Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.
Dokumentum 3804e7fc-4bb3-11f0-85ba-01aa75ed71a1
Decision (EU) 2022/1981 of the European Central Bank of 10 October 2022 on the use of services of the European System of Central Banks by competent authorities (ECB/2022/33)
Egységes szerkezetbe foglalt szöveg: Deċiżjoni (UE) 2022/1981 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2022 dwar l-użu tas-servizzi tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali mill-awtoritajiet kompetenti (BĊE/2022/33)
Deċiżjoni (UE) 2022/1981 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2022 dwar l-użu tas-servizzi tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali mill-awtoritajiet kompetenti (BĊE/2022/33)
02022D1981 — MT — 01.06.2025 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI (UE) 2022/1981 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-10 ta’ Ottubru 2022 (ĠU L 272 20.10.2022, p. 22) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI (UE) 2023/2796 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-4 ta’ Diċembru 2023 |
L 2796 |
1 |
14.12.2023 |
|
|
DEĊIŻJONI (UE) 2025/873 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-24 ta’ April 2025 |
L 873 |
1 |
12.5.2025 |
|
DEĊIŻJONI (UE) 2022/1981 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta’ Ottubru 2022
dwar l-użu tas-servizzi tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali mill-awtoritajiet kompetenti (BĊE/2022/33)
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
‘awtorità kompetenti’ tfisser jew awtorità nazzjonali kompetenti jew il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE);
‘awtorità nazzjonali kompetenti’ (ANK) tfisser awtorità nazzjonali kompetenti kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, tinkludi ukoll, fir-rigward tal-kompiti superviżorji assenjati lilhom, banek ċentrali nazzjonali li ġew assenjati ċerti kompiti superviżorji skont il-liġi nazzjonali u li mhumiex maħtura bħala ANK;
‘Servizzi tas-SEBĊ’ tfisser waħda jew aktar mill-applikazzjonijiet elettroniċi, sistemi, pjattaformi, bażijiet tad-data u servizzi elenkati fl-Anness I u l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni;
‘bank ċentrali li jipprovdi’ tfisser bank ċentrali li jiżviluppa, imexxi u jżomm servizz tas-SEBĊ.
Artikolu 2
L-użu tas-servizzi tas-SEBĊ mill-awtoritajiet kompetenti
Artikolu 3
Arranġamenti finanzjarji
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS I
Servizzi tas-SEBĊ li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jużaw
ANNESS II
Servizzi tas-SEBĊ li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw
ANNESS III
Rekwiżiti għas-servizzi tas-SEBĊ li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jużaw
(1) L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti u jassumu r-responsabbiltajiet li jikkorrispondu għar-rwol tagħhom fis-servizz tas-SEBĊ rilevanti.
(2) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġustaw is-sistemi interni u l-interfaċċi tagħhom biex joperaw mingħajr xkiel mas-servizz tas-SEBĊ.
(3) L-awtoritajiet kompetenti se jkunu responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara mġarrba bħala riżultat ta’ kwalunkwe azzjoni deliberata jew negliġenti u/jew ommissjoni fit-twettiq tal-obbligi tagħhom. Il-limitazzjonijiet tar-responsabbiltà stabbiliti fil-Ftehim tal-Livell 2 — Livell 3 se japplikaw kif xieraq.
(4) L-awtoritajiet kompetenti se jerfgħu l-oneru tal-prova li juru li ma kisrux id-dmir tagħhom ta’ diliġenza raġonevoli fit-twettiq tal-obbligi tagħhom, inkluż fl-operat tal-faċilitajiet tekniċi.
(5) L-esternalizzazzjoni, id-delega jew is-sottokuntrattar minn awtorità kompetenti lil partijiet terzi se jkunu mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ta’ dik l-awtorità kompetenti.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesternalizzaw, jiddelegaw jew jissottokuntrattaw biss lil parti terza kompiti li għandhom jew li jista’ jkollhom impatt materjali fuq il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness sal-punt li jkunu kisbu l-kunsens espliċitu, minn qabel u bil-miktub (jew kunsens preżunt kif previst fil-paragrafu (6)) tal-banek ċentrali tal-Eurosistema, jew tal-banek ċentrali tas-SEBĊ, skont il-każ. Ma jkun meħtieġ l-ebda kunsens bħal dan jekk il-parti terza tkun affiljata konġunta tal-awtorità kompetenti rilevanti u jekk id-drittijiet u l-obbligi ta’ dik l-awtorità kompetenti jibqgħu materjalment l-istess.
(6) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu avviż raġonevoli minn qabel ta’ kwalunkwe esternalizzazzjoni, delega jew sottokuntrattar ippjanat kif imsemmi fil-paragrafu 5 u għandhom jipprovdu dettalji tar-rekwiżiti li huma proposti li japplikaw għal tali esternalizzazzjoni, delega jew sottokuntrattar.
Il-Kumitat tas-SEBĊ kompetenti għandu jwieġeb għal kwalunkwe talba għal kunsens skont il-paragrafu 5 fi żmien xahrejn minn meta jiġi nnotifikat dwar l-esternalizzazzjoni, id-delega jew is-sottokuntrattar ippjanat. Kwalunkwe rifjut għall-għoti ta’ kunsens għandu jkun akkumpanjat bir-raġunijiet għal tali rifjut. Jekk l-awtorità kompetenti ma tirċievi l-ebda tweġiba fi żmien l-iskadenza ta’ xahrejn, hija tista’ tinnotifika mill-ġdid lill-Kumitat tas-SEBĊ kompetenti bit-talba tagħha. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema, jew il-banek ċentrali tas-SEBĊ, skont il-każ, ikollhom xahar ieħor li fih jirrispondu għat-tieni notifika. Jekk ma jkunx hemm tweġiba f’dak il-perjodu ta’ żmien, l-awtorità kompetenti titqies li tkun irċeviet il-kunsens biex tipproċedi bl-esternalizzazzjoni, bid-delega jew bis-sottokuntrattar.
(7) L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu kunfidenzjali kull informazzjoni u għarfien sensittiv, sigriet jew kunfidenzjali (kemm jekk tali informazzjoni tkun ta’ natura kummerċjali, finanzjarja, regolatorja, teknika jew ta’ natura oħra) li tkun immarkata bħala tali u tappartjeni għall-bank ċentrali li jipprovdi u/jew lil banek ċentrali oħrajn tas-SEBĊ/Eurosistema, u ma jistgħux jiżvelaw tali informazzjoni lil xi parti terza mingħajr il-kunsens espliċitu, minn qabel u bil-miktub tal-bank/banek ċentrali kkonċernat/i.
(8) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrestrinġu l-aċċess għall-informazzjoni jew l-għarfien imsemmi fil-paragrafu 7 għall-persunal tekniku rilevanti tagħhom, u tali aċċess jista’ jiġi eżerċitat biss f’każijiet ta’ ħtieġa operattiva ċara.
(9) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-aċċess għal tali informazzjoni kunfidenzjali jew għarfien minn persuni għajr il-persunal tekniku rilevanti.
(10) Fil-każ li l-użu tas-servizz tas-SEBĊ jinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
(11) L-aċċess għad-data personali jista’ jingħata biss lil dawk li jkollhom bżonn li jkunu jafu sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tas-servizz rilevanti tas-SEBĊ.