Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2019:409:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 409, 5 ta' Diċembru 2019


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 409

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
5 ta' Diċembru 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 409/01

Lista u deskrizzjoni tal-fajls tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV imsemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934

1

2019/C 409/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9611 — Pavilion Energy/Iberdrola Group (European LNG Asset Portfolio)) ( 1 )

48

2019/C 409/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9540 — Permira/Cambrex) ( 2 )

49


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2019/C 409/04

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2019 li taħtar tliet membri u tliet supplenti tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

50

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 409/05

Rata tal-kambju tal-euro — L-4 ta' Diċembru 2019

52

2019/C 409/06

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

53

2019/C 409/07

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

54


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal

2019/C 409/08

Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali

55

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 409/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9589 — Fedrigoni/Ritrama Group) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 2 )

56

2019/C 409/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9645 — Platinum Equity Group/Cision) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 2 )

58

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 409/11

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

59


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/1


Lista u deskrizzjoni tal-fajls tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV imsemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934

(2019/C 409/01)

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 (1) jistipula li l-Kummissjoni għandha tippubblika l-fajls tal-kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV imsemmija fil-kolonna 2 tat-Tabella 1 u fil-kolonna 3 tat-Tabella 2 tal-Parti A tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-serje C. Dan huwa l-għan ta’ din il-pubblikazzjoni.

Wieħed għandu jinnota: Fil-każ ta’ differenzi bejn ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 u l-fajls tal-OIV fir-rigward, b’mod partikolari, tal-kategoriji ta’ prodotti koperti (il-kategoriji msemmija fil-kolonna 8 tat-Tabella 2 tal-Parti A tal-Anness I), jipprevali r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934.

Wieħed għandu jinnota wkoll: Fejn tqies li kienu meħtieġa kjarifiki għall-fajls tal-OIV, ġew miżjuda noti f’qiegħ il-paġna ma’ dawk il-fajls.

Werrej

1.7

MARĊERAZZJONI KARBONIZZATA (16/70) 5

1.8

MAĊERAZZJONI WARA T-TISĦIN TAL-GĦENEB MAĦSUD (16/70) 5

1.11.

TRATTAMENT BL-AĊIDU ASKORBIKU (OENO 10/01) 5

1.12.

ŻIEDA TAS-SULFITI (OENO 3/04) 6

2.1.1

OSSIĠENAZZJONI (OENO 545 A/2016) 6

2.1.2

ŻIEDA TA’ SULFITI (5/87) 7

2.1.3.1.1

AĊIDIFIKAZZJONI KIMIKA (OENO 3/99, OENO 13/01) 7

2.1.3.1.1.1

SULFAT TAL-KALĊJU (OENO 583/2017) 8

2.1.3.1.3

AĊIDIFIKAZZJONI PERMEZZ TA’ TRATTAMENT BL-ELETTROMEMBRANI (ELETTRODIJALIŻI B’MEMBRANI BIPOLARI) (OENO 360/2010) 8

2.1.3.1.4

AĊIDIFIKAZZJONI PERMEZZ TA’ TRATTAMENT BI SKAMBJU TAL-KATJONI (OENO 442/2012) 9

2.1.3.2.2

DEAĊIDIFIKAZZJONI KIMIKA (6/79) 10

2.1.3.2.4

DEAĊIDIFIKAZZJONI BL-UŻU TA’ PROĊESS BL-ELETTROMEMBRANI (OENO 483-2012) 10

2.1.3.2.5

TRATTAMENT BIL-KARBONAT TAL-POTASSJU (OENO 580-2017) 11

2.1.4

UŻU TA’ ENZIMI GĦALL-KJARIFIKAZZJONI (OENO 11/04, OENO 498-2013) 11

2.1.6

TRATTAMENT BIL-ĠELATINA (OENO 5/97) 12

2.1.7

ŻIEDA TAT-TANNIN (16/70) 12

2.1.8

TRATTAMENT BIL-BENTONITI (16/70) 12

2.1.9

TRATTAMENT BIL-KARBONJU (16/70), (OENO 3/02) 13

2.1.10

TRATTAMENT BID-DIOSSIDU TAS-SILIĊJU (1/91) 13

2.1.14

FLOTAZZJONI (OENO 2/99) 13

2.1.15

TRATTAMENT BIL-KASEINAT TAL-POTASSJU (OENO 4/04) 14

2.1.16

TRATTAMENT BIL-KASEINA (OENO 5/04) 14

2.1.17

IRFINAR BL-UŻU TA’ PROTEINI TA’ ORIĠINI MILL-PJANTI (OENO 7/04) 14

2.1.18

UŻU TA’ ENZIMI GĦAT-TITJIB TAL-FILTRABBILTÀ (OENO 14/04, OENO 499-2013) 15

2.1.19

UŻU TA’ ENZIMI GĦAR-RILAXX TA’ SUSTANZI LI JAGĦTU T-TOGĦMA (OENO 16/04, OENO 498-2013) 15

2.1.20

TRATTAMENT B’KOPOLIMERI ADSORBENTI PVI/PVP (OENO 1/07, OENO 262-2014) 15

2.1.21

TRATTAMENT BL-AĊIDU D,L-TARTARIKU (OENO 3/08) 16

2.1.22

IRFINAR BL-UŻU TAL-KITOSAN (OIV-OENO 336 A-2009) 16

2.1.23

IRFINAR BL-UŻU TAL-KITIN-GLUKAN (OIV-OENO 336B-2009) 17

2.1.24

IRFINAR BL-UŻU TA’ ESTRATTI TAL-PROTEINA TAL-ĦMIRA (OENO 416-2011) 17

2.2.3

PRESERVAZZJONI BIŻ-ŻIEDA TA’ DIOSSIDU TAL-KARBONJU MAL-MOST JEW BIL-KARBONAZZJONI TAL-MOST (16/70) 17

2.2.4

PASTORIZZAZZJONI (5/88) 18

2.2.5

PROTEZZJONI TAĦT ATMOSFERA INERTI (16/70) 18

2.2.6

TRATTAMENT BIL-LIŻOŻIMA (OENO 6/97) 18

2.2.7.

TRATTAMENT BL-AĊIDU ASKORBIKU (OENO 11/01) 19

2.2.9.

TRATTAMENT BL-UŻU TA’ ĦMIRA INATTIVATA B’LIVELLI GARANTITI TA’ GLUTATIJON (OIV-OENO 532/2017) 19

2.3.1

INOKULAZZJONI BIL-ĦMIRA (16/70, ECO 3/03) (OENO 546/2016) 20

2.3.2

ATTIVATURI TAL-FERMENTAZZJONI (OENO 7/97; 14/05) 20

2.3.3

TRATTAMENT BIT-TIJAMINA (6/76) 21

2.3.4

TRATTAMENT BIL-QXUR TAL-ĦMIRA (5/88) 21

2.3.9.

MAĊERAZZJONI SĦUNA TA’ GĦENEB AĦMAR WARA L-FERMENTAZZJONI MSEJĦA MAĊERAZZJONI SĦUNA FINALI (OENO 13/05) 21

3.1.1.1

AĊIDIFIKAZZJONI KIMIKA (OENO 4/99, OENO 14/01) 22

3.1.1.4

AĊIDIFIKAZZJONI PERMEZZ TA’ TRATTAMENT BL-ELETTROMEMBRANI (ELETTRODIJALIŻI B’MEMBRANI BIPOLARI) (OENO 361/2010) 22

3.1.1.5

AĊIDIFIKAZZJONI PERMEZZ TA’ TRATTAMENT BI SKAMBJU TAL-KATJONI (OENO 443-2012) 23

3.1.2

DEAĊIDIFIKAZZJONI (6/79) 23

3.1.2.2

DEAĊIDIFIKAZZJONI KIMIKA (6/79) 24

3.1.2.3

DEAĊIDIFIKAZZJONI MIKROBIJOLOĠIKA PERMEZZ TA’ BATTERJI TAL-AĊIDU LATTIKU (4/80) 25

3.1.2.4

DEAĊIDIFIKAZZJONI BL-UŻU TA’ PROĊESS BL-ELETTROMEMBRANI (OENO 484-2012) 25

3.2.1

IRFINAR (OENO 7/99), (OENO 6/04), (OENO 9/04) (OIV-OENO 339 A-2009), (OIV-OENO 339B-2009, OENO 417-2011) 26

3.2.3

TISWIB TAL-INBID MINN ĠO FLIXKUN/BITTIJA GĦAL IEĦOR/OĦRA (16/70), (OENO 6/02) 27

3.2.4

TRATTAMENT BID-DIOSSIDU TAS-SILIĊJU (1/91) 28

3.2.6

ŻIEDA TAT-TANNIN (16/70) 28

3.2.7

IRFINAR BL-UŻU TA’ PROTEINI TA’ ORIĠINI MILL-PJANTI (OENO 8/04) 28

3.2.8

UŻU TA’ ENZIMI GĦAT-TITJIB TAL-FILTRABBILTÀ TAL-INBEJJED (OENO 15/04, OENO 498-2013) 29

3.2.9

UŻU TA’ ENZIMI GĦAR-RILAXX TA’ KOMPOSTI LI JAGĦTU T-TOGĦMA MINN PREKURSURI GLIKOSILATI (OENO 17/04, OENO 498-2013) 29

3.2.10

UŻU TA’ ENZIMI GĦAT-TITJIB TAS-SOLUBILIZZAZZJONI TAL-KOMPOSTI TAL-ĦMIRA (OENO 18/04) 30

3.2.11

UŻU TA’ ENZIMI GĦALL-KJARIFIKAZZJONI TAL-INBEJJED (OENO 12/04, OENO 498-2013) 30

3.2.12

IRFINAR BL-UŻU TAL-KITOSAN (OIV-OENO 337 A-2009) 30

3.2.13

IRFINAR BL-UŻU TAL-KITIN-GLUKAN (OIV-OENO 337B-2009) 31

3.2.14

IRFINAR BL-UŻU TA’ ESTRATTI TAL-PROTEINA TAL-ĦMIRA (OENO 417-2011) 31

3.2.15

UŻU TA’ PJANĊI FILTRANTI LI FIHOM ŻEOLITI Y-FAUJASIT BIEX JADSORBU L-ALOANISOLI (OENO 444-2016) 32

3.3.1

TNEĦĦIJA TAL-ĦADID (16/70) 32

3.3.3

STABBILIZZAZZJONI TAT-TARTRATI PERMEZZ TA’ TRATTAMENT BI SKAMBJU TAL-KATJONI (OENO 1/93, OENO 447-2011) 32

3.3.4

TRATTAMENT BI STABBILIZZAZZJONI KIESĦA (5/88), (OENO 2/04) 33

3.3.5

TRATTAMENT BIL-BENTONITI (OENO 16/70) 33

3.3.6

TRATTAMENT BIL-GOMMA ARABIKA (12/72) 33

3.3.7

TRATTAMENT BL-AĊIDU METATARTARIKU (16/70) 34

3.3.8

TRATTAMENT BL-AĊIDU ĊITRIKU (16/70) 34

3.3.12

TRATTAMENT BIT-TARTRAT TAL-KALĊJU (OENO 8/97) 34

3.3.13.

TRATTAMENT TAL-INBID BIL-MANNOPROTEINI TAL-ĦMIRA (OENO 4/01; 15/05) 35

3.3.14.

TRATTAMENT BIL-GOMOM TAĊ-ĊELLULOŻA (KARBOSSIMETILĊELLULOŻA) (OENO 2/08) 35

3.3.15.

TRATTAMENT BIL-POLIASPARTAT TAL-POTASSJU (OENO 543/2016) 35

3.4.3

PASTORIZZAZZJONI (5/88) 36

3.4.3.1

PASTORIZZAZZJONI BL-INGROSSA (1/90) 36

3.4.4

ŻIEDA TAS-SULFIT (OENO 7/03) 37

3.4.5

TRATTAMENT BL-AĊIDU SORBIKU (5/88) 37

3.4.7

TRATTAMENT BL-AĊIDU ASKORBIKU (OENO 12/01) 38

3.4.9

TRATTAMENT BIL-POLIVINILPOLIPIRROLIDON (PVPP) (5/87) 38

3.4.11

TRATTAMENT TAL-INBID BL-UREAŻI (OENO 2/95) 39

3.4.12

TRATTAMENT BIL-LIŻOŻIMA (OENO 10/97) 39

3.4.13.

TRATTAMENT BID-DIMETILDIKARBONAT (DMDC) (OENO 5/01, OENO 421-2011) 39

3.4.14.

TRATTAMENT B’KOPOLIMERI ADSORBENTI (PVI/PVP) (OENO 2/07, OENO 262-2014) 40

3.4.15.

TRATTAMENT BL-AĊIDU D,L-TARTARIKU (OENO 4/08) 40

3.4.16.

TRATTAMENT BL-UŻU TAL-KITOSAN (OIV-OENO 338 A/2009) 41

3.4.17.

TRATTAMENT BL-UŻU TAL-KITIN-GLUKAN (OIV-OENO 338B/2009) 41

3.4.20.

UŻU TA’ FIBRI VEĠETALI SELETTIVI (OENO 582-2017) 42

3.4.21.

ATTIVATURI TAL-FERMENTAZZJONI MALOLATTIKA (OIV-OENO 531-2015) 42

3.5.5

OSSIĠENAZZJONI (545B/2016) 42

3.5.8

TRATTAMENT BIS-SULFAT TAR-RAM (2/89) 43

3.5.9

TRATTAMENT BIL-KARBONJU TA’ NBID DAQSXEJN BIL-KULUR (16/70) 44

3.5.14.

TRATTAMENT BIĊ-ĊITRAT TAR-RAM (OENO 1/08) 44

3.5.17.

ĠESTJONI TA’ GASS MAĦLUL FL-INBID BL-UŻU TA’ KUNTATTURI TAL-MEMBRANA (OENO 499-2013) 45

4.1.7

PROMOZZJONI TAL-FERMENTAZZJONI SEKONDARJA BL-UŻU TA’ MELĦ NUTRITTIV U TA’ FATTURI TA’ TKABBIR TAL-ĦMIRA (OENO 7/95) 45

4.1.8

TIRAGE (3/81) 46

4.1.10

TRANSVASAGE (OENO 7/02) 46

4.3

INBID LIKUR (ECO 2/2007) 47

4.3.2

TIRAGE F’TANK MAGĦLUQ (3/81) 47

1.7   MARĊERAZZJONI KARBONIZZATA (16/70)

Definizzjoni:

Proċess li fih l-għeneb sħiħ jitqiegħed għal ftit jiem f’tank magħluq li l-atmosfera tiegħu tinkludi d-diossidu tal-karbonju. Dan il-gass jirriżulta jew minn sors estern, jew mir-respirazzjoni tal-għeneb u l-fermentazzjoni ta’ parti mill-frott artab magħsur, jew mit-tnejn.

Għan:

Il-produzzjoni ta’ nbid aħmar jew rożè li jkun eħfef, anqas aċiduż, aktar frisk u b’espressjoni aħjar tal-aromi varjetali.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Għandu jiġi pprovdut apparat għar-rilaxx tal-gass iffurmat sabiex il-pressjoni interna ma taqbiżx il-pressjoni atmosferika.

(b)

L-għeneb, ladarba jitneħħa mit-tank, jiġi mgħaffeġ u ppressat, u l-most separat jiġi ffermentat fin-nuqqas ta’ materjal solidu.

1.8   MAĊERAZZJONI WARA T-TISĦIN TAL-GĦENEB MAĦSUD (16/70)

Definizzjoni:

Il-proċess ta’ tisħin ta’ għeneb sħiħ, mgħaffeġ jew biz-zokk imneħħi, qabel il-bidu tal-fermentazzjoni, għal temperaturi magħżula skont l-għan mixtieq, u ż-żamma tagħhom f’dawn it-temperaturi għal ċertu perjodu ta’ żmien.

Għanijiet:

(a)

L-estrazzjoni aktar rapida u aktar kompleta tal-kulur u ta’ sustanzi oħra kontenuti fil-qxur.

(b)

Il-prevenzjoni ta’ proċessi enzimatiċi.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Il-most jista’ jiffermenta jew f’kuntatt ma’ solidi jew fin-nuqqas tagħhom.

(b)

Il-proċess ma għandux iwassal għal konċentrazzjoni jew għal dilwizzjoni. Konsegwentement:

għandu jiġi evitat it-tisħin eċċessiv,

it-tisħin b’injezzjoni tal-fwar huwa pprojbit.

1.11.   TRATTAMENT BL-AĊIDU ASKORBIKU (OENO 10/01)

Klassifikazzjoni:

Aċidu askorbiku: addittiv

Aċidu eritorbiku: addittiv

Definizzjoni:

Iż-żieda tal-aċidu askorbiku mal-għeneb.

Għan:

Il-protezzjoni tas-sustanzi aromatiċi tal-għenba, permezz tal-proprjetajiet antiossidanti tal-prodott, kontra l-influwenza tal-ossiġenu fl-arja.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Huwa rakkomandat li l-aċidu askorbiku jiġi miżjud qabel it-tgħaffiġ tal-għeneb.

(b)

Id-doża użata m’għandhiex taqbeż il-250 mg/kg.

(c)

Huwa rakkomandat li l-aċidu askorbiku jintuża mad-diossidu tal-kubrit.

(d)

L-aċidu askorbiku jrid jikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

1.12.   ŻIEDA TAS-SULFITI (OENO 3/04)

Klassifikazzjoni:

Diossidu tal-kubrit: addittiv

Sulfit idroġenat tal-ammonju: addittiv

Sulfit anidru tal-potassju: addittiv

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ soluzzjoni tad-diossidu tal-kubrit, jew tas-sulfit idroġenat tal-potassju, tas-sulfit anidru tal-potassju, tas-sulfit tal-ammonju jew tas-sulfit idroġenat tal-ammonju mal-għeneb.

Għanijiet:

Il-kisba ta’ kontroll mikrobijoloġiku tal-għeneb billi tiġi limitata u/jew prevenuta l-propagazzjoni ta’ ħmejjer u batterji u ta’ mikroorganiżmi teknoloġikament mhux mixtieqa.

L-implimentazzjoni ta’ antiossidant.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Iż-żieda tad-diossidu tal-kubrit qabel il-fermentazzjoni alkoħolika għandha tkun limitata kemm jista’ jkun minħabba li l-kombinazzjoni mal-aċetaldeid tirrendi s-soluzzjoni mingħajr ebda effett antisettiku jew antiossidanti fl-inbid li jirriżulta.

(b)

Il-kontenut totali ta’ diossidu tal-kubrit meta jitqiegħed fis-suq irid tal-anqas jikkonforma mal-limiti stabbiliti fl-Anness C tal-Kompendju tal-Metodi Internazzjonali ta’ Analiżi tal-inbejjed u l-mosti.

(c)

Il-prodotti li jintużaw iridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.1   OSSIĠENAZZJONI (OENO 545 A/2016)

Klassifikazzjoni:

Ossiġenu: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ ossiġenu jew ta’ arja mal-most

Għanijiet:

(a)

Biex tħaffef il-proċess ta’ ossidazzjoni fil-mosti fil-vinifikazzjoni tal-inbid abjad jew rożé bil-għan li jiġu provokati reazzjonijiet ta’ browning fil-komposti fenoliċi, li jiġu ffurmati permezz tal-polimerizzazzjoni, imbagħad jippreċipitaw u jitneħħew waqt il-kjarifikazzjoni tal-mosti, sabiex tittejjeb l-istabbiltà tal-inbejjed fir-rigward tal-ossidazzjoni. Din il-prattika, li tipprovdi għaż-żieda ta’ livelli għolja ta’ ossiġenu mal-mosti, ekwivalenti għal diversi saturazzjonijiet, tissejjaħ “iperossiġenazzjoni”.

(b)

Biex tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-komposti aromatiċi relatati mal-karattru sensorjali veġetali u l-għajbien ta’ aromi riduttivi.

(c)

Biex jiġi żgurat li l-fermentazzjoni alkoħolika sseħħ mingħajr problemi u biex jiġu evitati l-fermentazzjonijiet imwaħħla.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Fil-każ ta’ tnaqqis tal-livell tal-komposti fenoliċi involuti fil-fenomeni ta’ browning, l-ossiġenu għandu jiżdied qabel il-kjarifikazzjoni tal-most.

(b)

Fil-każ ta’ ġestjoni tal-kinetika tal-fermentazzjoni, iż-żieda tal-ossiġenu bid-doża rakkomandata ta’ 5-10 mg/l hija suffiċjenti bil-kundizzjoni li din titwettaq fi tmiem il-fażi tat-tkabbir tal-ħmira, jiġifieri wara t-tnaqqis tal-konċentrazzjoni taz-zokkor tal-most b’madwar 50 g/l.

(c)

L-għan tal-ossiġenazzjoni m’għandux ikun it-tnaqqis fis-sulfit tal-mosti li jkun fihom diossidu tal-kubrit eċċessiv.

2.1.2   ŻIEDA TA’ SULFITI (5/87)

Klassifikazzjoni:

Diossidu tal-kubrit: addittiv

Sulfit idroġenat tal-ammonju: addittiv

Sulfit anidru tal-potassju: addittiv

Definizzjoni:

Iż-żieda mal-għeneb mgħaffeġ jew mal-most, ta’ diossidu tal-kubrit gassuż, soluzzjoni milwiema ta’ diossidu tal-kubrit, jew disulfit tal-potassju (2), sulfit tal-ammonju jew disulfit tal-ammonju.

Għanijiet:

(a)

Li jdaħħal fl-azzjoni:

antisettiku kontra problemi dovuti għat-tkabbir ta’ mikroorganiżmi,

antiossidant,

fattur selettiv għall-ħmira,

prodott li jiffaċilita s-sedimentazzjoni,

prodott li jiffavorixxi l-estrazzjoni tal-antoċjanini.

(b)

Jirregola u jikkontrolla l-fermentazzjoni.

(c)

Jipproduċi mosti ippreservati.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Iż-żieda tas-sulfiti għandha ssir waqt it-tgħaffiġ jew immedjatament wara.

(b)

Il-prodott għandu jiġi distribwit b’mod uniformi fl-għeneb mgħaffeġ jew fil-most.

(c)

Is-sulfit u d-disulfit tal-ammonju jintroduċu wkoll fil-most joni tal-ammonju li jikkostitwixxu attivaturi tat-tkabbir għall-ħmira (ara Attivazzjoni tal-fermentazzjoni alkoħolika).

(d)

Il-prodotti li jintużaw għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.3.1.1.   AĊIDIFIKAZZJONI KIMIKA (OENO 3/99, OENO 13/01)

Definizzjoni:

Iż-żieda fl-aċidità totali u fl-aċidità reali (tnaqqis tal-pH) biż-żieda ta’ aċidi organiċi.

Għanijiet:

(a)

Biex tipproduċi nbejjed ibbilanċjati mill-perspettiva tat-togħma

(b)

Biex tiffavorixxi evoluzzjoni bijoloġika tajba u maturazzjoni tajba tal-inbid

(c)

Biex tirrimedja għall-aċidità naturali insuffiċjenti kkawżata minn:

il-kundizzjonijiet klimatiċi fir-reġjun tal-vitikultura, jew

il-prattiki enoloġiċi li jwasslu għal tnaqqis fl-aċidità naturali.

Preskrizzjonijiet:

(a)

L-aċidi lattiċi, l-aċidu L(-) jew DL maliku u l-aċidu L(+) tartariku huma l-uniċi aċidi li jistgħu jintużaw.

(b)

Iż-żieda tal-aċidi ma għandhiex issir biex jinħeba frodi.

(c)

Hija pprojbita ż-żieda ta’ aċidi minerali.

(d)

L-aċidifikazzjoni kimika u d-deaċidifikazzjoni kimika jeskludu waħda lill-oħra.

(e)

L-aċidi li jintużaw iridu jikkonformaw mal-istandards tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

(f)

L-aċidi jistgħu jiġu miżjuda mal-mosti biss bil-kundizzjoni li l-kontenut inizjali ta’ aċidità ma jiżdiedx b’aktar minn 54 meq/l (jiġifieri 4 g/l espressi f’aċidu tartariku).

Meta l-most u l-inbid jiġu aċidifikati, iż-żieda kumulattiva netta ma għandhiex taqbeż l-54 meq/l (jew 4 g/l espressi f’aċidu tartariku).

2.1.3.1.1.1.   SULFAT TAL-KALĊJU (OENO 583/2017)

Klassifikazzjoni:

Sulfat tal-kalċju: addittiv

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ sulfat tal-kalċju (CaSO4.2H20) mal-most qabel il-fermentazzjoni flimkien mal-aċidu tartariku għall-elaborazzjoni tal-inbejjed likur.

Għanijiet:

(a)

Biex jiġu prodotti nbejjed likur ibbilanċjati mill-perspettiva tat-togħma.

(b)

Biex jiffavorixxi evoluzzjoni bijoloġika tajba u ħażna tajba tal-inbid likur.

(c)

Biex jirrimedja għall-aċidità naturali insuffiċjenti tal-inbejjed likur ikkawżata minn:

il-kundizzjonijiet klimatiċi fir-reġjun tal-vitikultura,

il-prattiki enoloġiċi li jwasslu għal tnaqqis fl-aċidità naturali.

Preskrizzjonijiet:

(a)

L-użu tas-sulfat tal-kalċju jintuża flimkien ma’ livell ta’ aċidu tartariku aktar baxx.

(b)

Huwa ssuġġerit li jsiru testijiet preliminari fil-laboratorju biex jiġu kkalkulati d-dożi tas-sulfat tal-kalċju u tal-aċidu tartariku li jkunu meħtieġa biex jitnaqqas il-pH meħtieġ.

(c)

Id-doża ma għandhiex taqbeż iż-2 g/l ta’ sulfat tal-kalċju minħabba li din tippermetti li jintlaħaq il-pH 3,2 adegwat fil-vinifikazzjoni ta’ dawn il-mosti u li jinkisbu nbejjed ekwilibrati anki fi snin ta’ kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena.

(d)

Il-livell residwu tas-sulfati fl-inbejjed ma għandux jaqbeż il-limitu tal-OIV.

(e)

Il-prattika ma għandhiex issir biex jinħeba frodi.

(f)

L-aċidifikazzjoni kimika u d-deaċidifikazzjoni kimika jeskludu waħda lill-oħra.

(g)

Is-sulfat tal-kalċju li jintuża jrid jikkonforma mal-preskrizzjoni tal-istandards tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.3.1.3.   AĊIDIFIKAZZJONI PERMEZZ TA’ TRATTAMENT BL-ELETTROMEMBRANI (ELETTRODIJALIŻI B’MEMBRANI BIPOLARI) (OENO 360/2010)

Definizzjoni:

Metodu fiżiku għall-estrazzjoni jonika tal-most bl-azzjoni ta’ kamp elettriku li juża membrani permeabbli għall-katjoni u membrani bipolari li jwassal għal żieda fl-aċidità totali u fl-aċidità reali (tnaqqis fil-pH).

Għanijiet:

(a)

Biex iżżid l-aċidità totali u l-aċidità reali (tnaqqis fil-pH).

(b)

Biex tippromwovi karatteristiki bijoloġiċi tajbin u tiffavorixxi l-vinifikazzjoni tajba.

(c)

Biex tiffavorixxi l-maturazzjoni tajba tal-inbid.

(d)

Biex tirrimedja għall-aċidità naturali insuffiċjenti kkawżata minn:

il-kundizzjonijiet klimatiċi fir-reġjun tal-vitikultura, jew

il-prattiki enoloġiċi li jwasslu għal tnaqqis fl-aċidità naturali.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Ara l-folja ġenerali dwar it-tekniki separattivi użati fit-trattament tal-mosti u tal-inbejjed (3) u l-folja dwar l-użu tat-tekniki bil-membrani applikati għall-mosti (4).

(b)

L-aċidifikazzjoni permezz ta’ trattament bl-elettromembrani ma għandhiex issir biex jinħeba frodi.

(c)

Il-membrani katjoniċi għandhom isiru b’mod li jkunu jistgħu jiġu adattati biss għall-estrazzjoni tal-katjoni u b’mod partikolari l-katjoni K+.

(d)

Il-membrani bipolari huma impermeabbli għall-anjoni u għall-katjoni tal-mosti.

(e)

L-aċidifikazzjoni permezz ta’ elettrodijaliżi bipolari għandha titwettaq biss bil-kundizzjoni li l-aċidità inizjali tal-most ma tiżdiedx b’aktar minn 54 meq/l (jiġifieri 4 g/l espressi f’aċidu tartariku). Meta l-mosti u l-inbid jiġu aċidifikati, iż-żieda akkumulata netta ma għandhiex tkun aktar minn 54 meq/l (jiġifieri 4 g/l espressi f’aċidu tartariku).

(f)

L-implimentazzjoni tal-proċess se tkun taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew ta’ tekniku kwalifikat.

(g)

Il-membrani għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.3.1.4.   AĊIDIFIKAZZJONI PERMEZZ TA’ TRATTAMENT BI SKAMBJU TAL-KATJONI (OENO 442/2012)

Definizzjoni:

L-estrazzjoni fiżika parzjali tal-katjoni tal-mosti sabiex tiżdied l-aċidità totali u l-aċidità reali (tnaqqis fil-pH) permezz ta’ skambjatur tal-katjoni.

Għanijiet:

(a)

Biex iżżid l-aċidità totali u l-aċidità reali (tnaqqis fil-pH).

(b)

Biex tipproduċi nbejjed ibbilanċjati minn perspettiva sensorja.

(c)

Biex tippromwovi karatteristiki bijoloġiċi tajba u kwalità ta’ żamma tajba tal-inbid.

Preskrizzjonijiet:

(a)

It-trattament se jitwettaq bl-użu ta’ rażi tal-iskambju tal-katjoni riġenerati fiċ-ċiklu tal-aċidu.

(b)

It-trattament irid ikun limitat għat-tneħħija tal-katjoni żejda.

(c)

Sabiex tiġi evitata l-produzzjoni ta’ frazzjonijiet tal-most, it-trattament se jitwettaq b’mod kontinwu, bl-inkorporazzjoni lineari tal-most ittrattat fil-most oriġinali.

(d)

B’mod alternattiv, ir-raża tista’ tiddaħħal direttament fit-tank tal-most, fil-kwantitajiet meħtieġa, imbagħad tiġi separata bil-metodi tekniċi kollha xierqa.

(e)

L-aċidifikazzjoni trid titwettaq bil-kundizzjoni li l-aċidità inizjali ma tiżdiedx b’aktar minn 54 meq/l. Meta l-most u l-inbid jiġu aċidifikati, iż-żieda kumulattiva netta ma għandhiex taqbeż l-54 meq/l.

(f)

L-operazzjonijiet kollha se jitpoġġew taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew ta’ tekniku kwalifikat.

(g)

Ir-rażi għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.3.2.2.   DEAĊIDIFIKAZZJONI KIMIKA (6/79)

Definizzjoni:

It-tnaqqis tal-aċidità u tal-aċidità reali (żieda fil-pH), biż-żieda ta’ tartrat newtrali tal-potassju, karbonat idroġenat tal-potassju jew karbonat tal-kalċju, li possibbilment ikun fih kwantitajiet żgħar tal-melħ doppju tal-kalċju tal-aċidi L(+) tartariku u L(-) maliku.

Għanijiet:

(a)

Ara 2.2 (5).

(b)

Biex tiffavorixxi d-deaċidifikazzjoni bijoloġika.

Preskrizzjonijiet:

(a)

L-inbid prodott minn most deaċidifikat irid ikun fih mill-anqas 1 g/l ta’ aċidu tartariku.

(b)

Il-proċess tal-formazzjoni tal-melħ doppju (melħ tal-kalċju newtrali tal-aċidu tartariku u maliku) għandu jiġi applikat fil-każ ta’ mosti b’kontenut għoli ħafna ta’ aċidu maliku li għalihom il-preċipitazzjoni tal-aċidu tartariku waħedha ma tipprovdix tnaqqis sodisfaċenti tal-aċidità totali.

(c)

L-għan tad-deaċidifikazzjoni kimika m’għandux ikun li jinħeba frodi.

(d)

Id-deaċidifikazzjoni kimika u l-aċidifikazzjoni kimika jeskludu waħda lill-oħra.

(e)

Il-prodotti miżjuda għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.3.2.4.   DEAĊIDIFIKAZZJONI BL-UŻU TA’ PROĊESS BL-ELETTROMEMBRANI (OENO 483-2012)

Definizzjoni:

Metodu fiżiku ta’ estrazzjoni jonika mill-most bl-azzjoni ta’ kamp elettriku li juża membrani permeabbli bl-anjoni fuq naħa u membrani bipolari fuq in-naħa l-oħra. Il-kombinazzjoni ta’ membrani permeabbli bl-anjoni u membrani bipolari tintuża għall-ġestjoni ta’ tnaqqis fl-aċidità totali u fl-aċidità reali (żieda fil-pH).

Għanijiet:

(a)

Korrezzjoni tal-aċidità naturali żejda kkawżata mill-kundizzjonijiet klimatiċi fir-reġjun tal-inbid permezz tat-tnaqqis tal-aċidità totali u tal-aċidità reali (żieda fil-pH)

(b)

Żvilupp ta’ nbejjed bilanċjati f’termini ta’ togħma

(c)

Promozzjoni ta’ operazzjoni ta’ maturazzjoni tal-inbid mingħajr problemi

Preskrizzjonijiet:

(a)

Irreferi għall-fajl ġenerali dwar it-tekniki separattivi użati fl-ipproċessar tal-mosti u tal-inbejjed (6) u l-fajl dwar l-applikazzjoni tat-tekniki tal-membrani għall-mosti (7).

(b)

Id-deaċidifikazzjoni bl-użu ta’ proċess bl-elettromembrani m’għandhiex tkun intiża biex taħbi difett.

(c)

Il-membrani anjoniċi jridu jkunu magħmulin b’mod li jippermettu biss l-estrazzjoni tal-anjoni u b’mod partikolari l-aċidi organiċi mill-most.

(d)

Il-membrani bipolari huma impermeabbli għall-anjoni u għall-katjoni fil-most.

(e)

L-inbid minn most deaċidifikat irid ikun fih mill-anqas 1 g/l ta’ aċidu tartariku.

(f)

Id-deaċidifikazzjoni permezz ta’ proċess bil-membrani u l-aċidifikazzjoni jeskludu lil xulxin.

(g)

Enologu jew tekniku kwalifikat se jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-proċess.

(h)

Il-membrani li jintużaw iridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet kontenuti fil-“Kodiċi Enoloġiku Internazzjonal i”.

2.1.3.2.5   TRATTAMENT BIL-KARBONAT TAL-POTASSJU (OENO 580-2017)

Klassifikazzjoni:

Għajnuniet għall-ipproċessar

Definizzjoni:

It-tnaqqis tal-aċidità u tal-aċidità reali (żieda fil-pH), biż-żieda ta’ tartrat newtrali tal-potassju, karbonat idroġenat tal-potassju, karbonat tal-potassju jew karbonat tal-kalċju, li possibbilment ikun fih kwantitajiet żgħar tal-melħ doppju tal-kalċju tal-aċidi L(+) tartariku u L(-) maliku.

Għanijiet:

(a)

Ara 2.1.3.2 (8)

(b)

Għad-deaċidifikazzjoni tal-most.

Preskrizzjonijiet:

(a)

L-inbid prodott minn most deaċidifikat għandu jkun fih mill-anqas 1 g/l ta’ aċidu tartariku għal raġunijiet ta’ kwalità tal-inbid.

(b)

Il-proċess tal-formazzjoni tal-melħ doppju (melħ tal-kalċju newtrali tal-aċidu tartariku u maliku) għandu jiġi applikat fil-każ ta’ mosti b’kontenut għoli ħafna ta’ aċidu maliku li għalihom il-preċipitazzjoni tal-aċidu tartariku waħedha ma tipprovdix tnaqqis sodisfaċenti tal-aċidità totali.

(c)

L-għan tad-deaċidifikazzjoni kimika m’għandux ikun li jinħeba frodi.

(d)

Id-deaċidifikazzjoni kimika u l-aċidifikazzjoni kimika jeskludu waħda lill-oħra.

(e)

Il-prodotti miżjuda għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.4.   UŻU TA’ ENZIMI GĦALL-KJARIFIKAZZJONI (OENO 11/04, OENO 498-2013)

Klassifikazzjoni:

Arabinanażi: għajnuna għall-ipproċessar

Ċellulażi: għajnuna għall-ipproċessar

Galattanażi: għajnuna għall-ipproċessar

Pektina lażi: għajnuna għall-ipproċessar

Pektinametilesterażi: għajnuna għall-ipproċessar

Poligalatturonażi: għajnuna għall-ipproċessar

Emiċellulażi: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda mal-most ta’ preparazzjonijiet enzimatiċi li fihom attivitajiet li jikkatalizzaw id-degradazzjoni tal-makromolekuli tal-għeneb li jkunu daħlu fil-most waqt l-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni tal-meraq, kif ukoll ta’ betaglukani prodotti mill-fungus Botrytis cinerea.

L-attivitajiet tal-enzimi involuti fil-kjarifikazzjoni tal-mosti jinkludu b’mod partikolari l-poligalatturonażi, il-pektina lażi, il-pektinemetilesterażi, u sa ċertu punt anqas l-arabinanażi, il-galattanażi, ir-ramnogalatturonażi, iċ-ċellulażi u l-emiċellulażi kif ukoll il-β-glukanażi jekk il-mosti jkun ġejjin minn għeneb botritizzat.

Għan:

Biex jiffaċilita l-kjarifikazzjoni tal-mosti.

Preskrizzjoni:

L-enzimi li jintużaw iridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.6.   TRATTAMENT BIL-ĠELATINA (OENO 5/97)

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ ġelatina mal-most

Għanijiet:

(a)

It-tnaqqis tal-komposti polifenoliċi fil-most, sabiex titnaqqas l-astrinġenza tal-most qabel il-fermentazzjoni.

(b)

It-tnaqqis tal-partiċelli li huma insolubbli fil-most.

Preskrizzjoni:

Din il-ġelatina trid tikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.7.   ŻIEDA TAT-TANNIN (16/70)

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ tannin mal-most.

Għanijiet:

(a)

Biex tiffaċilita l-kjarifikazzjoni tal-inbejjed ġodda permezz ta’ preċipitazzjoni parzjali tal-materjal proteinaċju eċċessiv.

(b)

Biex tiffaċilita l-irfinar tal-inbejjed.

Preskrizzjoni:

It-tannini li jintużaw għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.8.   TRATTAMENT BIL-BENTONITI (16/70)

Klassifikazzjoni:

Bentoniti: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ bentoniti mal-most.

Għan:

It-trattament preventiv għaċ-ċpar tal-proteini u tar-ram.

Preskrizzjoni:

Is-sustanzi li jintużaw għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.9.   TRATTAMENT BIL-KARBONJU (16/70), (OENO 3/02)

Klassifikazzjoni:

Karbonju enoloġiku: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ karbonju mal-mosti.

Għanijiet:

(a)

Biex jiġu korretti l-karatteristiki organolettiċi tal-inbid li jkun ġej minn mosti affetwati minn fungi bħall-grey rot jew l-oïdium.

(b)

Biex jiġu eliminati kontaminanti possibbli.

(c)

Biex jiġi korrett il-kulur ta’:

mosti bojod derivati mill-meraq abjad ta’ għeneb aħmar,

mosti sofor ħafna derivati minn varjetajiet ta’ għeneb abjad,

mosti ossidizzati.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Il-kwantità ta’ karbonju xott li jintuża għandha tkun anqas minn 100 g/hl ta’ most.

(b)

Il-karbonju miżjud għandu jikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.10.   TRATTAMENT BID-DIOSSIDU TAS-SILIĊJU (1/91)

Definizzjoni:

Iż-żieda mal-most ta’ soluzzjoni kollojdali tad-diossidu tas-siliċju flimkien maż-żieda ta’ soluzzjoni tal-ġelatina.

Għan:

Biex tinkiseb il-flokkulazzjoni tal-ġelatina bil-għan ta’ kjarifikazzjoni.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Il-prodott jiġi miżjud mal-most.

(b)

Huma meħtieġa testijiet preliminari biex jiġu determinati l-aqwa dożi tad-diossidu tas-siliċju kollojdali u tal-ġelatina.

(c)

Il-prodotti miżjuda għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.14.   FLOTAZZJONI (OENO 2/99)

Definizzjoni:

Operazzjoni li tikkonsisti fl-injettar ta’ gass fil-most b’mod li jġiegħel il-partiċelli jew il-mikroorganiżmi jitilgħu fil-wiċċ tiegħu.

Għanijiet:

(a)

Biex tinkiseb kjarifikazzjoni rapida biż-żieda ta’ aġenti kjarifikanti jew mingħajrhom.

(b)

Biex titnaqqas il-popolazzjoni indiġena tal-mikroorganiżmi qabel il-fermentazzjoni alkoħolika għall-użu sussegwenti ta’ ħmira magħżula.

(c)

Kjarifikazzjoni kontinwa sabiex tiġi regolarizzata l-kwantità tal-elementi li għandhom jiġu eliminati.

(d)

U possibbilment, biex tiżdied l-ossiġenazzjoni waqt il-kjarifikazzjoni.

Preskrizzjonijiet:

Il-kjarifikazzjoni tista’ ssir:

(a)

protetta mill-arja bl-użu tan-nitroġenu jew tad-diossidu tal-karbonju, jew bl-arjazzjoni biex tiġi inkoraġġita l-ossidazzjoni ta’ komposti ossidabbli u l-kulur tal-inbid isir aktar stabbli bl-arjazzjoni;

(b)

f’temperatura ambjentali, wara tkessiħ jew bl-użu ta’ sistemi kontinwi li jippermettu l-kontroll f’ħin reali tal-aġenti kjarifikanti u tal-veloċità tal-kjarifikazzjoni;

(c)

jew b’mod statiku bl-użu ta’ kontenituri xierqa;

(d)

Il-prodotti li jintużaw iridu jikkonformaw mal-istandards tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.15.   TRATTAMENT BIL-KASEINAT TAL-POTASSJU (OENO 4/04)

Klassifikazzjoni:

Kaseinat tal-potassju: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ kaseinat tal-potassju mal-mosti fil-forma ta’ sospensjoni kollojdali jew flimkien ma’ aġenti oħra tal-irfinar.

Għan:

Li jiġu eliminati l-komposti polifenoliċi ossidizzati jew dawk il-komposti li jistgħu jossidaw.

Preskrizzjoni:

Il-kaseinat tal-potassju jrid jikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.16.   TRATTAMENT BIL-KASEINA (OENO 5/04)

Klassifikazzjoni:

Kaseina (kaseinat tal-kalċju): għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ kaseina mal-mosti fil-forma ta’ sospensjoni kollojdali jew flimkien ma’ prodotti oħra tal-irfinar.

Għan:

L-eliminazzjoni ta’ komposti polifenoliċi jew ta’ dawk suxxettibbli għall-ossidazzjoni.

Preskrizzjoni:

Il-kaseina li tintuża trid tikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.17.   IRFINAR BL-UŻU TA’ PROTEINI TA’ ORIĠINI MILL-PJANTI (OENO 7/04)

Għanijiet:

L-użu ta’ proteini ta’ oriġini mill-pjanti għall-irfinar tal-mosti biex jittejbu ċ-ċarezza, l-istabbiltà u t-togħma tagħhom.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Id-doża li għandha tintuża tiġi determinata wara prova ta’ test preliminari. Id-doża massima ta’ użu għandha tkun anqas minn 50 g/hl. Id-doża miżmuma tikkorrispondi għall-kampjun li jipproduċi ċ-ċarezza mfittxa u jagħti riżultat aħjar għad-dewqan.

(b)

Il-proteini ta’ oriġini mill-pjanti jistgħu jintużaw ma’ prodotti ammessi oħra bħat-tannini, il-bentonit, il-ġell tas-silika.

(c)

Il-proteini ta’ oriġini mill-pjanti jridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.18.   UŻU TA’ ENZIMI GĦAT-TITJIB TAL-FILTRABBILTÀ (OENO 14/04, OENO 499-2013)

Klassifikazzjoni:

Arabinanażi: għajnuna għall-ipproċessar

Ċellulażi: għajnuna għall-ipproċessar

Galattanażi: għajnuna għall-ipproċessar

Pektina lażi: għajnuna għall-ipproċessar

Pektinametilesterażi: għajnuna għall-ipproċessar

Poligalatturonażi: għajnuna għall-ipproċessar

Emiċellulażi: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda mal-most ta’ preparazzjonijiet enzimatiċi li fihom attivitajiet li jikkatalizzaw id-degradazzjoni tal-makromolekuli li jsoddu tal-għeneb li jkunu daħlu fil-most waqt l-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni tal-meraq.

L-attivitajiet tal-enzimi involuti fit-titjib tal-filtrabbiltà tal-mosti jinkludu b’mod partikolari l-poligalatturonażi, il-pektina lażi, il-pektinametilesterażi, u sa ċertu punt anqas l-arabinanażi, il-galattanażi, ir-ramnogalatturonażi, iċ-ċellulażi, l-emiċellulażi, kif ukoll il-β-glukanażi jekk il-mosti jkunu ġejjin minn għeneb botritizzat.

Għan:

Biex itejjeb il-filtrabbiltà tal-mosti b’idroliżi speċifika tal-kollojdi.

Preskrizzjoni:

L-enzimi li jintużaw iridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.19.   UŻU TA’ ENZIMI GĦAR-RILAXX TA’ SUSTANZI LI JAGĦTU T-TOGĦMA (OENO 16/04, OENO 498-2013)

Klassifikazzjoni:

Glikosidażi: għajnuna għall-ipproċessar

Glukosidażi: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda mal-most ta’ preparazzjonijiet enzimatiċi li fihom attivitajiet li jikkatalizzaw l-idroliżi tal-porzjon sakkaridu tas-sustanzi aromatiċi glikosilati (prekursuri tat-togħma) tal-għenba, bħat-terpeni glikosilati.

L-attivitajiet tal-enzimi involuti fir-rilaxx ta’ sustanzi li jagħtu t-togħma huma l-glikosidażi u l-glukosidażi. Skont il-grad ta’ inibizzjoni mill-glukożju, dawn l-enzimi jistgħu jsiru attivi biss wara li tkun intemmet il-fermentazzjoni.

Għan:

Biex jittejjeb il-potenzjal aromatiku tal-most.

Preskrizzjoni:

L-enzimi li jintużaw iridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.20.   TRATTAMENT B’KOPOLIMERI ADSORBENTI PVI/PVP (OENO 1/07, OENO 262-2014)

Definizzjoni:

Iż-żieda tal-kopolimeri polivinilimidażol – polivinilpirrolidon (PVI/PVP) sabiex jitnaqqas il-kontenut ta’ ram, ħadid u ta’ metalli tqal.

Għanijiet:

(a)

Biex jiġu evitati difetti kkawżati minn kontenut għoli wisq ta’metall (pereżempju ferric casse).

(b)

Biex titnaqqas il-konċentrazzjoni għolja mhux mixtieqa ta’ metalli minħabba:

most ikkontaminat b’katjoni tal-metall (pereżempju b’residwi minn prodotti fitosanitarji li jkun fihom ir-ram),

il-kontaminazzjoni b’katjoni tal-metall matul it-trattament tal-most mit-tagħmir tal-vinifikazzjoni.

Preskrizzjonijiet:

(a)

L-ammont li jintuża għandu jkun anqas minn 500 mg/l.

(b)

Meta l-mosti u l-inbid jiġu ttrattati bil-kopolimeri PVI/PVP, id-doża akkumulata għandha tkun anqas minn 500 mg/l.

(c)

Il-kopolimeri għandhom jiġu eliminati permezz ta’ filtrazzjoni sa mhux aktar tard minn jumejn wara ż-żieda b’kont meħud tal-prinċipju ta’ prekawzjoni. Fil-każ ta’ mosti mdardra, il-kopolimeru jrid jiġi miżjud mhux aktar kmieni minn massimu ta’ jumejn qabel il-filtrazzjoni.

(d)

Il-kopolimeri adsorbenti li jintużaw għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali u b’mod partikolari mal-limiti tal-monomeri.

(e)

L-implimentazzjoni tal-proċedura għandha titqiegħed taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew ta’ tekniku speċjalizzat.

2.1.21.   TRATTAMENT BL-AĊIDU D,L-TARTARIKU (OENO 3/08)

Klassifikazzjoni:

Aċidu D, L-tartariku: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda tal-aċidu D,L-tartariku jew tal-melħ tal-potassju tal-aċidu D,L-tartariku fil-most

Għan:

It-tnaqqis ta’ livelli eċċessivi ta’ kalċju

Preskrizzjonijiet:

(a)

It-trattament jipproduċi melħ partikolarment insolubbli. L-użu tal-aċidu D,L-tartariku huwa soġġett għal ċerti regolamenti.

(b)

It-trattament se jitqiegħed taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew ta’ tekniku speċjalista.

(c)

Il-prodotti miżjuda għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.22.   IRFINAR BL-UŻU TAL-KITOSAN (OIV-OENO 336 A-2009)

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ kitosan ta’ oriġini fungali għall-iskop ta’ rfinar tal-mosti

Għanijiet:

(a)

Biex jiġu faċilitati s-sedimentazzjoni u l-kjarifikazzjoni.

(b)

Biex jitwettaq trattament għall-evitar taċ-ċpar mill-proteini.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Id-dożi li għandhom jintużaw jiġu determinati wara ttestjar preliminari. Id-doża rakkomandata li tintuża għandha tkun ta’ 100 g/hl jew anqas.

(b)

Il-kitosan irid jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.23.   IRFINAR BL-UŻU TAL-KITIN-GLUKAN (OIV-OENO 336B-2009)

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ kitin-glukan ta’ oriġini fungali għall-iskop ta’ rfinar tal-mosti

Għanijiet:

(a)

Biex jiġu faċilitati s-sedimentazzjoni u l-kjarifikazzjoni.

(b)

Biex jitwettaq trattament għall-evitar taċ-ċpar mill-proteini.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Id-dożi li għandhom jintużaw jiġu determinati wara ttestjar preliminari. Id-doża rakkomandata li tintuża għandha tkun ta’ 100 g/hl jew anqas.

(b)

Il-kumpless tal-kitin-glukan irid jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.1.24.   IRFINAR BL-UŻU TA’ ESTRATTI TAL-PROTEINA TAL-ĦMIRA (OENO 416-2011)

Klassifikazzjoni:

Estratti tal-proteina tal-ħmira: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ estratti tal-proteina tal-ħmira għall-irfinar tal-mosti

Għanijiet:

(a)

Li jiġi faċilitat it-tiswib minn ġo bittija għal oħra tal-mosti.

(b)

Li titnaqqas it-turbidità tal-mosti permezz tal-preċipitazzjoni tal-partiċelli sospiżi.

(c)

Li titnaqqas il-kwantità ta’ tannin.

(d)

Li tittejjeb il-filtrabbiltà tal-inbid derivat minn mosti rfinati.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Id-dożi li jintużaw jiġu determinati minn qabel permezz ta’ provi fil-laboratorju (punt tal-irfinar).

(b)

Id-doża massima li għandha tintuża, determinata b’test tal-effiċjenza fil-laboratorju, ma għandhiex taqbeż it-30 g/hl.

(c)

L-estratti tal-proteina tal-ħmira jistgħu jintużaw waħedhom jew flimkien ma’ prodotti awtorizzati oħra għall-irfinar.

(d)

Id-depożiti mill-irfinar tal-mosti jiġu eliminati mill-mosti permezz ta’ proċessi fiżiċi.

(e)

L-estratti tal-proteina tal-ħmira jridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.2.3.   PRESERVAZZJONI BIŻ-ŻIEDA TA’ DIOSSIDU TAL-KARBONJU MAL-MOST JEW BIL-KARBONAZZJONI TAL-MOST (16/70)

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ diossidu tal-karbonju taħt pressjoni mal-most, biex ifixkel il-fermentazzjoni tiegħu.

Għanijiet:

(a)

Il-preservazzjoni ta’ most maħsub għall-manifattura tal-meraq.

(b)

It-tnaqqis jew il-waqfien tal-fermentazzjoni mingħajr intervent ieħor.

Preskrizzjoni:

Il-gass li jintuża għandu jikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.2.4.   PASTORIZZAZZJONI (5/88)

Definizzjoni:

It-tisħin tal-most sa temperatura speċifikata għal ħin partikolari.

Għanijiet:

(a)

Biex tinibixxi l-attività tal-mikroorganiżmi preżenti fil-most fil-mument tat-trattament.

(b)

Biex tinattiva l-enzimi preżenti fil-most.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Il-pastorizzazzjoni ssir bl-ingrossa billi l-most jiġi mgħoddi minn skambjatur tas-sħana segwit minn tkessiħ rapidu.

(b)

Iż-żieda fit-temperatura u l-metodi li jintużaw ma għandhom jikkawżaw l-ebda bidla fid-dehra, fil-kulur, fir-riħa jew fit-togħma tal-most.

2.2.5.   PROTEZZJONI TAĦT ATMOSFERA INERTI (16/70)

Klassifikazzjoni:

Nitroġenu: għajnuna għall-ipproċessar

Argon: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Operazzjoni konsistenti mal-ħolqien ta’ atmosfera inerti bl-użu tan-nitroġenu, tad-diossidu tal-karbonju u/jew tal-argon.

Għan:

Biex iżżomm il-most protett mill-arja biex tiġi evitata l-ossidazzjoni u t-tkabbir ta’ organiżmi aerobiċi.

Preskrizzjoni:

In-nitroġenu, id-diossidu tal-karbonju u l-argon għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.2.6.   TRATTAMENT BIL-LIŻOŻIMA (OENO 6/97)

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ liżożima mal-most.

Għanijiet:

(a)

Il-kontroll tat-tkabbir u tal-attività tal-batterji responsabbli għall-fermentazzjoni malolattika tal-most.

(b)

It-tnaqqis tar-rata tad-diossidu tal-kubrit.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Skont l-esperimenti, id-doża massima ta’ 500 mg/l tidher li hija suffiċjenti biex tikkontrolla t-tkabbir u l-attività tal-batterji responsabbli għall-fermentazzjoni malolattika waqt il-fermentazzjoni alkoħolika.

(b)

Il-liżożima ma tistax tissostitwixxi b’mod sħiħ is-SO2 li għandu karatteristiki antiossidanti. L-assoċjazzjoni ta’ SO2 + liżożima tipprovdi nbejjed aktar stabbli.

(c)

Meta l-most u l-inbid jiġu ttrattati bil-liżożima, id-doża akkumulata ma tridx taqbeż il-500 mg/l.

(d)

Il-prodott irid jikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.2.7.   TRATTAMENT BL-AĊIDU ASKORBIKU (OENO 11/01)

Klassifikazzjoni:

Aċidu askorbiku: addittiv

Aċidu eritorbiku: addittiv

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ aċidu askorbiku mal-most.

Għanijiet:

(a).

Il-protezzjoni tas-sustanzi aromatiċi tal-għenba, permezz tal-proprjetajiet antiossidanti tal-prodott, kontra l-influwenza tal-ossiġenu fl-arja.

(b).

Biex jillimita l-formazzjoni tal-etanal waqt il-fermentazzjoni alkoħolika, permezz tal-kombinazzjoni mad-diossidu tal-kubrit.

(c)

Biex jillimita l-formazzjoni ta’ sulfur tal-idroġenu u ta’ tijoli volatili mill-fermentazzjoni.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Huwa rakkomandat li l-aċidu askorbiku jiġi miżjud immedjatament wara t-tgħaffiġ tal-għeneb.

(b)

Id-doża li tintuża, akkumulata jekk ikun meħtieġ, ma’ dik użata fuq l-għeneb, ma għandhiex taqbeż il-250 mg/l.

(c)

Huwa rakkomandat li l-aċidu askorbiku jintuża mad-diossidu tal-kubrit.

(d)

L-aċidu askorbiku għandu jikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.2.9.   TRATTAMENT BL-UŻU TA’ ĦMIRA INATTIVATA B’LIVELLI GARANTITI TA’ GLUTATIJON (OIV-OENO 532/2017)

Klassifikazzjoni (9):

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ ħmira inattivata li ċ-ċelloli tagħha jkollhom livelli mnaqqsa garantiti ta’ glutatijon.

Għanijiet:

(a)

Biex jillimita l-ossidazzjoni ta’ ċerti komposti aromatiċi varjetali żvelati bil-metaboliżmu tal-ħmira (b’mod partikolari tijoli).

(b)

Biex jippromwovi l-metaboliżmu tal-ħmira permezz tal-forniment ta’ komposti nutrizzjonali li jinsabu fin-natura.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Hija rakkomandata ż-żieda ta’ ħmira inattivata b’livelli garantiti ta’ glutatijon fil-bidu jew matul il-fermentazzjoni alkoħolika, waqt li jkun żgurat li l-livell ta’ nitroġenu assimilabbli jkun suffiċjenti biex jiġi evitat l-użu tal-glutatijon mill-ħmira fermentattiva.

(b)

Id-doża ta’ glutatijon li tintuża, kemm jekk fornita direttament jew permezz ta’ ħmira b’livelli garantiti ta’ glutatijon, m’għandhiex taqbeż l-20 mg/l, sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ tnaqqis jew it-tfaċċar ta’ togħma tal-ħmira.

(c)

Il-ħmira inattivata b’livelli garantiti ta’ glutatijon għandu jkun fiha forma mnaqqsa ta’ glutatijon; dan jista’ jkun akkumpanjat mill-preżenza tal-prekursuri tiegħu (ċisteina u b’mod partikolari gamma-glutamilċisteina).

(d)

Il-ħmira inattivata b’livelli garantiti ta’ glutatijon għandha tikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.3.1.   INOKULAZZJONI BIL-ĦMIRA (16/70, ECO 3/03) (OENO 546/2016)

Definizzjoni:

L-inokulazzjoni ta’ most, qabel jew waqt il-fermentazzjoni tiegħu, bil-għajnuna ta’ inokulu starter imħejji jew minn ħmira indiġena jew minn ħmira magħżula.

Għanijiet:

(a)

Biex tibda, tirregola u tħaffef il-fermentazzjoni, speċjalment fil-każ ta’ vinifikazzjonijiet, li jkunu qegħdin jipproċedu bil-mod wisq.

(b)

Biex terġa’ tiġi attivata fermentazzjoni interrotta.

(c)

Biex tiffaċilita t-tnaqqis tal-glukożju u tal-fruttożju.

(d)

Biex tbiddel l-aċidità tal-inbid permezz ta’ sinteżi jew it-tkissir tal-aċidi organiċi.

(e)

Biex tipproduċi aċidità anqas volatili, speċjalment fil-każ ta’ mosti b’livelli għoljin ta’ zokkor.

(f)

Biex taffettwa l-proprjetajiet sensorjali tal-inbid (l-aromi, is-sensazzjoni fil-ħalq).

Preskrizzjonijiet:

(a)

Għandha tintuża l-ħmira jew it-taħlita ta’ ħmejjer adatti għall-għan mixtieq.

(b)

Fil-każ tan-non-Saccharomyces, iż-żieda sseħħ qabel jew fl-istess ħin bħal fil-każ tas-Saccharomyces.

(c)

L-istarters kummerċjali miżjuda jistgħu jkunu kulturi puri jew taħlitiet ta’ razez ta’ Saccharomyces u razez mhux Saccharomyces.

(d)

Meta tintuża ħmira magħżula, attiva (Saccharomyces u mhux Saccharomyces), din għandha tikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.3.2.   ATTIVATURI TAL-FERMENTAZZJONI (OENO 7/97; 14/05)

Klassifikazzjoni:

Awtolisati tal-ħmira: għajnuna għall-ipproċessar

Ċelluloża Mikrokristallina: għajnuna għall-ipproċessar

Ċelluloża: għajnuna għall-ipproċessar

Ħmira inattivata: għajnuna għall-ipproċessar

Mono- u digliċeridi ta’ aċidi grassi: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda mal-ħsad jew mal-most, qabel jew matul il-fermentazzjoni alkoħolika, tal-attivaturi tal-fermentazzjoni.

Għanijiet:

Biex jiffavorixxu l-bidu jew it-tlestija tal-fermentazzjoni alkoħolika:

(a)

billi jarrikkixxu l-ambjent b’elementi nutrittivi (nitroġenu ammonijakali, nitroġenu amidat u peptidiku) u fatturi ta’ tkabbir (tijamina, aċidi grassi b’katina twila),

(b)

fid-ditossifikazzjoni tal-ambjent permezz tal-assorbiment ta’ inibituri tal-ħmira bħall-aċidi grassi b’katina medja (rwol ta’ appoġġ għaċ-ċelloli inerti, iċ-ċelluloża).

Preskrizzjonijiet:

(a)

L-attivaturi jistgħu jkunu ċelluloża mikrokristallina, melħ ammonijakali, tijamina jew prodotti ġejjin mid-degradazzjoni tal-ħmira (awtolisati, qxur taċ-ċelloli, ċelloli inerti).

(b)

L-attivaturi tal-fermentazzjoni jridu jikkonformaw mal-preskrizzjoni tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.3.3.   TRATTAMENT BIT-TIJAMINA (6/76)

Klassifikazzjoni:

Kloridrat tat-tijamina: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ tijamina mal-most.

Għanijiet:

(a)

Biex iħaffef il-fermentazzjoni alkoħolika.

(b)

Biex inaqqas il-formazzjoni, waqt il-fermentazzjoni alkoħolika, ta’ sustanzi li jistgħu jingħaqdu mad-diossidu tal-kubrit u wkoll biex jippermetti tnaqqis fid-doża.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Skont l-esperimenti li saru s’issa, doża ta’ 60 mg/hl hija biżżejjed.

(b)

Il-prodott għandu jikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.3.4.   TRATTAMENT BIL-QXUR TAL-ĦMIRA (5/88)

Klassifikazzjoni:

Qxur tal-ħmira: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda mal-most, mal-most li jkun qiegħed jiffermenta jew mal-inbid, ta’ preparazzjoni ta’ qxur tal-ħmira.

Għanijiet:

(a)

Biex jipprevjeni t-twaħħil tal-fermentazzjoni alkoħolika.

(b)

Biex jiffaċilita t-tlestija ta’ fermentazzjonijiet bil-mod.

(c)

Biex jittratta fermentazzjonijiet “mwaħħlin”.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Il-qxur tal-ħmira jiġu miżjuda qabel jew fil-bidu tal-fermentazzjoni għall-għan (a); fit-tmiem tal-fermentazzjoni għall-għan (b); qabel l-inokulazzjoni bil-ħmira għall-għan (c).

(b)

Id-dożi li jintużaw ma għandhomx ikunu akbar minn 40 g/hl.

(c)

Il-qxur tal-ħmira għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

2.3.9.   MAĊERAZZJONI SĦUNA TA’ GĦENEB AĦMAR WARA L-FERMENTAZZJONI MSEJĦA MAĊERAZZJONI SĦUNA FINALI (OENO 13/05)

Definizzjoni:

Proċedura li tinvolvi t-titwil tal-maċerazzjoni fermentattiva bl-użu ta’ maċerazzjoni sħuna wara l-fermentazzjoni.

Għanijiet:

(a)

Biex jitlesta r-rilaxx ta’ komposti tal-qoxra mwettaq permezz ta’ maċerazzjoni prefermentattiva u maċerazzjoni fermentattiva.

(b)

Biex tittejjeb l-istruttura polifenolika tal-inbid u l-karatteristiki tal-kulur.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Din it-teknika ma għandhiex tintuża waqt ħsad b’defiċjenzi fl-istatus tas-saħħa.

(b)

Żgura li l-fermentazzjoni alkoħolika titlesta kompletament.

(c)

Ipproteġi mill-fenomeni ossidattivi, b’mod partikolari matul il-fażi tat-tisħin tal-inbid bid-diossidu tal-karbonju.

(d)

Tella’ t-temperatura tat-taħlitiet tal-inbid għal 40 sa 45 °C.

(e)

Stabbilixxi t-tul tal-maċerazzjoni sħuna skont il-karatteristiki tal-għeneb u t-tip tal-inbid li jkun irid jinkiseb.

(f)

Kessaħ it-taħlitiet tal-inbid qabel it-tneħħija mit-tank u l-ippressar.

3.1.1.1.   AĊIDIFIKAZZJONI KIMIKA (OENO 4/99, OENO 14/01)

Definizzjoni:

Iż-żieda fl-aċidità totali u fl-aċidità reali (tnaqqis tal-pH) biż-żieda ta’ aċidi organiċi.

Għanijiet:

(a)

Biex tipproduċi nbejjed ibbilanċjati mill-perspettiva tat-togħma.

(b)

Biex tiffavorixxi evoluzzjoni bijoloġika tajba u maturazzjoni tajba tal-inbid.

(c)

Biex tirrimedja għall-aċidità naturali insuffiċjenti kkawżata minn:

il-kundizzjonijiet klimatiċi fir-reġjun tal-vitikultura, jew

il-prattiki enoloġiċi li jwasslu għal tnaqqis fl-aċidità naturali.

Preskrizzjonijiet:

(a)

L-aċidi lattiċi, l-aċidu L(-) jew DL maliku u l-aċidu L(+) tartariku u l-aċidu ċitriku huma l-uniċi aċidi li jistgħu jintużaw.

(b)

Il-kontenut ta’ aċidu ċitriku fl-inbid wara din il-proċedura m’għandux jaqbeż il-limitu stabbilit fl-Anness C tal-Kompendju Internazzjonali ta’ Metodi għall-Analiżi tal-Inbid u l-Most.

(c)

Iż-żieda tal-aċidi ma għandhiex issir biex jinħeba frodi.

(d)

Hija pprojbita ż-żieda ta’ aċidi minerali.

(e)

L-aċidifikazzjoni kimika u d-deaċidifikazzjoni kimika jeskludu waħda lill-oħra.

(f)

L-aċidi li jintużaw iridu jikkonformaw mal-istandards tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

(g)

L-aċidi jistgħu jiġu miżjuda mal-inbid biss bil-kundizzjoni li l-aċidità inizjali ma tiżdiedx b’aktar minn 54 meq/l (jiġifieri 4 g/l espressi bħala aċidu tartariku).

Meta l-mosti u l-inbid jiġu aċidifikati, id-doża kumulata ma għandhiex taqbeż żieda kumulattiva netta ta’ 54 meq/l (jew 4 g/l espressi bħala aċidu tartariku).

3.1.1.4.   AĊIDIFIKAZZJONI PERMEZZ TA’ TRATTAMENT BL-ELETTROMEMBRANI (ELETTRODIJALIŻI B’MEMBRANI BIPOLARI) (OENO 361/2010)

Definizzjoni:

Metodu fiżiku għall-estrazzjoni jonika fl-inbid bl-azzjoni ta’ kamp elettriku li juża membrani permeabbli biss għall-katjoni fuq naħa waħda, u membrani bipolari fuq in-naħa l-oħra, u jippermetti żieda tal-aċidità totali u tal-aċidità reali (tnaqqis tal-pH).

Għanijiet:

(a)

Biex iżżid l-aċidità totali u l-aċidità reali (tnaqqis tal-pH).

(b)

Biex jinkisbu nbejjed b’karatteristiki ta’ togħma bbilanċjati.

(c)

Biex tippromwovi evoluzzjoni bijoloġika tajba u ħażna xierqa tal-inbid.

(d)

Biex tirrimedja għall-aċidità naturali insuffiċjenti kkawżata minn:

il-kundizzjonijiet klimatiċi fir-reġjun tal-vitikultura, jew

il-prattiki enoloġiċi li jwasslu għal tnaqqis fl-aċidità naturali.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Ara l-folja ġenerali dwar it-tekniki separattivi użati fit-trattament tal-inbejjed u l-mosti (10) u l-folja dwar l-użu ta’ tekniki bil-membrani applikati għall-mosti (11).

(b)

L-aċidifikazzjoni permezz ta’ trattament bl-elettromembrani ma għandhiex issir biex jinħeba frodi.

(c)

Il-membrani katjoniċi għandhom isiru b’mod li jkunu adattati biss għall-estrazzjoni tal-katjoni u b’mod partikolari l-katjoni K+.

(d)

Il-membrani bipolari huma impermeabbli għall-anjoni u għall-katjoni tal-inbid.

(e)

L-aċidifikazzjoni b’elettrodijaliżi tista’ titwettaq biss jekk l-aċidità inizjali tal-most ma tkunx żdiedet b’aktar minn 54 meq/l.

(f)

Meta l-most u l-inbid jiġu aċidifikati, l-aċidità miżjuda totali ma għandhiex taqbeż l-54 meq/l.

(g)

L-implimentazzjoni tal-proċess se tkun taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew ta’ tekniku kwalifikat.

(h)

Il-membrani għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.1.1.5.   AĊIDIFIKAZZJONI PERMEZZ TA’ TRATTAMENT BI SKAMBJU TAL-KATJONI (OENO 443-2012)

Definizzjoni:

L-estrazzjoni fiżika parzjali tal-katjoni mill-inbid sabiex tiżdied l-aċidità totali u l-aċidità reali (tnaqqis fil-pH) permezz ta’ skambju tal-katjoni

Għanijiet:

(a)

Biex iżżid l-aċidità totali u l-aċidità reali (tnaqqis fil-pH).

(b)

Biex tipproduċi nbejjed b’bilanċ sensorju tajjeb.

(c)

Biex tippromwovi karatteristiki bijoloġiċi tajba u kwalità ta’ żamma tajba tal-inbid.

Preskrizzjonijiet:

(a)

It-trattament se jitwettaq bl-użu ta’ rażi tal-iskambju tal-katjoni riġenerati fiċ-ċiklu tal-aċidu.

(b)

It-trattament irid ikun limitat għat-tneħħija tal-katjoni żejda.

(c)

Biex tiġi evitata l-produzzjoni ta’ frazzjonijiet tal-inbid, it-trattament se jitwettaq b’mod kontinwu, bl-inkorporazzjoni lineari tal-inbid ittrattat fl-inbid oriġinali.

(d)

B’mod alternattiv, ir-raża tista’ tiddaħħal direttament fit-tank tal-most, fil-kwantitajiet meħtieġa, imbagħad tiġi separata bil-metodi tekniċi kollha xierqa.

(e)

L-aċidifikazzjoni trid titwettaq bil-kundizzjoni li l-aċidità inizjali ma tiżdiedx b’aktar minn 54 meq/l. Meta l-most u l-inbid jiġu aċidifikati, iż-żieda kumulattiva netta ma għandhiex taqbeż l-54 meq/l.

(f)

L-operazzjonijiet kollha se jitpoġġew taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew ta’ tekniku kwalifikat.

(g)

Ir-rażi għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali (12).

3.1.2.   DEAĊIDIFIKAZZJONI (6/79)

Definizzjoni:

It-tnaqqis tal-aċidità totali u tal-aċidità reali (żieda tal-pH).

Għan:

Il-produzzjoni ta’ nbejjed b’bilanċ sensorju aħjar

Preskrizzjonijiet:

L-għan jista’ jinkiseb:

(a)

b’mod spontanju, sew jekk bil-preċipitazzjoni tal-aċidu tartariku fil-forma ta’ bitartrat tal-potassju [ara Deaċidifikazzjoni fiżika; Preskrizzjonijiet (b) (13)], jew bid-degradazzjoni tal-aċidu maliku (ara Deaċidifikazzjoni mikrobijoloġika permezz ta’ batterji lattiċi (14)),

(b)

bit-taħlit ma’ nbejjed anqas aċidużi (ara Taħlit (15)),

(c)

bl-użu ta’ proċeduri fiżiċi [ara Deaċidifikazzjoni fiżika: Preskrizzjoni (b) u Trattament Kiesaħ: Għan (a), u l-preskrizzjonijiet li jikkorrispondu għal dan l-għan (a) (16)] u/jew il-proċeduri fiżikokimiċi [ara Trattament bi skambju tal-joni; għan b (17)],

(d)

bl-użu ta’ proċeduri kimiċi (ara Deaċidifikazzjoni kimika (18)),

(e)

bl-użu ta’ proċeduri mikrobijoloġiċi (ara Deaċidifikazzjoni Mikrobijoloġika permezz ta’ batterji tal-aċidu lattiku).

3.1.2.2.   DEAĊIDIFIKAZZJONI KIMIKA (6/79)

Klassifikazzjoni:

L(+) tartrat tal-potassju: għajnuna għall-ipproċessar

Tartrat idroġenat tal-potassju: għajnuna għall-ipproċessar

Karbonat tal-kalċju: għajnuna għall-ipproċessar

Karbonat idroġenat tal-potassju: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

It-tnaqqis tal-aċidità u tal-aċidità reali (żieda fil-pH), biż-żieda ta’ tartrat newtrali tal-potassju, karbonat idroġenat tal-potassju jew karbonat tal-kalċju, li possibbilment ikun fih kwantità żgħira tal-melħ doppju tal-kalċju tal-aċidi L(+) tartariku u L(-) maliku

Għanijiet:

(a)

Biex jiġu prodotti nbejjed b’bilanċ sensorju aħjar.

(b)

Biex tiffavorixxi d-deaċidifikazzjoni bijoloġika.

Preskrizzjonijiet:

(a)

L-inbid deaċidifikat għandu jkun fih mill-anqas 1 g/l ta’ aċidu tartariku.

(b)

Il-proċess tal-formazzjoni tal-melħ doppju (melħ tal-kalċju newtrali tal-aċidu tartariku u tal-aċidu maliku) huwa maħsub biex jipproduċi tnaqqis akbar fl-aċidità totali, meta l-inbid ikollu kontenut għoli ta’ aċidu maliku u l-preċipitazzjoni tal-aċidu tartariku waħedha ma tkunx biżżejjed.

(c)

Id-deaċidifikazzjoni kimika għandha titwettaq b’mod li l-inbejjed miksuba ma jkunux neqsin mill-aċidità, b’kont meħud ta’ fermentazzjoni malolattika sussegwenti possibbli.

(d)

L-għan tad-deaċidifikazzjoni kimika m’għandux ikun li jinħeba frodi.

(e)

L-eliminazzjoni tad-diossidu tal-karbonju żejjed tista’ tinkiseb, jekk ikun meħtieġ, permezz ta’ tlaħliħ bin-nitroġenu.

(f)

L-aċidifikazzjoni kimika u d-deaċidifikazzjoni kimika jeskludu waħda lill-oħra

(g)

Il-prodotti li jintużaw għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.1.2.3.   DEAĊIDIFIKAZZJONI MIKROBIJOLOĠIKA PERMEZZ TA’ BATTERJI TAL-AĊIDU LATTIKU (4/80)

Definizzjoni:

It-tnaqqis tal-aċidità totali u tal-aċidità reali (żieda tal-pH) permezz ta’ fermentazzjoni malolattika.

Għanijiet:

Biex jiġu prodotti nbejjed:

(a)

Ara 3.1.2.

(b)

Bijoloġikament aktar stabbli.

Preskrizzjonijiet:

Biex jintlaħqu l-għanijiet, id-deaċidifikazzjoni mikrobijoloġika permezz ta’ batterji tal-aċidu lattiku tista’ titwettaq jew b’mod spontanju jew bl-inokulazzjoni ta’ razez magħżula.

(a)

Il-kontenut tad-diossidu tal-kubrit għandu jkun limitat, billi l-batterji tal-aċidu lattiku huma sensittivi ħafna għall-preżenza ta’ dan il-kompost.

(b)

Huwa mixtieq li l-fermentazzjoni malolattika sseħħ fi tmiem il-fermentazzjoni alkoħolika, biex tiġi evitata d-degradazzjoni batterika taz-zokkor.

(c)

L-inbid li fih tkun trid isseħħ il-fermentazzjoni malolattika għandu jinżamm f’temperatura ta’ madwar 18 °C.

(d)

Meta jintużaw kulturi magħżula ta’ batterji tal-aċidu lattiku, dawn għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.1.2.4   DEAĊIDIFIKAZZJONI BL-UŻU TA’ PROĊESS BL-ELETTROMEMBRANI (OENO 484-2012)

Definizzjoni:

Metodu fiżiku ta’ estrazzjoni jonika mill-inbid bl-azzjoni ta’ kamp elettriku li juża membrani permeabbli bl-anjoni fuq naħa u membrani bipolari fuq in-naħa l-oħra. Il-kombinazzjoni ta’ membrani permeabbli bl-anjoni u membrani bipolari tintuża għall-ġestjoni ta’ tnaqqis fl-aċidità totali u fl-aċidità reali (żieda fil-pH).

Għanijiet:

(a)

Il-korrezzjoni tal-aċidità naturali żejda kkawżata mill-kundizzjonijiet klimatiċi fir-reġjun tal-inbid permezz tat-tnaqqis tal-aċidità totali u tal-aċidità reali (żieda fil-pH).

(b)

L-iżvilupp ta’ nbejjed bilanċjati f’termini ta’ togħma.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Irreferi għall-fajl ġenerali dwar it-tekniki separattivi użati fl-ipproċessar tal-mosti u tal-inbejjed (19) u l-fajl dwar l-applikazzjoni tat-tekniki tal-membrani għall-inbejjed (20).

(b)

Id-deaċidifikazzjoni bl-użu ta’ proċess bl-elettromembrani m’għandhiex tkun intiża biex taħbi difett.

(c)

Il-membrani anjoniċi jridu jitqiegħdu b’mod li jippermettu biss l-estrazzjoni tal-anjoni u b’mod partikolari l-aċidi organiċi mill-inbid.

(d)

Il-membrani bipolari huma impermeabbli għall-anjoni u għall-katjoni fl-inbid.

(e)

L-inbid minn inbid deaċidifikat għandu jkun fih mill-anqas 1 g/l ta’ aċidu tartariku.

(f)

Id-deaċidifikazzjoni permezz ta’ proċess bil-membrani u l-aċidifikazzjoni jeskludu lil xulxin.

(g)

Enologu jew tekniku kwalifikat se jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-proċess.

(h)

Il-membrani li jintużaw iridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet kontenuti fil-“Kodiċi Enoloġiku Internazzjonal i”.

3.2.1.   IRFINAR (OENO 7/99), (OENO 6/04), (OENO 9/04) (OIV-OENO 339 A-2009), (OIV-OENO 339B-2009, OENO 417-2011)

Klassifikazzjoni:

Aċidu alġiniku: għajnuna għall-ipproċessar

Kitin-glukan: għajnuna għall-ipproċessar

Kitosan: għajnuna għall-ipproċessar

Isinglass: għajnuna għall-ipproċessar

Kawlina: għajnuna għall-ipproċessar

Ġelatina: għajnuna għall-ipproċessar

(Albumina) tal-bajd: għajnuna għall-ipproċessar

Soluzzjoni ta’ diossidu tas-siliċju kollojdali: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Il-kjarifikazzjoni tal-inbid biż-żieda ta’ sustanzi li jippreċipitaw il-partiċelli f’sospensjoni:

sew jekk bil-promozzjoni tas-sedimentazzjoni naturali ta’ dawn tal-ewwel, jew

billi jikkoagulaw madwar il-partiċelli li jridu jiġu eliminati u billi jkaxkruhom fis-sedimenti.

Għanijiet:

(a)

Biex titlesta l-kjarifikazzjoni spontanja f’dawk l-okkażjonijiet meta din ma tkunx sodisfaċenti.

(b)

Għat-trattib tal-inbejjed ħomor billi jitneħħew minnhom xi ftit mit-tannini u l-polifenoli.

(c)

Biex jiġu ċċarati nbejjed bi problemi ta’ ċpar, karfa mċaqalqa, materjal ta’ kulur insolubbli, eċċ.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Għall-aġenti kjarifikanti li jippromwovu sempliċement is-sedimentazzjoni tal-partiċelli, irreferi għal Trattament bil-bentoniti (21).

(b)

Għall-aġenti kjarifikanti koagulanti, huma ammissibbli biss il-prodotti li ġejjin: ġelatina, albumina u abjad tal-bajd, isinglass, ħalib skumat, kaseina, alġinati, soluzzjoni kollojdali tad-diossidu tas-siliċju, kawlina, kaseinat tal-potassju, proteini ta’ oriġini mill-pjanti, kitosan, kitin-glukan, estratti tal-proteina tal-ħmira.

(c)

Is-sustanzi li jintużaw għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.2.3.   TISWIB TAL-INBID MINN ĠO FLIXKUN/BITTIJA GĦAL IEĦOR/OĦRA (16/70), (OENO 6/02)

Klassifikazzjoni:

Nitroġenu: għajnuna għall-ipproċessar

Argon: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Operazzjoni li tinvolvi t-trasferiment tal-inbid minn kontenitur tal-inbid għal ieħor billi tippermetti s-separazzjoni tad-depożiti solidi mil-likwidu.

Għanijiet:

(a)

Biex l-inbid jiġi separat mill-karfa, u/jew mid-depożiti li jirriżultaw miż-żieda ta’ aġenti kjarifikanti, depożitati fil-qiegħ tal-kontenitur.

(b)

Biex l-inbid jiġi separat mill-mikroorganiżmi fi tmiem il-fermentazzjoni alkoħolika u/jew malolattika, jew mis-sediment tal-batterji jew tal-ħmira.

(c)

Biex jiġu abilitati l-operazzjonijiet kollha tal-produzzjoni tal-inbid, it-trattament jew it-trasport tal-inbejjed.

(d)

Biex tiġi abilitata l-istabbilizzazzjoni tartrika permezz tat-tkessiħ u s-separazzjoni tal-kristalli tat-tartrat (bitartrat tal-potassju u tartrat tal-kalċju).

Preskrizzjonijiet:

It-tiswib tal-inbid minn ġo flixkun/bittija għal ieħor/oħra jista’ jsir:

(a)

jew fin-nuqqas tal-arja biex tiġi evitata l-ossidazzjoni,

(b)

jew bl-arjazzjoni biex jiġi eliminat is-sulfur tal-idroġenu jew biex jitnaqqas id-diossidu tal-karbonju jew biex tinħoloq ossidazzjoni kkontrollata,

(c)

jew fit-temperatura tal-kamra, jew wara tkessiħ biex jiġi evitat it-telf possibbli ta’ gass karboniku,

(d)

jew bl-użu tar-regola tar-reċipjenti interkonnessi, bil-pompi jew bil-kontenituri tal-idejn

(e)

fil-każ ta’ tiswib tal-inbid minn ġo flixkun/bittija għal ieħor/oħra fin-nuqqas tal-arja, il-kontenitur li jkun irid jimtela jrid isir inerti bid-diossidu tal-karbonju, bin-nitroġenu jew bl-argon. Dawn il-gassijiet iridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.2.4.   TRATTAMENT BID-DIOSSIDU TAS-SILIĊJU (1/91)

Klassifikazzjoni:

Soluzzjoni ta’ diossidu tas-siliċju kollojdali: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda mal-inbid ta’ soluzzjoni kollojdali (ġell) ta’ diossidu tas-siliċju flimkien maż-żieda ta’ soluzzjoni tal-ġelatina jew, possibbilment, ma’ trabijiet proteinaċji oħra.

Għan:

Biex tinkiseb il-flokkulazzjoni tal-ġelatina u possibbilment ta’ trabijiet proteinaċji oħra, bil-għan tal-kjarifikazzjoni.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Il-prodott jiġi miżjud mal-inbejjed bojod ġodda u r-rożè u kultant mal-inbejjed ħomor.

(b)

Huma meħtieġa testijiet preliminari biex jiġu determinati l-aqwa dożi tas-soluzzjonijiet kollojdali tad-diossidu tas-siliċju u tal-ġelatina jew possibbilment, ta’ trabijiet proteinaċji oħra.

(c)

Il-prodotti għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.2.6.   ŻIEDA TAT-TANNIN (16/70)

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ tannin mal-inbid.

Għanijiet:

(a)

Biex tiffaċilita l-kjarifikazzjoni tal-inbejjed ġodda permezz ta’ preċipitazzjoni parzjali tal-materjal proteinaċju eċċessiv.

(b)

Biex tiffaċilita l-irfinar.

Preskrizzjoni:

It-tannini li jintużaw għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.2.7.   IRFINAR BL-UŻU TA’ PROTEINI TA’ ORIĠINI MILL-PJANTI (OENO 8/04)

Klassifikazzjoni:

Proteina ta’ oriġini mill-pjanti mill-qamħ: għajnuna għall-ipproċessar

Proteina ta’ oriġini mill-pjanti mill-piżelli: għajnuna għall-ipproċessar

Proteina ta’ oriġini mill-pjanti mill-patata: għajnuna għall-ipproċessar

Għan:

L-użu ta’ proteini ta’ oriġini mill-pjanti għall-irfinar tal-inbejjed sabiex jittejbu l-proprjetajiet taċ-ċarezza, tal-istabbiltà u tat-togħma tagħhom.

Preskrizzjonijiet:

1.

Id-dożi li għandhom jintużaw jiġu determinati wara prova ta’ test preliminari. Id-doża massima ta’ użu għandha tkun anqas minn 50 g/hl. Wara t-tiswib tal-inbid minn ġo flixkun/bittija għal ieħor/oħra, l-inbejjed jiġu analizzati (turbidità, kulur, assorbenza f’280 nm) u jiġu ppruvati. Id-doża li tinżamm tikkorrispondi għall-kampjun li jiċċara l-inbid mingħajr eċċess u jagħti riżultat aħjar għad-dewqan.

2.

Il-proteini ta’ oriġini mill-pjanti jistgħu jintużaw ma’ prodotti ammessi oħra bħat-tannini, il-bentonit, il-ġell tas-silika.

3.

Il-proteini ta’ oriġini mill-pjanti jridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.2.8.   UŻU TA’ ENZIMI GĦAT-TITJIB TAL-FILTRABBILTÀ TAL-INBEJJED (OENO 15/04, OENO 498-2013)

Klassifikazzjoni:

Arabinanażi: għajnuna għall-ipproċessar

Ċellulażi: għajnuna għall-ipproċessar

Galattanażi: għajnuna għall-ipproċessar

Pektina lażi: għajnuna għall-ipproċessar

Pektinemetilesterażi: għajnuna għall-ipproċessar

Poligalatturonażi: għajnuna għall-ipproċessar

Emiċellulażi: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda mal-inbid ta’ preparazzjonijiet enzimatiċi li fihom attivitajiet li jikkatalizzaw id-degradazzjoni tal-makromolekuli li jsoddu tal-għeneb li jkunu daħlu fil-most u fl-inbid waqt il-proċess ta’ vinifikazzjoni, kif ukoll tal-makromolekuli li jsoddu ta’ oriġini batterika jew fungali.

L-attivitajiet tal-enzimi involuti fit-titjib tal-filtrabbiltà tal-inbejjed jinkludu b’mod partikolari l-arabinanażi, il-galattanażi, ir-ramnogalatturonażi, u l-emiċellulażi, u sa ċertu punt anqas il-poligalatturonażi, il-pektina lażi u l-pektinemetilesterażi, kif ukoll β-glukanażi jekk l-inbejjed ikunu ġejjin minn għeneb botritizzat jew ikollhom kontenut għoli ta’ glukani mill-ħitan taċ-ċelloli tal-ħmira

Għan:

Biex itejjeb il-filtrabbiltà tal-inbejjed b’idroliżi speċifika tal-kollojdi.

Preskrizzjoni:

L-enzimi li jintużaw iridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.2.9.   UŻU TA’ ENZIMI GĦAR-RILAXX TA’ KOMPOSTI LI JAGĦTU T-TOGĦMA MINN PREKURSURI GLIKOSILATI (OENO 17/04, OENO 498-2013)

Klassifikazzjoni:

Glikosidażi: għajnuna għall-ipproċessar

Glukosidażi: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda mal-inbid ta’ preparazzjonijiet enzimatiċi li fihom attivitajiet li jikkatalizzaw l-idroliżi tal-porzjon sakkaridu tas-sustanzi aromatiċi glikosilati (prekursuri tat-togħma) tal-għeneb li jkunu daħlu fil-most u fl-inbid waqt il-proċess ta’ vinifikazzjoni.

L-attivitajiet enzimatiċi involuti fir-rilaxx ta’ sustanzi li jagħtu t-togħma huma l-glikosidażi u l-glukosidażi.

Għan:

Biex itejjeb il-potenzjal aromatiku tal-inbid.

Preskrizzjoni:

L-enzimi li jintużaw iridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.2.10.   UŻU TA’ ENZIMI GĦAT-TITJIB TAS-SOLUBILIZZAZZJONI TAL-KOMPOSTI TAL-ĦMIRA (OENO 18/04)

Klassifikazzjoni:

Beta-glukanażi: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda mal-inbid, waqt vinifikazzjoni fuq il-karfa, ta’ preparazzjonijiet enzimatiċi b’mod partikolari b’attivitajiet ta’ β-glukanażi li jikkatalizzaw id-degradazzjoni tal-ħitan taċ-ċelloli tal-ħmira.

Għanijiet:

(a)

Biex jiffaċilita r-rilaxx ta’ kostitwenti solubbli fil-ħmira fl-inbid.

(b)

Biex itejjeb l-istabbiltà kollojdali tal-inbejjed.

Preskrizzjoni:

L-enzimi li jintużaw iridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.2.11.   UŻU TA’ ENZIMI GĦALL-KJARIFIKAZZJONI TAL-INBEJJED (OENO 12/04, OENO 498-2013)

Klassifikazzjoni:

Arabinanażi: għajnuna għall-ipproċessar

Ċellulażi: għajnuna għall-ipproċessar

Galattanażi: għajnuna għall-ipproċessar

Pektina lażi: għajnuna għall-ipproċessar

Pektinemetilesterażi: għajnuna għall-ipproċessar

Poligalatturonażi: għajnuna għall-ipproċessar

Emiċellulażi: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda mal-inbid ta’ preparazzjonijiet enzimatiċi li fihom attivitajiet li jikkatalizzaw id-degradazzjoni tal-makromolekuli tal-għeneb li jkunu daħlu fil-most u fl-inbid, kif ukoll tal-makromolekuli ta’ oriġini batterika jew fungali.

L-attivitajiet tal-enzimi involuti fil-kjarifikazzjoni tal-inbejjed jinkludu b’mod partikolari l-poligalatturonażi, il-pektina lażi, il-pektinemetilesterażi, u sa ċertu punt anqas l-arabinanażi, il-galattanażi, ir-ramnogalatturonażi, iċ-ċellulażi u l-emiċellulażi kif ukoll il-β-glukanażi jekk l-inbejjed ikunu ġejjin minn għeneb botritizzat

Għan:

Biex jiffaċilita l-kjarifikazzjoni tal-inbejjed.

Preskrizzjoni:

L-enzimi li jintużaw iridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.2.12.   IRFINAR BL-UŻU TAL-KITOSAN (OIV-OENO 337 A-2009)

Klassifikazzjoni:

Kitosan: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ kitosan ta’ oriġini fungali għall-iskop ta’ rfinar tal-inbejjed

Għanijiet:

(a)

Biex titnaqqas it-turbidità permezz tal-preċipitazzjoni tal-partiċelli f’sospensjoni.

(b)

Biex jitwettaq trattament sabiex jiġi prevenut iċ-ċpar tal-proteini permezz tal-preċipitazzjoni parzjali tal-materjal proteinaċju żejjed.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Id-dożi li għandhom jintużaw jiġu determinati wara ttestjar preliminari. Id-doża massima li tintuża ma għandhiex taqbeż il-100 g/hl.

(b)

Is-sedimenti jiġu eliminati permezz ta’ proċeduri fiżiċi.

(c)

Il-kitosan ta’ oriġini fungali jista’ jintuża waħdu jew flimkien ma’ prodotti ammessi oħra.

(d)

Il-kitosan irid jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.2.13.   IRFINAR BL-UŻU TAL-KITIN-GLUKAN (OIV-OENO 337B-2009)

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ kitin-glukan ta’ oriġini fungali għall-iskop ta’ rfinar tal-inbid

Għanijiet:

(a)

Biex titnaqqas it-turbidità permezz tal-preċipitazzjoni tal-partiċelli f’sospensjoni

(b)

Biex jitwettaq trattament sabiex jiġi prevenut iċ-ċpar tal-proteini permezz tal-preċipitazzjoni parzjali tal-materjal proteinaċju żejjed.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Id-dożi li għandhom jintużaw jiġu determinati wara ttestjar preliminari. Id-doża massima li tintuża ma għandhiex taqbeż il-100 g/hl.

(b)

Is-sedimenti jiġu eliminati permezz ta’ proċeduri fiżiċi.

(c)

Il-kitin-glukan ta’ oriġini fungali jista’ jintuża waħdu jew flimkien ma’ prodotti ammessi oħra.

(d)

Il-kitin-glukan irid jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.2.14.   IRFINAR BL-UŻU TA’ ESTRATTI TAL-PROTEINA TAL-ĦMIRA (OENO 417-2011)

Klassifikazzjoni:

Estratti tal-proteina tal-ħmira: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ estratti tal-proteina tal-ħmira għall-irfinar tal-inbejjed

Għanijiet:

(a)

Biex titnaqqas it-turbidità tal-inbejjed permezz ta’ preċipitazzjoni tal-partiċelli sospiżi.

(b)

Biex jiġu ppreservati l-karatteristiki kromatiċi tal-inbejjed.

(c)

Biex jiġi eliminat it-tannin żejjed.

(d)

Biex tittejjeb il-filtrabbiltà tal-inbid.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Id-dożi li jintużaw jiġu determinati minn qabel permezz ta’ provi fil-laboratorju (punt tal-irfinar).

(b)

Id-doża massima li għandha tintuża kif stabbilita b’test tal-effiċjenza mwettaq fil-laboratorju ma għandhiex taqbeż is-60 g/hl għall-inbid aħmar u t-30 g/hl għall-inbid abjad u rożè.

(c)

L-estratti tal-proteina tal-ħmira jistgħu jintużaw waħedhom jew flimkien ma’ prodotti awtorizzati oħra għall-irfinar.

(d)

Id-depożiti mill-irfinar għandhom jiġu eliminati mill-inbid permezz ta’ proċeduri fiżiċi.

(e)

L-estratti tal-proteina tal-ħmira jridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.2.15.   UŻU TA’ PJANĊI FILTRANTI LI FIHOM ŻEOLITI Y-FAUJASIT BIEX JADSORBU L-ALOANISOLI (OENO 444-2016)

Definizzjoni

It-trattament bl-użu ta’ pjanċa filtranti li fiha żeoliti Y-faujasit applikata waqt il-filtrazzjoni.

Għan

Biex il-konċentrazzjoni tal-aloanisoli responsabbli għat-togħma ta’ qtugħ fl-inbejjed, titniżżel għal taħt il-limitu tal-perċezzjoni sensorja tagħhom.

Preskrizzjonijiet

(a)

it-trattament jenħtieġ li jitwettaq fuq inbejjed iċċarati.

(b)

il-pjanċi filtranti jenħtieġ li jitnaddfu u jiġu diżinfettati qabel il-filtrazzjoni.

(c)

l-applikazzjoni ta’ żeoliti Y-faujasit jenħtieġ li tikkonforma mal-preskrizzjonijiet fil-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.3.1.   TNEĦĦIJA TAL-ĦADID (16/70)

Klassifikazzjoni:

Eżaċjanoferrat tal-potassju (II): għajnuna għall-ipproċessar

Fitat tal-kalċju: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Trattament maħsub biex jelimina l-ħadid żejjed fl-inbid.

Għan:

Il-prevenzjoni taċ-ċpar tal-ħadid.

Preskrizzjoni:

Jintuża wieħed mit-trattamenti li ġejjin, b’ossiġenazzjoni kombinata jew mingħajrha:

Iż-żieda ta’ tannin u rfinar,

Iż-żieda ta’ fitat tal-kalċju,

L-użu ta’ ferroċjanur tal-potassju,

L-użu ta’ karbonju li jneħħi l-ħadid (mhux aċċettat),

L-użu ta’ aċidu ċitriku.

3.3.3.   STABBILIZZAZZJONI TAT-TARTRATI PERMEZZ TA’ TRATTAMENT BI SKAMBJU TAL-KATJONI (OENO 1/93, OENO 447-2011)

Definizzjoni:

Operazzjoni li tikkonsisti fil-mogħdija tal-inbid minn kolonna ta’ raża polimerizzata li tirreaġixxi bħala polielettrolit insolubbli li l-katjoni tiegħu jistgħu jiġu skambjati mal-katjoni tal-mezz ta’ madwaru.

Għan:

Biex jinkiseb inbid stabbli fit-tartrati:

fir-rigward tat-tartrat idroġenat tal-potassju,

fir-rigward tat-tartrat tal-kalċju (u melħ ieħor tal-kalċju).

Preskrizzjonijiet:

(a)

It-trattament irid ikun limitat għat-tneħħija tal-katjoni żejda.

L-inbid fil-bidu jista’ jiġi ttrattat kiesaħ.

Dik il-frazzjoni minima ta’ nbid meħtieġa sabiex tinkiseb l-istabbiltà biss se tiġi ttrattata bi skambju tal-katjoni.

(b)

It-trattament se jitwettaq bl-użu ta’ rażi tal-iskambju tal-katjoni riġenerati fiċ-ċiklu tal-aċidu.

(c)

Il-proċess sħiħ se jitqiegħed taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew ta’ tekniku speċjalista.

(d)

Ir-rażi għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali u ma għandhomx iwasslu għal modifiki eċċessivi tal-kompożizzjoni fiżiko-kimika u l-karatteristiki sensorji tal-inbid.

3.3.4.   TRATTAMENT BI STABBILIZZAZZJONI KIESĦA (5/88), (OENO 2/04)

Definizzjoni:

Operazzjoni li tikkonsisti fit-tkessiħ tal-inbid.

Għan:

Biex jippromwovi l-kristallizzazzjoni u l-preċipitazzjoni tat-tartrati tal-potassju u tal-kalċju, il-preċipitazzjoni tal-kollojdi u wkoll sabiex itejjeb l-istabilità tal-inbid.

Preskrizzjonijiet:

Għall-għan, it-trattament jitwettaq bl-użu ta’ refriġerazzjoni mekkanika jew sorsi kesħin naturali, biż-żieda jew mingħajr iż-żieda ta’ kristalli tal-bitartrat tal-potassju segwita mis-separazzjoni permezz ta’ tekniki fiżiċi tal-kristalli u tal-kollojdi preċipitati.

3.3.5.   TRATTAMENT BIL-BENTONITI (OENO 16/70)

Klassifikazzjoni:

Bentoniti: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ bentoniti mal-inbid.

Għan:

Biex jipprevjeni ċ-ċpar tal-proteini u tar-ram.

Preskrizzjoni:

Is-sustanzi li jintużaw għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.3.6.   TRATTAMENT BIL-GOMMA ARABIKA (12/72)

Klassifikazzjoni:

Gomma arabika: addittiv

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ gomma arabika mal-inbid.

Għanijiet:

(a)

Biex jevita ċ-ċpar tar-ram.

(b)

Biex jipproteġi l-inbid kontra ċ-ċpar ħafif tal-ħadid.

(c)

Biex jipprevjeni l-preċipitazzjoni ta’ sustanzi bħal pigmenti li, fl-inbid, jinsabu fl-istat kollojdali.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Il-prodott għandu jiġi miżjud mal-inbid wara l-aħħar filtrazzjoni, jew eżatt qabel l-ibbottiljar.

(b)

Id-doża li tintuża ma għandhiex taqbeż iż-0,3 g/l.

(c)

Il-gomma arabika għandha tikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.3.7.   TRATTAMENT BL-AĊIDU METATARTARIKU (16/70)

Klassifikazzjoni:

Aċidu metatartariku: addittiv

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ aċidu metatartariku mal-inbid.

Għan:

Biex jipprevjeni l-preċipitazzjoni tat-tartrat idroġenat tal-potassju u tat-tartrat tal-kalċju.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Iż-żieda għandha ssir biss fl-aħħar mument, qabel l-ibbottiljar.

(b)

Id-doża li tintuża għandha tkun ta’ 10 g/hl jew anqas.

(c)

Id-dewmien tal-protezzjoni jiddependi mit-temperatura tal-ħażna tal-inbid, minħabba li l-aċidu inkwistjoni jidrolizza bil-mod fil-kesħa, iżda malajr f’kundizzjonijiet sħan.

(d)

L-aċidu metatartariku għandu jikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.3.8.   TRATTAMENT BL-AĊIDU ĊITRIKU (16/70)

Klassifikazzjoni:

Aċidu ċitriku, monoidrat: addittiv

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ aċidu ċitriku mal-inbid.

Għan:

Biex jgħaqqad il-joni ferriċi f’anjon kumpless solubbli u b’hekk biex inaqqas it-tendenza li jifforma ċpar tal-ħadid.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Il-kontenut massimu ta’ aċidu ċitriku tal-inbid fil-punt tal-konsum għandu jkun ta’ 1 g/l.

(b)

L-aċidu ċitriku li jintuża għandu jikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.3.12.   TRATTAMENT BIT-TARTRAT TAL-KALĊJU (OENO 8/97)

Klassifikazzjoni:

Tartrat tal-kalċju: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ tartrat tal-kalċju mal-inbid.

Għan:

Biex jikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tartrika tal-inbid billi jnaqqas il-kontenut tal-idroġenutartrat tal-potassju u tat-tartrat tal-kalċju.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Id-doża li tintuża trid tkun anqas minn 200 g/hl.

(b)

It-trattament jitwettaq permezz taż-żieda tat-tartrat tal-kalċju, it-tħawwid u t-tkessiħ artifiċjali tal-inbid segwit mis-separazzjoni bil-kristalli ffurmati b’mezzi fiżiċi.

(c)

It-tartrat tal-kalċju jrid jikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.3.13.   TRATTAMENT TAL-INBID BIL-MANNOPROTEINI TAL-ĦMIRA (OENO 4/01; 15/05)

Klassifikazzjoni:

Mannoproteini tal-ħmira: addittiv

Definizzjoni:

It-trattament tal-inbejjed bl-użu ta’ mannoproteini mid-degradazzjoni tal-ħitan tal-ħmira.

Għan:

Biex itejjeb l-istabilità tal-inbid fir-rigward biss tal-melħ tartariku u/jew tal-proteini tiegħu fil-każ tal-inbejjed bojod jew rożè

Preskrizzjonijiet:

(a)

Id-dożi li għandhom jintużaw se jiġu stabbiliti mill-persuna responsabbli mit-trattament.

(b)

Għal ċerti nbejjed ħomor u rożè ġodda, il-persuna responsabbli mit-trattament għandha tikkunsidra trattament minn qabel bl-użu ta’ ħitan taċ-ċelloli tal-ħmira jekk il-mannoproteini waħedhom ma jippreżentawx l-effiċjenza mixtieqa.

(c)

Il-mannoproteini jridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.3.14.   TRATTAMENT BIL-GOMOM TAĊ-ĊELLULOŻA (KARBOSSIMETILĊELLULOŻA) (OENO 2/08)

Klassifikazzjoni:

Karbossimetilċelluloża tas-sodju: addittiv

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ gomom taċ-ċelluloża mal-inbejjed bojod u frizzanti

Għan:

Biex jikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tartarika tal-inbid abjad u tal-inbid frizzanti

Preskrizzjonijiet:

(a)

Id-doża ta’ gomom taċ-ċelluloża li tintuża trid tkun anqas minn 100 mg/l.

(b)

Għal kwistjonijiet ta’ inkorporazzjoni, huwa preferibbli li jintużaw prodotti f’forma granulata jew prodotti anqas viskużi.

(c)

Il-gomom taċ-ċelluloża li jintużaw iridu jkunu skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.3.15.   TRATTAMENT BIL-POLIASPARTAT TAL-POTASSJU (OENO 543/2016)

Klassifikazzjoni:

Addittiv

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ poliaspartat tal-potassju mal-inbejjed

Għan:

Biex jikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tartarika tal-inbejjed

Preskrizzjoniijiet:

(a)

L-aqwa doża ta’ poliaspartat tal-potassju li tintuża għall-istabbilizzazzjoni tal-inbejjed, anki dawk bi grad għoli ta’ instabilità tartarika, ma tridx taqbeż l-10 g/hl. B’dożi ogħla minn hekk, il-prestazzjoni ta’ stabbilizzazzjoni tal-poliaspartat tal-potassju (KPA) ma titjiebx u, f’ċerti każijiet, tista’ tiġi kkawżata żieda fit-turbidità tal-inbid.

(b)

Għall-inbejjed ħomor b’instabbiltà kollojdali għolja, huwa rakkomandat pretrattament bil-bentonit.

(c)

L-applikazzjoni tal-poliaspartat tal-potassju trid tkun skont il-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.4.3.   PASTORIZZAZZJONI (5/88)

Definizzjoni:

It-tisħin tal-inbid sa temperatura speċifikata għal ħin partikolari.

Għanijiet:

(a)

Biex tinibixxi l-attività tal-mikroorganiżmi preżenti fil-most fil-ħin tat-trattament.

(b)

Biex tinattiva l-enzimi preżenti fl-inbid.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Il-pastorizzazzjoni tista’ ssir:

bl-ingrossa (ara pastorizzazzjoni bl-ingrossa (22)).

fil-flixkun (ara pastorizzazzjoni fil-flixkun (23)).

(b)

Il-pastorizzazzjoni tista’ tinkiseb bl-użu ta’ tekniki differenti:

billi l-inbid jiġi mgħoddi minn skambjatur tas-sħana segwit bi tkessiħ rapidu.

billi l-inbid jiġi bbottiljat u magħluq bis-sufra sħun, segwit bi tkessiħ naturali (ara bbottiljar sħun (24)).

bit-tisħin tal-inbid fil-fliexken, segwit bi tkessiħ.

(c)

Iż-żieda fit-temperatura u l-metodi li jintużaw ma għandhom jikkawżaw l-ebda bidla fid-dehra, fil-kulur, fir-riħa jew fit-togħma tal-inbid.

3.4.3.1.   PASTORIZZAZZJONI BL-INGROSSA (1/90)

Definizzjoni:

It-tisħin tal-inbid sa temperatura speċifikata għal ħin partikolari.

Għanijiet:

(a)

Ara 3.4.3.

(b)

Biex jiġu inattivati l-enzimi ossidattivi meta jkunu preżenti fl-inbid.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Il-pastorizzazzjoni bl-ingrossa titwettaq billi l-inbid jiġi mgħoddi minn skambjatur tas-sħana segwit bi tkessiħ. Din tista’ tieħu żewġ forom:

Pastorizzazzjoni sempliċi,

Pastorizzazzjoni istantanja.

Il-pastorizzazzjoni istantanja hija distinta mill-pastorizzazzjoni sempliċi permezz ta’ tisħin rapidu, sa temperatura ogħla, għal ħin qasir ħafna, segwit minn tkessiħ rapidu.

(b)

It-trattament ma għandu jipproduċi l-ebda bidla fiċ-ċarezza, fil-kulur, fir-riħa jew fit-togħma tal-inbid.

3.4.4.   ŻIEDA TAS-SULFIT (OENO 7/03)

Klassifikazzjoni:

Diossidu tal-kubrit: addittiv

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ diossidu tal-kubrit gassuż, soluzzjonijiet tal-kubrit jew soluzzjonijiet tal-metabisulfit tal-potassju mal-inbid.

Għanijiet:

(a)

Biex tinkiseb l-istabbilizzazzjoni mikrobijoloġika tal-inbid billi jiġi limitat u/jew prevenut it-tkabbir tal-ħmira u ta’ batterji teknoloġikament mhux mixtieqa.

(b)

Biex jintużaw il-proprjetajiet tiegħu ta’ tnaqqis u antiossidanti.

(c)

Biex jingħaqdu flimkien ċerti molekuli li jagħtu rwejjaħ mhux mixtieqa.

(d)

Biex jiġu inibiti attivitajiet ossidasiċi possibbli.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Il-kontenut totali ta’ diossidu tal-kubrit meta jitqiegħed fis-suq irid tal-anqas jikkonforma mal-limiti stabbiliti fl-Anness C tal-Kompendju tal-Metodi Internazzjonali ta’ Analiżi tal-Inbejjed u l-Mosti.

(b)

Iż-żieda tad-diossidu tal-kubrit tista’ titwettaq permezz ta’:

iż-żieda diretta mal-inbid waqt il-proċess ta’ vinifikazzjoni,

iż-żieda diretta mal-inbid qabel l-ibbottiljar,

l-injezzjoni diretta fl-inbid qabel il-mili,

l-injezzjoni diretta fil-flixkun vojt qabel il-mili.

(c)

Il-prodotti li jintużaw iridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.4.5.   TRATTAMENT BL-AĊIDU SORBIKU (5/88)

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ aċidu sorbiku jew ta’ sorbat tal-potassju mal-inbid.

Għanijiet:

(a)

Biex tinkiseb l-istabilità bijoloġika tal-inbid.

(b)

Biex tiġi evitata l-fermentazzjoni mill-ġdid ta’ nbejjed li jkun fihom zokkor fermentabbli.

(c)

Biex jiġi prevenut l-iżvilupp ta’ ħmira mhux mixtieqa.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Iż-żieda għandha ssir biss ftit qabel l-ibbottiljar.

(b)

Id-doża li tintuża ma għandhiex taqbeż il-200 mg/l espressi bħala aċidu sorbiku.

(c)

L-aċidu sorbiku u s-sorbat tal-potassju għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.4.7.   TRATTAMENT BL-AĊIDU ASKORBIKU (OENO 12/01)

Klassifikazzjoni:

Aċidu askorbiku: addittiv

Aċidu eritorbiku: addittiv

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ aċidu askorbiku (25) mal-inbid.

Għan:

Biex permezz tal-proprjetajiet antiossidanti tal-prodott, l-inbid jiġi protett kontra l-influwenza tal-ossiġenu fl-arja, li jimmodifika l-kulur u t-togħma tiegħu.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Huwa rakkomandat li l-aċidu askorbiku jiġi miżjud waqt l-ibbottiljar, inkella dan jossida fil-preżenza tal-arja u l-prodott tal-ossidazzjoni jikkawża bidliet ossidattivi ferm aktar sinifikanti fl-inbid minn dawk li jirriżultaw mill-ossiġenu fl-arja fin-nuqqas tal-aċidu askorbiku.

(b)

Id-doża li tintuża ma għandhiex taqbeż il-250 mg/l.

(c)

Meta l-aċidu askorbiku jkun intuża wkoll fuq l-għeneb jew fuq il-most, il-konċentrazzjoni finali, f’termini ta’ aċidu askorbiku flimkien ma’ aċidu deidroaskorbiku, ma għandhiex taqbeż it-300 mg/l.

(d)

L-aċidu askorbiku għandu jikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.4.9.   TRATTAMENT BIL-POLIVINILPOLIPIRROLIDON (PVPP) (5/87)

Klassifikazzjoni:

Polivinilpolipirrolidon: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ polivinilpolipirrolidon (PVPP) mal-inbid.

Għanijiet:

Biex jitnaqqas il-kontenut tat-tannin u ta’ polifenoli oħra fl-inbid bil-għan:

li tingħeleb it-tendenza li jsir kannella,

li titnaqqas l-astrinġenza,

li jiġi kkoreġut il-kulur ta’ nbid abjad li jkun bidel daqsxejn il-kulur.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Id-doża ta’ PVPP li tintuża ma għandhiex taqbeż it-80 g/hl.

(b)

Il-PVPP li jintuża għandu jikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.4.11.   TRATTAMENT TAL-INBID BL-UREAŻI (OENO 2/95)

Klassifikazzjoni:

Ureażi: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda mal-inbid ta’ ureażi aċida attiva, prodotta mil-Lactobacillus fermentum.

Għan:

Biex jitnaqqas il-livell tal-urea fl-inbejjed, meta dan ikun eċċessiv, sabiex tiġi evitata l-formazzjoni tal-karbamat tal-etil matul il-maturazzjoni. L-enzima tittrasforma l-urea f’ammonijaka u f’diossidu tal-karbonju.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Huwa preferibbli li l-ureażi tiġi miżjuda ma’ nbid li diġà jkun ġie ċċarat permezz ta’ sedimentazzjoni spontanja tal-karfa.

(b)

Għarfien tal-livell ta’ urea fl-inbid jippermetti valutazzjoni tad-doża ta’ ureażi li għandha tiġi miżjuda.

(c)

L-ureażi tiġi eliminata waqt il-filtrazzjoni tal-inbid.

(d)

L-ureażi għandha tikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.4.12.   TRATTAMENT BIL-LIŻOŻIMA (OENO 10/97)

Klassifikazzjoni:

Liżożima: addittiv

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ liżożima mal-inbid.

Għanijiet:

(a)

Il-kontroll tat-tkabbir u tal-attività tal-batterji responsabbli għall-fermentazzjoni malolattika tal-inbid.

(b)

It-tnaqqis tar-rata tad-diossidu tal-kubrit.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Skont l-esperimenti, id-doża massima ta’ 500 mg/l tidher li hija suffiċjenti biex tikkontrolla t-tkabbir u l-attività tal-batterji responsabbli għall-fermentazzjoni malolattika.

(b)

Il-liżożima ma tistax tissostitwixxi b’mod sħiħ is-SO2 li għandu karatteristiki antiossidanti. L-assoċjazzjoni ta’ SO2 + liżożima tipprovdi nbejjed aktar stabbli.

(c)

Meta l-most u l-inbid jiġu ttrattati bil-liżożima, id-doża kumulattiva ma tridx taqbeż il-500 mg/l.

(d)

Il-prodott irid jikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.4.13.   TRATTAMENT BID-DIMETILDIKARBONAT (DMDC) (OENO 5/01, OENO 421-2011)

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ dimetildikarbonat mal-inbid.

Għanijiet:

(a)

Biex tinkiseb stabbiltà mikrobijoloġika tal-inbid ibbottiljat li jkollu zokkor li jista’ jiffermenta.

(b)

Biex jiġi prevenut l-iżvilupp ta’ ħmira u batterji lattiċi mhux mixtieqa.

(c)

Biex tiġi imblukkata l-fermentazzjoni ta’ nbejjed ħelwin, medju ħelwin, u medju xotti.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Għall-għan a), għandu jiġi miżjud biss ftit qabel ma jiġi bbottiljat.

(b)

Id-dożaġġ ma għandux ikun aktar minn 200 mg/l espress bħala dimetildikarbonat.

(c)

Iż-żieda tad-dimetildikarbonat ma tridx twassal biex jinqabeż il-livell ta’ kontenut massimu għall-metanol fl-inbid, kif rakkomandat mill-OIV.

(d)

L-inbid ma għandux jitqiegħed fis-suq sakemm ikun jista’ jiġi individwat id-dimetildikarbonat.

(e)

Id-dimetildikarbonat li jintuża jrid jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.4.14.   TRATTAMENT B’KOPOLIMERI ADSORBENTI (PVI/PVP) (OENO 2/07, OENO 262-2014)

Klassifikazzjoni:

Kopolimeru PVI/PVP: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda tal-kopolimeri polivinilimidażol – polivinilpirrolidon (PVI/PVP) sabiex jitnaqqas il-kontenut ta’ ram, ħadid u ta’ metalli tqal.

Għanijiet:

(a)

Biex jiġu evitati difetti kkawżati minn kontenut għoli wisq ta’metall (pereżempju ferric casse).

(b)

Biex titnaqqas il-konċentrazzjoni għolja, mhux mixtieqa ta’ metalli minħabba:

most ikkontaminat bil-katjoni tal-metall,

kontaminazzjoni bil-katjoni tal-metall waqt it-trattament tal-most jew tal-inbid mit-tagħmir tal-vinifikazzjoni,

l-arrikkiment fir-ram wara t-trattament tal-inbejjed permezz ta’ sulfat tar-ram.

Preskrizzjonijiet:

(a)

L-ammont li jintuża għandu jkun anqas minn 500 mg/l.

(b)

Meta l-mosti u l-inbid jiġu ttrattati b’polimeri PVI/PVP, id-doża akkumulata għandha tkun anqas minn 500 mg/l.

(c)

Il-kopolimeri għandhom jiġu eliminati wara mhux aktar minn jumejn wara ż-żieda, b’kont meħud tal-prinċipju ta’ prekawzjoni u jiġu separati mill-inbid permezz ta’ filtrazzjoni qabel l-ibbottiljar.

(d)

Il-kopolimeri adsorbenti li jintużaw għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali u b’mod partikolari mal-limiti tal-monomeri.

(e)

L-implimentazzjoni tal-proċedura għandha titqiegħed taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew ta’ tekniku speċjalizzat.

3.4.15.   TRATTAMENT BL-AĊIDU D,L-TARTARIKU (OENO 4/08)

Klassifikazzjoni:

Aċidu D, L-tartariku: għajnuna għall-ipproċessar

D, L-tartrat tal-potassju: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ aċidu D,L-tartariku jew tal-melħ tal-potassju tal-aċidu D,L-tartariku fl-inbid

Għan:

It-tnaqqis ta’ livelli eċċessivi ta’ kalċju

Preskrizzjonijiet:

(a)

It-trattament jipproduċi melħ partikolarment insolubbli. L-użu tal-aċidu D,L-tartariku huwa soġġett għal ċerti regolamenti.

(b)

It-trattament se jitqiegħed taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew ta’ tekniku speċjalista.

(c)

Il-prodotti miżjuda għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.4.16.   TRATTAMENT BL-UŻU TAL-KITOSAN (OIV-OENO 338 A/2009)

Klassifikazzjoni:

Kitosan: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ kitosan ta’ oriġini fungali mal-inbid

Għanijiet:

(a)

Biex jitnaqqas il-kontenut tal-metalli tqal, b’mod partikolari l-ħadid, iċ-ċomb, il-kadmju, ir-ram.

(b)

Biex jiġi prevenut iċ-ċpar tal-ħadid, iċ-ċpar tar-ram.

(c)

Biex jitnaqqsu l-kontaminanti possibbli, speċjalment l-okratossina A.

(d)

Biex jitnaqqsu l-mikroorganiżmi mhux mixtieqa, b’mod partikolari l-Brettanomyces.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Id-dożi li għandhom jintużaw jiġu determinati wara ttestjar preliminari. Id-doża massima li tintuża ma tridx taqbeż:

il-100 g/hl għall-għanijiet a) u b)

il-500 g/hl għall-għan c)

l-10 g/hl għall-għan d)

(b)

Is-sedimenti jiġu eliminati permezz ta’ proċeduri fiżiċi.

(c)

Il-kitosan ta’ oriġini fungali jista’ jintuża waħdu jew flimkien ma’ prodotti ammessi oħra.

(d)

Il-kitosan irid jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.4.17.   TRATTAMENT BL-UŻU TAL-KITIN-GLUKAN (OIV-OENO 338B/2009)

Klassifikazzjoni:

Kitin-glukan: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ kitin-glukan ta’ oriġini fungali mal-inbid

Għanijiet:

(a)

Biex jitnaqqas il-kontenut tal-metalli tqal, b’mod partikolari l-ħadid, iċ-ċomb, il-kadmju, ir-ram.

(b)

Biex jiġi prevenut iċ-ċpar tal-ħadid, iċ-ċpar tar-ram.

(c)

Biex jitnaqqsu l-kontaminanti possibbli, speċjalment l-okratossina A.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Id-dożi li għandhom jintużaw jiġu determinati wara ttestjar preliminari. Id-doża massima li tintuża ma tridx taqbeż:

il-100 g/hl għall-għanijiet a) u b),

il-500 g/hl għall-għan c).

(b)

Is-sedimenti jiġu eliminati permezz ta’ proċeduri fiżiċi.

(c)

Il-kumpless ta’ kitin-glukan ta’ oriġini fungali jista’ jintuża waħdu jew flimkien ma’ prodotti ammessi oħra.

(d)

Il-kumpless tal-kitin-glukan irid jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.4.20.   UŻU TA’ FIBRI VEĠETALI SELETTIVI (OENO 582-2017)

Definizzjoni:

L-użu ta’ assorbent selettiv magħmul minn fibri veġetali, waqt il-filtrazzjoni tal-inbid.

Għanijiet:

(a)

Biex jitnaqqsu l-livelli ta’ okratossina A fl-inbejjed.

(b)

Biex jitnaqqsu l-għadd u l-livelli ta’ prodotti fitosanitarji identifikati fl-inbejjed.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Il-fibri veġetali selettivi jiġu inkorporati bħala għajnuniet għall-ipproċessar, jew waqt il-filtrazzjoni b’depożizzjoni kontinwa, jew bħala kostitwent folja filtranti.

(b)

Id-dożaġġ rakkomandat jiġi determinat skont it-teknika ta’ filtrazzjoni li tintuża, mingħajr ma jinqabeż il-1,5 kg/m2 tal-erja tas-superfiċje tal-folja filtranti.

(c)

Il-fibri veġetali selettivi jintużaw fuq l-inbejjed f’konformità mar-rekwiżiti regolatorji, b’mod partikolari l-limiti ta’ residwi permessi għall-prodotti fitosanitarji.

(d)

Il-fibri veġetali selettivi jridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.4.21.   ATTIVATURI TAL-FERMENTAZZJONI MALOLATTIKA (OIV-OENO 531-2015)

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ attivaturi tal-fermentazzjoni malolattika fi tmiem il-fermentazzjoni alkoħolika jew wara biex tiġi faċilitata l-fermentazzjoni malolattika.

Għanijiet:

Biex jippromwovu l-bidu, il-kinetika jew it-tlestija tal-fermentazzjoni malolattika:

bl-arrikkiment tal-ambjent b’nutrijenti u fatturi ta’ tkabbir għall-batterji tal-aċidu lattiku,

bl-assorbiment ta’ xi inibituri tal-batterji.

Preskrizzjonijiet:

(a)

L-attivaturi huma ċ-ċelluloża mikrokristallina jew il-prodotti ġejjin mid-degradazzjoni tal-ħmira (awtolisati tal-ħmira, ħmira inattivata, il-qoxra ta’ barra tal-ħmira).

(b)

L-attivaturi jistgħu jiġu miżjuda mal-inbid jew mal-inbid li jkun qiegħed jiffermenta qabel jew matul il-fermentazzjoni malolattika.

(c)

L-attivaturi ma għandhomx iwasslu għal devjazzjonijiet organolettiċi fl-inbid.

(d)

L-attivaturi tal-fermentazzjoni malolattika jridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet kontenuti fil-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.5.5   OSSIĠENAZZJONI (545B/2016)

Klassifikazzjoni:

Ossiġenu: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ ossiġenu jew arja mal-inbid

Għanijiet:

(a)

Biex jintużaw teknoloġiji ta’ “mikro-ossiġenazzjoni”, “makro-ossiġenazzjoni” u “nano-ossiġenazzjoni” fuq l-inbejjed.

(b)

Biex jinbdew fenomeni ta’ ossidazzjoni bil-għan li:

jikkontribwixxu għall-istabbilizzazzjoni tal-kulur u għall-maturazzjoni tal-inbejjed ħomor billi jinkoraġġixxu b’mod partikolari l-produzzjoni tal-aċetaldeid, li jista’ jirreaġixxi mal-flavanols u l-antoċjanini biex jikkawża l-formazzjoni ta’ pigmenti ġodda li jkunu aktar stabbli u b’kulur aktar intens (effett iperkromiku u batokromiku) mill-antoċjanini nattivi.

iħejju l-inbejjed użati fi trattamenti biex jiġi eliminat il-ħadid żejjed (il-fajl 3.3.1) permezz tal-ossidazzjoni ta’ ħadid ferruż f’ħadid ferriku.

(c)

Biex titnaqqas il-konċentrazzjoni ta’ “komposti volatili tal-kubrit” bħas-sulfur tal-idroġenu, il-metan-tijol, eċċ.

(d)

Biex jitnaqqsu l-komposti tal-aroma relatati ma’ karattri sensorji veġetali.

(e)

Biex tiffaċilita l-irfinar tal-inbejjed.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Fil-każ tal-“mikro-ossiġenazzjoni”, ir-rata li biha tiżdied il-kwantità tal-ossiġenu għandha tkun aktar baxxa minn dik tal-konsum tal-ossiġenu mill-inbid ittrattat; fi kliem ieħor, l-ossiġenu ma għandux jiġi akkumulat fl-inbejjed matul it-trattament. Huwa preferibbli li din it-teknika tintuża meta l-inbejjed ikollhom konċentrazzjoni għolja ta’ antoċjanini liberi.

(b)

Il-“makro-ossiġenazzjoni” hija definita biż-żieda ta’ dożi ogħla ta’ ossiġenu meta mqabbel mal-“mikro-ossiġenazzjoni” u b’perjodu iqsar ta’ żieda. Din tiġi pprattikata speċifikament fit-tmiem tal-fermentazzjoni, fi stadju post-fermentattiv u sal-ewwel tiswib tal-karfa minn bittija għal oħra.

(c)

Fil-każ tan-“nano-ossiġenazzjoni”, l-ossiġenu jiġi miżjud f’intervalli regolari fi kwantitajiet żgħar ħafna, bħal 10 sa 100 μg ta’ ossiġenu għal kull litru ta’ nbid.

(d)

Fil-każ tat-trattament tal-ħadid żejjed (il-fajl 3.3.1), l-ossiġenazzjoni għandha tiġi segwita biż-żieda ta’ tannin b’mod proporzjonali għall-konċentrazzjoni tal-ħadid tal-inbid, segwita b’irfinar, preferibbilment bil-kaseina. Iż-żieda tal-ossiġenu dejjem għandha tippreċedi t-tneħħija tal-ħadid b’fitat tal-kalċju.

(e)

Għall-istabbilizzazzjoni tal-kulur u t-titjib fil-kwalità ta’ nbid aħmar matul il-maturazzjoni, id-dożi li għandhom jiżdiedu mal-inbid, fil-każ ta’ “mikro-ossiġenazzjoni”, huma madwar 1-5 mg/l kull xahar – jiddependi, prinċipalment, mill-konċentrazzjoni inizjali tagħhom ta’ antoċjanin u polifenol u l-konċentrazzjoni ta’ SO2 liberu. Fil-każ ta’ trattament bl-użu ta’ “makro-ossiġenazzjoni”, id-dożi ta’ ossiġenu li jiġu miżjuda huma ogħla biex jieħdu kont tal-konsum ta’ ossiġenu mill-karfa tal-ħmira.

(f)

Minħabba l-potenzjal ta’ żvilupp ta’ aromi ossidattivi, l-inbid li jgħaddi minn ossiġenazzjoni għandu jiġi ppruvat regolarment sabiex jiġu definiti l-aħjar tul ta’ żmien u temperatura skont il-profil aromatiku mixtieq tal-inbid. Il-“mikro-ossiġenazzjoni” mhijiex rakkomandata f’temperatura ’l fuq minn 22 °C biex tiġi evitata l-ossidazzjoni eċċessiva jew taħt 8 °C biex tiġi evitata l-akkumulazzjoni tal-ossiġenu.

(g)

L-għan tal-ossiġenazzjoni m’għandux ikun it-tnaqqis fis-sulfit tal-inbid li jkun fih diossidu tal-kubrit eċċessiv.

(h)

L-istabilità mikrobijoloġika (speċjalment fir-rigward tal-Brettanomyces bruxellensis) għandha tiġi mmonitorjata biex jiġu evitati devjazzjonijiet organolettiċi fl-inbejjed.

3.5.8.   TRATTAMENT BIS-SULFAT TAR-RAM (2/89)

Klassifikazzjoni:

Sulfat tar-ram, pentaidrat: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ sulfat tar-ram pentaidrat (CuSO4 5H2O) mal-inbid

Għan:

Biex jitneħħew it-togħma u r-riħa ħżiena minħabba s-sulfur tal-idroġenu u possibbilment minħabba d-derivattivi tiegħu.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Id-doża ta’ sulfat tar-ram pentaidrat meħtieġa biex tikkonforma mal-għan għandha tiġi determinata permezz ta’ test preliminari. Din ma għandhiex taqbeż il-1 g/hl.

(b)

Il-preċipitat kupriku kollojdali li jifforma jrid jiġi eliminat mill-inbid.

(c)

Wara t-trattament, il-kontenut ta’ ram fl-inbid għandu jiġi kkontrollat u mnaqqas għal livell ta’ 1 mg/l jew anqas bi proċedura xierqa, li tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness C tal-Kompendju ta’ Metodi Internazzjonali ta’ Analiżi għall-Inbejjed u l-Mosti.

(d)

Is-sulfat tar-ram li jintuża għandu jikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.5.9   TRATTAMENT BIL-KARBONJU TA’ NBID DAQSXEJN BIL-KULUR (16/70)

Klassifikazzjoni:

Karbonju enoloġiku: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ karbonju mal-inbid.

Għanijiet:

Il-korrezzjoni tal-kulur:

ta’ nbejjed bojod prodotti minn varjetajiet ta’ dwieli ħomor b’meraq abjad,

ta’ nbejjed bojod li jkunu tilfu l-kulur b’mod aċċidentali b’kuntatt ma’ kontenituri li kellhom inbejjed ħomor,

ta’ nbejjed sofor ħafna ppreparati minn varjetajiet bojod,

ta’ nbejjed ossidati.

Preskrizzjonijiet:

(a)

L-ipproċessar ma għandux:

iservi biex ineħħi l-kulur ta’ nbid aħmar jew rożè,

jiġi applikat suċċessivament għall-most u għall-inbid li jirriżulta minnu.

(b)

Il-kwantità ta’ karbonju xott li jintuża għandha tkun anqas minn 100 g/hl ta’ nbid.

(c)

Il-karbonju li jintuża għandu jikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.5.14.   TRATTAMENT BIĊ-ĊITRAT TAR-RAM (OENO 1/08)

Klassifikazzjoni:

Ċitrat tar-ram: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ ċitrat tar-ram idrat waħdu jew imħallat ma’ aġenti kjarifikanti (pereżempju l-bentonit)

Għan:

Biex jitneħħew it-togħma u r-riħa ħżiena minħabba s-sulfur tal-idroġenu u possibbilment id-derivattivi tiegħu.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Id-doża ta’ ċitrat tar-ram idrat meħtieġa biex jintlaħaq l-għan trid tiġi determinata b’test ta’ prova preliminari. Din id-doża ma għandhiex taqbeż il-1 g/hl.

(b)

Il-preċipitat kollojdali tar-ram li jifforma jrid jiġi eliminat mill-inbid permezz ta’ filtrazzjoni.

(c)

Wara t-trattamenti kollha, il-kontenut ta’ ram fl-inbid irid jiġi mmonitorjat u mreġġa’ lura għal livelli daqs jew anqas mil-livell residwu ta’ nbid stabbilit mill-OIV skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness C tal-Kompendju Internazzjonali ta’ Metodi ta’ Analiżi għall-Inbejjed u l-Mosti.

(d)

Iċ-ċitrat tar-ram li jintuża jrid ikun skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

3.5.17.   ĠESTJONI TA’ GASS MAĦLUL FL-INBID BL-UŻU TA’ KUNTATTURI TAL-MEMBRANA (OENO 499-2013)

Definizzjoni:

Metodu fiżiku għall-ġestjoni ta’ konċentrazzjonijiet ta’ gass maħlul fl-inbid bl-użu ta’ kuntatturi tal-membrana (membrani idrofobiċi) u gassijiet użati fl-enoloġija.

Għan:

(a)

Biex jitnaqqas il-livell ta’ ossiġenu maħlul fl-inbid.

(b)

Biex jiżdied il-livell ta’ ossiġenu maħlul fl-inbid.

(c)

Biex jitnaqqas il-livell ta’ diossidu tal-karbonju maħlul fl-inbid.

(d)

Biex jiġi aġġustat il-livell ta’ diossidu tal-karbonju maħlul f’inbejjed bla gass jew semi-frizzanti skont id-definizzjoni fil-Kodiċi Internazzjonali tal-Prattiki Enoloġiċi.

(e)

Biex jiżdied il-livell ta’ diossidu tal-karbonju maħlul biex jinkisbu nbejjed karbonizzati skont id-definizzjoni fil-Kodiċi Internazzjonali tal-Prattiki Enoloġiċi.

Preskrizzjoni:

(a)

Ara l-folja ġenerali dwar it-tekniki separattivi użati fit-trattament tal-mosti u l-inbejjed (26) kif ukoll il-folja dwar l-applikazzjoni ta’ tekniki tal-membrani fl-inbid (27).

(b)

Din it-teknika tista’ tintuża minn tmiem il-fermentazzjoni alkoħolika sal-imballaġġ biex tieħu post l-użu ta’ apparat għat-tbaqbiq jew sistemi tat-tip venturi.

(c)

Din il-prattika għandha titwettaq minn enologu jew minn tekniku kwalifikat.

(d)

Għall-għan b) ara l-preskrizzjonijiet tar-riżoluzzjoni relatata mal-ossiġenazzjoni tal-inbid (28).

(e)

L-inbid ittrattat jew li jrid jiġi ttrattat irid jikkonforma mad-definizzjonijiet u l-limiti tal-OIV.

(f)

Il-membrani li jintużaw iridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

(g)

Il-gassijiet li jintużaw iridu jikkonformaw ma’ dawk permessi u definiti fil-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

4.1.7.   PROMOZZJONI TAL-FERMENTAZZJONI SEKONDARJA BL-UŻU TA’ MELĦ NUTRITTIV U TA’ FATTURI TA’ TKABBIR TAL-ĦMIRA (OENO 7/95)

Klassifikazzjoni:

Batterji lattiċi: għajnuna għall-ipproċessar

Sulfat tal-ammonju: għajnuna għall-ipproċessar

Fosfat idroġenat tad-diammonju: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Iż-żieda ta’ melħ tal-ammonju u ta’ tijamina ma’ nbejjed bażi destinati għal fermentazzjoni sekondarja.

Għan:

Biex tiġi faċilitata l-multiplikazzjoni tal-ħmira waqt fermentazzjoni sekondarja fi flixkun jew f’tank magħluq li jkun għad fih iz-zokkor tal-għeneb jew biż-żieda ta’ likur tirage.

Preskrizzjonijiet:

Il-melħ nutrittiv u l-fatturi ta’ tkabbir l-oħra miżjuda għandhom ikunu:

(a)

għall-melħ nutrittiv, fosfat tad-diammonju, jew sulfat tal-ammonju sa doża massima ta’ 0,3 g/l (espress bħala l-melħ).

(b)

għall-fatturi ta’ tkabbir, tijamina fil-forma ta’ idroklorur tat-tijamina sa doża massima ta’ 0,6 mg/l. (espressa bħala tijamina).

(c)

Dawn is-sustanzi għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

4.1.8.   TIRAGE (3/81)

Klassifikazzjoni:

Ħmira xotta attiva: għajnuna għall-ipproċessar

Klorur tal-ammonju: għajnuna għall-ipproċessar

Alġinat tal-potassju: għajnuna għall-ipproċessar

Alġinat tal-kalċju: għajnuna għall-ipproċessar

Definizzjoni:

Operazzjoni li tikkonsisti fil-mili fi fliexken, li jkunu magħluqa ermetikament, tal-cuvée, imħallat sewwa mal-likur tirage. Jiġi miżjud inokulu ta’ ħmira magħżula, u possibbilment aġenti kjarifikanti u attivaturi tal-fermentazzjoni alkoħolika sekondarja.

Għan:

Biex tinbeda fermentazzjoni alkoħolika sekondarja bil-għan li jinkiseb it-tfexfix.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Huma awtorizzati l-aġenti kjarifikanti li ġejjin:

Bentoniti (ara Trattament bil-bentoniti (29)),

Aġenti organiċi tal-irfinar (ara Irfinar (30)),

Tannini (ara Żieda tat-tannin (31)),

Alġinat tal-potassju.

(b)

L-attivaturi tal-fermentazzjoni alkoħolika sekondarja huma awtorizzati (ara Promozzjoni tal-fermentazzjoni sekondarja bl-użu ta’ melħ nutrittiv u ta’ fatturi ta’ tkabbir tal-ħmira (32)).

(c)

Dawn il-prodotti għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

4.1.10   TRANSVASAGE (OENO 7/02)

Definizzjoni:

Operazzjoni li tinvolvi t-trasferiment isobarometriku ta’ nbid frizzanti minn kontenitur tall-inbid għal ieħor.

Għanijiet:

(a)

Biex tippermetti s-separazzjoni tal-inbid mill-karfa, u/jew mid-depożiti li jiġu miż-żieda ta’ aġenti kjarifikanti, depożitati fil-qiegħ tal-kontenitur

(b)

Biex tippermetti t-taħlit ta’ nbejjed ta’ oriġini differenti

(c)

Biex tippermetti l-kjarifikazzjoni kimika permezz ta’ filtrazzjoni, ċentrifuga, eċċ.

(d)

Biex tippermetti s-separazzjoni tal-kristalli, l-istabbilizzazzjoni tartrika permezz tat-tkessiħ u s-separazzjoni tal-kristalli tat-tartrat (bitartrat tal-potassju u tartrat tal-kalċju)

(e)

Biex ikun jista’ jsir l-ibbottiljar isobarometriku

Preskrizzjonijiet:

It-transvasage jista’ jsir:

(a)

fin-nuqqas ta’ arja biex tiġi evitata kwalunkwe ossidazzjoni,

(b)

fit-temperatura tal-kamra, jew preferibbilment wara tkessiħ biex jiġi evitat kwalunkwe telf possibbli ta’ gass karboniku,

(c)

bl-użu tar-regola tar-reċipjenti interkonnessi jew bil-pompi.

(d)

Il-kontenitur finali jrid jiġi magħmul inerti bid-diossidu tal-karbonju, bin-nitroġenu jew bl-argon. Dawn il-gassijiet iridu jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

4.3.   INBID LIKUR (ECO 2/2007)

L-inbid likur huwa prodott b’qawwa alkoħolika akkwiżita ’l fuq minn jew daqs 15 % u anqas minn jew daqs 22 %. Madankollu, Stat jista’, għas-suq domestiku tiegħu, japplika qawwa alkoħolika massima akkwiżita ta’ ’l fuq minn 22 % filwaqt li tibqa’ anqas minn jew daqs 24 %.

L-inbid likur huwa magħmul minn mosti tal-għeneb (inklużi mosti tal-għeneb parzjalment iffermentati) u/jew inbid, li miegħu jiżdiedu, waħedhom jew f’taħlita, distillati, spirti u alkoħol ta’ oriġini vitivinikulturali.

Jistgħu jiżdiedu wieħed jew aktar mill-prodotti li ġejjin: most tal-għeneb ikkonċentrat jew karamellizzat, għeneb misjur iżżejjed jew imqadded, mistelli, karamella.

Stat jista’, madankollu, għas-suq domestiku tiegħu, jippermetti l-użu ta’ alkoħol newtrali ta’ oriġini agrikola jekk dan l-użu jkun diġà awtorizzat fir-regolamenti ta’ dan l-Istat fiż-żmien li tiġi adottata r-riżoluzzjoni preżenti, sa perjodu ta’ żmien limitat.

4.3.2.   TIRAGE F’TANK MAGĦLUQ (3/81)

Definizzjoni:

Operazzjoni li tinvolvi t-tqegħid tal-cuvée, imħallat sewwa mal-likur tirage, f’tank reżistenti għall-pressjoni, biż-żieda ta’ inokulu ta’ ħmira magħżula, u possibbilment ta’ aġenti kjarifikanti u attivaturi tal-fermentazzjoni alkoħolika sekondarja. L-iżbokki kollha tat-tank imbagħad jiġu magħluqa b’mod ermetiku.

Għan:

Biex tinbeda fermentazzjoni alkoħolika sekondarja bil-għan li jinkiseb it-tfexfix.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Huma awtorizzati l-aġenti kjarifikanti li ġejjin:

Bentoniti (ara Trattament bil-bentoniti (33)),

Aġenti organiċi tal-irfinar (ara Irfinar (34)),

Tannini (ara Żieda tat-tannin (35)),

Alġinat tal-potassju.

(b)

L-attivaturi tal-fermentazzjoni alkoħolika sekondarja huma awtorizzati (ara Promozzjoni tal-fermentazzjoni sekondarja bl-użu ta’ melħ nutrittiv u ta’ fatturi ta’ tkabbir tal-ħmira (36))

(c)

Dawn il-prodotti għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda ż-żoni ta’ vitikultura li fihom tista’ tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV (ĠU L 149, 7.6.2019, p. 1)

(2)  Il-disulfit tal-potassju huwa sinonimu mal-metabisulfit tal-potassju

(3)  Il-fajls 2.0 u 3.0 tal-OIV. TEKNIKI SEPARATTIVI UŻATI FIT-TRATTAMENTI TAL-MOSTI U TAL-INBEJJED:

a)

L-għanijiet jistgħu jintlaħqu permezz ta’ tekniki differenti waħedhom jew flimkien:

Tekniki bil-membrani

Tekniki evaporattivi (bħad-distillazzjoni u d-distillazzjoni f’vakwu)

Tekniki separattivi oħra

b)

L-inbid jew il-most li jrid jiġi ttrattat irid jikkonforma mad-definizzjonijiet u l-limiti tal-OIV.

c)

Dawn it-tekniki ma jistgħux jintużaw biex jgħattu atti frodulenti

d)

Il-frazzjonijiet, mhux ittrattati jew ittrattati bi prattiki enoloġiċi approvati mill-OIV iridu jiġu mħallta esklussivament ma’ most jew frazzjonijiet tal-inbid, miksuba b’tekniki separattivi, derivati mill-istess prodott oriġinali. Il-frazzjonijiet li jintużaw bħala prodotti bbażati fuq l-inbid kif definiti fil-Kodiċi Internazzjonali tal-Prattiki Enoloġiċi huma l-unika eċċezzjoni.

e)

Il-kombinazzjoni mill-ġdid trid isseħħ fl-iqsar żmien possibbli u fl-istess post meta jkun possibbli.

f)

It-tekniki, il-membrani u t-tagħmir li jintużaw, u l-prattiki implimentati fil-proċeduri addizzjonali jridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-Kodiċi Internazzjonali tal-prattiki enoloġiċi tal-OIV.

g)

It-trattamenti tal-frazzjonijiet iridu jikkonformaw mal-Kodiċi Internazzjonali tal-prattiki enoloġiċi tal-OIV.

(4)  Il-fajl 2.0.1 tal-OIV. APPLIKAZZJONI TA’ TEKNIKI BIL-MEMBRANI:

a)

Ara l-folja ġenerali dwar it-trattament tal-mosti u tal-inbejjed b’tekniki separattivi użati fit-trattament tal-inbid u tal-most

b)

L-għanijiet imsemmija hawn fuq jistgħu jintlaħqu billi dawn it-tekniki jiġu applikati, pereżempju, għal:

1.

id-diżidratazzjoni parzjali tal-most

2.

it-tnaqqis fil-konċentrazzjoni taz-zokkor,

3.

l-aġġustament tal-aċidità jew tal-pH tal-mosti

4.

it-tnaqqis tal-konċentrazzjoni ta’ ċerti aċidi organiċi.

c)

Hemm tipi differenti ta’ tekniki bil-membrani, waħedhom jew f’kombinazzjoni, skont l-għanijiet li jkunu jridu jintlaħqu, fosthom:

1.

mikrofiltrazzjoni,

2.

ultrafiltrazzjoni,

3.

nanofiltrazzjoni,

4.

kuntattur tal-membrani

5.

osmosi inversa,

6.

elettromembrani,

7.

tekniki oħra bil-membrani.

d)

L-użu ta’ tekniki bil-membrani biex jinkisbu karatteristiki opposti mhuwiex permess.

e)

Din il-prattika trid titwettaq minn enologu jew tekniku kwalifikat.

f)

Il-membrani u l-materjal, flimkien mat-tekniki użati fi proċeduri komplementari, kif imsemmija fil-punt C, għandhom ikunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Internazzjonali tal-Prattiki Enoloġiċi u tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

(5)  2.2 Preservazzjoni tal-mosti.

(6)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 3.

(7)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 4.

(8)  Fajl tal-OIV 2.1.3.2 Għan: Il-produzzjoni ta’ nbejjed ibbilanċjati minn perspettiva sensorja

(9)  Sad-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan id-dokument, is-sustanza mhijiex awtorizzata mill-OIV. Hija awtorizzata fl-UE biss bħala għajnuna għall-ipproċessar skont il-kolonna 6 tal-entrata tal-linja 4.9 tat-Tabella 2 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934. Konsegwentement, l-għan a) tal-fajl 2.2.9 tal-OIV mhuwiex rilevanti għall-UE.

(10)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 3.

(11)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 4.

(12)  —It-trattament ma għandux inaqqas il-konċentrazzjoni tal-katjoni metalliċi fl-inbid għal anqas minn 300 mg/l.

—It-trattament ma għandux ibaxxi l-pH tal-inbid taħt 3,0. It-tnaqqis fl-pH ma għandux jaqbeż iż-0,3 ta’ unitajiet tal-pH.

(13)  Il-fajl 3.1.2.1. tal-OIV DEAĊIDIFIKAZZJONI FIŻIKA (6/79)

Preskrizzjonijiet:

Il-preċipitazzjoni tal-bitartrat tal-potassju u tat-tartrat tal-kalċju sseħħ:

 

[…]

b)

Bħala riżultat tat-tkessiħ tal-inbid

(14)  Ara l-fajl 3.1.2.3. tal-OIV hawn taħt

(15)  Il-fajl 3.5.3. tal-OIV TAĦLIT JEW PREPARAZZJONI TAL-CUVÉE (3/85)

Definizzjoni:

Operazzjoni li tikkonsisti fit-taħlit ta’ nbejjed differenti.

Għanijiet:

a)

Għall-inbejjed b’indikazzjoni ġeografika (pereżempju Denominazzjoni ta’ Oriġini Rikonoxxuta u Indikazzjoni Ġeografika Rikonoxxuta)

Biex jiġu prodotti nbejjed b’karatteristiki kwalitattivi ottimali rappreżentattivi ta’ kull indikazzjoni ġeografika.

b)

Għall-inbejjed mingħajr indikazzjoni ġeografika:

Biex jiġu prodotti nbejjed bil-karatteristiki analitiċi, sensorji u kwalitattivi mixtieqa,

Biex jiġu prodotti nbejjed li jkollhom karatteristiki ġodda u/jew ibbilanċjati aħjar,

Biex jiġu prodotti nbejjed li jkollhom il-prezz mixtieq.

Preskrizzjonijiet:

a)

Fl-ebda każ ma għandha din l-operazzjoni titwettaq biex taħbi bidla mikrobijoloġika jew kimika tal-inbejjed.

b)

Il-kompożizzjoni tal-inbid wara din l-operazzjoni għandha tikkonforma mad-definizzjonijiet tal-Kodiċi preżenti u mar-rekwiżiti tal-Anness C tal-Kompendju ta’ Metodi Internazzjonali ta’ Analiżi għall-Inbejjed u l-Mosti.

(16)  Ara l-fajl 3.3.4 tal-OIV hawn taħt.

(17)  Il-fajl 3.1.1.3. tal-OIV TRATTAMENT BI SKAMBJU TAL-JONI (6/76)

Għanijiet:

 

[…]

b)

Trattament bi skambju tal-anjoni:

1.

Biex titnaqqas l-aċidità totali,

2.

Biex jitneħħa s-sulfit mill-inbejjed,

3.

Biex jitnaqqas il-kontenut tas-sulfati.

(18)  Ara l-fajl 3.1.2.2 tal-OIV hawn taħt.

(19)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 3.

(20)  Il-fajl 3.0.1 tal-OIV APPLIKAZZJONI TA’ TEKNIKI TAL-MEMBRANI (OENO 373B/2010)

Definizzjoni:

It-trattament tal-inbid bl-użu ta’ tekniki tal-membrani li jippermettu ż-żamma jew il-mogħdija selettiva ta’ xi komposti fl-inbid.

Għanijiet:

(a)

Biex jiġi elaborat inbid aktar ibbilanċjat f’termini ta’ karatteristiki organolettiċi,

(b)

Biex jiġu kkumpensati l-effetti ta’ kundizzjonijiet tat-temp ħżiena u tat-tibdil fil-klima, u biex jiġu solvuti ċerti kwistjonijiet organolettiċi

(c)

Biex jitwessgħu t-tekniki disponibbli għall-iżvilupp ta’ prodotti aktar adattati għall-aspettattivi tal-konsumatur.

Preskrizzjonijiet:

(a)

Ara l-folja ġenerali dwar it-trattament tal-mosti u tal-inbejjed b’tekniki separattivi użati għat-trattament tal-inbejjed u tal-mosti

(b)

L-għanijiet imsemmija hawn fuq jistgħu jintlaħqu billi dawn it-tekniki jiġu applikati, pereżempju, għal:

1.

l-istabbilizzazzjoni tartarika

2.

id-deidratazzjoni parzjali

3.

id-diżalkoħolizzazzjoni parzjali tal-inbid,

4.

l-aġġustament tal-aċidità u tal-pH,

5.

it-tnaqqis tal-konċentrazzjoni ta’ ċerti aċidi organiċi

6.

it-tnaqqis tal-aċidità volatili tal-inbejjed ikkwalifkati biex jiġu rilaxxati fis-suq.

7.

Il-ġestjoni ta’ gass maħlul

(c)

Hemm tipi differenti ta’ tekniki bil-membrani, waħedhom jew f’kombinazzjoni, skont l-għanijiet li jkunu jridu jintlaħqu, fosthom:

1.

mikrofiltrazzjoni,

2.

ultrafiltrazzjoni,

3.

nanofiltrazzjoni,

4.

kuntattur tal-membrani,

5.

osmosi inversa,

6.

proċessi bl-elettromembrani,

7.

tekniki oħra bil-membrani.

(d)

L-użu tal-membrani biex jinkisbu karatteristiki opposti mhuwiex permess

(e)

Din il-prattika għandha titwettaq minn enologu jew minn tekniku kwalifikat.

(f)

Il-membrani u l-materjal, flimkien mat-tekniki użati fi proċeduri komplementari, għandhom ikunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Internazzjonali tal-Prattiki Enoloġiċi u tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali.

(21)  Din id-definizzjoni tapplika biss għal inbejjed stricto sensu kif definiti fil-Parti I, il-kapitolu 3 tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV.

(22)  Ara l-fajl 3.4.3.1. tal-OIV li jmiss.

(23)  Il-fajl 3.5.10. tal-OIV PASTORIZZAZZJONI FIL-FLIXKUN (5/82):

(a)

Il-pastorizzazzjoni tista’ ssir:

billi l-fliexken jiġu mgħaddsa f’ilma sħun,

billi jiġi mgħoddi ilma sħun fuq il-fliexken.

(b)

Iż-żieda fit-temperatura ma għandha tikkawża l-ebda bidla fid-dehra, fil-kulur, fir-riħa jew fit-togħma tal-inbid.

(c)

Se jiġi pprovdut spazju vojt fuqani taħt is-sufra biex jippermetti l-espansjoni fil-volum tal-inbid u se jittieħdu prekawzjonijiet biex tiġi evitata l-isplużjoni tal-fliexken minħabba pressjoni eċċessiva.

(24)  Il-fajl 3.5.4. tal-OIV IBBOTTILJAR SĦUN (OENO 9/97):

L-inbid ma għandux jissaħħan ’il fuq minn 45 °C.

(25)  L-aċidu isoaskorbiku, jew l-aċidu D-askorbiku jew l-aċidu eritorbiku għandu l-istess qawwa antiossidanti bħall-aċidu askorbiku u jista’ jintuża għall-istess skop enoloġiku. Dan l-aċidu juri l-istess dehra u l-istess karatteristiki ta’ solubilità bħall-aċidu askorbiku. Bl-eċċezzjoni tal-qawwa rotatorja, dan l-aċidu għandu jkollu l-istess karatteristiki bħall-aċidu askorbiku, jirrispondi bl-istess mod għar-reazzjonijiet ta’ identifikazzjoni, jgħaddi mill-istess testijiet u jirrispondi għall-istess analiżi kwantitattiva. (Cf Il-folja tal-Kodiċi COEI-1-ASCACI: 2007)

(26)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 3.

(27)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 20.

(28)  Ara l-fajl 3.5.5. tal-OIV aktar ’il fuq.

(29)  Ara l-fajl 3.3.5 tal-OIV aktar ’il fuq.

(30)  Ara l-fajl 3.2.1 tal-OIV aktar ’il fuq.

(31)  Ara l-fajl 3.2.6 tal-OIV aktar ’il fuq.

(32)  Ara l-fajl 4.1.7 tal-OIV aktar ’il fuq.

(33)  Ara l-fajl 3.3.5 tal-OIV aktar ’il fuq.

(34)  Ara l-fajl 3.2.1 tal-OIV aktar ’il fuq.

(35)  Ara l-fajl 3.2.6 tal-OIV aktar ’il fuq.

(36)  Ara l-fajl 4.1.7 tal-OIV aktar ’il fuq.


5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/48


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9611 — Pavilion Energy/Iberdrola Group (European LNG Asset Portfolio))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 409/02)

Fis-27 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9611. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/49


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9540 — Permira/Cambrex)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 409/03)

Fis-27 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9540. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/50


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Diċembru 2019

li taħtar tliet membri u tliet supplenti tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

(2019/C 409/04)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/942 jipprevedi li l-Kunsill jaħtar ħames membri u s-supplenti tagħhom fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) (il-“Bord Amministrattiv”).

(2)

Skont ir-Regolament (UE) 2019/942, membru tal-Bord Amministrattiv ma jistax ikun membru tal-Bord tar-Regolaturi tal-ACER, u l-membri tal-Bord Amministrattiv għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u objettiv fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi.

(3)

Minħabba l-iskadenza tal-mandat ta’ tliet membri u żewġ supplenti tal-Bord Amministrattiv maħtur mill-Kunsill, jenħtieġ li jsiru ħatriet ġodda biex jissostitwixxuhom. Barra minn hekk, peress li kandidat li bħalissa jaġixxi bħala supplenti għandu jinħatar mill-ġdid għal perijodu ta’ erba’ snin, jenħtieġ li jinħatar supplenti ieħor biex iwettaq il-mandat attwali ta’ dak il-kandidat għall-bqija tal-mandat tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru bħala membri tal-Bord Amministrattiv għal perijodu ta’ erba’ snin mit-28 ta’ Jannar 2020:

is-Sur Michel THIOLLIÈRE, Franza,

is-Sur Bogdan Marius CHIRIȚOIU, ir-Rumanija,

is-Sinjura Karin LUNNING, l-Iżvezja.

Artikolu 2

Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru bħala membri supplenti tal-Bord Amministrattiv għal perijodu ta’ erba’ snin mit-28 ta’ Jannar 2020:

is-Sur Zhencho Donchev STANKOV, il-Bulgarija,

is-Sur Paweł PIKUS, il-Polonja.

Artikolu 3

Il-persuna li ġejja għandha tinħatar bħala membru supplenti tal-Bord Amministrattiv għal perijodu ta’ sentejn mit-28 ta’ Jannar 2020 biex tissostitwixxi l-membru supplenti attwali, is-Sur Pikus:

is-Sur Václav BARTUŠKA, iċ-Ċekja.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

H. KOSONEN


(1)  ĠU L 158, 14.6.2019, p. 22.


Il-Kummissjoni Ewropea

5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/52


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta' Diċembru 2019

(2019/C 409/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1081

JPY

Yen Ġappuniż

120,45

DKK

Krona Daniża

7,4715

GBP

Lira Sterlina

0,84610

SEK

Krona Żvediża

10,5523

CHF

Frank Żvizzeru

1,0956

ISK

Krona Iżlandiża

134,20

NOK

Krona Norveġiża

10,1723

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,520

HUF

Forint Ungeriż

331,01

PLN

Zloty Pollakk

4,2792

RON

Leu Rumen

4,7754

TRY

Lira Turka

6,3608

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6203

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4707

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6753

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6980

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5103

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 321,20

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,1224

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8149

HRK

Kuna Kroata

7,4385

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 629,75

MYR

Ringgit Malażjan

4,6280

PHP

Peso Filippin

56,519

RUB

Rouble Russu

70,7959

THB

Baht Tajlandiż

33,581

BRL

Real Brażiljan

4,6521

MXN

Peso Messikan

21,6167

INR

Rupi Indjan

79,2615


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/53


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2019/C 409/06)

Image 1

Wiċċ nazzjonali għall-munita l-ġdida kommemorattiva taż-2 euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Andorra

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: Andorra

Suġġett tal-kommemorazzjoni: 600 sena tal-Kunsill tal-Art

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn jikkommemora s-600 anniversarju tal-ħolqien tal-Consell de la Terra (il-Kunsill tal-Art). Kien korp rappreżentattiv li nħoloq fl-1419, il-preċedessur tal-Consell General (il-Kunsill Ġenerali), il-Parlament ta’ Andorra.

Id-disinn juri l-parti ta’ fuq tal-portal fid-daħla tal-Casa de la Vall (is-sede antika tal-Parlament), bl-arma tal-pajjiż u parti żgħira mit-tieqa ta’ fuqha. Żewġ gruppi kompatti ta’ wċuħ tan-nies fuq iż-żewġ naħat tad-disinn, bħallikieku huma l-ġebel tal-bini, ifissru l-koeżjoni tan-nies ta’ Andorra bħala komunità soċjali unita fl-istorja, l-istituzzjonijiet u l-valuri.

L-iskrizzjoni “600 ANYS DEL CONSELL DE LA TERRA” (600 sena tal-Kunsill tal-Art) fuq in-naħa ta’ fuq, u l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita, “ANDORRA” u s-snin “1419” u “2019” it-tnejn fin-nofs tan-numru “600” fuq in-naħa ta’ isfel, jikkompletaw id-disinn.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 60 000

Data tal-ħruġ: Fir-raba’ kwart tal-2019


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/54


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2019/C 409/07)

Image 2

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-2 euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Estonja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: Estonja

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Iċ-ċentenarju tal-Università ta’ Tartu

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-munita tfakkar iċ-ċentinarju tal-Università ta’ Tartu li hija stabbilita bħala l-ewwel università tal-lingwa Estonjana. Hija twaqqfet fl-1632 mir-Re Svediż Gustav II Adolf u hija waħda mill-eqdem universitajiet fl-Ewropa ta’ fuq u tal-Lvant. Fl-1919 hija saret l-ewwel università tal-lingwa Estonjana.

Id-disinn juri l-motiv tal-bini prinċipali tal-università. Hija għandha wkoll l-iskrizzjonijiet “RAHVUSÜLIKOOL 100”(l-Università Nazzjonali 100) u “UNIVERSITAS TARTUENSIS”, is-sens “1632”, il-pajjiż li qed joħroġ il-munita “EESTI” u s-sena tal-ħruġ “2019”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 1 000 000

Data tal-ħruġ: Novembru 2019


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal

5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/55


Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali

(2019/C 409/08)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali li ġejja:

EPSO/AD/380/19 — AMMINISTRATURI (AD 7/AD 9) FIL-QASAM TAL-KOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI U L-ĠESTJONI TAL-GĦAJNUNA GĦAL PAJJIŻI LI MHUX FL-UE

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 409 A tal-5 ta’ Diċembru 2019.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-EPSO: https://epso.europa.eu/home_mt


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/56


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9589 — Fedrigoni/Ritrama Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 409/09)

1.   

Fit-22 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Fedrigoni S.p.A (“Fedrigoni”, l-Italja), li finalment hija kkontrollata minn Bain CapitalInvestors L.L.C. (l-Istati Uniti tal-Amerka),

Ri.Tra.Ma. Rink Trading and Manufacturing S.p.A., Coating Ricofin S.r.l. u Eurotac S.r.l. Fedrigoni S.p.A. (flimkien “Ritrama Group”, kollha fl-Italja).

Fedrigoni takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Ritrama Group. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Fedrigoni hija attiva fl-produzzjoni u l-bejgħ ta’ diversi tipi ta’ karta, fosthom karta għall-grafika u karta fina, karta tas-sigurtà u soluzzjonijiet, labels bil-kollha (self-adhesive labelstock, “SAL”) u stationery.

Ritrama Group jiffoka fuq il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ SAL.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9589 — Fedrigoni/Ritrama Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/58


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9645 — Platinum Equity Group/Cision)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 409/10)

1.   

Fit-28 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Platinum Equity LLC (Platinum Equity Group, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Cision Ltd (Cision, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Platinum Equity Group jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Cision kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Platinum Equity Group: grupp ta’ entitajiet ikkontrollati minn Platinum Equity LLC speċjalizzata fil-fużjoni, l-akkwist u t-tħaddim ta’ kumpaniji li jipprovdu servizzi u soluzzjonijiet lil klijenti f’firxa wiesgħa ta’ negozji, inklużi teknoloġija tal-informazzjoni, telekomunikazzjonijiet, loġistika, servizzi tal-metall, manifattura u distribuzzjoni, fil-livell dinji.

Cision: fornitur ta’ software tal-workflow għar-relazzjonijiet pubbliċi, distribuzzjoni tal-media, intelligence tal-media u prodotti relatati u servizzi lil professjonisti tar-relazzjonijiet pubbliċi u tal-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni, fil-livell dinji.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M9645 — Platinum Equity Group/Cision

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Fax +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/59


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2019/C 409/11)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data DOOR tal-Kummissjoni.

DOKUMENT UNIKU

“ANONA DA MADEIRA”

Nru tal-UE: PDO-PT-0082-AM01 — 5.4.2019

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet

“Anona da Madeira”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Portugall

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L-isem “ANONA DA MADEIRA” jirreferi għall-frott frisk tad-diversi varjetajiet tal-ispeċi Annona cherimola Mill. li jikbru fir-Reġjun Awtonomu tal-Madeira, li jkun tkabbar u jkun ġie ppakkjat u ttikkettat skont l-Ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.

Il-frott tat-tip “ANONA DA MADEIRA” huwa kkaratterizzat mill-forma ta’ qalb tiegħu u l-wiċċ ta’ kull karpell huwa iktar regolari n-naħa ta’ fuq milli n-naħa ta’ taħt tal-frotta. L-epidermis hija pjuttost lixxa jew ikun fiha xi partijiet imqabbżin xi ftit ’il barra forma ta’ kon. Il-qoxra hija fina u delikata. Din il-frotta tista’ tkun ta’ lewn aħdar ċar, aħdar safrani jew aħdar lewn il-bronż, skont il-varjetà. F’kull 100 gramma polpa jkun hemm bejn sitt iżrieragħ u disgħa u l-livell Brix (o Bx) ikun bejn 17,5 u 21. Id-daqs taċ-ċerimoja (stabbilit billi jintiżen il-frott) jista’ jvarja minn 100 gramma sa żewġ kilogrammi.

Il-polpa tal-frott tat-tip “ANONA DA MADEIRA” hija bajda, kremuża u mmerrqa. Din tkun aċiduża, delikata u tkun tfuħ ħafna.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

It-tkabbir tal-frott u l-ippakkjar.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi taċ-ċerimoja (li hija frotta li tmur malajr li ma tistax tinżamm fit-tul) u l-karatteristiċi speċifiċi taż-żona ġeografika (gżira f’nofs l-Oċean Atlantiku), l-ippakkjar irid isir fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni.

Il-frott tat-tip “ANONA DA MADEIRA” jrid ikun sħiħ, b’saħħtu (ma jkollu l-ebda bidla li tkun ġejja mill-parassiti jew mill-mard) u jkun ħieles minn kull korp barrani viżibbli, mill-irwejjaħ barranin u/jew mill-ħsara li tkun saret minħabba li jkun inħażen ħażin fil-kesħa, u z-zokk irid ikun limitat għal-livell ta’ wiċċ il-frott, imma ma jridx ikun inqata’ b’tali mod li jkun ġie affettwat il-punt ta’ inserzjoni. Mhux iktar minn 10 % ta’ wiċċ il-frott irid ikun ittebba’ bix-xemx u l-frott irid ikun sar biżżejjed.

Il-frott tat-tip “ANONA DA MADEIRA” jrid jiġi kklassifikat u ppreżentat skont il-kategoriji tal-kwalità u tad-daqs (u t-tolleranzi rispettivi tagħhom) mogħtija fir-Rakkomandazzjoni teknika dwar il-kwalità kummerċjali tal-frott tat-tip “Anona da Madeira” li ġiet approvata permezz tad-Digriet Nru 287/2018 tal-24 ta’ Awwissu msejħa “Recomendação Técnica relativa à Qualidade Comercial da Anona da Madeira” (minn hawn ’il quddiem imsejħa “r-Rakkomandazzjoni teknika”).

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikkettar isegwi r-regoli mogħtija fir-Rakkomandazzjoni teknika. B’mod partikulari, fuq barra tiegħu, kull pakkett għandu jkollu tikketta fl-istess parti viżiva li fuqha jkollha l-kliem li ġej, miktub b’karattri li jidhru u li ma jitħassrux, flimkien mar-referenzi legali rilevanti: “‘ANONA DA MADEIRA’ — Denominação de Origem Protegida” jew “‘ANONA DA MADEIRA’ — DOP”.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tat-tkabbir u tal-ippakkjar tal-frott tat-tip “ANONA DA MADEIRA” hija l-gżira tal-Madeira.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Is-siġra taċ-ċerimoja ddaħħlet fil-Madeira madwar l-1600 minn nies tal-gżira li ġabuha lura magħhom mill-Perù, minn fejn din toriġina. Hemm ħafna referenzi fid-dokumenti dwar il-preżenza tal-ispeċi Annona cherimola Mill. fil-Madeira. Fl-1897, M. Grabham kiteb dan li ġej fil-Ġurnal tas-Soċjetà Agrikola tal-Ġamajka msejjaħ “Journal of the Jamaica Agricultural Society”: “... f’ħafna mir-raba’ agrikolu li jinsab fix-xaqliba tan-Nofsinhar tal-gżira li tara ħafna xemx, minflok il-vinji li kien hemm qabel, issa tħawlu b’mod sistematiku s-siġar taċ-ċerimoja. Il-frott tagħhom jiżen bejn tliet libbri u tmienja, u f’każijiet eċċezzjonali jkun fih 16-il libbra jew aktar...”. F’dak li għandu x’jaqsam mal-karatteristiċi eċċellenti taċ-ċerimoja mkabbra fil-Madeira, fl-1945 Sarmento kiteb ukoll dan li ġej: “Qrajt l-erba’ volumi tal-ktieb estensiv tal-espert fil-botanika u fl-ortikultura George Dom imsejjaħ “General History of the Dichlamydeous Plants”. L-ebda waħda mis-47 speċi tal-ġeneru Anona u mill-ftit varjetajiet tagħha li jiddeskrivi l-awtur fih ma taqbel ma’ dawk ipperfezzjonati bis-saħħa tal-klima privileġġjata tagħna, li jegħlbu lill-oħrajn kollha.”“Fil-fatt din is-siġra mkien ma sabet l-aqwa kundizzjonijiet biex tiżviluppa ħlief fuq il-gżira tal-Madeira, li tatha d-dawl, is-sħana, il-ħamrija u l-umdità li l-iktar kellha bżonn...”.

Minħabba li l-Madeira tinsab fuq ir-rotot ewlenin tat-tbaħħir, fil-port ta’ Funchal dejjem kien hemm attività konsiderevoli. Għadd kbir ta’ bastimenti kienu jankraw hemmhekk biex ifittxu prodotti maħsubin għas-swieq Fjammingi u għal diversi portijiet fil-Mediterran. Xi dokumenti tal-bidu ta’ dan is-seklu jsemmu l-esportazzjoni tas-siġar taċ-ċerimoja lejn Lisbona u Londra.

Is-siġra taċ-ċerimoja tippreferi ħamrija ġulġlinija ramlija u taflija li jkollha pH ta’ bejn 5,5 u 6,5 u li jkun fiha kemm kemm ġir u tkun relattivament għanja. Minħabba li din is-siġra ma tridx ħamrija mifqugħa bl-ilma, għandha bżonn art li minnha tgħaddi l-arja u li minnha jiskula sew l-ilma. L-għeruq ta’ din is-siġra jibqgħu fil-wiċċ, allura m’għandhiex bżonn ħamrija fonda. Il-biċċa l-kbira tas-siġar taċ-ċerimoja huma mħawlin f’ħamrija tat-tip “Cambisols” (CM), b’mod ewlieni “Humic Cambisols” (CMu) u “Chromic Cambisols” (Cmx), u, sa ċertu punt, f’ħamrija tat-tip “Phaeozems” (PH).

Il-gżira tal-Madeira għandha klima oċeanika essenzjalment moderata, li tvarja minn klima niexfa għal waħda umda u minn waħda b’ammont moderat ta’ xita għal waħda b’ħafna xita skont l-altitudni. Fit-Tramuntana tal-gżira tagħmel ħafna xita u hemm temperaturi aktar baxxi. Karatteristika oħra tal-klima tal-lokal hija ż-żona ta’ ċpar permanenti f’altitudnijiet differenti (li tibda minn altitudni ta’ 500 metru fix-xitwa u minn altitudni kemxejn ogħla fis-sajf).

It-temperatura medja annwali tal-arja tvarja mill-isotermu ta’ 17,5-il °C mal-kosta (b’valuri ogħla fin-Nofsinhar milli fit-Tramuntana) għal valuri ta’ madwar 9 °C fil-qraten u fil-qċaċet fil-qalba tal-gżira. L-umdità medja annwali tvarja minn 55 % fiż-żoni tal-gżira li jinsabu fil-baxx għal 90 % fiż-żoni taċ-ċpar, u tinżel għal madwar 75 % ’l fuq minn dawn iż-żoni. L-ammont annwali ta’ xita jiżdied biċ-ċar skont l-altitudni, u jvarja minn 500 mm mal-kosta tan-Nofsinhar u 1 000 mm mal-kosta tat-Tramuntana għal ftit iktar minn 3 200 mm fl-ogħla żoni ta’ ġewwa tal-gżira.

Il-ħamrija, il-klima u l-pajsaġġ tal-gżira tal-Madeira, flimkien mal-prattiki agrikoli u mal-għarfien espert tal-popolazzjoni lokali, jagħtu lil dan il-frott karatteristiċi speċifiċi marbutin maż-żona ġeografika tal-oriġini tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott

(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://tradicional.dgadr.gov.pt/images/prod_imagens/frescos/docs/CE_AnonaMadeiraDOP2019.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


Top