Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 41569b1e-d5c1-11e9-883a-01aa75ed71a1

Consolidated text: It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont il-liġi pubblika internazzjonali. L-istat u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu iċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html Regolament Nru 4 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' apparati għat-tidwil tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi li jaħdmu bil-magni u t-trejlers tagħhom

02009X0131(02) — MT — 07.01.2012 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont il-liġi pubblika internazzjonali. L-istat u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu iċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Regolament Nru 4 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' apparati għat-tidwil tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi li jaħdmu bil-magni u t-trejlers tagħhom

(ĠU L 031 31.1.2009, p. 35)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

L-emendi tal-2010 għar-Regolament Nru 4 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ apparati għat-tidwil tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta’ wara ta’ vetturi li jaħdmu bil-magni u t-trejlers tagħhom 

  L 4

17

7.1.2012




▼B

Regolament Nru 4 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' apparati għat-tidwil tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi li jaħdmu bil-magni u t-trejlers tagħhom

Tinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-suppliment 14 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Id-data tad-dħul fis-seħħ: 15 ta' Ottubru 2008

WERREJ

REGOLAMENT

0.

Ambitu

1.

Definizzjonijiet

2.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

3.

Sinjali

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.

Kulur tad-dawl

7.

L-inċidenza tad-dawl

8.

Proċedura tal-kejl

9.

Karetteristiċi fotometriċi

10.

Konformità tal-produzzjoni

11.

Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

12.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

13.

Dispożizzjonijiet tranżitorji

14.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi twettieq ta' testijiet ta' approvazzjoni, u ta' Dipartimenti Amministrattivi

ANNESSI

Anness 1 —

Arranġament tal-marki tal-approvazzjoni

Anness 2 —

Komunikazzjoni

Anness 3 —

Il-punti tal-kejl għall-iskopijiet tat-testijiet

Anness 4 —

Il-medda minima tal-viżibiltà tal-wiċċ li għandha tkun imdawwla

Anness 5 —

Kejl fotometriku ta' lampi mgħammra b'diversi sorsi ta' dawl

Anness 6 —

Il-kundizzjonijiet minimi meħtieġa għall-konformità tal-proċedura ta' kontroll tal-produzzjoni

Anness 7 —

Il-kundizzjonijiet minimi meħtieġa għat-teħid ta' kampjuni minn spettur

0.   AMBITU

Dan ir-Regolament japplika għal fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara għal vetturi ta' kategoriji M, N, O, u T ( 1 ).

1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini ta' dan ir-Regolament:

1.1. “Il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara” tfisser l-apparat għat-tidwil tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara, minn hawn 'il quddiem imsejjħa “apparat ta' dawl”, li jillumina l-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara permezz ta' riflessjoni. Għall-approvazzjoni ta' dan l-apparat, id-dawl tal-ispazju li se tokkupa l-pjanċa huwa ddeterminat.

1.2. Id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta' emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw f'dan ir-Regolament.

1.3. “Il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' tipi differenti” tfisser il-lampi li jvarjaw f'aspetti essenzjali bħal:

(a) l-isem kummerċjali jew it-trejdmark;

(b) il-karatteristiċi tas-sistema ottika, (livelli ta' intensità, angoli ta' distribuzzjoni tad-dawl, kategorija tal-filament tal-fanal, apparat tas-sors ta' dawl, eċċ.).

1.4. Ir-referenzi li saru f'dan ir-Regolament għal bozza tal-filament standard (étalon) u għar-Regolament Nru 37 għandhom jirreferu għar-Regolament Nru 37 u s-serje ta' emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għal-approvazzjoni tat-tip.

2.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mill-propjetarju tal-isem kummerċjali jew it-trejdmark jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat kif xieraq. Din għandha tispeċifika jekk il-apparat huwiex intiż li jillumina pjanċa wiesa' (520 × 120 mm), pjanċa twila (340 × 240 mm), pjanċa għal trakters tal-agrikoltura jew tal-foresti (120 × 165 mm) jew kull tip ta' kombinazzjoni ta' dawn il-pjanċi. Fl-għażla tal-applikant, din se tispeċifika wkoll li l-apparat jista' jitwaħħal f'aktar minn waħda jew f'medda ta' pożizzjonijiet f'relazzjoni mal-ispazju li se jkun okkupat b'din il-pjanċa ta' reġistrazzjoni; dawn il-pożizzjonijiet differenti għandhom ikunu indikati mill-applikant fil-formula ta' komunikazzjoni. Din għandha tiġi akkumpanjata b'dan li ġej, fir-rigward ta' kull tip:

(a) disinji (tliet kopji), f'dettall suffiċjenti biex jippermetti l-identifikazzjoni tat-tip u li juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-apparat ta' dawl għandu jitwaħħal f'relazzjoni mal-ispazju li se jkun okkupat bill-pjanċa tar-reġistrazzjoni, u d-dawra taż-żona li se tkun illuminata adekwatament. Id-disinji jridu juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni f'relazzjoni maċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni;

(b) deskrizzjoni teknika qasira li tindika b'mod partikolari, bl-eċċezzjoni ta' fanali li jkollhom sorsi ta' dawl li ma jistax jinbidel:

(i) il-kategorija jew kategoriji tal-bozza tal-filament preskritta; din il-kategorija ta' bozza tal-filament għandha tkun waħda minn dawk li hemm fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta' emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għal-approvazzjoni tat-tip; u/jew

(ii) il-kodiċi speċifiku ta' identifikazzjoni tal-apparat tas-sors ta' dawl ( 2 );

(c) żewġ kampjuni, mgħammra bil-fanal jew fanali rakkomandati.

3.   L-IMMARKAR

Apparati ta' dawl imressqa għall-approvazzjoni għandu jkollhom:

3.1. l-isem kummerċjali jew it-trejdmark ta' min għamel dan il-apparat jew il-manifattur tal-apparat ta' dawl;

3.2. spazju ta' daqs suffiċjenti għall-marka tal-approvazzjoni; dan l-ispazju għandu jkun indikat fid-disinni msemmija fit-tieni paragrafu (a) hawn fuq.

3.3. fil-każ tal-fanali li jkollhom is-sors tad-dawl jew l-apparat(i) tas-sors tad-dawl li ma jistgħux jinbidlu, is-sinjali tal-vultaġġ stmat għal-medda ta' vultaġġ, u l-qawwa f'watts stmat;

3.4. bl-eċċezzjoni tal-fanali li ma jkollhomx sorsi tad-dawl li jistgħu jinbidlu, għandu jkollhom marka li tista' tinqara b'mod ċar u li ma titħassarx, fejn tindika:

(a) il-kategorija jew kategoriji tal-bozza jew bozoz tal-filament preskritta(i); u/jew

(b) il-kodiċi speċifiku ta' identifikazzjoni tal-apparat tas-sors ta' dawl;

3.5. fil-każ tal-fanali li jkollhom apparat(i) tas-sors tad-dawl, l-apparat(i) tas-sors tad-dawl għandu jkollhom:

3.5.1. l-isem kummerċjali jew it-trejdmark tal-applikant; dawn il-marki iridu jkunu jinqraw b'mod ċar u ma jitħassrux;

3.5.2. il-kodiċi speċifiku ta' identifikazzjoni tal-apparat; dawn il-marki iridu jkunu jinqraw b'mod ċar u ma jitħassrux. Il-kodiċi speċifiku ta' identifikazzjoni għandu jkun fih fil-bidu l-ittri “MD” għal-“MODULU” segwit bil-marki tal-approvazzjoni mingħajr iċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 4.4.1 hawn taħt u, f'każ li jintużaw diversi apparati ta' sors ta' dawl mhux identiċi, segwit b'simboli jew karatteristiċi oħra; dan il-kodiċi speċifiku ta' identifikazzjoni għandu jkun indikat fid-disinni msemmija fit-tieni paragrafu (a) hawn fuq.

Il-marka tal-approvazzjoni m'għandiex għalfejn tkun l-istess bħal dik ta' fuq il-fanal li fih l-apparat qed jintuża, iżda ż-żewġ marki għandhom ikunu tal-istess applikant.

3.5.3. is-sinjali tal-vultaġġ stmat u l-qawwa f'watts stmat.

4.   L-APPROVAZZJONI

4.1. Għandha tingħata l-approvazzjoni jekk iż-żewġ kampjuni ta' tip ta' apparat ta' dawl imressqa skont il-paragrafu 2 aktar 'il fuq jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

4.2. Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi maġġuri riċenti li saru lir-Regolament meta ħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti dan in-numru lil tip ieħor ta' apparat imsemmi f'dan ir-Regolament, ħlief fil-każ ta' estensjoni tal-approvazzjoni għall-apparat li jvarja biss fil-kulur tad-dawl li jagħti.

4.3. In-notifika tal-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta' tip ta' apparat ta' dawl skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.

4.4. Kull apparat illuminatorju li jikkonforma ma' tip approvat f'dan ir-Regolament għandu, barra l-marki msemmija fil-paragrafi 3(a) u 3(c) hawn fuq, għandu jkollu marka internazzjonali ta' approvazzjoni li tikkonforma mal-Anness 1, li tikkonsisti f':

4.4.1. Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni ( 3 );

4.4.2. Numru ta' approvazzjoni, viċin iċ-ċirku;

4.4.3. Is-simbolu addizzjonali li ġej: l-ittra “L”;

4.4.4. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru ta' approvazzjoni li jindikaw l-aktar serje riċenti ta' emendi għal dan ir-Regolament jistgħu jitqiegħdu fil-viċinanzi tas-simbolu addizzjonali L.

4.5. Il-marka u s-simboli msemmija fil-paragrafi 4.4.1, 4.4.2 u 4.4.3 iridu jkunu jinqraw b'mod ċar u ma jitħassrux anki meta l-apparat ta' dawl ikun imwaħħal fuq il-vettura.

4.6. Meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess unità ta' fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, l-approvazzjoni tingħata biss jekk kull lampa tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew ta' xi Regolament ieħor. Fanali li ma jissodisfawx xi wieħed minn dawk ir-Regolamenti ma għandhomx ikunu parti minn fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament.

4.6.1. Fejn fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament ikunu konformi mal-kundizzjonijiet ta' ħafna Regolamenti, tista' titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali waħda, li tikkonsisti minn ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni, numru tal-approvazzjoni u, fejn ikun hemm bżonn, il-vleġġa meħtieġa. Din il-marka tal-approvazzjoni tista' titpoġġa fi kwalunkwe post fuq il-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, sakemm:

4.6.1.1. Tkun viżibbli wara l-installazzjoni tagħhom;

4.6.1.2. L-ebda parti mil-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament li jittrażmettu d-dawl ma tista' titneħħa mingħajr ma, fl-istess ħin, titneħħa l-marka tal-approvazzjoni.

4.6.2. Is-simbolu ta' identifikazzjoni ta' kull fanal li jikkorrispondi għal kull Regolament li taħtu ngħatat l-approvazzjoni, flimkien mas-serje ta' emendi korrispondenti li jinkorporaw l-emendi tekniċi maġġuri l-aktar reċenti għar-Regolament fid-data tal-ħruġ tal-approvazzjoni, għandu jkun immarkat:

4.6.2.1. Kemm fuq il-wiċċ illuminanti adattat;

4.6.2.2. Kemm fi grupp, b'mod li kull wieħed mill-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, jistgħu jingħarfu b'mod ċar (għall-eżempji possibbli, ara l-Anness 1).

4.6.3. Id-daqs tal-komponenti ta' marka tal-approvazzjoni waħda ma għandux ikun inqas mid-daqs minimu meħtieġ għall-iċken fost il-marki individwali permezz ta' Regolament li taħtu ngħatat approvazzjoni.

4.6.4. Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta' fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament koperti minn dan ir-Regolament.

4.6.5. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u li ma titħassarx. Din tista' titqiegħed fuq il-parti ta' ġewwa jew ta' barra (trasparenti jew le) tal-apparat li ma jistax jinfired mill-parti t-trasparenti tal-apparat li qiegħed jitfa' d-dawl. Ikun xi jkun il-każ, il-marki għandhom ikunu viżibbli meta l-apparat jitwaħħal fuq il-vettura jew meta tinfetaħ xi parti li tiċċaqlaq bħall-kappa jew il-bagoll jew bieba.

4.7. L-Anness 1 jagħti eżempji ta' arranġamenti ta' marki tal-approvazzjoni għal fanal wieħed (il-figura 1) u għal fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament (il-figura 2) bis-simboli addizzjonali kollha imsemmija hawn fuq.

5.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

Kull apparat għandu jissodisfa d-dispożizzjonijeit tal-paragrafu 9 ( 4 ).

5.1. Il-apparati għat-tidwil tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara jridu jkunu magħmula tali mod li l-wiċċ kollu tal-pjanċa jkun viżibbli fi ħdan l-angoli mogħtija fl-Anness 4.

5.2. Il-kejl kollu għandu jsir mall-bozza tal-filament standard tal-kategorija preskritta mill-manifattur, bil-provvista ta' vultaġġ li tkun regolata b'tali mod li tipproduċi fluss illuminanti ta' referenza. Il-kejl kollu fuq l-apparati li ma jkollhomx sorsi ta' dawl li jista' jinbidel għandu jsir għal 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament.

5.3. Fil-każ ta' sorsi ta' dawl ipprovduti minn provvista elettrika speċjali, il-vultaġġi ta' test definiti hawn fuq għandhom jiġu applikati fit-terminali ta' dħul tal-elettriku ta' dik il-provvista elettrika. Il-laboratorju inkarigat mit-testijiet jista' jitlob lill-manifattur biex jipprovdilu l-provvista elettrika speċjali meħtieġa biex tipprovdi s-sorsi ta' dawl.

5.4. Għal kull apparat ta' dawl tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara, ħlief dawk mgħammra b'bozza jew bozoz tal-filament, il-valuri ta' dawl imkejjel wara minuta u wara 30 minuta ta' tħaddim għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi.

Id-distribuzzjoni tad-dawl wara minuta ta' ħidma tista' tiġi kkalkulata billi f'kull punt tat-test tiġi applikata r-rata tal-valuri ta' dawl imkejjel f'punt wieħed wara minuta u wara 30 minuta ta' ħidma.

5.5. Fil-każ ta' apparati tas-sors tad-dawl, għandu jiġi iċċekkjat li:

5.5.1. Id-disinn tal-apparat(i) tas-sors tad-dawl għandu jkun tali:

(a) li kull apparat tas-sors tad-dawl jista' jeħel biss fil-post maħsub għalih u korrett u jista' jitneħħa biss permezz tal-għodda;

(b) Jekk ikun hemm aktar minn apparat tas-sors tad-dawl wieħed fl-apparat, l-apparati tas-sors tad-dawl li jkollhom karatteristiċi differenti ma jistgħux jinbidlu fl-istess fanal.

5.5.2. L-apparat(i) tas-sors tad-dawl iridu jkunu tali mod li ma jistgħux jiġu mittiefsa.

▼M1

5.5.3. Modulu ta’ sors tad-dawl għandu jkun iddisinjat b’tali mod li irrispettivament mill-użu tal-għodda jew l-għodod, ma jista jiġi skambjat mekkanikament mal-ebda sors sostitwibbli tad-dawl li jkun approvat.

▼B

5.6. Fil-każ ta' bozza jew bozoz tal-filament li jistgħu jinbidlu:

5.6.1. Kull kategorija jew kategoriji ta' bozza jew bozoz tal-filament approvati skont it-Regolament Nru 37 jista' jintuża, sakemm l-ebda restrizzjoni dwar l-użu ma saret fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta' emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għal-approvazzjoni tat-tip.

5.6.2. Id-disinn tal-apparat għandu jkun tali li l-bozza tal-filament ma tista' titwaħħal fl-ebda pożizzjoni ħlief f'dik it-tajba.

5.6.3. L-apparat li jżomm il-bozza tal-filament għandu jikkonforma mal-karatteristiċi mogħtija fil-Pubblikazzjoni tal-IEC 60061. Tapplika l-folja tad-data ta' dan l-apparat għall-bozza tal-filament użata.

6.   IL-KULUR TAD-DAWL

Id-dawl tal-fanal użat fl-apparat ta' dawl irid ikun kemm jista' jkun mingħajr kulur biex ma joħloqx biddla apprezzabbli fil-kulur tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni.

7.   L-INĊIDENZA TAD-DAWL

Il-manifattur tal-apparat tad-dawl għandu jispeċifika pożizzjoni jew aktar minn waħda jew firxa ta' pożizzjonijiet li fihom il-apparat għandu jkun imwaħħal b'relazzjoni mal-ispazju għal-pjanċa tar-reġistrazzjoni; meta l-fanal jitpoġġa fil-pożizzjoni jew pożizzjonijiet speċifikati mill-manifattur, l-angolu tal-inċidenza tad-dawl fuq il-wiċċ tal-pjanċa ma għandux jaqbeż it-82° f'kwalunkwe punt tal-wiċċ li għandu jiddawwal, meta dan l-angolu jitkejjel mill-estremità taż-żona illuminatorja tal-apparat li hi l-iżjed imbiegħda mill-wiċċ tal-pjanċa. Jekk ikun hemm aktar minn apparat ta' dawl wieħed, il-ħtieġa imsemmija qabel għandha tkun tapplika biss għal dik il-parti tal-pjanċa intiża li tiddawwal mill-apparat ikkonċernat.

Meta apparat ikollu xifer ta' barra tal-wiċċ li jdawwal li jkun fid-direzzjoni parallela tal-wiċċ tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni, l-estremità tal-wiċċ li jdawwal tal-apparat l-iżjed imbiegħed mill-wiċċ tal-pjanċa hija l-punt tan-nofs tax-xifer tal-wiċċ li jdawwal, li hija parallela għal-pjanċa u l-iżjed imbiegħda mill-wiċċ tal-pjanċa.

L-apparat għandu jkun iddisinjat b'tali mod biex l-ebda dawl ma jkun mitfugħ direttament lejn in-naħa ta' wara, bl-eċċezzjoni ta' dawl aħmar jekk l-apparat ikun ikkombinat jew raggruppat ma' fanal ta' wara.

8.   Il-PROĊEDURA TAL-KEJL

Il-kejl tad-dawl għandu jsir fuq wiċċ mifrux mingħajr kulur b'fattur ta' riflessjoni mifrux ( 5 ). Il-wiċċ mifrux mingħajr kulur għandu jkollu d-dimensjonijiet tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni jew id-dimensjoni li ma taqbiżx wieħed mill-punti tal-kejl. Iċ-ċentru għandu jitpoġġa fiċ-ċentru tal-pożizzjonijiet tal-punti tal-kejl.

Dan il-wiċċ jew uċuħ mifruxin mingħajr kulur għandhom jitqiegħdu fil-pożizzjoni normalment okkupata mill-pjanċa tar-reġistrazzjoni u 2 mm 'il quddiem mill-irbit tagħha.

Il-kejl tad-dawl għandu jsir b'mod perpendikulari għall-wiċċ tal-wiċċ mifrux mingħajr kulur b'tolleranza ta 5° f'kull direzzjoni fil-punti murija fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament, kull punt jirrappreżenta żona ċirkolari b'dijametru ta' 25 mm. Id-dawl imkejjel għandu jkun irranġat għall-fattur ta' riflessjoni mifrux ta' 1,0.

9.   KARETTERISTIĊI FOTOMETRIĊI

F'kull wieħed mill-punti tal-kejl murija fl-Anness 3, l-illuminanza B għandha tkun mill-anqas ugwali għal 2,5 cd/m2.

Ix-xaqliba tad-dawl bejn il-valuri B1 u B2, imkejla bejn xi tnejn mill-punti 1 u 2 magħżula minn fost dawk imsemmija hawn fuq, ma għandhiex taqbeż 2 × Bo/ċm, Bo tkun id-dawl minimu mkejjel fil-punti varji, jiġifieri:

image

10.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma' dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

10.1. Apparati għat-tidwil tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara (minn issa 'l quddiem msejħa apparati), approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu immanifaturati b'tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5, 6 u 9 ta' hawn fuq. Jekk ikun hemm aktar minn apparat wieħed neċessarju, imbagħad fit-test li jmiss apparat ikun ifisser sett ta' apparati.

10.2. Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 6 għal dan ir-Regolament.

10.3. Għandu jkun hemm konfomità mal-kundizzjonijiet minimi meħtieġa għat-teħid ta' kampjuni minn spettur kif stabbilit fl-Anness 7 għal dan ir-Regolament.

10.4. L-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip tista', fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi ta' kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' darba kull sentejn.

11.   IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA' KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

11.1. L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tal-apparat ta' dawl skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 7 hawn fuq ma jkunux rispettati.

11.2. Jekk Parti mill-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hi għandha minnufih tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.

12.   PRODUZZJONI LI TWAQQFET GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura apparat ta' dawl skont dan ir-Regolament, hu għandu jinforma minnufih lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni relevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li taqbel mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.

13.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

13.1. Apparati ta' dawl tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara mhux mgħammra b'bozzoz tal-filament.

13.1.1. Sa mid-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 8, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-Suppliment 8.

13.1.2. Mis-36 xhar wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 8, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet dment li t-tip ta' apparati kif deskritti fil-paragrafu 13.1 hawn fuq jilħqu r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-Suppliment 8.

13.1.3. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta' approvazzjonijiet għas-serje ta' emendi preċedenti għal dan ir-Regolament.

13.1.4. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet lil dawk it-tipi ta' apparati kif deskritt fil-paragrafu 13.1 hawn fuq li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-serje ta' emendi preċedenti waqt il-perjodu ta' 36 xhar ta' wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 8.

13.2. It-twaħħil ta' apparati ta' dawl tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara fuq vettura kif deskritti fil-paragrafu 13.1 hawn fuq.

13.2.1. Sa mid-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 8, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad li jitwaħħlu apparati fuq vetturi kif deskritt fil-paragrafu 13.1 hawn fuq, kif ġie approvat skont dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-Suppliment 8.

13.2.2. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jippermettu t-twaħħil ta' apparati fuq vetturi kif deskritt fil-paragrafu 13.1 hawn fuq approvat għal dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-serje ta' emendi preċedenti waqt il-perjodu ta' 48 xhar ta' wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 8.

13.2.3. Meta jiskadi l-perjodu ta' 48 xhar wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 8, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jipprojbixxu t-twaħħil ta' apparati deskritti fil-paragrafu 13.1 hawn fuq li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-Suppliment 8 fuq vettura ġdida li tkun ingħatat approvazzjoni għat-tip jew approvazzjoni individwali aktar minn 24 xhar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 8 ta' dan ir-Regolament.

13.2.4. Meta jiskadi perjodu ta' 60 xhar wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 8, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jipprojbixxu t-twaħħil ta' apparati deskritti fil-paragrafu 13.1 hawn fuq li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-Suppliment 8 fuq vettura ġdida li tkun irreġistrata l-ewwel darba aktar minn 60 xhar wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 8 ta' dan ir-Regolament.

14.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI LI JWETTQU T-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li jwettqu t-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħrajn.




ANNESS 1

ARRANĠAMENT TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

image

a = 5 mm min.

L-apparat li jġorr il-marka tal-approvazzjoni li tidher hawn fuq huwa apparat għat-tidwil ta' pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara tal-vettura (L) approvata fl-Olanda (E 4) skont ir-Regolament Nru 4 taħt in-numru ta' approvazzjoni 2439. In-numru ta' approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 4 fil-forma oriġinali tiegħu jew kif ġie emendat mis-supplimenti rispettivi għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu, jekk ikun il-każ.

(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-istrument li jagħmel is-sinjali bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marki tal-approvazzjoni)

image

image

image

Nota: It-tliet eżempji ta' marki ta' approvazzjoni, mudelli B, C u D jirrappreżentaw tliet varjanti possibbli tal-marka ta' xi apparat ta' dawl meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess unità ta' fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament. Din il-marka ta' approvazzjoni turi li l-apparat kien approvat fl-Olanda (E 4) skont in-numru ta' approvazzjoni 3333 u tinkorpora:

Retro-riflettur ta' klassi IA approvat skont is-serje ta' emendi 02 tar-Regolament Nru 3;

Indikatur tad-direzzjoni ta' wara tal-kategorija 2a approvat skont is-serje ta' emendi tar-Regolament Nru 6;

Fanal aħmar tal-pożizzjoni ta' wara (R) approvat skont is-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 7;

Fanal taċ-ċpar ta' wara (F) approvat skont ir-Regolament Nru 38 fil-forma oriġinali tiegħu;

Fanal tar-rivers (AR) approvat skont ir-Regolament Nru 23 fil-forma oriġinali tiegħu;

Indikatur tad-direzzjoni ta' wara tal-kategorija 2a approvat skont is-serje ta' emendi tar-Regolament Nru 7;

Apparat ta' dawl tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta wara (L) approvat skont ir-Regolament Nru 4 fil-forma oriġinali tiegħu.

MUDELL E

MD E3 17325

L-apparat tas-sors ta' dawl bil-kodiċi ta' identifikazzjoni li jdher hawn fuq ġie approvat flimkien ma' fanal fl-Italja (E3) taħt numru tal-approvazzjoni 17325.




ANNESS 2

image

image




ANNESS 3

IL-PUNTI TAL-KEJL GĦALL-ISKOPIJIET TAT-TESTIJIET

(a) apparati għat-tidwil ta' pjanċa twila (340 × 240 mm)

image

(b) apparati għat-tidwil ta' pjanċa wiesa' (520 × 120 mm)

image

(c) apparati għat-tidwil ta' pjanċa għal trakters tal-agrikoltura jew tal-foresti (240 × 165 mm)

image



a = 25 mm

b = 95 mm

c = 100 mm

d = 90 mm

e = 70 mm

f = 57,5 mm

g = 65 mm

h = 60 mm

Nota: F'każ ta' apparati għat-tidwil taż-żewġ pjanċi jew kollha, il-punti ta' kejl użati jinkisbu billi jiġu ikkombinati d-disinni korrispondenti hawn fuq mal-forma indikata mill-marka jew manifattur; madankollu, jekk żewġ punti tal-kejl ikunu anqas minn 30 mm imbiegħda minn xulxin, wieħed biss għandu jkun użat.




ANNESS 4

IL-MEDDA MINIMA TAL-VIŻIBILTÀ TAL-WIĊĊ LI GĦANDU JIDDAWWAL

image

image

1. L-angoli taż-żona tal-viżibiltà murija hawn fuq jikkonċernaw biss il-pożizzjonijiet relattivi tal-apparat tad-dawl u tal-ispazju tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni.

2. Iż-żona ta' viżibiltà tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni meta mwaħħla fuq il-vettura tibqa' suġġetta għar-regolamenti nazzjonali rilevanti.

3. L-angoli murija jqisu l-parti parzjalment mgħottija maħluqa mill-apparat ta' dawl. Dawn għandhom ikunu aderiti fid-direzzjoni li fiha jkun hemm l-aktar parti mgħottija. Il-apparati għandhom ikunu tali mod li jnaqqsu ż-żoni parzjalment mgħottija għall-minimu strettament meħtieġ.




ANNESS 5

KEJL FOTOMETRIKU TA' FANALI MGĦAMMRA B' DIVERSI SORSI TA' DAWL

1. L-andament fotometriku għandu jiġi iċċekjat:

1.1. Għal sorsi ta' dawl li mhumiex sostitwibbli (bozoz tal-filament u oħrajn):

bis-sorsi ta' dawl preżenti fil-fanal, skont il-paragrafu 5.2.1 ta' dan ir-Regolament.

1.2. Għal bozoz tal-filament li jistgħu jinbidlu:

meta mgħammra b'bozoz tal-filament 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, il-valuri tad-dawl prodotti għandhom ikunu ikkoreġuti. Il-fattur tal-arranġament huwa l-proporzjon ta' bejn il-fluss illuminanti ta' referenza u l-valur intermedju tal-fluss illuminanti li jinsab fil-vultaġġ applikat (6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V). Il-flussi illuminanti attwali ta' kull bozza tal-filament użata ma għandhomx jiddevjaw aktar minn ± 5 fil-mija mill-valur intermedju. Inkella, bozza tal-filament standard tista' tintuża minflok, f'kull waħda mill-pożizzjonijiet, operata fil-fluss ta' referenza tagħha, il-kejl individwali f'kull pożizzjoni jkun miżjud flimkien.




ANNESS 6

REKWIŻITI MINIMI GĦALL-KONFORMITÀ TAL-PROĊEDURI TAL-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI

1.   ĠENERALI

1.1. Il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-konformità għandhom jitqiesu sodisfatti minn punt mekkaniku u ġeometriku, jekk id-differenzi ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura fi ħdan il-kundizzjonijiet meħtieġa ta' dan ir-Regolament.

1.2. Fir-rigward tal-andament fotometriku, il-konformità ta' apparati prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta qed jiġi ttestjat l-andament fotometriku ta' kwalunkwe apparat magħżul b'mod kawżali u mgħammra b'bozza tal-filament standard, jew meta l-fanali huma mgħammra b'sorsi ta' dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament jew oħrajn), u meta l-kejl kollu jsir fuq 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, rispettivament:

1.2.1. l-ebda valur imkejjel ma jiddevja b'mod mhux favorevoli b'aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f'dan ir-Regolament.

1.2.2. Fir-rigward tax-xaqliba tad-dawl, id-devjazzjoni mhux favorevoli tista' tkun:



2,5 × Bo/cm

imqabbla ma'

20 fil-mija

3,0 × Bo/cm

imqabbla ma'

30 fil-mija

1.2.3. Jekk, fil-każ ta' apparat mgħammar b'sors ta' dawl sostitwibbli u jekk ir-riżultati tat-test deskritt hawn fuq ma' jissodisfawx il-kundizzjonijiet meħtieġa, it-testijiet fuq il-apparati għandhom jerġaw isiru permezz ta' bozza tal-filament standard oħra.

2.   IL-KUNDIZZJONIJIET MINIMI MEĦTIEĠA GĦALL-VERIFIKA TAL- KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR

Id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq mill-inqas it-testijiet li ġejjin għal kull tip ta' apparat, f'intervalli xierqa. It-testijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Jekk kwalunkwe teħid tal-kampjuni juri nuqqas ta' konformità fir-rigward tat-tip ta' test konċernat, għandhom jittieħdu u jiġu ttestjati aktar kampjuni. Il-manifattur għandu jieħu passi biex jiżgura l-konformità tal-produzzjoni konċernata.

2.1.   In-natura tat-testijiet

It-testijiet tal-konformità f'dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi.

2.2.   Il-metodi użati fit-testijiet

2.2.1. Ġeneralment, it-testijiet għandhom jitwettqu skont il-metodi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.2.2. Fi kwalunkwe test tal-konformità mwettaq mill-manifattur, jistgħu jintużaw metodi ekwivalenti bil-kunsens tal-awtorità kompetenti responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni. Il-manifattur huwa responsabbli li jipprova li l-metodi applikati huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.2.3. L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 teħtieġ kalibrar regolari tal-apparat tat-test u l-korrelazzjoni tiegħu ma' kejl magħmul minn awtorità kompetenti.

2.2.4. Fil-każijiet kollha l-metodi ta' referenza għandhom ikunu dawk ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari għall-fini ta' verifika amministrattiva u ta' teħid ta' kampjuni.

2.3.   In-natura tat-teħid ta' kampjuni

Il-kampjuni tal-apparati għandhom jintgħażlu b'mod kawżali mill-produzzjoni ta' grupp uniformi. Grupp uniformi jfisser sett ta' apparati tal-istess tip, iddefiniti skont il-metodi ta' produzzjoni tal-manifattur.

Il-valutazzjoni għandha tkopri b'mod ġenerali l-produzzjoni f'serje minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista' jiġbor flimkien dokumenti li jikkonċernaw l-istess tip minn fabbriki differenti, dment li dawn joperaw taħt l-istess sistema ta' kwalità u ta' tmexxija ta' kwalità.

2.4.   Il-karatteristiċi fotometriċi mkejla u rreġistrati

Il-apparat li jkun intuża bħala kampjun għandu jitkejjel b'mod fotometriku kif stipulat fir-Regolament.

2.5.   Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità

Il-manifattur huwa responsabbli biex iwettaq studju statistiku tar-riżultati tat-test u biex jiddefinixxi, bi ftehim mal-awtorità kompetenti, il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità tal-prodotti tiegħu sabiex tkun sodisfatta l-ispeċifikazzjoni stabbilita għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fil-paragrafu 10.1 ta' dan ir-Regolament.

Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità għandhom ikunu tali li, b'livell ta' kunfidenza ta' 95 fil-mija, il-probabbiltà minima ta' suċċess f'kontroll għall-għarrieda skont l-Anness 7 (l-ewwel teħid tal-kampjuni) tkun ta' 0,95.




ANNESS 7

IL-KUNDIZZJONIJIET MINIMI MEĦTIEĠA GĦAT-TEĦID TA' KAMPJUNI MINN SPETTUR

1.   ĠENERALI

1.1. Il-kundizzjonijiet meħtieġa ta' konformità għandhom jitqiesu sodisfatti minn punt mekkaniku u ġeometriku, skont il-kundizzjonijiet meħtieġa ta' dan ir-Regolament, jekk hemm, jekk id-differenzi ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura.

1.2. Fir-rigward tal-andament fotometriku, il-konformità ta' apparati prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta qed jiġi ttestjat l-andament fotometriku ta' kwalunkwe apparat magħżul b'mod kawżali u mgħammar b'bozza tal-filament standard, jew meta l-fanali huma mgħammra b'sorsi ta' dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament jew oħrajn), u meta l-kejl kollu jsir fuq 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, rispettivament:

1.2.1. l-ebda valur imkejjel ma jiddevja b'mod mhux favorevoli b'aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f'dan ir-Regolament.

1.2.2. Fir-rigward tax-xaqliba tad-dawl id-devjazzjoni mhux favorevoli tista' tkun:



2,5 × Bo/cm

imqabbla ma'

20 fil-mija

3,0 × Bo/cm

imqabbla ma'

30 fil-mija

1.2.3. Jekk, fil-każ ta' apparat mgħammar b'sors ta' dawl sostitwibbli u jekk ir-riżultati tat-test deskritt hawn fuq ma' jissodisfawx il-kundizzjonijiet meħtieġa, it-testijiet fuq il-apparati għandhom jerġaw isiru permezz ta' bozza tal-filament standard oħra.

1.2.4. Il-apparati b'difetti evidenti jitwarrbu.

2.   L-EWWEL TEĦID TAL-KAMPJUNI

Fl-ewwel teħid tal-kampjuni jintgħażlu erba' apparati b'mod kawżali. L-ewwel kampjun ta' tnejn jiġi mmarkat A, it-tieni kampjun ta' tnejn jiġi mmarkat B.

2.1.   Il-konformità mhix ikkontestata

2.1.1. Wara l-proċedura ta' teħid ta' kampjuni murija fil-Figura 1 ta' dan l-Anness, il-konformità tal-apparati prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-apparati fid-direzzjonijiet mhux favorevoli huma:

2.1.1.1. il-kampjun A



A1:

apparat wieħed

0 fil-mija

apparat wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

A2:

iż-żewġ apparati aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

mur għall-kampjun B

 

2.1.1.2. il-kampjun B



B1:

iż-żewġ apparati

0 fil-mija

2.2.   Il-konformità hija kkontestata

2.2.1. Wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni murija fil-Figura 1 ta' dan l-Anness, il-konformità tal-apparati prodotti fi kwantità kbira għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab li l-produzzjoni tiegħu tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa (l-allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-apparati huma:

2.2.1.1. il-kampjun A



A3:

apparat wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

apparat wieħed aktar minn

20 fil-mija

iżda mhux aktar minn

30 fil-mija

2.2.1.2. il-kampjun B



B2:

fil-każ ta' A2

 

apparat wieħed aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

apparat wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija



B3:

fil-każ ta' A2

 

apparat wieħed

0 fil-mija

apparat wieħed aktar minn

20 fil-mija

iżda mhux aktar minn

30 fil-mija

2.3.   L-approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 11 jekk, wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni fil-Figura 1 ta' dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-apparati huma:

2.3.1. il-kampjun A



A4:

apparat wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

apparat wieħed aktar minn

30 fil-mija

A5:

iż-żewġ apparati aktar minn

20 fil-mija

2.3.2. il-kampjun B



B4:

fil-każ ta' A2

 

apparat wieħed aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

apparat wieħed aktar minn

20 fil-mija

B5:

fil-każ ta' A2

 

iż-żewġ apparati aktar minn

20 fil-mija

B6:

fil-każ ta' A2

 

apparat wieħed

0 fil-mija

apparat wieħed aktar minn

30 fil-mija

3.   IT-TEĦID RIPETUT TAL-KAMPJUNI

Fi żmien xahrejn wara n-notifika, il-każ ta' A3, B2, B3 jeħtieġ teħid ripetut ta' kampjuni, it-tielet kampjun C ta' żewġ apparati, magħżula mill-istokk immanifatturat wara l-allinjament.

3.1.   Il-konformità mhix ikkontestata

3.1.1. Wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni murija fil-Figura 1 ta' dan l-Anness, il-konformità tal-apparati prodotti fi kwantità kbira m'għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-apparati huma:

3.1.1.1. il-kampjun C



C1:

apparat wieħed

0 fil-mija

apparat wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

C2:

iż-żewġ apparati aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

mur għall-kampjun D

 

3.1.1.2. il-kampjun D



D1:

fil-każ ta' C2

 

iż-żewġ apparati

0 fil-mija

3.2.   Il-konformità hija kkontestata

3.2.1. Wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni murija fil-Figura 1 ta' dan l-Anness, il-konformità tal-apparati prodotti fi kwantità kbira għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab li l-produzzjoni tiegħu tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa (l-allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-apparati huma:

3.2.1.1. il-kampjun D



D2:

fil-każ ta' C2

 

apparat wieħed aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

apparat wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

3.3.   L-approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 11 jekk, wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni fil-Figura 1 ta' dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-apparati huma:

3.3.1. il-kampjun C



C3:

apparat wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

apparat wieħed aktar minn

20 fil-mija

C4:

iż-żewġ apparati aktar minn

20 fil-mija

3.3.2. il-kampjun D



D3:

fil-każ ta' C2

 

apparat wieħed 0 jew aktar minn

0 fil-mija

apparat wieħed aktar minn

20 fil-mija

image



( 1 ) Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2 kif emendat l-aħħar bl-Emenda 4).

( 2 ) Sors ta' dawl huwa definit fl-ISO 7227:1987 “Vetturi tat-triq — Dawl u apparati ta' twissija bid-dawl — Vokabularju” bħala dak li titfa' enerġija viżibli u li tiddi.

( 3 ) 1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vojta), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojta), 31 għall-Bożnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojta), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojta), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojta), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għall-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, 41 (vojta), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonaijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojta), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t'Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malażja, 53 għat-Tajlandja u 56 għall-Montenegro. In-numri segwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġiku li fiha jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni tad-Dispożizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta' dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri mogħtija b'dan il-mod għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.

( 4 ) Dawn l-ispeċifikazzjonijiet huma tali biex jiżguraw viżibbiltà tajba jekk l-inklinazzjoni tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ma taqbisx it-30° fuq kull ġemb tal-vertikali.

( 5 ) Pubblikazzjoni Nru 17 tas-CEI -1970, paragrafu 45-20-040.

Top