHMD);”;
Fil-punt 1.3.1.1, jiżdiedu l-punti (g) u (h) li ġejjin:
tagħmir tal-individwazzjoni tal-metalli fiż-żraben (SMD);
tagħmir tal-individwazzjoni tal-isplussivi fiż-żraben (SED).”;
Fl-aħħar tal-punt 1.3.1.1, tiżdied is-sentenza li ġejja:
“It-tagħmir SMD u SED jista' jintuża biss bħala mezz supplimentari ta' skrinjar.”;
Il-punt 1.3.1.3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1.3.1.3 Il-klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi, it-tagħmir ETD u t-tagħmir ETD flimkien ma' tagħmir SED jistgħu jintużaw biss bħala mezz supplimentari ta' skrinjar ta' persuni għajr il-passiġġieri jew b'alternanza imprevedibbli mat-tfittxijiet bl-idejn, mat-tfittxijiet bl-idejn flimkien ma' tagħmir SMD, WTMD jew skeners tas-sigurtà.”;
Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-punt 3.1.3:
“L-irrekordjar tal-informazzjoni kif imsemmi hawn fuq, jista' jsir b'format elettroniku.”;
Il-punt 4.0.3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“4.0.3 Il-passiġġieri u l-bagalji tal-idejn tagħhom li jaslu minn Stat Membru fejn l-inġenju tal-ajru kien fi tranżitu wara li wasal minn pajjiż terz mhux elenkat fid-Dokument Mehmuż 4-B jew minn ajruport tal-Unjoni fejn l-Istat Membru rilevanti dderoga mill-istandards bażiċi komuni kif previst fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1254/2009, għandhom jiġu kkunsidrati bħala passiġġieri u bagalji tal-idejn li jaslu minn pajjiż terz, sakemm ma jkunx hemm konferma li dawn il-passiġġieri u l-bagalji tal-idejn tagħhom twettqilhom l-iskrinjar skont dan il-Kapitolu.”;
Jiżdied il-punt 4.0.6 li ġej:
“4.0.6 Il-passiġġieri u l-bagalji tal-idejn tagħhom li jaslu minn ajruport tal-Unjoni fejn l-Istat Membru rilevanti dderoga mill-istandards bażiċi komuni kif previst fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1254/2009, għandhom jiġu kkunsidrati bħala passiġġieri u bagalji tal-idejn li jaslu minn pajjiż terz, sakemm ma jkunx hemm konferma li dawn il-passiġġieri u l-bagalji tal-idejn tagħhom twettqilhom l-iskrinjar skont dan il-Kapitolu.”;
Il-punt 4.1.1.2(f) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(f) tagħmir ETD flimkien ma' tagħmir tal-individwazzjoni tal-metalli li jinżammu fl-idejn (HHMD);”;
Fil-punt 4.1.1.2, jiżdiedu l-punti (g) u (h) li ġejjin:
tagħmir tal-individwazzjoni tal-metalli fiż-żraben (SMD);
tagħmir tal-individwazzjoni tal-isplussivi fiż-żraben (SED).”;
Il-punt 4.1.1.9 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“4.1.1.9 Il-klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi, it-tagħmir ETD u t-tagħmir ETD flimkien ma' tagħmir SED jistgħu jintużaw biss bħala mezz supplimentari ta' skrinjar.”;
Il-punt 4.1.3.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“4.1.3.1 L-LAGs li jinġarru mill-passiġġieri jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar b'tagħmir LEDS mad-dħul fiż-żona ta' sigurtà ristretta jekk l-LAGs ikunu jinsabu f'kontenituri individwali b'kapaċità li ma tkunx ikbar minn 100 millilitru jew ekwivalenti f'basket tal-plastik trasparenti wieħed li jista' jerġa' jiġi ssiġillat b'kapaċità li ma taqbiżx litru (1), fejn il-kontenut tal-basket tal-plastik ikun joqgħod komodament u l-basket ikun magħluq għalkollox.”;
Il-punt 4.1.3.2 jitħassar;
Il-punt 5.0.3 huwa emendat kif ġej:
“5.0.3 Il-bagalji tal-istiva li jaslu minn Stat Membru fejn l-inġenju tal-ajru kien fi tranżitu wara li wasal minn pajjiż terz mhux elenkat fid-Dokument Mehmuż 5-A jew minn ajruport tal-Unjoni fejn l-Istat Membru rilevanti dderoga mill-istandards bażiċi komuni kif previst fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1254/2009 għandhom jiġu kkunsidrati bagalji tal-istiva li jaslu minn pajjiż terz, sakemm ma jkunx hemm konferma li l-bagalji tal-idejn twettqilhom l-iskrinjar skont dan il-Kapitolu.”;
Jiżdied il-punt 5.0.6 li ġej:
“5.0.6 Il-bagalji tal-istiva li jaslu minn ajruport tal-Unjoni fejn l-Istat Membru rilevanti dderoga mill-istandards bażiċi komuni kif previst fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1254/2009, għandhom jiġu kkunsidrati bħala bagalji tal-idejn li jaslu minn pajjiż terz, sakemm ma jkunx hemm konferma li l-bagalji tal-istiva twettqilhom l-iskrinjar skont dan il-Kapitolu.”;
Fil-Kapitolu 5, id-Dokument Mehmuż 5-A huwa sostitwit b'dan li ġej:
“ID-DOKUMENT MEHMUŻ 5-A
BAGALJI TAL-ISTIVA
PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TAL-PARTI TLIETA TA' DAK IT-TRATTAT, LI HUMA RRIKONOXXUTI BĦALA PAJJIŻI U TERRITORJI LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ LI HUMA EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI DWAR IS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI ĊIVILI
Fir-rigward tal-bagalji tal-istiva, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tal-Parti Tlieta ta' dak it-Trattat, ġew irrikonoxxuti bħala pajjiżi u territorji li japplikaw standards tas-sigurtà li huma ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili:
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew minn pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni tal-Unjoni.
L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonfermaw li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew mill-pajjiż jew mit-territorju l-ieħor ikkonċernat ġiet stabbilita mill-ġdid.”;
Il-punt 6.1.3 jitħassar;
Il-punt 6.8.3.6(d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(d) il-kontenut tal-konsenja, jew indikazzjoni ta' konsolidazzjoni fejn ikun applikabbli; u”;
Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-punt 6.8.3.6:
“Fil-każ ta' konsolidazzjonijiet, l-ACC3 jew l-aġent irregolat ivvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (RA3) li wettqu l-konsolidazzjoni jżommu l-informazzjoni meħtieġa hawn fuq għal kull konsenja individwali minn tal-inqas sal-ħin stmat tal-wasla tal-konsenji fl-ewwel ajruport fl-Unjoni Ewropea jew għal 24 siegħa, skont liema minn dawn ikun l-itwal.”;
Jiżdied il-punt 6.8.3.8 li ġej:
“6.8.3.8 Tranżitu jew trasferiment ta' konsenji li jaslu minn pajjiż terz elenkat fid-Dokument Mehmuż 6-I li d-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament tagħhom ma tikkonformax mal-punt 6.8.3.6 għandhom jiġu ttrattati skont il-Kapitolu 6.7 qabel it-titjira sussegwenti.”;
Jiżdied il-punt 6.8.3.9 li ġej:
“6.8.3.9 Tranżitu jew trasferiment ta' konsenji li jaslu minn pajjiż terz mhux elenkat fid-Dokument Mehmuż 6-I li d-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament tagħhom ma tikkonformax mal-punt 6.8.3.6 għandhom jiġu ttrattati skont il-Kapitolu 6.2 qabel it-titjira sussegwenti. Id-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament tal-konsenji li jaslu minn pajjiż terz elenkat fid-Dokument Mehmuż 6-F għandha minn tal-inqas tikkonforma mal-iskema tad-Dikjarazzjoni tas-Sigurtà tal-Konsenja tal-ICAO.”;
Jiżdiedu l-punti 11.0.8 u 11.0.9 li ġejjin:
|
“11.0.8 |
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, ‘radikalizzazzjoni’ tfisser il-fenomenu ta' soċjalizzazzjoni sa estremiżmu ta' persuni li jħaddnu opinjonijiet, fehmiet u ideat, li jistgħu jwasslu għal terroriżmu. |
|
11.0.9 |
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu u mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli, meta jiddeterminaw l-affidabbiltà ta' individwu li jkun għaddej mill-proċess deskritt fil-punti 11.1.3 u 11.1.4, l-Istati Membri għandhom iqisu minn tal-inqas:
(a)
ir-reati msemmija fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ); u
(b)
ir-reati terroristiċi msemmija fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ). Ir-reati elenkati fil-punt (b) għandhom jitqiesu bħala kriminalità li tiskwalifika. |
Il-punt 11.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“11.1. REKLUTAĠĠ
|
11.1.1 |
Il-persuni li jiġu rreklutati biex jimplimentaw, jew biex ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni, tal-iskrinjar, tal-kontroll tal-aċċess jew ta' kontrolli oħra tas-sigurtà f'żona ta' sigurtà ristretta għandu jkun irnexxielhom jgħaddu minn verifika tal-preċedenti personali iktar rigoruża. |
|
11.1.2 |
Il-persuni li jiġu rreklutati biex jimplimentaw, jew biex ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni, tal-iskrinjar, tal-kontroll tal-aċċess jew ta' kontrolli oħra tas-sigurtà xi mkien għajr f'żona ta' sigurtà ristretta, jew li jkollhom aċċess mhux skortat għall-merkanzija u għall-posta bl-ajru, għall-posta tat-trasportaturi bl-ajru u għall-provvisti tal-ajruporti li għalihom ikunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa, għandu jkun irnexxielhom jgħaddu minn verifika tal-preċedenti personali standard jew iktar rigoruża. Sakemm ma jkunx ġie speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament, għandhiex issir verifika tal-preċedenti personali standard jew iktar rigoruża għandu jiġi stabbilit mill-awtorità xierqa skont ir-regoli nazzjonali applikabbli. |
|
11.1.3 |
Skont ir-regoli applikabbli tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, verifika tal-preċedenti personali iktar rigoruża għandha minn tal-inqas:
(a)
tistabbilixxi l-identità tal-persuna abbażi ta' evidenza dokumentata;
(b)
tkopri r-rekords kriminali fl-istati ta' residenza kollha minn tal-inqas waqt il-ħames (5) snin preċedenti;
(c)
tkopri l-impjiegi, l-edukazzjoni u kwalunkwe lakuna minn tal-inqas waqt il-ħames (5) snin preċedenti;
(d)
tkopri l-intelligence u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tkun disponibbli għand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li huma jikkunsidraw li jistgħu jkunu rilevanti għall-idoneità ta' persuna biex taħdem f'funzjoni li tirrikjedi verifika tal-preċedenti personali iktar rigoruża. |
|
11.1.4 |
Skont ir-regoli applikabbli tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, verifika tal-preċedenti personali standard għandha:
(a)
tistabbilixxi l-identità tal-persuna abbażi ta' evidenza dokumentata;
(b)
tkopri r-rekords kriminali fl-istati ta' residenza kollha minn tal-inqas waqt il-ħames (5) snin preċedenti;
(c)
tkopri l-impjiegi, l-edukazzjoni u kwalunkwe lakuna minn tal-inqas waqt il-ħames (5) snin preċedenti. |
|
11.1.5 |
Verifika tal-preċedenti personali standard jew il-punti (a) sa (c) ta' verifika tal-preċedenti personali iktar rigoruża għandha ssir qabel ma l-persuna tattendi taħriġ inizjali tas-sigurtà li jinvolvi l-aċċess għal informazzjoni li ma tkunx disponibbli b'mod pubbliku minħabba s-sensittività tas-sigurtà tagħha. Fejn ikun applikabbli, il-punt (d) ta' verifika tal-preċedenti personali iktar rigoruża għandha ssir qabel ma persuna titħalla timplimenta, jew tkun responsabbli għall-implimentazzjoni, tal-iskrinjar, tal-kontroll tal-aċċess jew ta' kontrolli oħra tas-sigurtà. |
|
11.1.6 |
Jekk individwu ma jgħaddix mill-elementi kollha speċifikati fil-punti 11.1.3 u 11.1.4 rispettivament, jew jekk fi kwalunkwe żmien dawn l-elementi ma jipprovdux il-livell meħtieġ ta' aċċertament tal-affidabbiltà tiegħu, għandu jitqies li l-individwu ma għaddiex mill-verifiki tal-preċedenti personali standard jew iktar rigorużi. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa u effettivi sabiex jiġi żgurat l-iskambju ta' informazzjoni fil-livell nazzjonali u ma' Stati oħra għall-finijiet ta' elaborazzjoni u evalwazzjoni ta' informazzjoni rilevanti għall-verifika tal-preċedenti personali. |
|
11.1.7 |
Il-verifiki tal-preċedenti personali għandhom ikunu soġġetti għal dawn li ġejjin:
(a)
mekkaniżmu għar-rieżami kontinwu tal-elementi speċifikati fil-punti 11.1.3 u 11.1.4 permezz tan-notifika fil-pront lill-awtorità kompetenti, lill-operatur jew lill-entità emittenti, kif ikun applikabbli, ta' kwalunkwe okkorrenza li tista' taffettwa l-affidabbiltà tal-individwu. Il-modalitajiet għan-notifika u għall-iskambju ta' informazzjoni u ta' kontenut tagħha bejn l-awtoritajiet, l-operaturi u l-entitajiet kompetenti, għandhom jiġu stabbiliti u mmonitorjati skont il-liġi nazzjonali; jew
(b)
repetizzjoni f'intervalli regolari li ma taqbiżx tnax-il xahar għall-verifiki tal-preċedenti personali iktar rigorużi, jew tliet snin għall-verifiki tal-preċedenti personali standard. |
|
11.1.8 |
Il-proċess tar-reklutaġġ għall-persuni kollha rreklutati skont il-punti 11.1.1 u 11.1.2 għandu jinkludi minn tal-inqas applikazzjoni bil-miktub u stadju b'intervista maħsuba biex tipprovdi valutazzjoni inizjali tal-ħiliet u tal-predispożizzjonijiet. |
|
11.1.9 |
Il-persuni rreklutati biex jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà għandu jkollhom il-ħiliet mentali u fiżiċi kif ukoll il-predispożizzjonijiet meħtieġa biex iwettqu b'mod effettiv il-kompiti mogħtija lilhom u għandhom ikunu mgħarrfa dwar in-natura ta' dawn ir-rekwiżiti mill-bidu tal-proċess tar-reklutaġġ. Dawn il-ħiliet u l-predispożizzjonijiet għandhom jiġu vvalutati waqt il-proċess tar-reklutaġġ u qabel ma jispiċċa l-perjodu ta' prova. |
|
11.1.10 |
Ir-rekords dwar ir-reklutaġġ, inklużi r-riżultati ta' kwalunkwe testijiet ta' valutazzjoni, għandhom jinżammu għall-persuni kollha rreklutati skont il-punti 11.1.1 u 11.1.2 għal minn tal-inqas id-durata tal-kuntratt tagħhom. |
|
11.1.11 |
Sabiex tiġi indirizzata t-theddida minn informazzjoni privileġġata, u minkejja l-kontenuti u l-kompetenzi rispettivi tat-taħriġ tal-persunal elenkati fil-paragrafu 11.2, il-programm tas-sigurtà tal-operaturi u tal-entitajiet imsemmija fl-Artikoli 12, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandu jinkludi politika interna xierqa u miżuri relatati li jtejbu s-sensibilizzazzjoni tal-persunal u li jippromwovu kultura tas-sigurtà. |
|
11.1.12 |
Il-verifiki tal-preċedenti personali konklużi b'suċċess qabel l- ►M1 31 ta’ Diċembru 2021 ◄ ser jibqgħu validi sal-iskadenza tagħhom jew l-aktar tard sat- ►M1 30 ta’ Ġunju 2024 ◄ , skont liema data tiġi l-ewwel.”; |
Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-punt 11.1.2:
“Il-verifiki qabel l-impjieg għandhom jiġu mwaqqfa permezz sal-31 ta' Lulju 2019. Persuni li jkunu għaddew minn verifika qabel l-impjieg għandhom jgħaddu minn verifika tal-preċedenti personali sa mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2020.”;
Il-punt 11.2.2(k) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(k) il-ħila ta' komunikazzjoni ċara u kunfidenti; u”;
Fil-punt 11.2.2, jiżdied il-punt (l) li ġej:
“(l) l-għarfien dwar elementi li jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' kultura tas-sigurtà soda u reżiljenti fuq il-post tax-xogħol u fil-qasam tal-avjazzjoni, inklużi fost affarijiet oħra, it-theddida minn informazzjoni privileġġata u r-radikalizzazzjoni.”;
Il-punt 11.2.3.2(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) is-sensibilizzazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti ġuridiċi u l-għarfien rilevanti dwar elementi li jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' kultura tas-sigurtà soda u reżiljenti fuq il-post tax-xogħol u fil-qasam tal-avjazzjoni, inklużi fost affarijiet oħra, it-theddida minn informazzjoni privileġġata u r-radikalizzazzjoni;”;
Il-punt 11.2.3.3(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) is-sensibilizzazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti ġuridiċi u l-għarfien rilevanti dwar elementi li jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' kultura tas-sigurtà soda u reżiljenti fuq il-post tax-xogħol u fil-qasam tal-avjazzjoni, inklużi fost affarijiet oħra, it-theddida minn informazzjoni privileġġata u r-radikalizzazzjoni;”;
Il-punt 11.2.3.6(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a) l-għarfien dwar ir-rekwiżiti ġuridiċi għat-tfittxijiet tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru u dwar elementi li jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' kultura tas-sigurtà soda u reżiljenti fuq il-post tax-xogħol u fil-qasam tal-avjazzjoni, inklużi fost affarijiet oħra, it-theddida minn informazzjoni privileġġata u r-radikalizzazzjoni;”
Il-punt 11.2.3.7(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a) l-għarfien dwar kif titwettaq il-protezzjoni u l-prevenzjoni tal-aċċess mhux awtorizzat għall-inġenji tal-ajru u għall-elementi li jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' kultura tas-sigurtà soda u reżiljenti fuq il-post tax-xogħol u fil-qasam tal-avjazzjoni, inklużi fost affarijiet oħra, it-theddida minn informazzjoni privileġġata u r-radikalizzazzjoni.”;
Il-punt 11.2.3.8(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) is-sensibilizzazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti ġuridiċi u l-għarfien rilevanti dwar elementi li jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' kultura tas-sigurtà soda u reżiljenti fuq il-post tax-xogħol u fil-qasam tal-avjazzjoni, inklużi fost affarijiet oħra, it-theddida minn informazzjoni privileġġata u r-radikalizzazzjoni;”;
Il-punt 11.2.3.9(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) is-sensibilizzazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti ġuridiċi u l-għarfien rilevanti dwar elementi li jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' kultura tas-sigurtà soda u reżiljenti fuq il-post tax-xogħol u fil-qasam tal-avjazzjoni, inklużi fost affarijiet oħra, it-theddida minn informazzjoni privileġġata u r-radikalizzazzjoni;”;
Il-punt 11.2.3.10(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) is-sensibilizzazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti ġuridiċi u l-għarfien rilevanti dwar elementi li jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' kultura tas-sigurtà soda u reżiljenti fuq il-post tax-xogħol u fil-qasam tal-avjazzjoni, inklużi fost affarijiet oħra, it-theddida minn informazzjoni privileġġata u r-radikalizzazzjoni;”;
Il-punt 11.2.6.2(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) is-sensibilizzazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti ġuridiċi u l-għarfien rilevanti dwar elementi li jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' kultura tas-sigurtà soda u reżiljenti fuq il-post tax-xogħol u fil-qasam tal-avjazzjoni, inklużi fost affarijiet oħra, it-theddida minn informazzjoni privileġġata u r-radikalizzazzjoni;”;
Il-punt 11.2.7(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) is-sensibilizzazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti ġuridiċi u l-għarfien rilevanti dwar elementi li jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' kultura tas-sigurtà soda u reżiljenti fuq il-post tax-xogħol u fil-qasam tal-avjazzjoni, inklużi fost affarijiet oħra, it-theddida minn informazzjoni privileġġata u r-radikalizzazzjoni;”;
Il-punt 11.3.1(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) għal persuni li jħaddmu tagħmir EDS jew tar-raġġi X, ċertifikazzjoni mill-ġdid minn tal-inqas kull tliet (3) snin; u”;
Il-punt 11.3.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“11.3.2. Il-persuni li jħaddmu tagħmir EDS jew tar-raġġi X għandhom, bħala parti miċ-ċertifikazzjoni inizjali jew il-proċess ta' approvazzjoni, jgħaddu minn test standardizzat tal-interpretazzjoni tal-immaġnijiet.”;
Il-punt 11.3.3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“11.3.3. Il-proċess taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid jew tal-approvazzjoni mill-ġdid għal persuni li jħaddmu tagħmir EDS jew tar-raġġi X għandu jinkludi kemm test standardizzat tal-interpretazzjoni tal-immaġnijiet u kemm evalwazzjoni tal-prestazzjoni operazzjonali.”;
Fil-punt 11.4.1, jitħassar il-paragrafu li ġej:
“Ir-riżultati tal-ittestjar għandhom jiġu pprovduti lill-persuna u jiġu rrekordjati, u jistgħu jitqiesu bħala parti mill-proċess taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid jew tal-approvazzjoni mill-ġdid.”;
Il-punt 11.4.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“11.4.2. L-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwi li jwettqu l-iskrinjar għandu jsir fl-aħħar ta' kull perjodu ta' sitt (6) xhur. Ir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni:
għandhom jiġu pprovduti lill-persuna u jiġu rrekordjati;
għandhom jintużaw biex jiġu identifikati d-dgħufijiet u biex jinfurmaw l-adattament tat-taħriġ u tal-ittestjar fil-ġejjieni sabiex jiġu indirizzati dawk id-dgħufijiet; u
jistgħu jitqiesu bħala parti mill-proċess taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid jew tal-approvazzjoni mill-ġdid.”;
Il-punt 11.5.1(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a) it-tlestija b'suċċess ta' verifika mtejba tal-preċedenti personali skont il-punt 11.1.3;”
Il-punt 11.6.3.5(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a) ikunu ġew soġġetti għal verifika tal-preċedenti personali iktar rigoruża skont il-punt 11.1.3;”;
Fil-punt 11.6.5.5, tiżdied is-sentenza li ġejja:
“L-inizjalar bl-idejn fuq kull paġna jista' jiġi sostitwit b'firma elettronika tad-dokument kollu.”;
Jiżdiedu l-punti 12.0.4 u 12.0.5 li ġejjin:
|
“12.0.4 |
Fejn diversi tipi ta' tagħmir tas-sigurtà jintużaw flimkien, kull wieħed għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet definiti u jissodisfa l-istandards stabbiliti f'dan il-Kapitolu, kemm b'mod separat u kemm flimkien ma' tagħmir ieħor. |
|
12.0.5 |
It-tagħmir għandu jiġi ppożizzjonat, installat u miżmum b'konformità mar-rekwiżiti tal-manifatturi tat-tagħmir.”; |
Il-punt 12.1.1.8 jitħassar;
L-aħħar sentenza tal-punt 12.5.1.1 hija sostitwita b'dan li ġej:
“Meta TIP ta' CTI titħaddem ma' tagħmir EDS użat esklużivament għall-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva, ir-rekwiżit fil-punt (b) għandu japplika biss mill-1 ta' Settembru 2020 ”;
Jiżdied il-punt 12.11.2.3 li ġej:
“12.11.2.3. L-istandard 2.1 għandu japplika għall-iskeners tas-sigurtà installati mill-1 ta' Jannar 2021”;
Il-punt 12.12 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“12.12 TAGĦMIR TAL-ISKENJAR TAŻ-ŻRABEN
12.12.1 Prinċipji ġenerali
|
12.12.1.1 |
It-tagħmir tal-individwazzjoni tal-metall fiż-żraben (SMD) għandu jkun kapaċi jindividwa u jindika permezz ta' allarm minn tal-inqas l-oġġetti metalliċi speċifikati, kemm b'mod individwali u kemm flimkien ma' tagħmir ieħor. |
|
12.12.1.2 |
It-tagħmir tal-individwazzjoni tal-isplussiv fiż-żraben (SED) għandu jkun kapaċi jindividwa u jindika permezz ta' allarm minn tal-inqas l-oġġetti splussivi speċifikati. |
|
12.12.1.3 |
L-individwazzjoni permezz tat-tagħmir SMD u SED ma għandhiex tiddependi fuq il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni tal-oġġetti metalliċi jew splussivi. |
|
12.12.1.4 |
It-tagħmir SMD u SED għandu jitqiegħed fuq bażi solida. |
|
12.12.1.5 |
It-tagħmir SMD u SED għandu jkollu indikatur viżiv biex juri li t-tagħmir qed jitħaddem. |
|
12.12.1.6 |
Il-mezzi għall-aġġustament tal-konfigurazzjonijiet tal-individwazzjoni tat-tagħmir SMD u SED għandhom jiġu protetti u għandhom ikunu aċċessibbli għal persuni awtorizzati biss. |
|
12.12.1.7 |
It-tagħmir SMD għandu jagħti minn tal-inqas allarm viżiv u allarm li jinstema' meta jindividwa xi oġġetti metalliċi kif imsemmi fil-punt 12.12.1.1. Għandu jkun possibbli li wieħed jinduna biż-żewġ tipi ta' allarm minn bogħod ta' metru (1 m). |
|
12.12.1.8 |
It-tagħmir SED għandu jagħti minn tal-inqas allarm viżiv u allarm li jinstema' meta jindividwa xi oġġetti splussivi kif imsemmi fil-punt 12.12.1.2. Għandu jkun possibbli li wieħed jinduna biż-żewġ tipi ta' allarm minn bogħod ta' metru (1 m). |
12.12.2 Standards għat-tagħmir SMD
|
12.12.2.1 |
Għandu jkun hemm żewġ standards għat-tagħmir SMD. Ir-rekwiżiti dettaljati dwar dawn l-istandards huma stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005. |
|
12.12.2.2 |
It-tagħmir SMD kollu li jintuża b'mod esklużiv għall-iskrinjar tal-persuni għajr il-passiġġieri għandu jissodisfa minn tal-inqas l-istandard 1. |
|
12.12.2.3 |
It-tagħmir SMD kollu li jintuża għall-iskrinjar tal-passiġġieri għandu jissodisfa l-istandard 2. |
|
12.12.2.4 |
It-tagħmir SMD kollu għandu jkun kapaċi jsolvi l-allarmi ġġenerati fuq WTMD, fil-parti bejn is-superfiċe li tappoġġa ż-żarbuna u minn tal-inqas 35 cm 'il fuq. |
12.12.3 standard għat-tagħmir SED
|
12.12.3.1 |
Ir-rekwiżiti dettaljati dwar dan l-istandard huma stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.”; |
Jiżdied il-punt 12.14 li ġej:
“12.14 TAGĦMIR TAL-INDIVIDWAZZJONI TAL-FWAR SPLUSSIV (EVD)
12.14.1 Standards għat-tagħmir EVD
|
12.14.1.1 |
It-tagħmir EVD kollu li jintuża għall-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva jew tal-merkanzija għandu jissodisfa minn tal-inqas l-istandard 1. |
|
12.14.1.2 |
It-tagħmir EVD kollu li jintuża għall-iskrinjar tal-persuni jew tal-bagalji tal-idejn għandu jissodisfa minn tal-inqas l-istandard 3. |
|
12.14.1.3 |
Ir-rekwiżiti dettaljati dwar dawn l-istandards huma stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.” |
( *1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 tat-18 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà (ĠU L 338, 19.12.2009, p. 17).”;
( *2 ) Id-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar l-użu ta' data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u kriminalità serja (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 132).
( *3 ) Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).”;