Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 36b6c01c-e66e-11ec-a534-01aa75ed71a1

Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1267 tad-29 ta’ Lulju 2021 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

02021R1267 — MT — 14.05.2022 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1267

tad-29 ta’ Lulju 2021

li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 277 2.8.2021, p. 62)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/731 tat-12 ta’ Mejju 2022

  L 136

3

13.5.2022




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1267

tad-29 ta’ Lulju 2021

li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill



Artikolu 1

1.  
Qiegħed jiġi impost dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ esteri monoalkilitiċi tal-aċidi xaħmin u/jew ta’ żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, magħruf b’mod komuni bħala “bijodiżil”, f’forma pura jew f’taħlita li jkun fiha bil-piż aktar minn 20 % ta’ esteri monoalkilitiċi tal-aċidi xaħmin u/jew ta’ żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka, li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516 20 98 29 ), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518 00 91 29 ), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518 00 99 29 ), ex 2710 19 43 (kodiċi TARIC 2710 19 43 29 ), ex 2710 19 46 (kodiċi TARIC 2710 19 46 29 ), ex 2710 19 47 (kodiċi TARIC 2710 19 47 29 ), ex 2710 20 11 (kodiċi TARIC 2710 20 11 29 ), ex 2710 20 16 (kodiċi TARIC 2710 20 16 29 ), ex 3824 99 92 (kodiċi TARIC 3824 99 92 12 ), ex 3826 00 10 (kodiċijiet TARIC 3826 00 10 29 , 3826 00 10 59 , 3826 00 10 99 ) u ex 3826 00 90 (kodiċi TARIC 3826 00 90 19 ).
2.  

Ir-rata tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun ammont fiss kif ġej:



Kumpanija

Rata tad-dazju kumpensatorju EUR għal kull tunnellata netta

Kodiċi addizzjonali TARIC

Archer Daniels Midland Company, Decatur

237,0

A933

Cargill Inc., Wayzata

213,8

A934

Green Earth Fuels of Houston LLC, Houston

213,4

A935

Imperium Renewables Inc., Seattle

216,8

A936

Peter Cremer North America LP, Cincinnati

211,2

A937

Vinmar Overseas Limited, Houston

211,2

A938

World Energy Alternatives LLC, Boston

211,2

A939

Kumpaniji elenkati fl-Anness I

219,4

Ara l-Anness I

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

237,0

A999

Id-dazju kumpensatorju fuq it-taħlitiet għandu jkun applikabbli, bħala proporzjon, fit-taħlita, skont il-piż, tal-kontenut totali ta’ esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u żjut tal-gass paraffiniċi miksuba minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili (il-kontenut tal-bijodiżil).

3.  
L-applikazzjoni tar-rata tad-dazju individwali speċifikata għall-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 2 għandha tkun kondizzjonali għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II. Jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda fattura bħal din, għandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

Artikolu 2

1.  

Id-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” kif stabbilit fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, huwa estiż għall-importazzjonijiet ta’ esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, magħruf b’mod komuni bħala “bijodiżil”, f’forma pura jew f’taħlita li jkun fiha bil-piż aktar minn 20 % ta’ esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, li joriġina mill-Kanada, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Kanada kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516 20 98 21 ), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518 00 91 21 ), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518 00 99 21 ), ex 2710 19 43 (kodiċi TARIC 2710 19 43 21 ), ex 2710 19 46 (kodiċi TARIC 2710 19 46 21 ), ex 2710 19 47 (kodiċi TARIC 2710 19 47 21 ), ex 2710 20 11 (kodiċi TARIC 2710 20 11 21 ), ex 2710 20 16 (kodiċi TARIC 2710 20 16 21 ), ex 3824 99 92 (kodiċi TARIC 3824 99 92 10 ), ex 3826 00 10 (kodiċijiet TARIC 3826 00 10 20 , 3826 00 10 50 , 3826 00 10 89 ) u ex 3826 00 90 (kodiċi TARIC 3826 00 90 11 ), ħlief dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:

▼M1



Pajjiż

Kumpanija

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Kanada

BIOX Corporation, Oakville, Ontario, Il-Kanada

B107

Kanada

DSM Nutritional Products Kanada Inc., Dartmouth, Nova Scotia, Kanada

C114

Kanada

Rothsay Biodiesel, Guelph, Ontario, Kanada

B108

Kanada

Verbio Diesel Kanada Corporation, Welland, Ontario, Kanada

C600

▼B

Id-dazju li għandu jiġi estiż għandu jkun dak stabbilit għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fl-Artikolu 1(2), li huwa dazju kumpensatorju definittiv ta’ EUR 237 għal kull tunnellata netta.

Id-dazju kumpensatorju fuq it-taħlitiet għandu jkun applikabbli, bħala proporzjon, fit-taħlita, skont il-piż, tal-kontenut totali ta’ esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili (il-kontenut tal-bijodiżil).

2.  
L-applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet mogħtija lill-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 1 jew awtorizzati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 4(2) għandha tkun kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II. Jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda tali fattura, għandu japplika d-dazju kumpensatorju kif impost mill-paragrafu 1.

Artikolu 3

1.  
Id-dazju kumpensatorju definittiv kif stipulat fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, huwa bil-preżenti estiż għall-importazzjonijiet ta’ esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, magħrufa b’mod komuni bħala “bijodiżil”, f’taħlita li jkun fiha bil-piż 20 % jew inqas ta’ esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka, u li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516 20 98 30 ), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518 00 91 30 ), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518 00 99 30 ), ex 2710 19 43 (kodiċi TARIC 2710 19 43 30 ), ex 2710 19 46 (kodiċi TARIC 2710 19 46 30 ), ex 2710 19 47 (kodiċi TARIC 2710 19 47 30 ), ex 2710 20 11 (kodiċi TARIC 2710 20 11 30 ), ex 2710 20 16 (kodiċi TARIC 2710 20 16 30 ), ex 3824 99 92 (kodiċi TARIC 3824 99 92 20 ) u ex 3826 00 90 (kodiċi TARIC 3826 00 90 30 ).

Id-dazju kumpensatorju fuq it-taħlitiet għandu jkun applikabbli, bħala proporzjon, fit-taħlita, skont il-piż, tal-kontenut totali ta’ esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u żjut tal-gass paraffiniċi miksuba minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili (il-kontenut tal-bijodiżil).

2.  
L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji elenkati fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness III. Jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda tali fattura, għandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli skont l-Artikolu 1(2) għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

Artikolu 4

1.  

It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż skont l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1) għandhom isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-entità li qed titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Id-Direttorat G

Uffiċċju: Rue de la loi 170, CHAR 04/034

1049 Bruxelles/Brussels

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: TRADE-TDI-INFORMATION@ec.europa.eu

2.  
Skont l-Artikolu 23(6) tar-Regolament (UE) 2016/1037, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, tista’ tawtorizza, b’deċiżjoni, l-eżenzjoni ta’ importazzjonijiet minn kumpaniji li ma jwettqux ċirkomvenzjoni tal-miżuri kompensatorji imposti mill-Artikolu 1, mid-dazju estiż bl-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1).

Artikolu 5

F’każijiet fejn l-oġġetti jkunu ġarrbu dannu qabel ma jkunu daħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas huwa aġġustat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 131(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 ( 1 ), l-ammont tad-dazju kumpensatorju stabbilit fl-Artikoli 1, 2 u 3 għandu jitnaqqas b’perċentwal li jikkorrispondi għat-tqassim tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



Isem il-Kumpanija

Belt

Kodiċi addizzjonali TARIC

AC & S Inc.

Nitro

A941

Alabama Clean Fuels Coalition Inc.

Birmingham

A940

American Made Fuels, Inc.

Canton

A940

Arkansas SoyEnergy Group

DeWitt

A940

Arlington Energy, LLC

Mansfield

A940

Athens Biodiesel, LLC

Athens

A940

Beacon Energy

Cleburne

A940

Biodiesel of Texas, Inc.

Denton

A940

BioDiesel One Ltd

Southington

A940

BioPur Inc.

Bethlehem

A941

Buffalo Biodiesel, Inc

Tonawanda

A940

BullDog BioDiesel

Ellenwood

A940

Carbon Neutral Solutions, LLC

Mauldin

A940

Central Iowa Energy LLC

Newton

A940

Chesapeake Custom Chemical Corp.

Ridgeway

A940

Community Fuels

Stockton

A940

Delta BioFuels Inc.

Natchez

A940

Diamond Biofuels

Mazon

A940

Direct Fuels

Euless

A940

Eagle Creek Fuel Services, LLC

Baltimore

A940

Earl Fisher Bio Fuels

Chester

A940

East Fork Biodiesel LLC

Algona

A940

ECO Solutions, LLC

Chatsworth

A940

Ecogy Biofuels LLC

Tulsa

A940

ED&F Man Biofuels Inc.

New Orleans

A940

Freedom Biofuels Inc.

Madison

A940

Freedom Fuels LLC

Mason City

A941

Fuel & Lube, LLC

Richmond

A940

Fuel Bio

Elizabeth

A940

FUMPA Bio Fuels

Redwood Falls

A940

Galveston Bay Biodiesel LP (BioSelect Fuels)

Houston

A940

GeoGreen Fuels LLC

Houston

A940

Georgia Biofuels Corp.

Loganville

A940

Green River Biodiesel, Inc.

Moundville

A940

Griffin Industries Inc.

Cold Spring

A940

High Plains Bioenergy

Guymon

A940

Huish Detergents Inc.

Salt Lake City

A940

Incobrasa Industries Ltd.

Gilman

A940

Independence Renewable Energy Corp.

Perdue Hill

A940

Indiana Flex Fuels

LaPorte

A940

Innovation Fuels Inc.

Newark

A940

Integrity Biofuels

Morristown

A941

Iowa Renewable Energy LLC

Washington

A940

Johann Haltermann Ltd.

Houston

A940

Lake Erie Biofuels LLC

Erie

A940

Leland Organic Corporation

Leland

A940

Louis Dreyfus Agricultural Industries LLC

Claypool

A940

Louis Dreyfus Claypool Holdings LLC

Claypool

A940

Middle Georgia Biofuels

East Dublin

A940

Middletown Biofuels LLC

Blairsville

A940

Musket Corporation

Oklahoma City

A940

Natural Biodiesel Plant LLC

Hayti

A941

New Fuel Company

Dallas

A940

North Mississippi Biodiesel

New Albany

A940

Northern Biodiesel, Inc.

Ontario

A940

Northwest Missouri Biofuels, LLC

St. Joseph

A940

Nova Biofuels Clinton County LLC

Clinton

A940

Nova Biosource

Senaca

A940

Organic Fuels Ltd.

Houston

A940

Owensboro Grain Company LLC

Owensboro

A940

Paseo Cargill Energy, LLC

Kansas City

A940

Peach State Labs Inc.

Rome

A940

Perihelion Global, Inc.

Opp

A940

Philadelphia Fry-O-Diesel Inc.

Philadelphia

A940

Piedmont Biofuels Industrial LLC

Pittsboro

A941

Pinnacle Biofuels, Inc.

Crossett

A940

PK Biodiesel

Woodstock

A940

Pleasant Valley Biofuels, LLC

American Falls

A940

Prairie Pride

Deerfield

A941

RBF Port Neches LLC

Houston

A940

Red Birch Energy, Inc.

Bassett

A940

Red River Biodiesel Ltd.

New Boston

A940

REG Ralston LLC

Ralston

A940

Renewable Energy Products, LLC

Santa Fe Springs

A940

Riksch BioFuels LLC

Crawfordsville

A940

Safe Renewable Corp.

Conroe

A940

Sanimax Energy Inc.

DeForest

A940

Seminole Biodiesel

Bainbridge

A940

Southeast BioDiesel LLC

Charlotte

A941

Soy Solutions

Milford

A940

SoyMor Biodiesel LLC

Albert Lea

A940

Stepan Company

Northfield

A941

Sunshine BioFuels, LLC

Camilla

A940

TPA Inc.

Warren

A940

Trafigura AG

Stamford

A940

U.S. Biofuels Inc.

Rome

A940

United Oil Company

Pittsburgh

A940

Valco Bioenergy

Harlingen

A940

Vanguard Synfuels, LLC

Pollock

A940

Vitol Inc.

Houston

A940

Walsh Bio Diesel, LLC

Mauston

A940

Western Dubque Biodiesel LLC

Farley

A940

Western Iowa Energy LLC

Wall Lake

A940

Western Petroleum Company

Eden Prairie

A940

Yokaya Biofuels Inc.

Ukiah

A941




ANNESS II

Fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) jew fl-Artikolu 2(2) trid tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun qiegħda toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej:

— 
L-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li tkun qed toħroġ il-fattura kummerċjali.
— 
Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta’ esteri monoalkilitiċi aċidi xaħmija u/jew ta’ nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, spiss magħruf bħala “bijodiżil”, f’forma pura jew f’taħlita li fiha iktar minn 20 % skont il-piż ta’ esteri monoalkiliċi aċidi xaħmija u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, li joriġina għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert b’din il-fattura kien minafatturat minn [l-isem u l-indirizz tal-kumpanija (kodiċi addizzjonali TARIC)] fi [pajjiż(i) kkonċernat(i)]. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.”




ANNESS III

Trid tidher dikjarazzjoni ffirmata fil-format li ġej mill-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 3(2):

— 
L-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li tkun qed toħroġ il-fattura kummerċjali.
— 
Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta’ esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmija u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, magħrufa b’mod komuni bħala “bijodiżil”, f’forma pura jew f’taħlita li fiha bil-piż 20 % jew anqas ta’ esteri monoalkiliċi aċidi xaħmija u/jew nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn [isem u indirizz tal-kumpanija] (kodiċi TARIC addizzjonali) fl-Istati Uniti tal-Amerika. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.”



( 1 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

Top