ANNESS
L-Annessi I, II, VI, VIII u IX tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 huma emendati kif ġej:
(1)fl-Anness I, tiżdied ir-ringiela 50 li ġejja:
|
“50
|
poliakrilat
|
fibra ffurmata minn makromollekuli inkroċjati b’aktar minn 35 % (massa) ta’ gruppi ta’ akrilat (aċidu, imluħa ħfief tal-metall jew esteri) u anqas minn 10 % (massa) ta’ gruppi ta’ akrilonitril fil-katina u sa 15 % (massa) ta’ nitroġenu fl-inkroċjar”;
|
(2)fl-Anness II, il-punti li ġejjin huma emendati kif ġej:
(a)il-punti (2) u (3) jinbidlu b'dan li ġej:
“(2) Definizzjoni proposta tal-fibra tat-tessut:
Id-definizzjoni proposta għandha tiddeskrivi l-kompożizzjoni tal-fibra. Il-karatteristiċi msemmija fid-definizzjoni tal-fibra l-ġdida tat-tessut, bħall-elastiċità, għandhom ikunu verifikabbli permezz ta’ metodi standard ta’ ttestjar li għandhom jingħataw mal-fajl tekniku flimkien mar-riżultati sperimentali tal-analiżi.
(3) Identifikazzjoni tal-fibra tat-tessut: formula kimika, differenzi mill-fibri eżistenti tat-tessut, l-ispettru FTIR flimkien ma', fejn rilevanti, dejta fid-dettall bħall-punt tat-tidwib, id-densità, l-indiċi rifrattiv u kif jinħaraq.”;
(b)il-punt (5) jinbidel b'dan li ġej:
“(5) Metodi ta’ identifikazzjoni u kwantifikazzjoni proposti, inkluża d-dejta sperimentali:
L-applikant għandu jevalwa l-possibbiltà li juża l-metodi elenkati fl-Anness VIII jew l-istandards armonizzati li għandhom jiġu introdotti f'dak l-Anness biex janalizza t-taħlitiet kummerċjali l-aktar mistennija tal-fibra l-ġdida tat-tessut ma’ fibri oħra tat-tessut u għandu jipproponi tal-inqas wieħed minn dawn il-metodi. Għal dawk il-metodi jew għall-istandards armonizzati fejn il-fibra tat-tessut tista’ titqies bħala komponent li ma jinħallx, l-applikant għandu jindika l-fatturi “d”, li jikkorrispondu mal-fatturi ta’ korrezzjoni tal-massa li għandhom jiġu applikati għall-kalkoli (biex ikopru għat-telf fil-massa, magħruf li jseħħ matul l-analiżi) tal-fibra l-ġdida tat-tessut.
Jekk il-metodi elenkati f'dan ir-Regolament mhumiex adattati, l-applikant għandu jipprovdi raġunament adegwat u jipproponi metodu jew metodi ġodda. Il-metodu jew metodi ġodda proposti għandhom jiddeskrivu l-kamp ta’ applikazzjoni (inklużi taħlitiet ta’ fibri), il-prinċipju (notevolment il-proċess kimiku u l-passi), l-apparat u r-reaġent jew reaġenti, il-proċedura tat-test, il-kalkolu u l-espressjoni tar-riżultati (inkluż il-valur “d”), u l-preċiżjoni (limiti ta’ kunfidenza tar-riżultati).
L-applikazzjoni għandha tinkludi d-dejta sperimentali kollha, b’mod partikolari dik dwar il-karatteristiċi tal-fibra, l-identifikazzjoni u l-metodi ta’ kwantifikazzjoni proposti. Mal-fajl għandha tingħata dejta dwar il-preċiżjoni, ir-robustezza u r-ripetittività tal-metodi”.
(c)il-punt (7) jinbidel b'dan li ġej:
“(7) Informazzjoni addizzjonali dwar il-proċess ta’ produzzjoni u r-rilevanza għall-konsumatur li tappoġġa l-applikazzjoni:
Il-fajl tekniku għandu, tal-anqas, ikun fih informazzjoni dwar l-għadd ta’ produtturi, il-lokalità tal-faċilitajiet tal-produzzjoni u d-disponibbiltà mistennija tas-suq għall-fibra l-ġdida jew għall-prodotti mmanifatturati minn dik il-fibra.”;
(d) jiżdied dan il-punt (8):
“(8) Disponibbiltà tal-kampjuni:
Il-manifattur jew kwalunkwe persuna li tkun qed taġixxi f'isem il-manifattur għandhom jipprovdu kampjuni rappreżentattivi tal-fibra l-ġdida pura tat-tessut u t-taħlitiet rilevanti tal-fibra tat-tessut meħtieġa biex jiġu vverifikati l-preċiżjoni, ir-robustezza u r-ripetittività tal-metodi ta’ identifikazzjoni u ta’ kwantifikazzjoni proposti. Il-Kummissjoni tista' titlob għal kampjuni addizzjonali ta’ taħlitiet ta’ fibri rilevanti mingħand il-manifattur jew il-persuna li taġixxi f'isem il-manifattur.”;
(3)fl-Anness VI, il-partita 18 tinbidel b’dan li ġej:
“18. Ħajt tal-ħjata, tat-tiswija u tar-rakkmu ppreżentati għall-bejgħ bl-imnut”;
(4)fl-Anness VIII, il-Kapitolu 2 huwa emendat kif ġej:
(a)fit-Tabella ta’ Sommarju tal-punt IV, tiżdied ir-ringiela li ġejja għall-metodu Nru 17:
|
“17
|
Poliester
|
Ċerti fibri oħra
|
Aċidu trikloroaċetiku u kloroform”;
|
(b)il-metodu Nru 1 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punt 1.2 jinbidel b'dan li ġej:
“2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kittien (7), qanneb veru (8), ġuta (9), abaka (10), alfa (11), kajjar (12), broom (13), ramie (14), sisal (15), kupru (21), modal (22), proteina (23), viscose (25), akrilik (26), poliammid jew najlon (30), poliester (35), polipropilen (37), elastomultiester (45), elastolefin (46), melamina (47), bikomponent tal-polipropilen/poliammid (49) u poliakrilat (50).
Dan il-metodu fl-ebda ċirkustanza ma hu applikabbli għal fibri aċetati li ġew deaċetilati fil-wiċċ."
(ii)il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:
“5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI
Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur “d” huwa 1,00 għajr għall-melamina u l-poliakrilat, li għalihom “d” huwa1,01.”;
(c)il-punt 1.2 tal-metodu Nru 5 jinbidel f’dan li ġej:
“2. triaċetat (24), polipropilen (37), elastolefin (46) melamina (47), bikomponent tal-polipropilen/poliammid (49) u poliakrilat (50).”;
(d)il-punt 1.2 tal-metodu Nru 6 jinbidel f’dan li ġej:
“2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), viscose (25), akrilik (26), poliammid jew najlon (30), poliester (35), polipropilen (37), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (45), elastolefin (46), melamina (47), bikomponent tal-polipropilen/poliammid (49) u poliakrilat (50).
Nota:
Il-fibri triaċetati li saritilhom l-aħħar passata li wasslet għal idrolisi parzjali ma jibqgħux jinħallu kompletament fir-reaġent. F’każijiet bħal dawn, il-metodu mhuwiex applikabbli.”;
(e)il-metodu Nru 8 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punt 1.2 jinbidel b'dan li ġej:
"2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), viscose (25), poliammid jew najlon (30), poliester (35), polipropilen (37), elastomultiester (45), elastolefin (46), melamina (47), bikomponent tal-polipropilen/poliammid (49) u poliakrilat (50).
Huwa applikabbli bl-istess mod għall-akriliki, u ċerti modakriliki, ittrattati b’żebgħat premetallizzati, iżda mhux għal dawk miżbugħin b’żebgħat afterchrome.”;
(ii)il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:
“5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI
Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur “d” huwa 1,00, għajr fil-każ tas-suf, il-qoton, il-cupro, il-modal, il-poliester, l-elastomultiester, il-melamina u l-poliakrilat li għalihom il-valur “d” huwa 1,01.”
(f)il-metodu Nru 9 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punt 1.2 jinbidel b'dan li ġej:
“2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), viscose (25), akrilik (26), poliammid jew najlon (30), poliester (35), polipropilen (37), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (45), melamina (47), bikomponent tal-polipropilen/poliammid (49) u poliakrilat (50).
Meta l-kontenut tas-suf jew tal-ħarir tat-taħlita jaqbeż il-25 %, għandu jintuża l-metodu Nru 2.
Meta l-kontenut tal-poliammid jew najlon tat-taħlita jaqbeż il-25 %, għandu jintuża l-metodu Nru 4."
(ii)il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:
“5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI
Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur “d” huwa 1,00 għajr għall-melamina u l-poliakrilat, li għalihom “d” huwa 1,01.”;
(g)il-metodu Nru 13 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punt 1.2 jinbidel b'dan li ġej:
“2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3) ħarir (4), qoton (5), aċetat (19), cupro (21), modal (22), triaċetat (24), viscose (25), akrilik (26), polammid jew nylon (30), poliester (35), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (45), melamina (47) u poliakrilat (50).”;
(ii)il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:
“5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI
Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur “d” huwa 1,00 għajr għall-melamina u l-poliakrilat, li għalihom “d” huwa 1,01.”;
(h)il-metodu Nru 15 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punt 1.2 jinbidel b'dan li ġej:
"2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), cupro (21), modal (22), viscose (25), akriliku (26), polyamide jew nylon (30), fibra tal-ħġieġ (44), melamina (47) u poliakrilat (50).
Fejn il-modakriliki jew l-elastani huma preżenti għandu l-ewwel jitwettaq test preliminari biex jiddetermina jekk il-fibra ddubx kompletament fir-reaġent.
Taħlitiet li fihom il-klorofibri jistgħu jiġu analizzati wkoll bl-użu tal-metodu Nru 9 jew 14.”;
(ii)il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:
“5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI
Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur “d” huwa 1,00 għajr fil-każ tal-poliakrilat li għalih “d” huwa 1,02, tal-ħarir u tal-melamina li għalihom “d” huwa 1.01, u tal-akrilik li għalih “d” huwa 0,98.”;
(i)jiżdied il-metodu li ġej:
“METODU Nru 17
Poliester u ċerti fibri oħra
(metodu li juża l-aċidu trikloroaċetiku u l-kloroform)
1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji ta' fibri, wara t-tneħħija ta' materja mhux fibruża, ta':
1. poliester (35)
ma’:
2. poliakrilat (50)
2. INFORMAZZJONI ĠENERALI
Il-prinċipju, l-apparat u r-reaġent, il-proċedura tat-test, il-kalkolu u l-espressjoni tar-riżultati li japplikaw għal taħlitiet binarji ta’ fibri ta’ poliester ma’ poliakrilat huma dawk deskritti fl-istandard EN ISO 1833-25:2013. Il-valur “d” huwa 1,01.”;
(5)fl-Anness IX tiżdied l-annotazzjoni 50:
“50
Poliakrilat
30,00”.