Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex
Documento L:2021:057:FULL
Official Journal of the European Union, L 057, 18 February 2021
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 057, 18 ta' Frar 2021
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 057, 18 ta' Frar 2021
|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/1 |
REGOLAMENT (UE) 2021/240 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Frar 2021
li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u l-Artikolu 197(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikoli 120 u 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri huma meħtieġa jwettqu l-politiki ekonomiċi tagħhom bil-ħsieb li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni u fil-kuntest tal-linji gwida ġenerali li l-Kunsill jifformula. L-Artikolu 148 TFUE jirrikjedi lill-Istati Membri jimplimentaw politiki dwar l-impjiegi li jqisu linji gwida għall-impjieg imfasslin mill-Kunsill. Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri hija għalhekk kwistjoni ta’ tħassib komuni. |
|
(2) |
L-Artikolu 175 tat-TFUE jirrikjedi, fost l-oħrajn, lill-Istati Membri jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi tagħhom b’tali mod li jiksbu l-għanijiet dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali stabbiliti fl-Artikolu 174 tiegħu. |
|
(3) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 fil-bidu tal-2020 bidlet il-perspettiva ekonomika u soċjali għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja. Fl-Unjoni, tfaċċaw prijoritajiet ġodda, marbuta mal-kriżi, li jiffokaw speċifikament fuq l-irkupru u r-reżiljenza. Dawk il-prijoritajiet jeħtieġu reazzjoni urġenti u kkoordinata mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u tas-saħħa għall-Istati Membri kif ukoll biex jittaffew l-effetti negattivi soċjali u ekonomiċi. In-nisa, b’mod partikolari, intlaqtu pjuttost ħażin mill-konsegwenzi ekonomiċi tal-kriżi tal-COVID-19. Il-kriżi tal-COVID-19, kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti, uriet li l-iżvilupp ta’ ekonomiji u sistemi finanzjarji sodi u reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b’saħħithom u sostenibbli jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b’mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. Intwera wkoll b’mod ċar il-bżonn ta’ tħejjija tas-sistemi tas-saħħa, tas-servizzi pubbliċi essenzjali u tal-mekkaniżmi effettivi ta’ protezzjoni soċjali. Għalhekk, ir-riformi u l-investimenti li jsaħħu t-tkabbir, sostenibbli, intelliġenti u soċjalment responsabbli, politiki fiskali sodi u l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja biex jirrispondu għall-isfidi l-ġodda, jindirizzaw id-dgħufijiet strutturali ekonomiċi u jsaħħu r-reżiljenza se jkunu essenzjali biex l-ekonomija u s-soċjetà jerġgħu jaqbdu t-triq lejn irkupru sostenibbli u biex jegħlbu d-diverġenzi ekonomiċi fl-Unjoni. Dan għandu jsir fl-interess tal-benessri taċ-ċittadini tal-Unjoni u f’konformità mal-prinċipji tad-drittijiet fundamentali. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2017/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) stabbilixxa l-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020, b’baġit ta’ EUR 142 800 000 fil-ħin tal-adozzjoni. Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali ġie stabbilit biex isaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri li jħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jsostnu t-tkabbir, fosthom permezz ta’ għajnuna għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni. L-appoġġ tekniku taħt il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali huwa pprovdut mill-Kummissjoni, b’talba minn Stat Membru, u jista’ jkopri firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika. Dan ir-Regolament huwa mfassal bħala kontinwazzjoni ta’ dak il-programm, li l-Istati Membri rċevew b’mod pożittiv, filwaqt li jinkorpora l-aġġustamenti rilevanti. |
|
(5) |
L-Istati Membri użaw dejjem aktar l-appoġġ tekniku fl-ambitu tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi strument ta’ appoġġ tekniku bil-għan li jkompli u jsaħħaħ l-appoġġ għall-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-riformi (l-“Istrument”. |
|
(6) |
Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa l-qafas li jidentifika l-isfidi u l-prijoritajiet nazzjonali ta’ riforma u jimmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dawk il-prijoritajiet. L-Istati Membri jiżviluppaw ukoll strateġiji ta’ investiment pluriennali nazzjonali tagħhom stess b’appoġġ għal dawk il-prijoritajiet, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Dawk l-istrateġiji huma ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma annwali bħala mod biex jippreżentaw u jikkoordinaw prijoritajiet biex jiġu appoġġati minn finanzjament nazzjonali jew tal-Unjoni. Jenħtieġ li jservu wkoll bħala mezz biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b’mod koerenti u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li għandu jasal, b’mod partikolari mill-programmi appoġġati mill-Unjoni permezz tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni u minn programmi oħra. Fir-rigward tal-isfidi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, l-Istrument ikollu valur miżjud ċar biex jassisti lill-Istati Membri biex isaħħaħ il-kapaċità tagħhom biex jindirizzaw b’mod effettiv ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi. |
|
(7) |
B’riflessjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir tal-Unjoni u t-traduzzjoni tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, l-istrument se jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, biex jintegra l-azzjonijiet klimatiċi u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni tkun tappoġġa objettivi klimatiċi u l-ambizzjoni li mill-2024 jiġi allokat 7,5 % u fl-2026 u fl-2027 jiġi allokat 10 % tal-infiq annwali tal-QFP għall-objettivi tal-bijodiversità, filwaqt li jitqiesu d-duplikazzjonijiet eżistenti bejn l-għanijiet dwar il-klima u dawk dwar il-bijodiversità. Jenħtieġ li jiġu identifikati l-azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-istrument, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi tal-evalwazzjonijiet u ta’ rieżami rilevanti. L-istrument jenħtieġ li jindirizza wkoll sfidi ambjentali u soċjali usa’ fi ħdan l-Unjoni, inkluża l-protezzjoni tal-kapital naturali, il-preservazzjoni tal-bijodiversità u l-appoġġ għall-ekonomija ċirkolari u t-tranżizzjoni enerġetika, f’konformità mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. L-Istrument jenħtieġ li jappoġġa wkoll it-tranżizzjoni diġitali u jikkontribwixxi għall-ħolqien tas-Suq Uniku Diġitali. |
|
(8) |
L-objettiv ġenerali tal-istrument jenħtieġ li jkun li jippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw riformi. Dan huwa meħtieġ biex jitħeġġu l-investimenti pubbliċi u privati, jiġi appoġġat l-irkupru ekonomiku u soċjali sostenibbli u ġust u l-konverġenza, tinkiseb ir-reżiljenza, jitnaqqsu l-faqar u l-inugwaljanzi, tiġi promossa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, tiżdied il-kompetittività, jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi adottati u jiġi implimentat id-dritt tal-Unjoni. Dan huwa meħtieġ ukoll biex jiġu appoġġati l-isforzi tal-Istati Membri biex isaħħu l-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva u l-qafas ġudizzjarju tagħhom, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, u l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw objettivi ta’ politika li jiffaċilitaw tranżizzjonijiet soċjalment inklużivi, ekoloġiċi u diġitali, f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima, il-miri tal-klima u tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 u l-mira tan-newtralità klimatika sal-2050, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. |
|
(9) |
L-objettivi speċifiċi tal-istrument jenħtieġ li jikkonsistu fl-assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali fl-isforzi tagħhom biex ifasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw riformi u jħejju, jemendaw, jimplimentaw u jirrevedu pjanijiet ta’ rkupru u reżiljenza skont ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), inkluż permezz ta’ skambju ta’ prattiki tajbin, proċessi u metodoloġiji xierqa, involviment tal-partijiet ikkonċernati, fejn xieraq, u ġestjoni tar-riżorsi umani aktar effettiva u effiċjenti. |
|
(10) |
Sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jfasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw riformi fl-oqsma kollha ekonomiċi u soċjetali essenzjali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tissokta l-appoġġ tekniku, fuq talba minn Stat Membru, f’firxa wiesgħa ta’ oqsma politiċi, li jinkludu oqsma relatati mal-ġestjoni tal-finanzi u tal-assi pubbliċi, ir-riforma istituzzjonali u amministrattiva, ir-riforma ġudizzjarja, l-ambjent tan-negozju, is-settur finanzjarju u t-titjib tal-litteriżmu finanzjarju, is-swieq tal-prodotti, tas-servizzi u tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-iżvilupp sostenibbli, is-saħħa pubblika, il-benessri soċjali u l-kura, kif ukoll l-identifikazzjoni bikrija u r-rispons ikkoordinat tal-kapaċitajiet. Jenħtieġ li titqiegħed enfasi speċifika fuq l-azzjonijiet li jrawmu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-istrument jenħtieġ li jappoġġa wkoll it-tħejjija għas-sħubija fiż-żona tal-euro. |
|
(11) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-istrument, li se jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fis-sens tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, u kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (6), għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. L-approprjazzjonijiet annwali jenħtieġ li jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u b’kunsiderazzjoni tad-domanda għall-istrument. |
|
(12) |
Sabiex jilqgħu għal ħtiġijiet addizzjonali permezz tal-Istrument, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà jittrasferixxu għall-baġit tal-istrument ir-riżorsi programmati f’ġestjoni kondiviża taħt il-fondi tal-Unjoni u ttrasferiti lura għar-riżorsi mhux impenjati, skont Regolament li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom, u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi. Ir-riżorsi trasferiti jenħtieġ li jiġu implimentati skont ir-regoli tal-istrument u jenħtieġ li jintużaw esklużivament għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi feedback lil dak l-Istat Membru dwar l-użu tal-kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali. |
|
(13) |
Sabiex jipprovdi għal ħtiġijiet addizzjonali taħt l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, Stat Membru jenħtieġ li jkun jista’ jitlob appoġġ tekniku addizzjonali u għandu jħallas għall-ispejjeż ta’ tali appoġġ addizzjonali. Tali pagamenti jenħtieġ li jikkostitwixxu dħul assenjat estern f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (ir-‘Regolament Finanzjarju’) u jenħtieġ li jintużaw esklużivament għall-benefiċċju ta’ dak l-Istat Membru. |
|
(14) |
L-appoġġ tekniku jenħtieġ li jiġi pprovdut wara talba għal dan, sabiex jappoġġa l-implimentazzjoni tar-riformi mwettqa bl-inizjattiva tal-Istati Membri, riformi fil-kuntest ta’ proċessi ta’ governanza ekonomika, b’mod partikolari dawk li effettivament jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi jew azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, u riformi fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ aġġustament ekonomiku. Jenħtieġ li l-istrument jipprovdi wkoll appoġġ tekniku għat-tħejjija, l-emendar, l-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u reżiljenza skont ir-Regolament (UE) 2021/241. |
|
(15) |
F’konformità mar-regoli u l-prattika diġà eżistenti fil-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali, jenħtieġ li jiġi stabbilit proċess ħafif għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għal appoġġ tekniku. Għal dik ir-raġuni, it-talbiet mill-Istati Membri jenħtieġ li jiġu ppreżentati sal-31 ta’ Ottubru sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fis-sejħiet għal talbiet iddedikati addizzjonali. B’rispett għall-prinċipju ġenerali ta’ trattament ugwali, ġestjoni finanzjarja soda u trasparenza, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji xierqa għall-analiżi tat-talbiet tal-Istati Membri. Dawk il-kriterji jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-urġenza, is-severità u l-firxa tal-problemi, kif ukoll fuq il-ħtiġijiet ta’ appoġġ identifikati fir-rigward tal-oqsma ta’ politika fejn huwa previst l-appoġġ tekniku. Il-Kummissjoni jenħtieġ li torganizza sejħiet dedikati addizzjonali b’rispons għall-ħtiġijiet speċifiċi emerġenti tal-Istati Membri, inkluż, bħala kwistjoni ta’ prijorità, għat-tħejjija, l-emendar, l-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza skont ir-Regolament (UE) 2021/241 |
|
(16) |
Jenħtieġ li, qabel jitolbu appoġġ tekniku, l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonsultaw, fejn xieraq, lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħall-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili f’konformità mal-liġijiet u l-prattiki nazzjonali. |
|
(17) |
Jenħtieġ li jiġi speċifikat ukoll il-kontenut tal-pjanijiet ta’ kooperazzjoni u appoġġ li jagħti dettalji dwar il-miżuri għall-għoti ta’ appoġġ tekniku lill-Istati Membri. Għal dan il-għan, il-miżuri ta’ appoġġ tekniku previsti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali stmata relatata jenħtieġ li jqisu l-azzjonijiet u l-attivitajiet iffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew mill-programmi tal-Unjoni. |
|
(18) |
Għall-finijiet ta’ responsabbiltà u trasparenza u biex tkun żgurata l-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet li jipproteġu informazzjoni sensittiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tittrażmetti l-pjanijiet ta’ kooperazzjoni u appoġġsimultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tinvolvi ruħha f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika fuq is-sit web tagħha lista ta’ talbiet approvati għal appoġġ tekniku. |
|
(19) |
Sabiex tiġi żgurata trasparenza akbar fir-rigward tal-input tekniku għall-proċess nazzjonali tat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi repożitorju pubbliku online uniku li permezz tiegħu jenħtieġ li tkun tista’, soġġett għar-regoli applikabbli u abbażi ta’ konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, tqiegħed għad-dispożizzjoni studji jew rapporti finali prodotti bħala parti mill-azzjonijiet eliġibbli. Sabiex tiġi protetta informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali relatata mal-interessi pubbliċi tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu, fejn ġustifikat, li l-Kummissjoni ma tiżvelax tali dokumenti mingħajr il-kunsens tagħhom minn qabel. |
|
(20) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument, b’mod partikolari l-modi ta’ ġestjoni, il-forom ta’ finanzjament għall-miżuri ta’ appoġġ tekniku u l-kontenut tal-programmi ta’ ħidma, li jenħtieġ li jiġu adottati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Fid-dawl tal-importanza li jiġu appoġġati l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali f’li jsegwu u jimplimentaw r-riformi u l-investimenti, huwa meħtieġ li tiġi permessa rata ta’ kofinanzjament għal għotjiet sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli. Sabiex ikun hemm il-mobilizzazzjoni rapida ta’ appoġġ tekniku f’każ ta’ urġenza, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-adozzjoni ta’ miżuri speċjali għal perjodu limitat. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jitwarrab ammont limitat tal-baġit fil-programm ta’ ħidma tal-istrument, li ma jeċċedix 30 % tal-allokazzjoni annwali, għal miżuri speċjali. |
|
(21) |
Sabiex tiġi żgurata l-allokazzjoni effiċjenti u koerenti ta’ fondi mill-baġit tal-Unjoni u biex jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, l-azzjonijiet b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu konsistenti u komplementari mal-programmi attwali tal-Unjoni. Il-finanzjament doppju għall-istess nefqa jenħtieġ madankollu jiġi evitat. B’mod partikolari u sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet jew it-trikkib, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali jenħtieġ li jiżguraw li f’kull stadju tal-proċess issir koordinazzjoni effettiva ħalli jkunu żgurati konsistenza, koerenza, komplementarjetà u sinerġija bejn is-sorsi tal-finanzjament, inkluż il-finanzjament tal-assistenza teknika. |
|
(22) |
Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (8), l-istrument jenħtieġ li jiġi evalwat fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b’mod partikolari għall-Istati Membri, u r-regolamentazzjoni żejda. Dawk ir-rekwiżiti, jekk xieraq, jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-istrument fil-post. |
|
(23) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi rapport annwali simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li titwettaq evalwazzjoni indipendenti ta’ nofs it-terminu li tħares lejn il-kisba tal-objettivi tal-istrument stabbilit permezz ta’ dan ir-Regolament, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi tiegħu u l-valur miżjud tiegħu. F’dak il-kuntest, il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jkun jista’ jistieden lill-Kummissjoni tipparteċipa fi skambju ta’ fehmiet mal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew biex jiddiskutu r-rapport annwali u l-implimentazzjoni tal-istrument. Barra minn hekk, evalwazzjoni indipendenti ex post jenħtieġ li tittratta l-impatt fit-tul tal-istrument. |
|
(24) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-programmi ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tekniku. Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju. Huma jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta u jipprevedu verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jinkludu wkoll reġim ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit. |
|
(25) |
Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (10),(Euratom, KE) Nru 2185/96 (11) u (UE) 2017/1939 (12), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolamenti (Euratom/KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni hija obbligata tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. |
|
(26) |
Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
|
(27) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li la jaffettwa l-kontinwazzjoni jew lanqas il-modifika tal-miżuri ta’ appoġġ approvati mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020 fuq il-bażi tar-Regolament (UE) 2017/825 jew kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni li japplika għal dik l-assistenza. Il-miżuri approvati skont ir-Regolament (UE) 2017/825 għalhekk jenħtieġ li jibqgħu validi. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tiġi stabbilita wkoll dispożizzjoni tranżizzjonali. |
|
(28) |
Sabiex tiġi permessa l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (“l-istrument”).
Jistabbilixxi l-objettiv ġenerali u l-objettivi speċifiċi tal-istrument, il-baġit tal-istrument għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“appoġġ tekniku” tfisser miżuri li jgħinu lill-awtoritajiet nazzjonali jimplimentaw riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali li jkunu sostenibbli u li jsaħħu r-reżiljenza, isaħħu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jappoġġaw l-amministrazzjoni pubblika fit-tħejjija ta’ investimenti sostenibbli u li jsaħħu r-reżiljenza; |
|
(2) |
“awtorità nazzjonali” tfisser awtorità pubblika waħda jew aktar fil-livell tal-gvern, inkluż awtoritajiet pubbliċi f’livell reġjonali u lokali, kif ukoll organizzazzjonijiet ta’ Stati Membri fis-sens tal-punt (42) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju, li tikkoopera fi spirtu ta’ sħubija skont il-qafas istituzzjonali u ġuridiku tal-Istati Membri; |
|
(3) |
“fondi tal-Unjoni” tfisser il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi; |
|
(4) |
“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni fis-sens tal-Artikolu 156 tar-Regolament Finanzjarju, u organizzazzjonijiet assimilati għal organizzazzjoni bħal din skont dak l-Artikolu; |
|
(5) |
“Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika” jew “Semestru Ewropew” tfisser il-proċess stabbilit fl-Artikolu 2a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 (14); |
|
(6) |
“rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż” tfisser ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill indirizzati lil kull Stat Membru f’konformità mal-Artikoli 121(2) u 148(4) tat-TFUE fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. |
Artikolu 3
Objettiv ġenerali
L-objettiv ġenerali tal-istrument għandu jkun li jippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw ir-riformi. Dan huwa meħtieġ biex jitħeġġu l-investimenti, biex tiżdied il-kompetittività u biex jinkisbu konverġenza ekonomika u soċjali sostenibbli, reżiljenza u rkupru. Dan huwa meħtieġ ukoll biex jiġu appoġġati l-isforzi tal-Istati Membri biex isaħħu l-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva tagħhom, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, biex jiffaċilitaw tranżizzjonijiet soċjalment inklużivi, ekoloġiċi u diġitali, biex jindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u biex jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni.
Artikolu 4
Objettivi speċifiċi
Sabiex jintlaħaq l-objettiv ġenerali stipulat fl-Artikolu 3, l-istrument għandu jkollu l-objettivi speċifiċi li jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali biex itejbu l-kapaċità tagħhom li:
|
(a) |
ifasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw riformi; |
|
(b) |
iħejju, jemendaw, jimplimentaw u jirrevedu l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza skont ir-Regolament (UE) 2021/241 |
Dawk l-objettivi speċifiċi għandhom jiġu segwiti f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati, inkluż bl-iskambju ta’ prattiki, proċessi u metodoloġiji tajbin, bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati, fejn xieraq, u b’ġestjoni aktar effettiva u effiċjenti tar-riżorsi umani.
Artikolu 5
Kamp ta’ applikazzjoni
L-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4 għandhom jirreferu għall-oqsma ta’ politika relatati mal-koeżjoni, il-kompetittività, l-edukazzjoni, il-produttività, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tkabbir intelliġenti, ġust, sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi u l-investiment, b’enfasi speċifika fuq azzjonijiet li jiffavorixxu t-tranżizzjoni diġitali u tranżizzjoni ekoloġika ġusta, u jiffukaw b’mod partikolari fuq wieħed minn dawn li ġejjin jew aktar:
|
(a) |
il-ġestjoni tal-finanzi u tal-assi pubbliċi, il-proċess baġitarju, inkluż l-ibbaġitjar ekoloġiku u skont il-ġeneru, il-qafas makrofiskali, il-ġestjoni tad-dejn u tal-flus, il-politika tal-infiq u tat-tassazzjoni, il-konformità mar-regoli tat-taxxa, l-amministrazzjoni tad-dħul u l-unjoni doganali, kif ukoll il-ġlieda kontra l-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva, il-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa; |
|
(b) |
ir-riforma istituzzjonali u l-funzjonament effiċjenti u orjentat lejn is-servizzi tal-amministrazzjoni pubblika u tal-gvern elettroniku, is-simplifikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri, l-awditjar, it-tisħiħ tal-kapaċità ta’ assorbiment tal-fondi tal-Unjoni, il-promozzjoni tal-kooperazzjoni amministrattiva, stat tad-dritt effettiv, ir-riforma tas-sistemi ġudizzjarji, il-bini tal-kapaċità tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-antitrust, it-tisħiħ tas-superviżjoni finanzjarja, u t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus; |
|
(c) |
l-ambjent tan-negozju, inkluż għall-impriżi żgħar u medji, il-persuni li jaħdmu għal rashom, l-imprendituri u l-impriżi soċjali, l-industrijalizzazzjoni mill-ġdid u r-rilokazzjoni tal-produzzjoni fl-Unjoni, l-iżvilupp tas-settur privat, is-swieq tal-prodotti u tas-servizzi, l-investiment pubbliku u privat, inkluż fl-infrastruttura fiżika u virtwali, il-promoturi u l-mixtliet tal-proġetti, il-parteċipazzjoni pubblika fl-impriżi, il-proċessi ta’ privatizzazzjoni, il-kummerċ u l-investiment dirett barrani, il-kompetizzjoni, akkwist pubbliku effiċjenti u trasparenti, l-iżvilupp settorjali sostenibbli u s-sostenn għar-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni; |
|
(d) |
l-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, il-politiki taż-żgħażagħ, il-politiki tas-suq tax-xogħol, fosthom id-djalogu soċjali, għall-ħolqien tal-impjiegi, iż-żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ gruppi sottorappreżentati, it-taħriġ ta’ aġġornament u t-taħriġ mill-ġdid, b’mod partikolari fil-kompetenzi diġitali, il-litteriżmu medjatiku, iċ-ċittadinanza attiva, it-tixjiħ attiv, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-politiki dwar il-protezzjoni ċivili, il-fruntieri u l-migrazzjoni, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, l-inugwaljanza fl-introjtu u kull forma ta’ diskriminazzjoni; |
|
(e) |
kura tas-saħħa pubblika aċċessibbli, affordabbli u reżiljenti, sistemi għas-sigurtà soċjali, il-kura u l-benessri, u l-kura tat-tfal; |
|
(f) |
il-politiki għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, it-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika ġusta, is-soluzzjonijiet tal-gvern elettroniku, l-akkwist elettroniku, il-konnettività, l-aċċess għad-data u l-governanza, is-soluzzjonijiet għall-protezzjoni tad-data, it-tagħlim online, l-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq l-Intelliġenza Artifiċjali, il-pilastru ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli u l-protezzjoni ambjentali, l-azzjoni klimatika, it-trasport u l-mobbiltà, il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari, l-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi, u s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-ksib tad-diversifikazzjoni tal-enerġija, l-indirizzar tal-faqar enerġetiku u l-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija, u għas-settur agrikolu, il-protezzjoni tal-ħamrija u tal-bijodiversità, is-sajd u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali, remoti u insulari; |
|
(g) |
il-politiki u r-regolamentazzjoni tas-settur finanzjarju, inklużi l-litteriżmu finanzjarju, l-istabbiltà finanzjarja, l-aċċess għall-finanzi u s-self lill-ekonomija reali, partikolarment għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-persuni li jaħdmu għal rashom u l-imprendituri; |
|
(h) |
il-produzzjoni, il-provvista u l-monitoraġġ tal-kwalità tad-data u tal-istatistika; |
|
(i) |
it-tħejjija għas-sħubija fiż-żona tal-euro; u |
|
(j) |
l-identifikazzjoni bikrija u r-rispons koordinat f’każ ta’ riskji sostanzjali għas-saħħa pubblika jew għas-sigurtà, kif ukoll l-iżgurar ta’ kontinwità tan-negozju u tas-servizz għall-istituzzjonijiet u s-setturi pubbliċi u privati essenzjali. |
Artikolu 6
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-istrument għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 864 000 000 fi prezzijiet kurrenti.
2. Il-pakkett finanzjarju tal-istrument jista’ jkopri wkoll spejjeż li jirrigwardaw attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-istrument u l-ksib tal-objettivi tiegħu, b’mod partikolari studji, laqgħat tal-esperti, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, kemm-il darba jkunu marbuta mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbuta man-networks tal-IT li jikkonċentraw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, inklużi l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, u l-ispejjeż l-oħra kollha tal-assistenza teknika u amministrattiva li tagħmel il-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-istrument. L-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll il-kostijiet ta’ attivitajiet oħra ta’ sostenn bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta’ proġetti ta’ appoġġ tekniku fil-post u l-kostijiet tal-konsulenza bejn il-pari u l-esperti għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali.
3. Minbarra l-pakkett finanzjarju stabbilit fil-paragrafu 1, ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri b’ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq talba tagħhom, u f’konformità mal-kundizzjonijiet u l-proċedura stabbiliti f’Regolament li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom, u l-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi, jiġu ttrasferiti lill-istrument għall-fini ta’ finanzjament ta’ talbiet ta’ appoġġ tekniku identifikati b’mod ċar, u jiġu ttrasferiti lura jekk ma jiġux impenjati. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw esklużivament għall-benefiċċju tal-Istat Membru li talab it-trasferiment, inkluż fil-livell reġjonali u lokali.
Artikolu 7
Pagamenti għal appoġġ tekniku addizzjonali
1. Minbarra l-appoġġ tekniku kopert mill-baġit stabbilit fl-Artikolu 6, l-Istati Membri jistgħu jitolbu appoġġ tekniku addizzjonali fl-ambitu tal-istrument u għandhom jħallsu għall-ispejjeż marbuta ma’ tali appoġġ addizzjonali.
2. Il-pagamenti magħmula minn Stat Membru abbażi tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern previst mill-att bażiku f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju u għandhom jintużaw esklużivament għall-benefiċċju ta’ dak l-Istat Membru.
KAPITOLU II
APPOĠĠ TEKNIKU
Artikolu 8
Azzjonijiet eliġibbli għal appoġġ tekniku
Bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti - fl-Artikoli 3 u 4, l-istrument għandu jiffinanzja b’mod partikolari dawn it-tipi ta’ azzjonijiet:
|
(a) |
il-forniment ta’ għarfien espert relatat mal-konsulenza dwar il-politika, mat-tibdil fil-politika, mal-formulazzjoni ta’ strateġiji u pjanijiet direzzjonali ta’ riforma, kif ukoll mar-riformi leġiżlattivi, istituzzjonali, strutturali u amministrattivi; |
|
(b) |
il-forniment ta’ esperti, għal perijodu qasir jew twil, inkluż esperti residenti, biex iwettqu kompiti f’oqsma speċifiċi jew biex iwettqu attivitajiet operazzjonali, fejn meħtieġ b’interpretazzjoni, traduzzjoni u appoġġ ta’ kooperazzjoni, assistenza amministrattiva u kif ukoll faċilitajiet ta’ infrastruttura u tagħmir; |
|
(c) |
il-bini ta’ kapaċità istituzzjonali, amministrattiva jew settorjali u l-azzjonijiet ta’ appoġġ relatati fil-livelli kollha ta’ governanza, anki billi jikkontribwixxu, b’mod partikolari, għall-awtonomizzazzjoni tas-soċjetà ċivili, inklużi s-sħab soċjali, kif xieraq:
|
|
(d) |
il-ġbir ta’ data u statistika, l-iżvilupp ta’ metodoloġiji komuni, inklużi dwar l-integrazzjoni u t-traċċar tal-perspettiva tal-ġeneri u tal-klima, u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta’ riferiment; |
|
(e) |
l-organizzazzjoni ta’ sostenn operazzjonali lokali f’oqsma bħall-ażil, il-migrazzjoni u l-kontroll tal-fruntieri; |
|
(f) |
il-bini tal-kapaċità tal-IT, inkluż għarfien espert relatat mal-iżvilupp, il-manutenzjoni, it-tħaddim u l-kontroll tal-kwalità tal-infrastruttura tal-IT u l-applikazzjonijiet meħtieġa biex jimplimentaw ir-riformi rilevanti, iċ-ċibersigurtà, soluzzjonijiet ta’ software u hardware b’sors miftuħ, soluzzjonijiet ta’ protezzjoni tad-data, kif ukoll l-għarfien espert relatat ma’ programmi mmirati lejn id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, b’mod partikolari f’servizzi bħall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni jew il-ġudikatura; |
|
(g) |
it-twettiq ta’ studji, inklużi studji tal-fattibbiltà, riċerka, analiżi u stħarriġ, evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt, inklużi valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-ġeneri u l-iżvilupp u l-pubblikazzjoni ta’ gwidi, rapporti u materjal edukattiv; |
|
(h) |
l-istabbiliment u l-eżekuzzjoni ta’ proġetti u strateġiji ta’ komunikazzjoni għal tagħlim, inkluż it-tagħlim online, kooperazzjoni, sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta’ disseminazzjoni u skambju ta’ prattiki tajba, l-organizzazzjoni ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ informazzjoni, kampanji u avvenimenti medjatiċi, inklużi l-komunikazzjoni korporattiva u, fejn xieraq, komunikazzjoni permezz ta’ networks jew pjattaformi soċjali; |
|
(i) |
il-kumpilazzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ materjali għat-tixrid ta’ informazzjoni u tar-riżultati tal-appoġġ tekniku li jingħata permezz tal-istrument, inkluż permezz tal-iżvilupp, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ sistemi u għodod li jużaw teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; kif ukoll |
|
(j) |
kull attività rilevanti oħra ta’ sostenn għall-objettiv ġenerali u l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 rispettivament. |
Artikolu 9
Talba għal appoġġ tekniku
1. Stati Membri li jkunu jixtiequ jirċievu appoġġ tekniku skont dan l-istrument għandhom jippreżentaw talba għal appoġġ tekniku lill-Kummissjoni, u jidentifikaw l-oqsma ta’ politika u l-prijoritajiet għall-appoġġ fil-kamp ta’ applikazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5. Tali talbiet għandhom jiġu ppreżentati sal-31 ta’ Ottubru sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fis-sejħiet dedikati addizzjonali għal talbiet msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi gwida dwar l-elementi ewlenin li għandhom jiġu inklużi fit-talba għal appoġġ tekniku.
2. Sabiex ir-riformi mwettqa mill-Istati Membri jgawdu minn appoġġ u sens ta’ appartenenza wiesgħa, l-Istati Membri li jkunu jixtiequ jirċievu appoġġ tekniku taħt l-istrument jistgħu jikkonsultaw, fejn xieraq, il-partijiet ikkonċernati rilevanti qabel ma jitolbu appoġġ tekniku, f’konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali.
3. L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw talba għal appoġġ tekniku f’ċirkostanzi marbuta ma’:
|
(a) |
l-implimentazzjoni tar-riformi mill-Istati Membri, imwettqa fuq inizjattiva proprja u f’konformità mal-objettiv ġenerali u l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 rispettivament; |
|
(b) |
l-implimentazzjoni ta’ riformi li jsostnu t-tkabbir u jsaħħu r-reżiljenza fil-kuntest ta’ proċessi ta’ governanza ekonomika, b’mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew jew azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni; |
|
(c) |
l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ aġġustament ekonomiku għall-Istati Membri li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni skont strumenti eżistenti, b’mod partikolari f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) fir-rigward tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 (16) fir-rigward ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro; |
|
(d) |
it-tħejjija, l-emendar u r-reviżjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u ta’ reżiljenza skont ir-Regolament (UE) 2021/241 u l-implimentazzjoni tagħhom min-naħa tal-Istati Membri. |
4. Il-Kummissjoni għandha torganizza sejħiet dedikati addizzjonali għal talbiet b’risposta għall-ħtiġijiet emerġenti speċifiċi tal-Istati Membri, pereżempju għas-sottomissjoni ta’ talbiet marbuta maċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3.
5. Filwaqt li tqis il-prinċipji ta’ trasparenza, trattament ugwali u ġestjoni finanzjarja soda u wara djalogu mal-Istat Membri, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba għal appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1 fuq il-bażi tal-urġenza, id-dimensjoni tal-isfidi identifikati, il-ħtiġijiet ta’ appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta’ politika kkonċernati, analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi u l-kapaċità amministrattiva istituzzjonali u ġenerali tal-Istati Membri kkonċernati.
Abbażi ta’ din l-analiżi u filwaqt li tqis l-azzjonijiet u l-miżuri eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħra tal-Unjoni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom jaqblu dwar l-oqsma ta’ prijorità għall-appoġġ, l-objettivi, skeda ta’ żmien indikattiva, l-ambitu tal-miżuri ta’ appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja kumplessiva stmata għal appoġġ tekniku bħal dan, li għandha tiġi stabbilita fi pjan ta’ kooperazzjoni u appoġġ (pjan ta’ kooperazzjoni u ta’ appoġġ).
6. Il-pjan ta’ kooperazzjoni u appoġġ għandu jidentifika, b’mod separat minn appoġġ tekniku ieħor, il-miżuri marbuta mal-pjanijiet ta’ rkupru u ta’ reżiljenza għall-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2021/241
Artikolu 10
Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u komunikazzjoni dwar il-pjanijiet ta’ kooperazzjoni u sostenn
1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat, bil-kunsens tal-Istat Membru kkonċernat, il-pjan ta’ kooperazzjoni u sostenn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament mingħajr dewmien bla bżonn. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jirrifjuta li jagħti tali kunsens f’każ ta’ informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali li d-divulgazzjoni tagħha tista’ tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru.
2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjan ta’ kooperazzjoni u sostenn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:
|
(a) |
malli l-Istat Membru kkonċernat ikun neħħa l-informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali kollha, li d-divulgazzjoni tagħha tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru; |
|
(b) |
wara żmien raġonevoli, meta d-divulgazzjoni tal-informazzjoni rilevanti ma tkunx affettwat ħażin l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sostenn, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahrejn wara l-implimentazzjoni ta’ tali miżuri skont il-pjan ta’ kooperazzjoni u sostenn. |
3. Il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni biex tiżgura l-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni għall-miżuri ta’ appoġġ previsti fil-pjanijiet ta’ kooperazzjoni u appoġġ, inkluż permezz ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni konġunti mal-awtoritajiet nazzjonali u mal-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni fl-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista ta’ talbiet approvati għal appoġġ tekniku u għandha taġġorna regolarment dik il-lista. Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar il-proġetti fl-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 11
Finanzjament komplementari
L-azzjonijiet finanzjati skont l-istrument jistgħu jirċievu sostenn minn programmi, strumenti jew fondi oħra tal-Unjoni fil-kuntest tal-baġit tal-Unjoni sakemm dan is-sostenn ma jkoprix l-istess spejjeż.
Artikolu 12
Implimentazzjoni tal-istrument
1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-istrument f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.
2. Il-miżuri tal-istrument jistgħu jiġu implimentati direttament mill-Kummissjoni jew, indirettament, minn persuni jew entitajiet f’konformità mal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju. B’mod partikolari, is-sostenn tal-Unjoni għal azzjonijiet skont l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament għandu jieħu l-forma ta’:
|
(a) |
għotjiet; |
|
(b) |
kuntratti ta’ akkwist pubbliku; |
|
(c) |
rimborż tal-ispejjeż li jġarrbu l-esperti esterni, inklużi l-esperti minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali fl-Istati Membri li jipprovdu jew jirċievu sostenn; |
|
(d) |
kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji stabbiliti minn organizzazzjonijiet internazzjonali; kif ukoll |
|
(e) |
azzjonijiet imwettqa permezz ta’ ġestjoni indiretta. |
3. Jistgħu jingħataw għotjiet lill-awtoritajiet nazzjonali, lill-grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, lil organizzazzjonijiet internazzjonali, lil korpi pubbliċi jew privati u lil entitajiet legalment stabbiliti fi:
|
(a) |
Stati Membri; |
|
(b) |
il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih. |
Ir-rata ta’ kofinanzjament għal għotjiet għandha tkun sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.
4. Appoġġ tekniku jista’ jingħata bil-kooperazzjoni ta’ entitajiet ta’ Stati Membri oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali.
5. L-appoġġ tekniku jista’ jingħata wkoll minn esperti individwali, li jistgħu jiġu mistiedna jikkontribwixxu għal attivitajiet organizzati kull meta dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 4.
6. Sabiex timplimenta l-appoġġ tekniku, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan.
Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu:
|
(a) |
l-allokazzjoni għall-istrument; |
|
(b) |
il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-objettiv ġenerali u l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament, rispettivament, u fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 5 u l-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament; u |
|
(c) |
il-kriterji għas-selezzjoni u għall-aġġudikazzjoni tal-għotjiet u l-elementi kollha meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju. |
7. Sabiex tkun żgurata d-disponibbiltà f’waqtha tar-riżorsi, parti limitata tal-programm ta’ ħidma, li ma taqbiżx it-30 % tal-allokazzjoni annwali, għandha tkun riservata għal miżuri speċjali fil-każ ta’ raġunijiet ta’ urġenza mhux previsti u debitament ġustifikati li jeħtieġu rispons immedjat, inkluż tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkostanzi sinifikanti li jaffettwaw b’mod serju l-kundizzjonijiet ekonomiċi, soċjali jew ta’ saħħa fi Stat Membru u li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu.
Il-Kummissjoni tista’, fuq talba minn Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ tekniku, tadotta miżuri speċjali skont l-objettivi u l-azzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament biex tipprovdi appoġġ tekniku lill-awtoritajiet nazzjonali meta jindirizzaw ħtiġijiet urġenti. Dawn il-miżuri speċjali għandhom ikunu interim fin-natura tagħhom u għandhom ikunu marbuta maċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Artikolu 9(3). Dawn il-miżuri speċjali għandhom jintemmu fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tagħhom u jistgħu jiġu sostitwiti b’appoġġ tekniku skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9.
KAPITOLU III
KOMPLEMENTARJETÀ, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI
Artikolu 13
Koordinazzjoni u komplementarjetà
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom, fl-ambitu tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn l-istrument u programmi u strumenti oħra tal-Unjoni, u b’mod partikolari ma’ miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, dawn għandhom:
|
(a) |
jiżguraw il-komplementarjetà, is-sinerġija, il-koerenza u l-konsistenza bejn strumenti differenti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn xieraq, dak reġjonali u lokali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni; |
|
(b) |
jottimizzaw il-mekkaniżmi tal-koordinazzjoni sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u jiġi evitat kwalunkwe trikkib; |
|
(c) |
jiżguraw li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn xieraq, dak reġjonali u lokali sabiex iwettqu azzjonijiet ta’ sostenn koerenti u simplifikati skont l-istrument. |
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura l-komplementarjetà u s-sinerġiji bl-appoġġ provdut minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra.
Artikolu 14
Monitoraġġ tal-implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-istrument u tkejjel il-ksib tal-objettiv ġenerali u l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, inkluż billi tagħmel użu mill-pjanijiet ta’ kooperazzjoni u appoġġ. L-indikaturi li għandhom jintużaw għar-rappurtar dwar il-progress u għall-fini tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament lejn il-ksib tal-objettivi ġenerali u l-objettivi speċifiċi huma stipulati fl-Anness. Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni għandu jkun immirat u proporzjonat għall-attivitajiet imwettqa skont l-istrument.
2. Is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrument u r-riżultati jinġabru b’mod effiċjenti, effikaċi, fil-ħin u, kull meta jkun rilevanti u fattibbli, f’forma diżaggregata skont il-ġeneri. Għal dak il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq il-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni.
Artikolu 15
Rapport annwali
1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament (ir-“rapport annwali”).
2. Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar:
|
(a) |
it-talbiet għal sostenn ippreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9(1); |
|
(b) |
l-analiżi tal-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 9(3), użata biex jiġu analizzati t-talbiet għas-sostenn ippreżentati mill-Istati Membri; |
|
(c) |
il-pjanijiet ta’ kooperazzjoni u sostenn kif imsemmija fl-Artikolu 9(5); |
|
(d) |
il-miżuri speċjali adottati skont l-Artikolu 12(7); |
|
(e) |
l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sostenn, fejn xieraq anke fil-livell nazzjonali u reġjonali; u |
|
(f) |
l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni. |
3. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-Kummissjoni tipparteċipa fi skambju ta’ fehmiet mal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew biex jiddiskutu r-rapport annwali u l-implimentazzjoni tal-istrument.
Artikolu 16
Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u evalwazzjoni ex post
1. Sal-20 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni għandha tipprovdi simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu, b’mod partikolari, jivvaluta sa fejn intlaħqu l-objettiv ġenerali u l-objettivi speċifiċi tal-istrument imsemmija fl-Artikoli 3 u 4 rispettivament, l-adegwatezza u l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha. Fejn xieraq, ir-riżultati tar-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu jistgħu jintużaw għal kwalunkwe proposta leġiżlattiva rilevanti.
2. Sal-31 ta’ Diċembru 2030, il-Kummissjoni għandha tipprovdi simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport ta’ evalwazzjoni ex post indipendenti. Dak ir-rapport għandu jikkonsisti f’valutazzjoni kumplessiva tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-impatt ta’ dan ir-Regolament fit-terminu fit-tul.
Artikolu 17
Trasparenza
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi repożitorju pubbliku online uniku li permezz tiegħu tkun tista’, soġġett għar-regoli applikabbli u abbażi ta’ konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, tqiegħed għad-dispożizzjoni studji jew rapporti finali prodotti bħala parti mill-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 8. Jekk ikun ġustifikat, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jitolbu li l-Kummissjoni ma tiżvelax tali dokumenti mingħajr il-kunsens tagħhom minn qabel.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 18
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1. Il-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.
2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-istrument, mal-azzjonijiet meħuda skont l-istrument u mar-riżultati miksuba, inkluż, jekk ikun xieraq u bi qbil mal-awtoritajiet nazzjonali, permezz ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni konġunti mal-awtoritajiet nazzjonali u mal-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 19
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Azzjonijiet u attivitajiet ta’ appoġġ tekniku mibdija fil-31 ta’ Diċembru 2020, jew qabel, skont ir-Regolament (UE) 2017/825 għandhom ikomplu jiġu rregolati minn dak ir-Regolament sakemm jitlestew.
2. Il-pakkett finanzjarju stipulat fl-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament jista’ wkoll ikopri l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva, inklużi l-monitoraġġ, il-komunikazzjoni u l-evalwazzjoni meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2017/825 u li ma jkunux tlestew sal-31 ta’ Diċembru 2020.
3. Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiddaħħlu approprjazzjonijiet fil-baġit lil hinn mill-2020 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament relatati mal-ġestjoni ta’ azzjonijiet u attivitajiet mibdija taħt ir-Regolament (UE) 2017/825 u mhux imwettqa sal-31 ta’ Diċembru 2020.
Artikolu 20
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2021.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) ĠU C 364, 28.10.2020, p. 132.
(2) ĠU C 440, 18.12.2020, p. 160.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Jannar 2021 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Frar 2021.
(4) Ir-Regolament (UE) 2017/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 (UE) Nru 1305/2013 (ĠU L 129, 19.5.2017, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Faċilità ta’ Rkupru u Reżiljenza (Ara l-paġna 17 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(6) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(7) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(8) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(9) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(13) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1).
(15) Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b’diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1).
(16) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta’ pagament tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1).
ANNESS
INDIKATURI
Il-kisba tal-objettiv ġenerali u l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikoli 3 u 4 rispettivament għandha titkejjel abbażi tal-indikaturi li ġejjin, li għandhom jinqasmu skont l-Istat Membru u skont il-qasam ta’ intervent.
L-indikaturi għandhom jintużaw skont id-data u l-informazzjoni disponibbli, inkluża data kwantitattiva u/jew kwalitattiva.
Indikaturi tal-output
|
(a) |
l-għadd ta’ pjanijiet ta’ kooperazzjoni u appoġġ konklużi |
|
(b) |
l-għadd ta’ attivitajiet ta’ appoġġ tekniku mwettqa |
|
(c) |
ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ appoġġ tekniku bħal pjanijiet ta’ azzjoni, pjanijiet direzzjonali, linji gwida, manwali u rakkomandazzjonijiet |
Indikaturi tar-riżultati
|
(d) |
l-eżiti tal-attivitajiet ta’ appoġġ tekniku pprovdut, bħall-adozzjoni ta’ strateġija, l-adozzjoni ta’ att/liġi ġdid/a jew il-modifika ta’ wieħed/waħda eżistenti u l-adozzjoni ta’ proċeduri u azzjonijiet ġodda biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tar-riformi |
Indikaturi tal-impatt
|
(e) |
l-objettivi stabbiliti fil-pjanijiet ta’ kooperazzjoni u appoġġ, li nkisbu, fost l-oħrajn, bis-saħħa tal-appoġġ tekniku riċevut |
Il-Kummissjoni għandha twettaq ukoll l-evalwazzjoni ex post imsemmija fl-Artikolu 16 bil-għan li jiġu stabbiliti r-rabtiet bejn l-appoġġ tekniku u l-implimentazzjoni tal-miżuri rilevanti fl-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li jissaħħu r-reżiljenza, it-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi u l-koeżjoni.
|
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/17 |
REGOLAMENT (UE) 2021/241 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Frar 2021
li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikoli 120 u 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri huma meħtieġa jwettqu l-politiki ekonomiċi tagħhom bil-ħsieb li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni u fil-kuntest tal-linji gwida ġenerali li l-Kunsill jifformula. L-Artikolu 148 TFUE jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-politiki tal-impjiegi li jqisu l-linji gwida għall-impjiegi. Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri hija għalhekk kwistjoni ta' tħassib komuni. |
|
(2) |
L-Artikolu 175 tat-TFUE jipprevedi, fost l-oħrajn, li l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi tagħhom b'tali mod li jiksbu l-objettivi tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali stabbiliti fl-Artikolu 174 TFUE. |
|
(3) |
L-Artikolu 174 TFUE jipprevedi li, sabiex tippromwovi l-iżvilupp armonjuż ġenerali tagħha, l-Unjoni trid tiżviluppa u ssegwi azzjonijiet li jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha. Jipprevedi wkoll li l-Unjoni għandha, b’mod partikolari, timmira li tnaqqas id-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni u r-ritard tar-reġjuni li huma inqas favoriti. L-isforzi biex jitnaqqsu d-disparitajiet jenħtieġ li b'mod partikolari jkunu ta' benefiċċju għall-gżejjer u għar-reġjuni ultraperiferiċi. Il-pożizzjonijiet tal-bidu u l-ispeċifiċitajiet differenti tar-reġjuni jenħtieġ li jitqiesu fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni. |
|
(4) |
Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika ("is-Semestru Ewropew"), inkluż il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, huwa l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet ta' riformi nazzjonali u li jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. Apparti l-miżuri li jsaħħu l-kompetittività, il-potenzjal ta' tkabbir u l-finanzi pubbliċi sostenibbli, jenħtieġ li jiġu introdotti wkoll riformi bbażati fuq is-solidarjetà, l-integrazzjoni, il-ġustizzja soċjali u distribuzzjoni ekwa tal-ġid bil-għan li jinħolqu impjiegi ta' kwalità u tkabbir sostenibbli, li jiġu żgurati l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u l-ħarsien soċjali, kif ukoll l-aċċess għalihom, li jiġu protetti l-gruppi vulnerabbli u li jittejbu l-istandards tal-għajxien taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw l-istrateġiji ta' investiment pluriennali nazzjonali tagħhom stess b'appoġġ għal dawk ir-riformi, filwaqt li jqisu l-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (4) (il-“Ftehim ta’ Pariġi”), il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima adottati fil-qafas tal-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika kif stabbilit mir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), il-pjanijiet ta' tranżizzjoni ġusta u l-pjanijiet ta' implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, kif ukoll l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ li jiġu ppreżentati, fejn ikun rilevanti, flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma annwali bħala mod li jippreżenta u jikkoordina l-proġetti ta' investiment ta' prijorità li għandhom jiġu appoġġati permezz tal-finanzjament nazzjonali u / jew tal-Unjoni. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni ddeskriviet, fl-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2020 u l-Pakkett tar-Rebbiegħa u tas-Sajf tas-Semestru Ewropew 2020 li s-Semestru Ewropew jenħtieġ li jgħin biex tinkiseb l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli. |
|
(6) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 biddlet il-prospetti ekonomiċi, soċjali u baġitarji fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti u kkoordinat kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali sabiex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi kif ukoll l-effetti asimmetriċi għall-Istati Membri. Il-kriżi tal-COVID-19 kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti wrew li l-iżvilupp ta' ekonomiji sodi, sostenibbli u reżiljenti kif ukoll sistemi finanzjarji u tal-ħarsien soċjali mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod aktar effettiv u b'mod ġust u inklużiv għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. Nuqqas ta' reżiljenza jista' jwassal ukoll għal effetti konsegwenzjali negattivi ta' xokkijiet bejn l-Istati Membri jew fi ħdan l-Unjoni kollha kemm hi, u b'hekk jippreżenta sfidi għall-konverġenza u l-koeżjoni fl-Unjoni. Tnaqqis fl-infiq f'setturi, bħas-settur tal-edukazzjoni, is-settur kulturali u s-settur kreattiv u fil-kura tas-saħħa jista' jkun kontroproduttiv għall-ksib ta' rkupru rapidu. Il-konsegwenzi fi żmien medju u fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 ser jiddependu b'mod kritiku fuq kemm l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Istati Membri jirkupraw malajr minn dik il-kriżi, li min-naħa l-oħra jiddependi fuq l-ispazju fiskali disponibbli tal-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji u l-istrutturi soċjali tagħhom. Ir-riformi u l-investimenti sostenibbli u li jsaħħu t-tkabbir li jindirizzaw id-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji tal-Istati Membri, u li jsaħħu r-reżiljenza, iżidu l-produttività u jwasslu għal kompetittività ogħla tal-Istati Membri, għalhekk ser ikunu essenzjali biex dawk l-ekonomiji jirritornaw fit-triq it-tajba u jonqsu l-inugwaljanzi u d-diverġenzi fl-Unjoni. |
|
(7) |
L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment spiss jitnaqqas b'mod drastiku waqt il-kriżijiet. Madankollu, huwa essenzjali li f'din is-sitwazzjoni partikolari jiġi sostnut l-investiment biex jiġi aċċellerat l-irkupru u jissaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir fit-tul. Suq intern li jiffunzjona tajjeb l-investiment f'teknoloġiji ekoloġiċi u diġitali, fl-innovazzjoni u r-riċerka, inkluż f'ekonomija msejsa fuq l-għarfien, fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, u fl-għoti ta' spinta lill-effiċjenza enerġetika fis-settur tal-abitazzjoni u f'setturi ewlenin oħrajn tal-ekonomija huma importanti biex jinkiseb it-tkabbir ġust, inklużiv u sostenibbli, jiġi megħjun il-ħolqien tal-impjiegi, u tinkiseb in-newtralità klimatika tal-UE sal-2050. |
|
(8) |
Fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas attwali għall-għoti ta' appoġġ lill-Istati Membri u biex jingħata appoġġ finanzjarju dirett lill-Istati Membri permezz ta' għodda innovattiva. Għal dan il-għan jenħtieġ li tiġi stabbilita faċilità għall-irkupru u r-reżiljenza (il-"Faċilità") fil-qafas ta' dan ir-Regolament biex tipprovdi appoġġ finanzjarju effettiv u sinifikanti biex tiżdied l-implimentazzjoni tar-riformi sostenibbli u tal-investiment pubbliku relatat fl-Istati Membri. Il-Faċilità jenħtieġ li tkun strument dedikat imfassal biex jindirizza l-effetti u l-konsegwenzi negattivi tal-kriżi tal-COVID-19 fl-Unjoni. Din jenħtieġ li tkun komprensiva u jenħtieġ li tibbenefika mill-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri mill-użu tal-istrumenti u l-programmi l-oħra. L-investiment privat jista' wkoll jiġi inċentivat permezz ta' skemi ta' investiment pubbliku, inkluż strumenti finanzjarji, sussidji u strumenti oħra, sakemm ikun hemm konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(9) |
Ir-riformi u l-investimenti fl-ambitu tal-Faċilità jenħtieġ li jgħinu wkoll biex jagħmlu l-Unjoni iktar reżiljenti u inqas dipendenti billi jiddiversifikaw il-katini ewlenin tal-provvista u b'hekk isaħħu l-awtonomija strateġika tal-Unjoni b'mod parallel ma' ekonomija miftuħa. Ir-riformi u l-investimenti fl-ambitu tal-Faċilità jenħtieġ li jiġġeneraw ukoll valur miżjud Ewropew. |
|
(10) |
L-irkupru jenħtieġ li jinkiseb u r-reżiljenza tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha jenħtieġ li tissaħħaħ permezz tal-appoġġ għal miżuri li jirreferu għall-oqsma ta' politika ta' rilevanza Ewropea strutturati f'sitt pilastri (is-“sitt pilastri”), jiġifieri: it-tranżizzjoni ekoloġika; it-trasformazzjoni diġitali; tkabbir smart, sostenibbli u inklużiv, inklużi l-koeżjoni ekonomika, l-impjiegi, il-produttività, il-kompetittività, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, u suq intern li jiffunzjona tajjeb b'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) b'saħħithom; il-koeżjoni soċjali u territorjali; is-saħħa, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali, bil-għan, inter alia, li tiżdied it-tħejjija għall-kriżijiet u l-kapaċità ta’ rispons għall-kriżijiet; u l-politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss, it-tfal u ż-żgħażagħ, bħall-edukazzjoni u l-ħiliet. |
|
(11) |
It-tranżizzjoni ekoloġika jenħtieġ li tiġi appoġġata minn riformi u investimenti f'teknoloġiji u kapaċitajiet ekoloġiċi, inkluż fil-bijodiversità, l-effiċjenza enerġetika, ir-rinnovazzjoni tal-binjiet u l-ekonomija ċirkolari, filwaqt li tikkontribwixxi għall-miri klimatiċi tal-Unjoni, trawwem it-tkabbir sostenibbli, toħloq l-impjiegi u tippreserva s-sigurtà tal-enerġija. |
|
(12) |
Ir-riformi u l-investiment fit-teknoloġiji, l-infrastruttura u l-proċessi diġitali se jżidu l-kompetittività tal-Unjoni fil-livell globali u se jgħinu wkoll biex l-Unjoni ssir aktar reżiljenti, aktar innovattiva u inqas dipendenti billi jiddiversifikaw il-ktajjen ewlenin tal-provvista. Ir-riformi u l-investimenti jenħtieġ li jippromwovu b'mod partikolari d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi, l-iżvilupp ta' infrastruttura diġitali u tad-data, raggruppamenti u ċentri ta' innovazzjoni diġitali u soluzzjonijiet diġitali miftuħa. It-tranżizzjoni diġitali jenħtieġ li tinċentiva wkoll id-diġitalizzazzjoni tal-SMEs. L-investimenti f'teknoloġiji diġitali jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji tal-interoperabbiltà, l-effiċjenza enerġetika u l-protezzjoni tad-data personali, jippermettu l-parteċipazzjoni tal-SMEs u tan-negozji ġodda, u jippromwovu l-użu ta' soluzzjonijiet b'sors miftuħ. |
|
(13) |
Ir-riformi u l-investimenti fi tkabbir smart, sostenibbli u inklużiv, inklużi l-koeżjoni ekonomika, l-impjiegi, il-produttività, il-kompetittività, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, u suq intern li jiffunzjona tajjeb b'SMEs b'saħħithom jenħtieġ li jimmiraw biex itejbu l-potenzjal tat-tkabbir u jippermettu rkupru sostenibbli tal-ekonomija tal-Unjoni. Dawk ir-riformi u l-investimenti jenħtieġ li jippromwovu wkoll l-intraprenditorija, l-ekonomija soċjali, l-iżvilupp ta' infrastruttura u trasport sostenibbli, u l-industrijalizzazzjoni u r-reindustrijalizzazzjoni, u jtaffu l-effett tal-kriżi tal-Covid-19 fuq l-ekonomija. |
|
(14) |
Ir-riformi u l-investimenti fil-koeżjoni soċjali u territorjali jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll għall-ġlieda kontra l-faqar u l-indirizzar tal-qgħad biex l-ekonomiji tal-Istati Membri jirkupraw filwaqt li ħadd ma jitħalla lura. Dawk ir-riformi u l-investimenti jenħtieġ li jwasslu għall-ħolqien ta' impjiegi stabbli u ta' kwalità għolja, l-inklużjoni u l-integrazzjoni ta' gruppi żvantaġġati, u jippermettu t-tisħiħ tad-djalogu soċjali, l-infrastruttura u s-servizzi, kif ukoll tal-ħarsien soċjali u s-sistemi ta' protezzjoni soċjali. |
|
(15) |
Il-kriżi tal-COVID-19 enfasizzat ukoll l-importanza tar-riformi u l-investimenti fis-saħħa, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali, li għandhom il-mira li, inter alia, iżidu t-tħejjija għall-kriżijiet u l-kapaċità ta' rispons għall-kriżijiet b'mod partikolari permezz tat-titjib tal-kontinwità tal-ħidma u tas-servizz pubbliku, u l-aċċessibbiltà u l-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa u l-kura, l-effikaċja tal-amministrazzjoni pubblika u s-sistemi nazzjonali, inkluża l-minimizzazzjoni tal-piż amministrattiv, u l-effikaċja tas-sistemi ġudizzjarji kif ukoll il-prevenzjoni tal-frodi u s-superviżjoni fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. |
|
(16) |
Ir-riformi u l-investimenti fil-ġenerazzjoni li jmiss, it-tfal u ż-żgħażagħ huma essenzjali għall-promozzjoni tal-edukazzjoni u l-ħiliet, inklużi l-ħiliet diġitali, it-titjib tal-ħiliet, it-taħriġ mill-ġdid u l-kwalifikazzjoni mill-ġdid tal-forza tax-xogħol attiva, il-programmi ta' integrazzjoni għall-persuni qiegħda, il-politiki ta' investiment fl-aċċess u l-opportunità għat-tfal u ż-żgħażagħ relatati mal-edukazzjoni, is-saħħa, in-nutrizzjoni, l-impjiegi u l-akkomodazzjoni, u l-politiki li jservu ta' pont għad-distakk bejn il-ġenerazzjonijiet f'konformità mal-objettivi tal-Garanzija għat-Tfal u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ. Dawk l-azzjonijiet jenħtieġ li jiżguraw li l-ġenerazzjoni li jmiss ta' Ewropej ma tintlaqatx b'mod permanenti mill-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 u li d-distakk bejn il-ġenerazzjonijiet ma jkomplix jikber. |
|
(17) |
Fil-preżent ma jeżistix strument li jipprovdi appoġġ finanzjarju dirett b'rabta mal-ksib tar-riżultati u mal-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku mill-Istati Membri, inkluż b'rispons għall-isfidi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, inkluż il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, u bil-għan li jkun hemm impatt dejjiemi fuq il-produttività u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali tal-Istati Membri. |
|
(18) |
Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nonkonformità. Appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli taħt il-Faċilità jenħtieġ li jieħu l-forma ta' kontribuzzjoni sui generis tal-Unjoni li għandha tiġi ddeterminata abbażi ta' kontribuzzjoni finanzjarja massima kkalkulata għal kull Stat Membru u b'kont meħud tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, li jenħtieġ li jitħallas abbażi tal-kisba tar-riżultati b'referenza għall-istadji importanti u l-miri tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita tali kontribuzzjoni f'konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur previsti f'dan ir-Regolament, skont ir-regoli dwar is-simplifikazzjoni relatata mal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet stabbiliti fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (ir-“Regolament Finanzjarju”). Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli u proċeduri speċifiċi f'dan ir-Regolament, soġġetti għall-prinċipji ġenerali tal-ġestjoni baġitarja skont ir-Regolament Finanzjarju, dwar l-allokazzjoni, l-implimentazzjoni u l-kontroll ta' appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli fl-ambitu ta' dan ir-Regolament. Il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet jenħtieġ li japplika fil-livell tal-pagamenti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri bħala benefiċjarji, irrispettivament mir-rimborż fi kwalunkwe forma ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri lir-riċevituri finali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw il-forom kollha ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji, inkluż għażliet ta' kostijiet simplifikati. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni fil-każ ta' frodi, korruzzjoni, konflitti ta' interess jew finanzjament doppju mill-Faċilità u programmi oħrajn tal-Unjoni, il-pagamenti jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal kontrolli fuq il-kostijiet effettivament imġarrba mill-benefiċjarju. |
|
(19) |
F'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 (7) u fil-limiti tar-riżorsi allokati fih, il-miżuri għall-irkupru u r-reżiljenza fil-qafas tal-Faċilità jenħtieġ li jittieħdu biex jindirizzaw l-impatt bla preċedent tal-kriżi tal-COVID-19. Jenħtieġ li dawk ir-riżorsi addizzjonali jintużaw b'tali mod li jiżguraw il-konformità mal-limiti ta' żmien stipulati fir-Regolament (UE) 2020/2094. |
|
(20) |
Jenħtieġ li l-Faċilità tappoġġa proġetti li jirrispettaw il-prinċipju tal-addizzjonalità tal-finanzjament tal-Unjoni. Il-Faċilità, għajr f’każijiet debitament ġustifikati, jenħtieġ li ma tkunx sostitut għal nefqiet nazzjonali rikorrenti. |
|
(21) |
L-iżgurar ta' livell għoli ta' ċibersigurtà u fiduċja fit-teknoloġiji hija prerekwiżit għal trasformazzjoni diġitali ta' suċċess fl-Unjoni. Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-1 u t-2 ta' Ottubru 2020, il-Kunsill Ewropew talab lill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jagħmlu użu sħiħ mis-sett ta' għodod għaċ-ċibersigurtà tal-5G adottat fid-29 ta' Jannar 2020, u b'mod partikolari talabhom japplikaw ir-restrizzjonijiet rilevanti fuq fornituri ta' riskju għoli għal assi ewlenin definiti bħala kritiċi u sensittivi fil-valutazzjonijiet tar-riskju kkoordinati tal-Unjoni. Il-Kunsill Ewropew issottolinja li l-fornituri potenzjali tal-5G jeħtieġ jiġu vvalutati abbażi ta' kriterji oġġettivi, komuni. |
|
(22) |
Sabiex jitrawmu s-sinerġiji bejn il-Faċilità, il-Programm InvestEU stabbilit bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ir-“Regolament InvestEU”) u l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jistgħu jinkludu, sa ċertu limitu massimu, kontribuzzjonijiet għall-kompartimenti tal-Istati Membri fl-ambitu tal-Programm InvestEU u għall-Istrument ta' Appoġġ Tekniku, f'konformità ma' dan ir-Regolament. |
|
(23) |
Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u l-importanza li tiġi indirizzata t-tibdil fil-klima f’konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Faċilità għandha tikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibbiltà ambjentali u biex tinkiseb il-mira ġenerali ta’ 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni li tappoġġa objettivi klimatiċi. Għal dan il-għan, il-miżuri appoġġati permezz tal-Faċilità u inklużi fil-pjanijiet għall-irkupru u reżiljenza tal-Istati Membri individwali jenħtieġ li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità, jew jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnha, u jenħtieġ li jikkostitwixxu ammont li jirrappreżenta mill-inqas 37 % tal-allokazzjoni totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, abbażi tal-metodoloġija għat-trekkjar klimatiku stabbilita f’anness għal dan ir-Regolament. Dik il-metodoloġija jenħtieġ li tintuża kif xieraq għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta' intervent elenkat fl-Anness għal dan ir-Regolament. Jekk l-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni jaqblu, għandu jkun possibbli li jiżdiedu l-koeffiċjenti għall-appoġġ għall-objettivi klimatiċi għal 40 jew 100 % għal investimenti individwali, kif spjegat fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, biex jitqiesu l-miżuri ta' riforma akkumpanjanti li jżidu b'mod kredibbli l-impatt tagħhom fuq l-objettivi klimatiċi. Għal dak il-għan, għandu jkun possibbli li jiżdiedu l-koeffiċjenti għall-appoġġ għall-objettivi klimatiċi sa ammont totali ta' 3 % tal-allokazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għal investimenti individwali. Il-Faċilità jenħtieġ li tappoġġa attivitajiet li jirrispettaw bis-sħiħ l-istandards u l-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni u l-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) (il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti”). |
|
(24) |
Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-telf drammatiku tal-bijodiversità, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjoni dwar il-bijodiversità fil-politiki tal-Unjoni. |
|
(25) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-miżuri inklużi fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom jikkonformaw mal-prinċipju ta’ "la tagħmilx ħsara sinifikanti" fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi gwida teknika għal dak il-għan. Id-dħul fis-seħħ tal-atti delegati msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 jenħtieġ li ma jaffettwax dik il-gwida. |
|
(26) |
Il-miżuri appoġġati permezz tal-Faċilità u inklużi fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri individwali jenħtieġ li jkopru wkoll ammont li jirrappreżenta mill-inqas 20 % tal-allokazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għan-nefqa diġitali. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkalkulaw il-koeffiċjent għall-appoġġ għall-objettivi diġitali abbażi ta' metodoloġija li tirrifletti l-punt safejn l-appoġġ taħt il-Faċilità jagħti kontribut għall-objettivi diġitali. Il-koeffiċjenti għal miżuri individwali għandhom jiġu determinati abbażi tal-oqsma ta' intervent stabbiliti f'anness ta' dan ir-Regolament. Il-metodoloġija jenħtieġ li tintuża kif xieraq għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta' intervent. Jekk l-Istat Membru konċernat u l-Kummissjoni jaqblu, għandu jkun possibbli li jiżdiedu dawk il-koeffiċjenti għal 40% jew 100 % għal investimenti individwali biex jitqiesu r-riformi akkumpanjanti li jżidu l-impatt tal-miżuri fuq l-objettivi diġitali. |
|
(27) |
Għall-fini li jiġi determinat il-kontribut tal-miżuri rilevanti taħt il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għall-miri klimatiċi u diġitali, għandu jkun possibbli li jingħaddu tali miżuri taħt iż-żewġ objettivi skont il-metodoloġiji rispettivi tagħhom. |
|
(28) |
In-nisa kienu partikularment milquta mill-kriżi tal-COVID-19, peress li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa fl-Unjoni, u jibbilanċjaw xogħol ta' indukrar mhux imħallas mar-responsabbiltajiet tal-impjieg tagħhom. Is-sitwazzjoni hi partikularment diffiċli għall-ġenituri waħedhom, li 85 % minnhom huma nisa. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, u l-integrazzjoni ta' dawk l-objettivi jenħtieġ li jiġu meqjusa u promossi matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza programmi nazzjonali ppreżentati f’konformità mal-ambitu ta' dan ir-Regolament. L-investiment f'infrastruttura tal-indukrar robusta huwa wkoll essenzjali sabiex jiġu żgurati l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa, sabiex jinbnew soċjetajiet reżiljenti, jiġu miġġielda l-kundizzjonijiet prekarji f'settur iddominat min-nisa, tingħata spinta lill-ħolqien tal-impjiegi, jiġu prevenuti l-faqar u l-esklużjoni soċjali, u sabiex ikun hemm effett pożittiv fuq il-Prodott Domestiku Gross (PDG), peress li jippermetti lil għadd akbar ta' nisa jkollhom xogħol imħallas. |
|
(29) |
Jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu li jiżgura r-rabta bejn il-Faċilità u governanza ekonomika tajba, li jippermetti lill-Kummissjoni tagħmel proposta lill-Kunsill biex jiġu sospiżi l-impenji jew il-pagamenti kollha jew parti minnhom taħt il-Faċilità. L-obbligu tal-Kummissjoni li tipproponi sospensjoni jenħtieġ li jiġi sospiż meta u ladarba tiġi attivata l-hekk imsejħa “klawżola liberatorja ġenerali” fl-ambitu tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi u fid-dawl tal-importanza tal-effetti finanzjarji tal-miżuri imposti, jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu konferiti lill-Kunsill, li jenħtieġ li jaġixxi fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li huma meħtieġa biex tiġi żgurata azzjoni effettiva fil-kuntest tal-qafas tal-governanza ekonomika, jenħtieġ li tintuża votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata inversa għas-sospensjoni tal-approprjazzjonijiet. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni tiddiskuti l-applikazzjoni ta’ dak il-mekkaniżmu fil-kuntest ta' djalogu strutturat sabiex jippermetti lill-Parlament Ewropew jesprimi l-fehmiet tiegħu. Sabiex il-Kummissjoni tqis kif xieraq il-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew, id-djalogu strutturat jenħtieġ li jsir fi żmien erba’ ġimgħat wara li l-Kummissjoni tkun infurmat lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni ta’ dak il-mekkaniżmu. |
|
(30) |
Jenħtieġ li l-objettiv speċifiku tal-Faċilità jkun li tipprovdi appoġġ finanzjarju bil-għan li jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u tal-investimenti stabbiliti fil-pjanijiet għall-irkupru u tar-reżiljenza. Jenħtieġ li dak l-objettiv jiġi segwit f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati. |
|
(31) |
Sal-31 ta' Lulju 2022, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport ta' rieżami dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-indikaturi komuni u t-tabella ta' valutazzjoni tal-irkupru u r-reżiljenza pprovduta fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, kif ukoll informazzjoni rilevanti disponibbli oħra. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jaf jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta s-sejbiet ewlenin tar-rapport ta' rieżami tagħha fil-kuntest tad-djalogu dwar l-irkupru u r-reżiljenza stabbilit fl-ambitu ta' dan ir-Regolament. |
|
(32) |
Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tagħhom għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludu miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pakkett koerenti. Il-miżuri li bdew mill-1 ta' Frar 2020 'il quddiem jenħtieġ li jkunu eliġibbli. Jenħtieġ li l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konsistenti mal-isfidi u mal-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż kif identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, kif ukoll mal-isfidi u l-prijoritajiet identifikati fl-aktar rakkomandazzjonijiet reċenti tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li jkunu wkoll konsistenti ma’ Programmi Nazzjonali ta' Riforma, Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima, pjanijiet ta' tranżizzjoni ġusta, il-Pjan ta' Implimentazzjoni ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ kif ukoll mal-ftehimiet ta' sħubija u mal-programmi operazzjonali adottati fil-qafas tal-fondi tal-Unjoni. Sabiex tingħata spinta lill-azzjonijiet li jaqgħu fil-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Aġenda Diġitali, jenħtieġ li l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jistabbilixxu wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Jenħtieġ li b’tali miżuri jkun possibbli t-twettiq rapidu tal-miri, tal-objettivi u tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima u fl-aġġornamenti tagħhom. L-attivitajiet appoġġati kollha jenħtieġ li jiġu segwiti b'rispett sħiħ tal-istandards u tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ ukoll li jirrispettaw il-prinċipji orizzontali tal-Faċilità. |
|
(33) |
Il-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li ma jaffettwawx id-dritt li jiġu konklużi jew infurzati ftehimiet kollettivi jew li tittieħed azzjoni kollettiva f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u mad-dritt u l-prattiki tal-Unjoni u dawk nazzjonali. |
|
(34) |
L-awtoritajiet reġjonali u lokali jistgħu jkunu sħab importanti fl-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li huma jiġu kkonsultati u involuti b'mod xieraq, f'konformità mal-qafas legali nazzjonali. |
|
(35) |
Fejn Stat Membru jkun eżentat mill-monitoraġġ u l-valutazzjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jew ikun soġġett għal sorveljanza skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 (11), jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi applikat dan ir-Regolament għall-Istat Membru kkonċernat, fir-rigward tal-isfidi u l-prijoritajiet identifikati minn dawk ir-Regolamenti. |
|
(36) |
Għall-finijiet ta' informazzjoni għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kunsill ikun jista' jiddiskuti, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, l-istat tal-irkupru, tar-reżiljenza u tal-kapaċità ta' aġġustament fl-Unjoni. Jenħtieġ li dik id-diskussjoni tkun ibbażata fuq l-informazzjoni strateġika u analitika disponibbli għall-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u, meta tkun disponibbli, fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza fis-snin preċedenti. |
|
(37) |
Sabiex tiġi żgurata kontribuzzjoni finanzjarja sinifikanti li tkun proporzjonata għall-bżonnijiet effettivi tal-Istati Membri biex iwettqu u jlestu r-riformi u l-investimenti inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, huwa xieraq li tiġi stabbilita kontribuzzjoni finanzjarja massima li tkun għad-dispożizzjoni tagħhom fil-qafas tal-Faċilità bħala appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli. 70% ta’ dik il-kontribuzzjoni massima jenħtieġ li jkun ikkalkolat fuq il-bażi tal-popolazzjoni, l-invers tal-PDG per capita u r-rata tal-qgħad relattiva ta' kull Stat Membru. Jenħtieġ li 30 % ta' dik il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-popolazzjoni, l-invers tal-PDG per capita, u, fi proporzjon ugwali, il-bidla fil-PDG reali fl-2020 u l-bidla aggregata fil-PDG reali matul il-perjodu 2020-2021 abbażi tal-previżjonijiet tal-ħarifa 2020 tal-Kummissjoni għad-data mhux disponibbli fil-mument tal-kalkolu, li għandhom jiġu aġġornati sat-30 ta' Ġunju 2022 bl-eżiti reali. |
|
(38) |
Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit proċess għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istati Membri, u l-kontenut tagħhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jippreżentaw il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza b'mod uffiċjali, bħala regola, sat-30 ta' April, u jista' jagħmel dan f'dokument wieħed integrat flimkien mal-Programm Nazzjonali ta' Riforma tagħhom. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni rapida tal-Faċilità, jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw abbozz tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-15 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel. |
|
(39) |
Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali u enfasi fuq ir-riformi u l-investimenti rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jirċievu appoġġ jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jkun debitament motivat u sostanzjat. Jenħtieġ li dak il-pjan jagħti dettalji dwar kif, filwaqt li jqis il-miżuri inklużi fih, jirrappreżenta rispons komprensiv u bbilanċjat b'mod adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, u b'hekk jikkontribwixxi b'mod xieraq għas-sitt pilastri, filwaqt li jqis l-isfidi speċifiċi tal-Istat Membru kkonċernat. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jistabbilixxi l-ġabra dettaljata ta' miżuri għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-miri u l-istadji importanti u l-kostijiet stmati, kif ukoll l-impatt mistenni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq il-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali, inkluż permezz tal-promozzjoni ta' politiki għat-tfal u ż-żgħażagħ, u fuq il-mitigazzjoni tal-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi tal-COVID-19, filwaqt li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u b'hekk isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-konverġenza fi ħdan l-Unjoni. Jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità, u t-tranżizzjoni diġitali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll spjegazzjoni ta' kif jikkontribwixxi għall-indirizzar b'mod effettiv tal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, inklużi l-aspetti fiskali u r-rakkomandazzjonijiet magħmula skont l-ambitu tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Jenħtieġ li jinkludi wkoll spjegazzjoni ta' kif il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jiżgura li l-ebda miżura għall-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti inklużi f'dak il-pjan ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 (il-prinċipju“ la tagħmilx ħsara sinifikanti”). Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li jistabbilixxi l-kontribut mistenni għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, kif ukoll sommarju tal-proċess ta' konsultazzjoni mwettaq mal-partijiet ikkonċernati nazzjonali rilevanti. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li jkun fih spjegazzjoni tal-pjanijiet, is-sistemi u l-miżuri konkreti tal-Istat Membru biex jipprevjeni, jidentifika u jirrettifika l-konflitti ta' interess, il-korruzzjoni u l-frodi, u biex jiġi evitat l-finanzjament doppju. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jaf jinkludi wkoll proġetti transfruntiera jew multinazzjonali. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu. |
|
(40) |
L-implimentazzjoni tal-Faċilità jenħtieġ li titwettaq f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, inklużi l-prevenzjoni effettiva u l-prosekuzzjoni tal-frodi, inkluża l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni u l-konflitti ta' interess. |
|
(41) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza proposti minn kull Stat Membru u jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru inkwistjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrispetta bis-sħiħ is-sjieda nazzjonali tal-pjan u għalhekk jenħtieġ li tqis il-ġustifikazzjonijiet u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta r-rilevanza, l-effikaċja, l-effiċjenza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru, abbażi tal-lista ta' kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza proposti, u, fejn applikabbli, l-aġġornamenti tagħhom, fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. L-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni jenħtieġ li jaqblu li jestendu dik l-iskadenza b'perjodu raġonevoli jekk ikun meħtieġ. |
|
(42) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti linji gwida xierqa f'anness għal dan ir-Regolament biex iservu bħala bażi għall-Kummissjoni biex tivvaluta b'mod trasparenti u ekwu l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u biex tiddetermina l-kontribuzzjoni finanzjarja f'konformità mal-objettivi u ma' kwalunkwe rekwiżit rilevanti ieħor stabbiliti f'dan ir-Regolament. Fl-interess tat-trasparenza u l-effiċjenza, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta' klassifikazzjoni għall-valutazzjoni tal-proposti ta' pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għal dan il-għan. Il-kriterji relatati mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, mat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali, u li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jenħtieġ li jirrikjedu l-ogħla punteġġ tal-valutazzjoni. Kontribut effettiv għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jenħtieġ li jkun ukoll prerekwiżit għal valutazzjoni pożittiva. |
|
(43) |
Għall-finijiet tat-tħejjija ta' pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ta' kwalità għolja u biex il-Kummissjoni tkun assistita fil-valutazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri u fil-valutazzjoni tal-grad tal-kisba tagħhom, jenħtieġ li jkun previst l-użu ta' parir minn esperti u, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, konsulenza bejn il-pari u appoġġ tekniku. L-Istati Membri jafu wkoll jitolbu appoġġ fl-ambitu tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jrawmu sinerġiji mal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ta' Stati Membri oħra. |
|
(44) |
Għall-finijiet ta' simplifikazzjoni, id-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li ssegwi kriterji sempliċi. Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru kkonċernat. |
|
(45) |
Il-Kunsill jenħtieġ li japprova l-valutazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza permezz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni, abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni, li jenħtieġ li jagħmel ħiltu biex jadottaha fi żmien erba' ġimgħat mill-adozzjoni ta' dik il-proposta. Dment li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jindirizza b'mod sodisfaċenti l-kriterji ta' valutazzjoni, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jiġi allokat il-kontribuzzjoni finanzjarja massima fejn il-kostijiet totali stmati tar-riforma u tal-investiment inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkunu daqs l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima stess jew ogħla minnu. Jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jiġi minflok allokat ammont ugwali għall-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jekk tali kostijiet totali jkunu inqas mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima stess. Jenħtieġ li ma tingħata l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jindirizzax b'mod sodisfaċenti l-kriterji tal-valutazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill jenħtieġ li tiġi emendata, fuq proposta mill-Kummissjoni, biex tinkludi l-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata kkalkulata abbażi tal-eżiti reali f'Ġunju 2022. Il-Kunsill jenħtieġ li jadotta d-deċiżjoni emendatorja rilevanti mingħajr dewmien żejjed. |
|
(46) |
Sabiex ikun żgurat li l-appoġġ finanzjarju jingħata minn qabel fis-snin inizjali wara l-kriżi tal-COVID-19, u biex tkun żgurata l-kompatibbiltà mal-fondi disponibbli għall-Faċilità, jenħtieġ li l-fondi jkunu magħmula disponibbli sal-31 ta' Diċembru 2023. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jkun possibbli li sal-31 ta' Diċembru 2022 jittieħed impenn legali għal 70 % tal-ammont disponibbli għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli u 30% bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta' Diċembru 2023. Sal-31 ta' Diċembru 2021, fuq talba ta' Stat Membru li għandha tiġi ppreżentata flimkien mal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, ammont sa 13 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, fejn applikabbli, sa 13 % tas-self tal-Istat Membru kkonċernat ikun jista' jitħallas fil-forma ta' prefinanzjament fi żmien, sa fejn ikun possibbli, xahrejn wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-impenji legali. |
|
(47) |
Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għal Stat Membru jkun possibbli fil-forma ta' self, bil-konklużjoni ta' ftehim ta' self mal-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' talba debitament sostanzjata mill-Istat Membru kkonċernat. Is-self li jsostni l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li jiġi provdut sal-31 ta' Diċembru 2023 u jenħtieġ li jingħata b'dati ta' maturità li jirriflettu n-natura fit-tul ta' dan l-infiq. Skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 (13), il-ħlasijiet lura jenħtieġ li jiġu skedati, skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, b’tali mod li jiġi żgurat it-tnaqqis stabbli u prevedibbli tal-obbligazzjonijiet. Dawn id-dati ta' maturità jistgħu jvarjaw mid-dati ta' maturità tal-fondi li l-Unjoni tissellef fis-swieq kapitali biex tiffinanzja s-self. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà ta' deroga mill-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 220(2) tar-Regolament Finanzjarju, li jipprevedi li l-maturitajiet tas-self għall-assistenza finanzjarja jenħtieġ li ma jiġux ittrasformati. |
|
(48) |
It-talba għal appoġġ fil-forma ta' self jenħtieġ li tkun ġustifikata mill-ħtiġijiet finanzjarji ikbar marbuta ma' riformi u investimenti addizzjonali inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, li jkunu rilevanti b'mod partikolari għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u permezz ta' kost tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima allokata permezz tal-kontribuzzjoni mhux ripagabbli. Jenħtieġ li jkun possibbli li t-talba għal appoġġ fil-forma ta' self tiġi sottomessa flimkien mal-preżentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Meta t-talba għal appoġġ fil-forma ta' self issir f'mument differenti, jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn pjan rivedut għall-irkupru u r-reżiljenza bi stadji importanti u miri addizzjonali. Biex ikun żgurat il-frontloading tar-riżorsi, jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu appoġġ fil-forma ta' self sal-31 ta' Awwissu 2023. Għall-finijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-ammont totali tal-appoġġ fil-forma ta' self kollu mogħti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu limitu massimu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma jaqbiżx is-6,8 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) tal-2019 tiegħu, skont id-data mill-Eurostat bid-data limitu ta' Mejju 2020.. Żieda tal-ammont b'limitu massimu jenħtieġ li tkun possibbli f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni soġġetti għar-riżorsi disponibbli. Għall-istess raġunijiet jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi żborżat is-self bin-nifs mat-twettiq tar-riżultati. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta t-talba għal appoġġ fil-forma ta' self fi żmien xahrejn. Filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Kunsill ikun jista' japprova dik il-valutazzjoni b'maġġoranza kwalifikata permezz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni li l-Kunsill jenħtieġ li jagħmel ħiltu biex jadotta fi żmien erba' ġimgħat mill-adozzjoni ta' dik il-proposta mill-Kummissjoni. |
|
(49) |
Jenħtieġ li jkun possibbli għal Stat Membru li jagħmel talba motivata biex jiġi emendat il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fil-perjodu ta' implimentazzjoni, jekk iċ-ċirkostanzi oġġettivi jiġġustifikaw tali azzjoni. Fejn il-Kummissjoni tqis li r-raġunijiet imressqa mill-Istat Membru kkonċernat jiġġustifikaw tali emenda, jenħtieġ li tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza l-ġdid fi żmien xahrejn. L-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni jenħtieġ li jaqblu li jestendu dik l-iskadenza b'perjodu raġonevoli jekk ikun meħtieġ. Il-Kunsill jenħtieġ li japprova l-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza l-ġdid permezz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni, abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni, u jenħtieġ li jagħmel ħiltu biex jadottah fi żmien erba' ġimgħat mill-adozzjoni tal-proposta. |
|
(50) |
L-istituzzjonijiet tal-Unjoni jenħtieġ li jagħmlu l-almu tagħhom biex inaqqsu l-ħin tal-ipproċessar sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni rapida u bla xkiel tal-Faċilità. |
|
(51) |
Għal raġunijiet ta' effiċjenza u simplifikazzjoni fil-ġestjoni finanzjarja tal-Faċilità, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li jieħu l-forma ta' finanzjament ibbażat fuq il-kisba tar-riżultati mkejla b'referenza għal stadji importanti u miri indikati fil-pjanijiet approvati għall-irkupru u r-reżiljenza. Għal dak il-għan, l-appoġġ addizzjonali fil-forma ta’ self jenħtieġ li jkun marbut mal-istadji importanti u l-miri addizzjonali meta mqabbla ma' dawk rilevanti għall-appoġġ finanzjarju (jiġifieri l-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli). |
|
(52) |
Ir-rilaxx ta' fondi taħt il-Faċilità huwa kontinġenti fuq l-issodisfar sodisfaċenti mill-Istati Membri tal-istadji importanti u l-miri rilevanti kif stabbilit fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li l-valutazzjoni tagħhom tkun ġiet approvata mill-Kunsill. Qabel ma l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li tawtorizza l-iżborż tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, fejn applikabbli, tas-self, jenħtieġ li titlob lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għall-opinjoni tiegħu dwar l-issodisfar sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri rilevanti mill-Istati Membri abbażi ta' valutazzjoni preliminari mill-Kummissjoni. Sabiex il-Kummissjoni tqis l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għall-valutazzjoni tagħha, jenħtieġ li din tingħata fi żmien erba' ġimgħat minn meta tirċievi l-valutazzjoni preliminari mill-Kummissjoni. Fid-deliberazzjonijiet tiegħu, il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għandu jagħmel ħiltu biex jilħaq kunsens. Jekk, eċċezzjonalment, Stat Membru wieħed jew aktar iqisu li jkun hemm devjazzjonijiet serji mill-issodisfar sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri rilevanti, huma jistgħu jitolbu lill-President tal-Kunsill Ewropew biex jirreferi l-kwistjoni lill-Kunsill Ewropew li jmiss. L-Istati Membri rispettivi jenħtieġ li jinfurmaw ukoll lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed, u jenħtieġ li l-Kunsill, imbagħad, mingħajr dewmien, jinforma lill-Parlament Ewropew. F'tali ċirkostanzi eċċezzjonali, jenħtieġ li l-ebda deċiżjoni li tawtorizza l-iżborż tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, fejn applikabbli, tas-self ma tittieħed sakemm il-Kunsill Ewropew li jmiss ikun iddiskuta l-kwistjoni b'mod eżawrjenti. Dak il-proċess jenħtieġ li, bħala regola, ma jiħux aktar minn tliet xhur minn meta l-Kummissjoni tkun talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għall-opinjoni tiegħu. |
|
(53) |
Għall-fini ta' ġestjoni finanzjarja tajba, filwaqt li tiġi rispettata n-natura msejsa fuq il-prestazzjoni tal-Faċilità, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-impenji tal-baġit, għall-pagamenti, għas-sospensjoni, u għall-irkupru tal-fondi, kif ukoll għat-terminazzjoni tal-ftehimiet relatati mal-appoġġ finanzjarju. Biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jippreżentaw talbiet għall-pagamenti darbtejn fis-sena. Il-pagamenti jenħtieġ li jsiru b'mod rateali u jkunu bbażati fuq valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-użu ta' fondi fir-rigward ta' miżuri appoġġati mill-Faċilità jikkonforma mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiżguraw li l-frodi, il-korruzzjoni u l-konflitti ta' interess jiġu evitati, identifikati u rettifikati, u li jiġi evitat il-finanzjament doppju mill-Faċilità u programmi oħrajn tal-Unjoni. Is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-ftehimiet relatati mal-appoġġ finanzjarju kif ukoll tnaqqis u rkupru tal-kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li jkunu possibbli meta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jkunx ġie implimentat b'mod sodisfaċenti mill-Istat Membru kkonċernat, jew fil-każ ta' irregolaritajiet serji, jiġifieri frodi, korruzzjoni u konflitt ta' interess relatati mal-miżuri appoġġati mill-Faċilità, jew ksur serju ta’ obbligu taħt il-ftehimiet relatati mal-appoġġ finanzjarju. L-irkupru jenħtieġ li, fejn ikun possibbli, jiġi żgurat permezz ta' tpaċija tal-pagamenti pendenti taħt il-Faċilità. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri kontradittorji xierqa biex jiżguraw li d-deċiżjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tas-sospensjoni u l-irkupru tal-ammonti mħallsa, kif ukoll it-terminazzjoni tal-ftehimiet relatati mal-appoġġ finanzjarju, tirrispetta d-dritt tal-Istati Membri li jissottomettu kummenti. Il-pagamenti kollha tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-Istati Membri jenħtieġ li jsiru sal-31 ta' Diċembru 2026, bl-eċċezzjoni tal-miżuri msemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) 2020/2094 u f'każijiet fejn, għalkemm l-impenn legali jkun iddaħħal, jew id-deċiżjoni tkun ġiet adottata, f'konformità mal-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 34 ta' dak ir-Regolament, ikun meħtieġ li l-Unjoni tkun tista' tonora l-obbligi tagħha lejn l-Istati Membri, inkluż bħala riżultat ta' sentenza definittiva kontra l-Unjoni. |
|
(54) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti b'mod effettiv. Filwaqt li hija primarjament ir-responsabbiltà tal-Istat Membru nnifsu li jiżgura li l-Faċilità tiġi implimentata f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tirċievi assigurazzjoni suffiċjenti mill-Istati Membri f'dak ir-rigward. Għal dak il-għan, fl-implimentazzjoni tal-Faċilità, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-funzjonament ta' sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti u li jirkupraw ammonti mħallsa bi żball jew użati ħażin. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddependu fuq is-sistemi ta' ġestjoni tal-baġit nazzjonali regolari tagħhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru kategoriji standardizzati ta' data u informazzjoni li jippermettu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-rettifika ta' irregolaritajiet serji, jiġifieri frodi, korruzzjoni u konflitti ta' interess, fir-rigward tal-miżuri appoġġati mill-Faċilità. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel disponibbli sistema ta' informazzjoni u monitoraġġ, inkluża għodda unika għall-estrazzjoni tad-data u għall-valutazzjoni tar-riskju, biex taċċessa u tanalizza din id-data u l-informazzjoni, bil-ħsieb ta' applikazzjoni ġeneralizzata mill-Istati Membri. |
|
(55) |
Il-Kummissjoni, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), il-Qorti tal-Awdituri u, fejn applikabbli, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw is-sistema ta' informazzjoni u monitoraġġ fi ħdan il-kompetenzi u d-drittijiet tagħhom. |
|
(56) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-arranġamenti tal-Istati Membri li għandhom il-mira li jevitaw finanzjament doppju mill-Faċilità u minn programmi oħra tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel disponibbli informazzjoni dwar ir-riċevituri ta' fondi ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 38(1) tar-Regolament Finanzjarju. |
|
(57) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jitħallew jipproċessaw id-data personali unikament meta dan ikun meħtieġ għall-fini li jiġu żgurati kwittanza, awditu u kontroll tal-użu tal-fondi fir-rigward tal-miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi u l-proġetti ta' investiment fl-ambitu tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Id-data personali jenħtieġ li tiġi pproċessata skont ir-Regolament (UE) 2016/679 (14) jew (UE) 2018/1725 (15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont liema wieħed minn dawn ir-Regolamenti jkun applikabbli. |
|
(58) |
Għal monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw darbtejn fis-sena fil-kuntest tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Tali rapporti mħejjija mill-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jkunu riflessi b'mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, li jenħtieġ li jintużaw bħala għodda għar-rapportar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. |
|
(59) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jfittxu l-opinjoni tal-bordijiet tal-produttività nazzjonali u tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti tagħhom dwar il-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluża l-validazzjoni possibbli ta' elementi tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom. |
|
(60) |
Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont fl-implimentazzjoni tal-Faċilità, il-Kummissjoni jenħtieġ li tittrażmetti, soġġett għal approvazzjoni ta' informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, jew għal arranġamenti xierqa ta' kunfidenzjalità jekk ikun meħtieġ, id-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti simultanjament u b'termini ugwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bħall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, jew l-emendi tagħhom, kif ippreżentati mill-Istati Membri, u l-proposti għal deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni tal-Kunsill kif ippubblikati mill-Kummissjoni. |
|
(61) |
Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew kull xahrejn jaf jistieden lill-Kummissjoni tiddiskuti kwistjonijiet tad-djalogu dwar l-irkupru u r-reżiljenza li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-Faċilità, bħall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri, il-valutazzjoni mill-Kummissjoni, is-sejbiet ewlenin tar-rapport ta' rieżami, l-istatus tat-twettiq tal-istadji importanti u tal-miri, il-proċeduri relatati mal-ħlas u mas-sospensjoni, u kwalunkwe informazzjoni u dokumentazzjoni rilevanti oħra pprovduta mill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Faċilità. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-elementi li jirriżultaw mill-fehmiet espressi permezz tad-djalogu dwar l-irkupru u r-reżiljenza, inklużi r-riżoluzzjonijiet mill-Parlament Ewropew jekk jiġu pprovduti. |
|
(62) |
Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u koerenti ta' fondi u biex jiġi rrispettat il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-azzjonijiet f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu konsistenti u komplementari mal-programmi attwali tal-Unjoni, filwaqt li jevitaw finanzjament doppju mill-Faċilità u programmi oħrajn tal-Unjoni għall-istess nefqa. B'mod partikolari, fl-istadji kollha tal-proċess, il-Kummissjoni u l-Istat Membru jenħtieġ li jiżguraw koordinazzjoni effettiva sabiex jissalvagwardjaw il-konsistenza, il-komplementarjetà u s-sinerġija bejn is-sorsi ta' finanzjament. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti dwar il-finanzjament tal-Unjoni eżistenti jew ippjanat meta jippreżentaw il-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza lill-Kummissjoni. L-appoġġ finanzjarju fl-ambitu tal-Faċilità jenħtieġ li jkun addizzjonali għall-appoġġ ipprovdut taħt programmi u strumenti oħra tal-Unjoni, inkluż il-Programm InvestEU. Il-proġetti ta' riformi u investiment iffinanzjati mill-Faċilità jenħtieġ li jkunu jistgħu jirċievu finanzjament minn programmi u strumenti oħra tal-Unjoni sakemm tali appoġġ ma jkoprix l-istess kostijiet. |
|
(63) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Faċilità u tkejjel il-kisba tal-objettivi fl-ambitu ta' dan ir-Regolament b'mod immirat u proporzjonat. Meta jsir il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Faċilità, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet u r-riżultati jinġabru b'mod effiċjenti, effikaċi u fil-ħin. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni. Permezz ta' atti delegati, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi l-indikaturi komuni li għandhom jintużaw għar-rappurtar dwar il-progress u għall-fini ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Faċilità u tiddefinixxi metodoloġija għar-rappurtar tan-nefqa soċjali, inkluż fit-tfal u ż-żgħażagħ, fl-ambitu tal-Faċilità. |
|
(64) |
Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (16), din il-Faċilità jenħtieġ li tiġi evalwata fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura f'konformità ma' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b'mod partikolari għall-Istati Membri, u r-regolamentazzjoni żejda. Jekk xieraq, dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Faċilità fil-post. |
|
(65) |
Jenħtieġ li tiġi stabbilita tabella ta' valutazzjoni dedikata permezz ta' att delegat biex jintwera l-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri f'kull wieħed mis-sitt pilastri u l-progress miksub fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza fir-rigward tal-indikaturi komuni tal-Faċilità. It-tabella ta' valutazzjoni jenħtieġ li tkun operattiva sa Diċembru 2021 u jenħtieġ li tiġi aġġornata mill-Kummissjoni fuq bażi ta' darbtejn fis-sena. |
|
(66) |
Sabiex jiġi żgurat rappurtar xieraq dwar il-prestazzjoni u monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tal-Faċilità, inkluż dwar in-nefqa soċjali, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tabella ta' valutazzjoni dedikata li turi l-progress tal-implimentazzjoni u l-indikaturi komuni li għandhom jintużaw, kif ukoll il-metodoloġija għar-rappurtar tan-nefqa soċjali, inkluż dwar it-tfal u ż-żgħażagħ. Huwa partikularment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jaħdmu fuq it-tħejjija ta' atti delegati. |
|
(67) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità. Dak ir-rapport jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar mill-Istati Membri skont il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza approvati. Jenħtieġ li jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-istadji importanti u l-miri, il-pagamenti u s-sospensjonijiet, kif ukoll dwar il-kontribut tal-Faċilità għall-miri klimatiċi u diġitali, l-indikaturi komuni u n-nefqa ffinanzjata fl-ambitu tas-sitt pilastri. |
|
(68) |
Jenħtieġ li titwettaq evalwazzjoni indipendenti ta' nofs it-terminu li tħares lejn il-kisba tal-objettivi tal-Faċilità, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi tagħha u l-valur miżjud tagħha. Jekk xieraq, l-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn proposta għal emendi għal dan ir-Regolament. Barra minn hekk, evalwazzjoni indipendenti ex post jenħtieġ li tittratta l-impatt fit-tul tal-Faċilità. |
|
(69) |
Il-valutazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri u l-appoġġ finanzjarju korrispondenti jenħtieġ li jiġu adottati mill-Kunsill permezz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni, fuq proposta mill-Kummissjoni. Għal dak il-għan, u sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kunsill. Dawk is-setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-ħlas tal-appoġġ finanzjarju meta jiġu ssodisfati l-istadji importanti u l-miri rilevanti jenħtieġ li jiġu konferiti lill-Kummissjoni u jiġu eżerċitati minnha f'konformità mal-proċedura ta’ eżami tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). B'kont meħud tal-ħtieġa possibbli ta' pagament fil-pront tal-appoġġ finanzjarju taħt il-Faċilità, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-President tal-kumitat skont it-tifsira ta' dak ir-Regolament jenħtieġ li jikkunsidra l-possibbiltà, għal kwalunkwe abbozz ta' att ta' implimentazzjoni, li jitqassar il-limitu ta' żmien għat-tlaqqigħ tal-kumitat u l-limitu ta' żmien biex il-kumitat jagħti l-opinjoni tiegħu. |
|
(70) |
Wara l-adozzjoni ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istat Membru kkonċernat u għall-Kummissjoni li jaqblu dwar ċerti arranġamenti operazzjonali ta' natura teknika, li jispjegaw fid-dettall l-aspetti tal-implimentazzjoni fir-rigward tal-iskedi ta' żmien, l-indikaturi għall-istadji importanti u l-miri, u l-aċċess għal data sottostanti. Sabiex tiġi żgurata r-rilevanza kontinwa tal-arranġamenti operazzjonali fir-rigward taċ-ċirkostanzi prevalenti matul l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, jenħtieġ li jkun possibbli li l-elementi ta' tali arranġamenti operazzjonali jistgħu jiġu mmodifikati b'kunsens reċiproku. |
|
(71) |
Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont l-Artikolu 322 TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwisti, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà ta' atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati skont l-Artikolu 322 tat-TFUE jinkludu ukoll reġim ġenerali ta' kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni. |
|
(72) |
F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (19), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (20) u (UE) 2017/1939 (21), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż miżuri dwar il-prevenzjoni, id-detezzjoni, ir-rettifika u l-investigazzjoni ta' frodi, korruzzjoni u konflitti ta' interess, u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' pieni amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (EU, Euratom) Nru 883/2013, l-OLAF għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, fosthom kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni, konflitti ta' interess jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-UPPE għandu s-setgħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939 biex jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi, korruzzjoni, konflitti ta' interess u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22). F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw il-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. |
|
(73) |
Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li timpenja ruħha f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni biex tiżgura l-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni, u, jekk ikun xieraq, tiżgura li l-appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità jiġi kkomunikat u rikonoxxut permezz ta' dikjarazzjoni ta' finanzjament. |
|
(74) |
Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan. |
|
(75) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINANZJAMENT
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità").
Jistabbilixxi l-objettivi tal-Faċilità, il-finanzjament tagħha, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni fl-ambitu tagħha u r-regoli għall-għoti ta' tali finanzjament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
"Fondi tal-Unjoni" tfisser fondi koperti minn Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (ir-"Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027"); |
|
(2) |
"kontribuzzjoni finanzjarja" tfisser appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli fl-ambitu tal-Faċilità li huwa disponibbli għall-allokazzjoni jew li jkun ġie allokat lill-Stat Membru; |
|
(3) |
Semestru Ewropew tfisser il-proċess stabbilit mill-Artikolu 2-a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 (23); |
|
(4) |
"stadji importanti u miri" tfisser miżuri ta' progress lejn il-kisba ta' riforma jew investiment, bl-istadji importanti jkunu kisbiet kwalitattivi u l-miri jkunu kisbiet kwantitattivi; |
|
(5) |
"reżiljenza" tfisser il-ħila li jiġu ffaċċjati x-xokkijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali jew il-bidliet strutturali persistenti b'mod ġust, sostenibbli u inklużiv; u |
|
(6) |
"la tagħmilx ħsara sinifikanti" tfisser li ma jiġux appoġġati jew imwettqa attivitajiet ekonomiċi li jagħmlu ħsara sinifikanti lil kwalunkwe objettiv ambjentali, fejn rilevanti, fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852. |
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni
Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità għandu jirreferi għal oqsma ta' politika ta' rilevanza Ewropea strutturati f'sitt pilastri:
|
(a) |
it-tranżizzjoni ekoloġika; |
|
(b) |
it-trasformazzjoni diġitali; |
|
(c) |
it-tkabbir smart, sostenibbli u inklużiv, inklużi l-koeżjoni ekonomika, l-impjiegi, il-produttività, il-kompetittività, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, u suq intern li jiffunzjona tajjeb b'SMEs b'saħħithom; |
|
(d) |
il-koeżjoni soċjali u territorjali; |
|
(e) |
is-saħħa, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali, bl-għan li, inter alia, tiżdied il-kapaċità ta' tħejjija għall-kriżijiet u ta’ reazzjoni għall-kriżijiet; u |
|
(f) |
il-politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss, it-tfal u ż-żgħażagħ, bħall-edukazzjoni u l-ħiliet. |
Artikolu 4
Objettivi ġenerali u speċifiċi
1. F'konformità mas-sitt pilastri msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, il-koerenza u s-sinerġiji li jiġġeneraw, u fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19, l-objettiv ġenerali tal-Faċilità għandu jkun li tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi ttejjeb ir-reżiljenza, it-tħejjija għall-kriżijiet, il-kapaċità ta' aġġustament u l-potenzjal ta' tkabbir tal-Istati Membri, billi ttaffi l-impatt soċjali u ekonomiku ta' dik il-kriżi, b'mod partikolari fuq in-nisa, billi tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, billi tappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika, billi tikkontribwixxi għall-ksib tal-miri klimatiċi tal-2030 tal-Unjoni stabbiliti fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u billi tikkonforma mal-objettiv ta' newtralità klimatika tal-UE sal-2050, u tat-tranżizzjoni diġitali, u b'hekk tikkontribwixxi għall-konverġenza ekonomika u soċjali 'l fuq, għall-ksib mill-ġdid u l-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli u l-integrazzjoni tal-ekonomiji tal-Unjoni, it-trawwim tal-ħolqien tal-impjiegi b'livell għoli ta' kwalità, u tikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni flimkien ma' ekonomija miftuħa, u tiġġenera valur miżjud Ewropew.
2. Sabiex jinkiseb dak l-objettiv ġenerali, l-objettiv speċifiku tal-Faċilità għandu jkun li tipprovdi lill-Istati Membri b'appoġġ finanzjarju bil-ħsieb li jinkisbu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u l-investimenti kif stabbilit fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. Dan l-objettiv speċifiku għandu jiġi segwit f'kooperazzjoni mill-qrib u trasparenti mal-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 5
Prinċipji orizzontali
1. L-appoġġ mill-Faċilità m'għandux, għajr f'każijiet debitament ġustifikati, jissostitwixxi n-nefqa baġitarja nazzjonali rikorrenti u għandu jirrispetta l-prinċipju tal-addizzjonalità tal-finanzjament tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9.
2. Il-Faċilità għandha tappoġġa biss il-miżuri li jirrispettaw il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti.
Artikolu 6
Riżorsi mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru
1. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2020/2094 għandhom jiġu implimentati fl-ambitu tal-Faċilità:
|
(a) |
permezz ta' ammont ta' massimu ta' EUR 312 500 000 000 kif imsemmi fil-punt (ii) tal-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (UE) 2020/2094 fi prezzijiet tal-2018, disponibbli għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli, soġġett għall-Artikolu 3(4) u (7) tar-Regolament (UE) 2020/2094. Kif previst fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2020/2094, dawk l-ammonti għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern għall-fini tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju; |
|
(b) |
permezz ta' ammont ta' massimu ta' EUR 360 000 000 000 kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2020/2094 fi prezzijiet tal-2018, disponibbli għall-appoġġ fil-forma ta’ self lill-Istati Membri skont l-Artikoli 14 u 15 ta' dan ir-Regolament, soġġett għall-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2020/2094. |
2. L-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jistgħu jkopru wkoll spejjeż li huma ta' attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Faċilità u l-ksib tal-objettivi tagħha, b'mod partikolari studji, laqgħat ta' esperti, konsultazzjoni ma' partijiet ikkonċernati, azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inklużi azzjonijiet ta' sensibbilizzazzjoni inklużivi u l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, kemm-il darba jkunu marbuta mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbuta man-networks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, u l-ispejjeż l-oħra kollha tal-assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Faċilità. L-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll il-kostijiet ta' attivitajiet oħra ta' appoġġ bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta' proġetti fuq il-post u l-kostijiet tal-konsulenza bejn il-pari u l-esperti għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta' riformi u investimenti.
Artikolu 7
Riżorsi mill-programmi b'ġestjoni kondiviża u użu ta' riżorsi
1. Ir-riżorsi allokati għall-Istati Membri b'ġestjoni kondiviża, fuq talba tagħhom, jistgħu jiġu trasferiti għall-Faċilità soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi b'mod dirett f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw esklużivament għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
2. L-Istati Membri jistgħu jipproponu li jinkludu fil-pjan tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza, bħala kostijiet stmati, il-ħlas għal appoġġ tekniku addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2021/240 u l-ammont tal-kontribuzzjoni fi flus għall-fini tal-kompartiment tal-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament InvestEU. Dawk il-kostijiet m'għandhomx jaqbżu l-4 % tal-allokazzjoni finanzjarja totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, u l-miżuri rilevanti, kif stabbilit fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Implimentazzjoni
Il-Faċilità għandha tiġi implimentata mill-Kummissjoni b'ġestjoni diretta f'konformità mar-regoli rilevanti adottati skont l-Artikolu 322 tat-TFUE, b'mod partikolari r-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24).
Artikolu 9
Addizzjonalità u finanzjament komplementari
L-appoġġ mill-Faċilità għandu jkun addizzjonali għall-appoġġ ipprovdut minn programmi u strumenti oħra tal-Unjoni. Proġetti ta' riformi u ta' investiment jistgħu jirċievu appoġġ minn programmi u strumenti oħra tal-Unjoni sakemm tali appoġġ ma jkoprix l-istess kost.
Artikolu 10
Miżuri li jorbtu l-Faċilità mal-governanza ekonomika soda
1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta lill-Kunsill biex jissospendi l-impenji jew il-pagamenti kollha jew parti minnhom fejn il-Kunsill jiddeċiedi skont l-Artikolu 126(8) jew (11) TFUE li Stat Membru ma jkunx ħa azzjoni effettiva biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv tiegħu, sakemm ma jkunx iddetermina l-eżistenza ta' tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku għall-Unjoni kollha kemm hi fis-sens tal-Artikoli 3(5) u 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (25).
2. Il-Kummissjoni tista' tagħmel proposta lill-Kunsill biex jissospendi l-impenji jew il-pagamenti kollha jew parti minnhom fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta l-Kunsill jadotta żewġ rakkomandazzjonijiet suċċessivi fl-istess proċedura ta' żbilanċ eċċessiv skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 għar-raġunijiet li Stat Membru jkun ressaq pjan ta' azzjoni korrettiva insuffiċjenti; |
|
(b) |
meta l-Kunsill jadotta żewġ deċiżjonijiet suċċessivi fl-istess proċedura ta' żbilanċ eċċessiv skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 li permezz tagħhom jistabbilixxi nonkonformità minn Stat Membru għar-raġunijiet li ma jkunx ħa l-azzjoni korrettiva rakkomandata; |
|
(c) |
meta l-Kummissjoni tikkonkludi li Stat Membru ma jkunx ħa miżuri kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 u b'konsegwenza ta' hekk tiddeċiedi li ma tawtorizzax l-iżborż tal-assistenza finanzjarja mogħtija lil dak l-Istat Membru; |
|
(d) |
meta l-Kunsill jiddeċiedi li Stat Membru ma jikkonformax mal-programm ta' aġġustament makroekonomiku msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013, jew mal-miżuri mitluba b'deċiżjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 136(1) tat-TFUE. |
Għandha tingħata prijorità lis-sospensjoni tal-impenji; il-pagamenti għandhom jiġu sospiżi biss meta tintalab azzjoni immedjata u f'każ ta' nonkonformità sinifikanti.
Id-Deċiżjoni li tissospendi l-pagamenti għandha tapplika għat-talbiet għall- pagamenti ppreżentati wara d-data tad-deċiżjoni ta' sospensjoni.
3. Proposta mill-Kummissjoni għal deċiżjoni tassospensjoni tal-impenji għandha titqies bħala adottata mill-Kunsill sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li jirrifjuta tali proposta b'maġġoranza kwalifikata fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni.
Is-sospensjoni tal-impenji għandha tapplika għall-impenji mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' sospensjoni.
Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, dwar proposta mill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 b'rabta mas-sospensjoni tal-pagamenti.
4. Il-kamp ta' applikazzjoni u l-livell tas-sospensjoni tal-impenji jew tal-pagamenti li jridu jiġu imposti għandhom ikunu proporzjonati, jirrispettaw l-ugwaljanza tat-trattament bejn l-Istati Membri u jqisu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, b'mod partikolari l-livell ta' qgħad, il-livell ta' faqar jew esklużjoni soċjali fl-Istat Membru kkonċernat meta mqabbla mal-medja tal-Unjoni u l-impatt tas-sospensjoni fuq l-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat.
5. Is-sospensjoni tal-impenji għandha tkun soġġetta għal massimu ta' 25 % tal-impenji jew 0,25 % tal-PDG nominali, skont liema jkun l-inqas, fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
fl-ewwel każ ta' nonkonformità bi proċedura ta' defiċit eċċessiv kif imsemmi fil-paragrafu 1; |
|
(b) |
fl-ewwel każ ta' nonkonformità relatat ma' pjan ta' azzjoni korrettiva fl-ambitu ta' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2; |
|
(c) |
fil-każ ta' nonkonformità mal-azzjoni korrettiva rakkomandata skont proċedura ta' żbilanċ eċċessiv kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2; |
|
(d) |
fl-ewwel każ ta' nonkonformità kif imsemmi fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 2. |
Fil-każ ta' nonkonformità persistenti, is-sospensjoni tal-impenji tista' taqbeż il-perċentwali massimi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.
6. Il-Kunsill għandu jneħħi s-sospensjoni tal-impenji fuq proposta mill-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta l-proċedura ta' defiċit eċċessiv tinżamm sospiża skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 jew il-Kunsill jiddeċiedi li skont l-Artikolu 126(12) tat-TFUE jħassar id-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv; |
|
(b) |
meta l-Kunsill ikun approva pjan ta' azzjoni korrettiva mressaq mill-Istat Membru kkonċernat f'konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 jew il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv tinżamm sospiża f'konformità mal-Artikolu 10(5) ta' dak ir-Regolament jew il-Kunsill ikun għalaq il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv f'konformità mal-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament; |
|
(c) |
meta l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li Stat Membru jkun ħa l-miżuri xierqa kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 332/2002; |
|
(d) |
meta l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-Istat Membru kkonċernat ikun ħa l-miżuri xierqa biex jimplimenta l-programm ta' aġġustament makroekonomiku imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 jew il-miżuri mitluba b'deċiżjoni tal-Kunsill adottata f'konformità mal-Artikolu 136(1) tat-TFUE. |
Wara li l-Kunsill ikun neħħa s-sospensjoni tal-impenji, il-Kummissjoni tista' terġa' tidħol fl-impenji preċedentement sospiżi mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(4), (7) u (9) tar-Regolament (UE) 2020/2094.
Deċiżjoni dwar it-tneħħija tas-sospensjoni tal-pagamenti għandha tittieħed mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3, fejn il-kundizzjonijiet applikabbli stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jiġu ssodisfati.
7. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, meta l-Kummissjoni tagħmel proposta skont il-paragrafi 1 jew 2, għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u tipprovdi dettalji tal-impenji u tal-pagamenti li jistgħu jkunu soġġetti għal sospensjoni.
Il-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni tiddiskuti l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu fil-kuntest ta' djalogu strutturat sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista' jesprimi l-fehmiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-konsiderazzjoni dovuta lill-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew.
Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-proposta għal sospensjoni jew il-proposta biex titneħħa tali sospensjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien wara l-adozzjoni tagħha. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni biex tispjega r-raġunijiet għall-proposta tagħha.
8. Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport u għandha tittrażmettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat meta meħtieġ minn proposta leġiżlattiva.
9. Meta jkun hemm bidliet kbar fis-sitwazzjoni soċjali u ekonomika fl-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta biex tagħmel rieżami tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, li jaġixxu skont l-Artikoli 225 jew 241 tat-TFUE rispettivament, jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tressaq tali proposta.
KAPITOLU II
KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA, PROĊESS TA' ALLOKAZZJONI, SELF U RIEŻAMI
Artikolu 11
Kontribuzzjoni finanzjarja massima
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għandha tiġi kkalkulata għal kull Stat Membru kif ġej:
|
(a) |
għal 70 % tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1), ikkonvertit fi prezzjijiet attwali, abbażi tal-popolazzjoni, l-invers tal-PDG per capita u r-rata ta' qgħad relattiva ta' kull Stat Membru kif stabbilita fil-metodoloġija fl-Anness II; |
|
(b) |
għat-30 % li jifdal tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1), ikkonvertit fi prezzjijiet attwali, abbażi tal-popolazzjoni, l-invers tal-PDG per capita, u fi proporzjon ugwali, il-bidla fil-PDG reali fl-2020 u l-bidla aggregata fil-PDG reali għall-perjodu 2020-2021 kif stabbilita fil-metodoloġija fl-Anness III. Il-bidla fil-PDG reali għall-2020 u l-bidla aggregata fil-PDG reali għall-perjodu 2020-2021 għandhom ikunu bbażati fuq il-previżjonijiet tal-Ħarifa 2020 tal-Kummissjoni. |
2. Il-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jkun aġġornat sat-30 ta' Ġunju 2022 għal kull Stat Membru billi tiġi sostitwita d-data mill-previżjonijiet tal-Ħarifa 2020 tal-Kummissjoni bl-eżiti attwali fir-rigward tal-bidla fil-PDG 2020 reali u l-bidla aggregata fil-PDG reali għall-perjodu 2020-2021.
Artikolu 12
Allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja
1. Kull Stat Membru jista' jippreżenta talba sal-kontribuzzjoni finanzjarja massima tiegħu, imsemmija fl-Artikolu 11, biex jimplimenta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tiegħu.
2. Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli allokazzjoni ta' 70 % tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1), ikkonvertit fi prezzjijiet attwali.
3. Mill-1 ta' Jannar 2023 sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-allokazzjoni 30 % tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1), ikkonvertit fi prezzjijiet attwali.
4. L-allokazzjonijiet skont il-paragrafi 2 u 3 huma mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(2).
Artikolu 13
Prefinanzjament
1. Soġġett għall-adozzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2021 mill-Kunsill tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(1), u meta mitluba minn Stat Membru flimkien mas-sottomissjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tiegħu, il-Kummissjoni għandha tagħmel pagament ta' prefinanzjament ta' ammont sa 13 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja, u, fejn applikabbli, sa 13 % tas-self kif stabbilit fl-Artikolu 20(2) u (3). B'deroga mill-Artikolu 116(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagament korrispondenti fi żmien, sa fejn ikun possibbli, xahrejn wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-impenn legali msemmi fl-Artikolu 23.
2. F'każijiet ta' prefinanzjament skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u, fejn applikabbli, is-self li għandu jitħallas kif imsemmi fil-punt (a) jew punt (h) tal-Artikolu 20(5) rispettivament, għandhom jiġu aġġustati b'mod proporzjonat.
3. Jekk l-ammont ta' prefinanzjament tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jaqbeż it-13 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 11(2) sat-30 ta' Ġunju 2022, il-pagament awtorizzat li jmiss f'konformità mal-Artikolu 19a(3), u jekk ikun meħtieġ, il-pagamenti sussegwenti, għandhom jitnaqqsu sakemm jiġi paċut l-ammont żejjed. Jekk il-pagamenti pendenti jkunu insuffiċjenti, l-ammont żejjed għandu jingħata lura.
Artikolu 14
Self
1. Sal-31 ta' Diċembru 2023, fuq talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tagħti self lill-Istat Membru kkonċernat għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tiegħu.
2. Stat Membru jista' jitlob appoġġ fil-forma ta' self fil-ħin tal-preżentazzjoni ta' pjan għall-irkupru u r-reżiljenza msemmi fl-Artikolu 15, jew f'mument differenti sal-31 ta' Awwissu 2023. Fil-każ tal-aħħar, it-talba għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta’ rkupru u reżiljenza rivedut, li jinkludi stadji importanti u miri addizzjonali.
3. It-talba għal appoġġ fil-forma ta' self minn Stat Membru għandha tistipula:
|
(a) |
ir-raġunijiet għall-appoġġ fil-forma ta’ self, ġustifikati mill-ħtiġijiet finanzjarji ogħla marbuta ma' riformi u investimenti addizzjonali; |
|
(b) |
ir-riformi u l-investimenti addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 18; |
|
(c) |
il-kost ogħla tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kkonċernat imqabbel mal-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji allokati għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rispettivament skont il-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 20(4) |
4. L-appoġġ fil-forma ta’ self għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun ogħla mid-differenza bejn il-kost totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, kif rivedut jekk rilevanti, u l-kontribuzzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 11.
5. Il-volum massimu tal-appoġġ fil-forma ta' self għal kull Stat Membru ma għandux jaqbeż is-6,8 % tal-ING tiegħu tal-2019 fi prezzijiet attwali.
6. B'deroga mill-paragrafu 5, soġġett għad-disponibbiltà tar-riżorsi, l-ammont tal-appoġġ fil-forma ta' self jista', f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jiżdied.
7. Is-self għandu jitħallas f'pagamenti rateali soġġetti għat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri f'konformità mal-Artikolu 20(5)(h).
8. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talba għal appoġġ fil-forma ta' self f'konformità mal-Artikolu 19. Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni, fuq proposta mill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 20(1). Jekk xieraq, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jiġi emendat skont dan.
Artikolu 15
Ftehim ta' self
1. Qabel ma tidħol fi ftehim ta' self mal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk:
|
(a) |
il-ġustifikazzjoni biex jintalab appoġġ fil-forma ta' self u l-ammont tiegħu humiex ikkunsidrati raġonevoli u plawżibbli fir-rigward tar-riformi u l-investimenti addizzjonali; u |
|
(b) |
ir-riformi u l-investimenti addizzjonali jikkonformawx mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3). |
2. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li t-talba għal appoġġ fil-forma ta' self tissodisfa l-kriterji tal-paragrafu 1, u mal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 20(1), il-Kummissjoni għandha tidħol fi ftehim ta' self mal-Istat Membru kkonċernat. Il-ftehim ta' self, flimkien mal-elementi stabbiliti fl-Artikolu 220(5) tar-Regolament Finanzjarju, għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
l-ammont tas-self f'euro inkluż, fejn applikabbli, l-ammont tas-self prefinanzjat f'konformità mal-Artikolu 13; |
|
(b) |
il-maturità medja; l-Artikolu 220(2) tar-Regolament Finanzjarju ma għandux japplika fir-rigward ta' din il-maturità; |
|
(c) |
il-formula tal-ipprezzar, u l-perjodu ta' disponibbiltà tas-self; |
|
(d) |
in-numru massimu ta' pagamenti u l-iskeda ta' ħlas lura; |
|
(e) |
l-elementi l-oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-self b'rabta mar-riformi u l-proġetti ta' investiment ikkonċernati f'konformità mad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 20(3). |
3. F'konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 220(5) tar-Regolament Finanzjarju, il-kostijiet marbuta mas-self ta' fondi għas-selfiet imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri benefiċjarji.
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta' self relatati ma' self mogħti f'konformità ma' dan l-Artikolu.
5. Stat Membru li jibbenefika minn self mogħti f'konformità ma' dan l-Artikolu għandu jiftaħ kont dedikat għall-ġestjoni tas-self riċevut. Għandu wkoll jittrasferixxi l-kapital u l-imgħax dovuti fuq kwalunkwe self relatat f'kont indikat mill-Kummissjoni f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti skont -paragrafu 4, għoxrin jum ta' negozju qabel id-data ta' maturità korrispondenti.
Artikolu 16
Rapport ta' rieżami
1. Sal-31 ta' Lulju 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' rieżami dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità.
2. Ir-rapport ta' rieżami għandu jispjega l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
valutazzjoni ta' kemm l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza hija konformi mal-kamp ta' applikazzjoni u kemm tikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali ta’ dan ir-Regolament skont is-sitt pilastri msemmija fl-Artikolu 3, inkluż kif il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jindirizzaw l-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel; |
|
(b) |
valutazzjoni kwantitattiva tal-kontribut tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għal:
|
|
(c) |
l-istat tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u l-osservazzjonijiet u l-gwida lill-Istati Membri qabel l-aġġornament tal-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza imsemmija fl-Artikolu 18(2). |
3. Għall-finijiet tar-rapport ta' rieżami msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tqis it-Tabella ta' Valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 30, ir-rapporti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 27, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra dwar l-issodisfar tal-istadji importanti u l-miri tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif disponibbli mill-proċeduri ta' pagament, ta' sospensjoni u ta' terminazzjoni msemmija fl-Artikolu 24.
4. Il-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta s-sejbiet ewlenin tar-rapport ta' rieżami fil-kuntest tad-djalogu dwar l-irkupru u r-reżiljenza msemmi fl-Artikolu 26.
KAPITOLU III
PJANIJIET GĦALL-IRKUPRU U R-REŻILJENZA
Artikolu 17
Eliġibbiltà
1. Fil-kamp ta' applikazzjoni spjegat fl-Artikolu 3 u skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Dawk il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu l-aġenda ta' riforma u investiment tal-Istat Membru kkonċernat. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li huma eliġibbli għall-finanzjament fl-ambitu tal-Faċilità għandhom jinkludu miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u investiment pubbliku permezz ta' pakkett komprensiv u koerenti, li jista' jinkludi wkoll skemi pubbliċi li għandhom il-mira li jinċentivizzaw l-investiment privat.
2. Il-miżuri mibdija mill-1 ta' Frar 2020 'il quddiem għandhom ikunu eliġibbli sakemm jikkonformaw mar-rekwiżiti spjegati f'dan ir-Regolament.
3. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, kif ukoll ma' dawk identifikati fl-aktar rakkomandazzjoni reċenti tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma fl-ambitu tas-Semestru Ewropew, fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tagħhom u fl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1999, fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta fl-ambitu ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta (ir-"Regolament dwar il-Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta"), fil-pjanijiet ta' implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operazzjonali fl-ambitu tal-fondi tal-Unjoni.
4. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom jirrispettaw il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 5.
5. Jekk Stat Membru jkun eżentat mill-monitoraġġ u l-valutazzjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew fuq il-bażi tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013, jew ikun soġġett għal sorveljanza skont ir-Regolament (KE) Nru 332/2002, dan ir-Regolament għandu japplika għall-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-isfidi u l-prijoritajiet identifikati mill-miżuri stabbiliti f’dawk ir-regolamenti.
Artikolu 18
Pjan għall-irkupru u r-reżiljenza
1. Stat Membru li jixtieq jirċievi kontribuzzjoni finanzjarja f'konformità mal-Artikolu 12 għandu jippreżenta lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif definit fl-Artikolu 17(1).
2. Wara li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli għall-allokazzjoni l-ammont imsemmi fl-Artikolu 12(3), Stat Membru jista' jaġġorna u jippreżenta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex titqies il-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 11(2).
3. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat mill-Istat Membru jista' jiġi ppreżentat f'dokument integrat wieħed flimkien mal-Programm Nazzjonali ta' Riforma u għandu jiġi ppreżentat uffiċjalment, bħala regola, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April. Jista' jiġi ppreżentat abbozz tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istati Membri mill-15 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel.
4. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jkun dovutament motivat u sostanzjat. B'mod partikolari għandu jistabbilixxi l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
spjegazzjoni dwar kif il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, filwaqt li jqis il-miżuri inklużi fih, jirrappreżenta rispons komprensiv u bbilanċjat b'mod adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru, u b'hekk jikkontribwixxi b'mod xieraq għall-pilastri kollha msemmija fl-Artikolu 3, filwaqt li jitqiesu l-isfidi speċifiċi tal-Istat Membru kkonċernat; |
|
(b) |
spjegazzjoni dwar kif il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi kollha jew subsett sinifikanti minnhom, identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż, inkluż l-aspetti fiskali tagħhom, u r-rakkomandazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 fejn xieraq, indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat, jew sfidi identifikati f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; |
|
(c) |
spjegazzjoni dettaljata ta' kif il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jsaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, inkluż permezz tal-promozzjoni ta' politiki għat-tfal u ż-żgħażagħ, u jtaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi tal-Covid-19, filwaqt li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u b'hekk jissaħħu l-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali fi ħdan l-Unjoni; |
|
(d) |
spjegazzjoni ta' kif il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jiżgura li l-ebda miżura għall-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 (il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti"); |
|
(e) |
spjegazzjoni kwalitattiva ta' kif il-miżuri fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mistennija jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluż il-bijodiversità, jew jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnha, u jekk jikkostitwixxux ammont li jirrappreżenta mill-inqas 37 % tal-allokazzjoni totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, abbażi tal-metodoloġija tat-trekkjar klimatiku stabbilita fl-Anness VI; dik il-metodoloġija għandha tintuża kif xieraq għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta' intervent elenkat fit-tabella; il-koeffiċjenti għall-appoġġ għall-objettivi klimatiċi jistgħu jiżdiedu sa ammont totali ta' 3 % tal-allokazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għal investimenti individwali biex jitqiesu l-miżuri ta' riforma ta' akkumpanjament li jżidu b'mod kredibbli l-impatt tagħhom fuq l-objettivi klimatiċi kif spjegat fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza; |
|
(f) |
spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huma mistennija jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni diġitali jew għall-isfidi li jirriżultaw minnha, u jekk jikkostitwixxux ammont li jirrappreżenta tal-inqas 20 % tal-allokazzjoni totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, abbażi tal-metodoloġija għall-ittaggjar diġitali stabbilita fl-Anness VII; dik il-metodoloġija għandha tintuża kif xieraq għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta' intervent elenkat fl-Anness VII; il-koeffiċjenti għall-appoġġ għall-objettivi diġitali jistgħu jiżdiedu għall-investimenti individwali biex jitqiesu l-miżuri ta' riforma ta' akkumpanjament li jżidu l-impatt tagħhom fuq l-objettivi diġitali; |
|
(g) |
fejn xieraq, għall-investimenti fil-kapaċitajiet u l-konnettività diġitali, awtovalutazzjoni tas-sigurtà bbażata fuq kriterji oġġettivi komuni li tidentifika kwalunkwe kwistjoni ta' sigurtà, u li tagħti dettalji dwar kif dawk il-kwistjonijiet se jiġu indirizzati sabiex ikun hemm konformità mal-liġijiet tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti; |
|
(h) |
indikazzjoni ta' jekk il-miżuri inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludux proġetti transfruntiera jew li jinvolvu diversi pajjiżi; |
|
(i) |
l-istadji importanti previsti, il-miri u skeda ta' żmien indikattiva għall-implimentazzjoni tar-riformi, u l-investimenti li għandhom jitlestew sal-31 ta’ Awwissu 2026; |
|
(j) |
il-proġetti ta' investiment previsti u l-perjodu ta' investiment relatat; |
|
(k) |
il-kostijiet totali stmati tar-riformi u l-investimenti koperti mill-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat (imsejjaħ ukoll "il-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza") appoġġat minn ġustifikazzjoni xierqa u minn spjegazzjonijiet kif dan huwa konformi mal-prinċipju ta' kosteffiċjenza u proporzjonat għall-impatt ekonomiku u soċjali mistenni fil-livell nazzjonali; |
|
(l) |
jekk ikun rilevanti, informazzjoni dwar finanzjament tal-Unjoni eżistenti jew ippjanat; |
|
(m) |
il-miżuri ta' akkumpanjament li jistgħu jkunu meħtieġa; |
|
(n) |
ġustifikazzjoni tal-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza; u spjegazzjoni tal-konsistenza tiegħu mal-prinċipji, il-pjanijiet u l-programmi msemmija fl-Artikolu 17; |
|
(o) |
spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mistennija jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għall-opportunitajiet indaqs għal kulħadd u l-integrazzjoni ta' dawn l-objettivi, f'konformità mal-prinċipji 2 u 3 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti 5 u, fejn rilevanti, mal-istrateġija nazzjonali għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri; |
|
(p) |
l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istati Membri kkonċernati, inkluż l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati; |
|
(q) |
għat-tħejjija u, fejn disponibbli, għall-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, sommarju tal-proċess ta' konsultazzjoni, imwettaq skont il-qafas legali nazzjonali, tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, u kif l-input tal-partijiet ikkonċernati huwa rifless fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza; |
|
(r) |
spjegazzjoni tas-sistema tal-Istat Membru biex jipprevjeni, jidentifika u jirrettifika korruzzjoni, frodi u konflitti ta' interessi, meta jkunu qed jintużaw il-fondi pprovduti taħt il-Faċilità, u l-arranġamenti li għandhom il-mira li jevitaw il-finanzjament doppju mill-Faċilità u minn programmi oħra tal-Unjoni; |
|
(s) |
jekk ikun xieraq, it-talba għal appoġġ fil-forma ta' self u l-istadji importanti addizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 14(2) u (3) u l-elementi tagħhom; u |
|
(t) |
kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. |
5. Fit-tħejjija ta' proposti għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni torganizza skambju ta' prattiki tajba sabiex l-Istati Membri rikjedenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza ta' Stati Membri oħra. L-Istati Membri jistgħu wkoll jitolbu appoġġ tekniku permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jrawmu sinerġiji mal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ta' Stati Membri oħra.
Artikolu 19
Valutazzjoni tal-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jew, fejn applikabbli, l-aġġornament għal dak il-pjan kif ippreżentat mill-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 18(1) jew 18(2) fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni uffiċjali, u tagħmel proposta għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 20(1). Waqt li twettaq dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista' tagħmel kummenti jew tfittex informazzjoni addizzjonali. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba u jista' jirrevedi l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jekk ikun meħtieġ, inkluż wara l-preżentazzjoni uffiċjali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. L-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni jistgħu jaqblu li jestendu l-iskadenza għall-valutazzjoni f’perjodu raġonevoli jekk ikun meħtieġ.
2. Meta tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u fid-determinazzjoni tal-ammont li jrid jiġi allokat lill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni analitika dwar l-Istat Membru kkonċernat disponibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif ukoll il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 18(3), u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra bħal, b'mod partikolari, l-informazzjoni li tinsab fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma u l-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima ta’ dak l-Istat Membru, fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta fl-ambitu tar-Regolament dwar il-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta, fil-pjanijiet ta' implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u, jekk ikun rilevanti, informazzjoni minn appoġġ tekniku rċevut permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.
3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rilevanza, l-effikaċja, l-effiċjenza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u, għal dak il-għan, għandha tqis il-kriterji li ġejjin li għandha tapplika f’konformità mal-Anness V:
Rilevanza:
|
(a) |
jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jirrappreżentax rispons komprensiv u bbilanċjat b'mod adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali, u b'hekk jikkontribwixxi b'mod xieraq għas-sitt pilastri kollha kemm huma msemmija fl-Artikolu 3, filwaqt li jqis l-isfidi speċifiċi u l-allokazzjoni finanzjarja tal-Istat Membru kkonċernat; |
|
(b) |
jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwiex mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi kollha, jew subsett sinifikanti minnhom, identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, inklużi l-aspetti fiskali u r-rakkomandazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 fejn xieraq, indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew sfidi identifikati f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; |
|
(c) |
jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwiex mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali tal-Istat Membru, filwaqt li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inkluż permezz tal-promozzjoni ta' politiki għat-tfal u ż-żgħażagħ, u jtaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi tal-COVID-19, u b'hekk isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-konverġenza fi ħdan l-Unjoni; |
|
(d) |
jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwiex mistenni jiżgura li l-ebda miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 (il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti"); il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida teknika lill-Istati Membri għal dak il-għan; |
|
(e) |
jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludix miżuri li jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità, jew biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnha, u jekk jikkostitwixxux ammont li jirrappreżenta mill-inqas 37 % tal-allokazzjoni totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, abbażi tal-metodoloġija tat-trekkjar klimatiku stabbilita fl-Anness VI; il-metodoloġija għandha tintuża kif xieraq għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta' intervent elenkat fl-Anness VI; il-koeffiċjenti għall-appoġġ għall-objettivi klimatiċi jistgħu jiżdiedu sa ammont totali ta' 3 % tal-allokazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza biex investimenti individwali jqisu l-miżuri ta' riforma akkumpanjanti li jżidu b'mod kredibbli l-impatt tagħhom fuq l-objettivi klimatiċi, soġġett għall-qbil tal-Kummissjoni; |
|
(f) |
jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludix miżuri li jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tranżizzjoni diġitali jew biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnha, u jekk jikkostitwixxux ammont li jirrappreżenta mill-inqas 20 % tal-allokazzjoni totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, abbażi tal-metodoloġija għall-ittaggjar diġitali stabbilita fl-Anness VII; il-metodoloġija għandha tintuża b'dan il-mod għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta' intervent elenkat fl-Anness VII; il-koeffiċjenti għall-appoġġ għall-objettivi diġitali jistgħu jiżdiedu biex investimenti individwali jqisu l-miżuri ta' riforma akkumpanjanti li jżidu l-impatt tagħhom fuq l-objettivi diġitali; |
Effikaċja:
|
(g) |
jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fuq l-Istat Membru kkonċernat; |
|
(h) |
jekk l-arranġamenti proposti mill-Istati Membri kkonċernati humiex mistennija jiżguraw monitoraġġ u implimentazzjoni effettivi tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż l-iskeda ta' żmien prevista, l-istadji importanti u l-miri, u l-indikaturi relatati. |
Effiċjenza:
|
(i) |
jekk il-ġustifikazzjoni mogħtija mill-Istat Membru dwar l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u hijiex proporzjonata għall-impatt ekonomiku u soċjali nazzjonali mistenni; |
|
(j) |
jekk l-arranġamenti proposti mill-Istat Membru kkonċernat humiex mistennija jipprevjenu, jidentifikaw u jirrettifikaw korruzzjoni, frodi u konflitti ta' interess meta jkunu qed jintużaw il-fondi pprovduti fl-ambitu tal-Faċilità, inkluż arranġamenti humiex mistennija li għandhom il-mira li jevitaw il-finanzjament doppju mill-Faċilità u minn programmi oħra tal-Unjoni; |
Koerenza:
|
(k) |
jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fihx miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliċi li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti. |
4. Meta l-Istat Membru kkonċernat ikun talab self kif imsemmi fl-Artikolu 14, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk it-talba għal self tissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(1), u b'mod partikolari jekk ir-riformi u l-investimenti addizzjonali li fir-rigward tagħhom tkun saret dik it-talba, jissodisfawx il-kriterji ta' valutazzjoni tal-paragrafu 3.
5. Jekk il-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva għal pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tikkomunika valutazzjoni debitament ġustifikata sal-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1.
6. Għall-fini tal-valutazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tkun assistita minn esperti.
Artikolu 20
Proposta tal-Kummissjoni u deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill
1. Fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu japprova, permezz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni, il-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat mill-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 18(1) jew, fejn applikabbli, tal-aġġornament tiegħu ppreżentat f'konformità mal-Artikolu 18(2).
2. Fil-każ li l-Kummissjoni tivvaluta pożittivament il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, il-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill għandha tistabbilixxi r-riformi u l-proġetti ta' investiment li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru, inklużi l-istadji importanti u l-miri kif ukoll il-kontribuzzjonijiet finanzjarji kkalkulati skont l-Artikolu 11.
3. Meta l-Istat Membru kkonċernat jitlob appoġġ fil-forma ta' self, il-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill għandha tistabbilixxi wkoll l-ammont tal-appoġġ fil-forma ta' self kif imsemmi fl-Artikolu 14(4) u (5) u r-riformi u l-proġetti ta' investiment addizzjonali li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru koperti minn dak is-self, inkluż l-objettivi intermedji u l-miri addizzjonali.
4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi determinata abbażi tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru kkonċernat, kif ivvalutat skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3). L-ammont ta' kontribuzzjoni finanzjarja għandu jiġi stabbilit kif ġej:
|
(a) |
fejn il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkonforma b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3), u l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun ugwali għal, jew ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima kkalkulata għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 11, il-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru kkonċernat għandha tkun ugwali għall-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima kkalkulata għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 11; |
|
(b) |
fejn il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konformi b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3), u l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun inqas mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima kkalkulata għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 11, il-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru għandha tkun daqs l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza; |
|
(c) |
jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jkunx jikkonforma b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3), ma għandha tiġi allokata l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru kkonċernat. |
5. Il-proposta tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1b għandha tistipula wkoll:
|
(a) |
il-kontribuzzjoni finanzjarja li trid titħallas bin-nifs ladarba l-Istat Membru jkun wettaq b'mod sodisfaċenti l-istadji importanti rilevanti u l-miri identifikati b'rabta mal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza; |
|
(b) |
il-kontribuzzjoni finanzjarja u, fejn applikabbli, l-ammont ta' appoġġ fil-forma ta' self li għandu jitħallas fil-forma ta' prefinanzjament f'konformità mal-Artikolu 13 wara l-approvazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza; |
|
(c) |
id-deskrizzjoni tar-riformi u tal-proġetti ta' investiment u l-ammont tal-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza; |
|
(d) |
il-limitu ta’ żmien, li għandu jkun mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2026, sa liema data għandhom jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri finali, kemm għall-proġetti ta' investiment kif ukoll għar-riformi; |
|
(e) |
l-arranġamenti u l-iskeda għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza inkluż, fejn rilevanti, miżuri neċessarji għall-konformità mal-Artikolu 22; |
|
(f) |
l-indikaturi rilevanti fir-rigward tal-issodisfar tal-istadji importanti u tal-miri previsti; |
|
(g) |
l-arranġamenti biex jingħata aċċess sħiħ lill-Kummissjoni għad-data sottostanti rilevanti; u |
|
(h) |
jekk ikun xieraq, l-ammont tas-self li jrid jitħallas bin-nifs u l-istadji importanti u l-miri addizzjonali relatati mal-pagament tas-self. |
6. L-arranġamenti u l-iskeda għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni kif imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 5, l-indikaturi rilevanti relatati mal-issodisfar tal-istadji importanti u l-miri previsti msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 5, l-arranġamenti għall-għoti ta' aċċess sħiħ mill-Kummissjoni għad-data sottostanti msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 5, u, jekk ikun xieraq, l-istadji importanti u l-miri addizzjonali relatati mal-pagament tas-self imsemmi fil-punt (h) tal-paragrafu 5 għandhom jiġu speċifikati ulterjorment f'arranġamenti operazzjonali li jridu jiġu miftiehma mill-Istat Membru kkonċernat u mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.
7. Il-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, bħala regola, fi żmien erba' ġimgħat mill-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni.
8. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jemenda d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tiegħu adottata f'konformità mal-Artikolu 20(1) biex tinkludi l-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 11(2), mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 21
Emendar tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istat Membru
1. Jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż l-istadji importanti u l-miri rilevanti, ma jkunux għadhom jistgħu jinkisbu, la totalment u lanqas parzjalment, mill-Istat Membru kkonċernat minħabba ċirkostanzi oġġettivi, l-Istat Membru kkonċernat jista' jippreżenta talba motivata lill-Kummissjoni biex tagħmel proposta biex jiġu emendati jew sostitwiti d-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmijin fl-Artikolu 20(1) u (3). Għal dak l-għan, l-Istat Membru jista' jipproponi pjan għall-irkupru u r-reżiljenza emendat jew ġdid. L-Istati Membri jistgħu jitolbu appoġġ tekniku għat-tħejjija ta' tali proposta fil-qafas tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.
2. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat jiġġustifikaw emenda fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rilevanti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza emendat jew ġdid skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19, u għandha tagħmel proposta għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill ġdida f'konformità mal-Artikolu 20(1) fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni uffiċjali tat-talba. L-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni jistgħu jaqblu li jestendu dik l-iskadenza b'perjodu raġonevoli jekk ikun meħtieġ. Il-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni ġdida, bħala regola, fi żmien erba' ġimgħat mill-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni.
3. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat ma jiġġustifikawx emenda tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tiċħad it-talba fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 22
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
1. Fl-implimentazzjoni tal-Faċilità, l-Istati Membri, bħala benefiċjarji jew mutwatarji ta' fondi taħt il-Faċilità, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u biex jiżguraw li l-użu ta' fondi fir-rigward ta' miżuri appoġġati mill-Faċilità jikkonforma mad-dritt applikabbli tal-Unjoni u dak nazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-rettifika ta' frodi, korruzzjoni u konflitt ta' interess. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti u l-irkupru ta' ammonti mħallsa bi żball jew użati ħażin. L-Istati Membri jistgħu jserrħu fuq is-sistemi ta' ġestjoni tal-baġit nazzjonali regolari tagħhom.
2. Il-ftehimiet imsemmija fl-Artikoli 15(2) u 23(1) għandhom jipprevedu l-obbligi tal-Istati Membri:
|
(a) |
li jikkontrollaw regolarment li l-finanzjament ipprovdut intuża kif suppost skont ir-regoli applikabbli kollha u li kwalunkwe miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment taħt il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tkun ġiet implimentata kif xieraq f'konformità mar-regoli applikabbli kollha, b'mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-rettifika ta' frodi, korruzzjoni u konflitti ta' interessi; |
|
(b) |
li jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu, jidentifikaw u jirrettifikaw frodi, korruzzjoni u konflitti ta' interessi kif iddefinit fl-Artikolu 61(2) u (3) tar-Regolament Finanzjarju li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li jieħdu azzjonijiet legali biex jirkupraw fondi li ġew miżapproprjati, inkluż b'rabta ma' kwalunkwe miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza; |
|
(c) |
li jakkumpanjaw talba għall-pagament:
|
|
(d) |
li, għall-fini tal-awditjar u l-kontroll u biex jipprevedu informazzjoni komparabbli dwar l-użu tal-fondi fir-rigward ta' miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u ta' proġetti ta' investiment fl-ambitu tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, jiġbru u jiżguraw l-aċċess għall-kategoriji standardizzati ta' data li ġejja:
|
|
(e) |
li jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fejn applikabbli, lill-UPPE, biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kif previst fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament Finanzjarju u biex jimponu obbligi fuq ir-riċevituri finali kollha ta' fondi mħallsa għall-miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, jew lill-persuni jew l-entitajiet l-oħra kollha involuti fl-implimentazzjoni tagħhom biex jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fejn applikabbli, lill-UPPE, biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kif previst fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament Finanzjarju u biex jimponu obbligi simili fuq ir-riċevituri finali kollha tal-fondi żborżati; |
|
(f) |
li jżommu rekords f’konformità mal-Artikolu 132 tar-Regolament Finanzjarju. |
3. Id-data personali kif imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi pproċessata biss mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni għall-fini, u d-durata korrispondenti, ta' proċedimenti ta' kwittanza, ta' awditjar u ta' kontroll relatati mal-użu tal-fondi relatati mal-implimentazzjoni tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikoli 15(2) u 23(1). Fil-qafas tal-proċedura ta' kwittanza lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE, il-Faċilità għandha tkun soġġetta għal rappurtar skont ir-rappurtar finanzjarju u ta' rendikont integrat imsemmi fl-Artikolu 247 tar-Regolament Finanzjarju, u, b'mod partikolari, separatament fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Istati Membri sistema integrata u interoperabbli ta' informazzjoni u monitoraġġ li tinkludi għodda unika għall-estrazzjoni tad-data u għall-valutazzjoni tar-riskju, bl-għan li taċċessa u tanalizza d-data rilevanti, bil-ħsieb ta' applikazzjoni ġeneralizzata mill-Istati Membri ta' dik is-sistema inkluż bl-appoġġ tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.
5. Il-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 15(2) u 23(1) għandhom jipprevedu wkoll id-dritt tal-Kummissjoni li tnaqqas b'mod proporzjonat l-appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità u li tirkupra kwalunkwe ammont dovut lill-baġit tal-Unjoni jew li titlob ripagament bikri tas-self, f'każijiet ta' frodi, korruzzjoni, u konflitti ta' interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li ma jkunux ġew irrettifikati mill-Istat Membru, jew ksur serju ta' obbligu li jirriżulta minn tali ftehimiet.
Meta tkun qed tiddeċiedi dwar l-ammont tal-irkupru u t-tnaqqis, jew dwar l-ammont li għandu jitħallas lura kmieni, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u għandha tqis is-serjetà tal-frodi, tal-korruzzjoni u l-konflitt ta' interessi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew tal-ksur ta' obbligu. L-Istat Membru għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu qabel ma jsir it-tnaqqis jew qabel ma jintalab ir-ripagament bikri.
Artikolu 23
Impenn tal-kontribuzzjoni finanzjarja
1. Ladarba l-Kunsill ikun adotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni kif msemmi fl-Artikolu 20(1), il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim mal-Istat Membru kkonċernat li jikkostitwixxi impenn legali individwali fis-sens tar-Regolament Finanzjarju,. Għal kull Stat Membru, l-impenn legali ma għandux jaqbeż il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11(1) għall-2021 u 2022, u l-kontribuzzjoni finanzjarja aġġornata msemmija fl-Artikolu 11(2) għall-2023.
2. L-impenji baġitarji jistgħu jkunu bbażati fuq impenji globali u, fejn xieraq, jistgħu jkunu diżaggregati f'pagamenti annwali mifruxa fuq diversi snin.
Artikolu 24
Regoli dwar il-pagamenti, is-sospensjoni u t-terminazzjoni ta' ftehimiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji u self
1. Il-pagamenti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji, u fejn ikun applikabbli, tas-self lill-Istat Membru kkonċernat skont dan l-Artikolu għandhom isiru sal-31 ta' Diċembru 2026 u skont l-approprjazzjonijiet baġitarji u soġġett għall-finanzjament disponibbli.
2. Ladarba jitwettqu l-istadji importanti u l-miri rilevanti indikati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvat f'konformità mal-Artikolu 20, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba debitament iġġustifikata lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, jekk ikun rilevanti, tas-self. Dawn it-talbiet għall-pagament jistgħu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni darbtejn fis-sena.
3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta fuq bażi preliminari u mingħajr dewmien żejjed, u sa mhux aktar tard minn xahrejn mill-wasla tat-talba, jekk l-istadji importanti u l-miri rilevanti stabbiliti fid-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 20(1) ġewx imwettqa b'mod sodisfaċenti. It-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri għandu jippresupponi li l-miżuri relatati ma' stadji importanti u miri milħuqa preċedentement b'mod sodisfaċenti ma jkunux treġġgħu lura mill-Istat Membru kkonċernat. Għall-fini tal-valutazzjoni, l-arranġamenti operazzjonali msemmi fl-Artikolu 20(6) għandu jiġi kkunsidrat ukoll. Il-Kummissjoni tista' tkun assistita minn esperti.
4. Fejn il-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni preliminari pożittiva tat-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri rilevanti, hija għandha tipprovdi s-sejbiet tagħha lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u titlob l-opinjoni tiegħu dwar it-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għall-valutazzjoni tagħha.
5. Fejn il-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni pożittiva, din għandha tadotta mingħajr dewmien żejjed deċiżjoni li tawtorizza l-iżborż tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, fejn applikabbli, tas- self skont ir-Regolament Finanzjarju. Tali deċiżjoni għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 35(2).
6. Jekk, b'riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-istadji importanti u l-miri stabbiliti fid-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 20(1) ma jkunux ġew imwettqa b'mod sodisfaċenti, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja kollha jew ta' parti minnha u, fejn applikabbli, tas-self għandu jiġi sospiż. L-Istat Membru kkonċernat jista' jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni.
Is-sospensjoni għandha titneħħa biss jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun ħa l-miżuri meħtieġa biex jiżgura t-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri stabbiliti fid-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill fl-Artikolu 20(1).
7. B'deroga mill-Artikolu 116(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-iskadenza tal-pagament għandha tibda tiddekorri mid-data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni li tawtorizza l-iżborż lill-Istat Membru kkonċernat skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, jew mid-data tal-komunikazzjoni tat-tneħħija ta' sospensjoni skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
8. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa l-miżuri meħtieġa fi żmien sitt xhur mis-sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, fejn applikabbli, tas-self b'mod proporzjonat wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tagħha.
9. Jekk, fi żmien 18-il xahar mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 20(1), ma jkun sar l-ebda progress tanġibbli fir-rigward ta' ebda wieħed mill-istadji importanti u l-miri rilevanti mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tittermina l-ftehimiet imsemmija fl-Artikoli 15(2) u 23(1) u għandha tiddiżimpenja l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(3) tar-Regolament Finanzjarju. Kwalunkwe prefinanzjament f'konformità mal-Artikolu 13 għandu jiġi rkuprat kollu. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar it-terminazzjoni tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikoli 15(2) u 23(1) u, fejn applikabbli, tal-irkupru tal-prefinanzjament wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tagħha dwar li ma kien sar l-ebda progress tanġibbli.
10. Jekk jinqalgħu ċirkostanzi eċċezzjonali, l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tawtorizza l-iżborż tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, fejn applikabbli, tas-self skont il-paragrafu 5 tista' tiġi posposta b'mhux aktar minn tliet xhur.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI
Artikolu 25
Trasparenza
1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati uffiċjalment mill-Istati Membri, u l-proposti għal deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 20(1), kif imqiegħda għad-dispożizzjoni pubblika mill-Kummissjoni, fl-istess ħin u b'termini ugwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed.
2. L-informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni lill-Kunsill jew lil kwalunkwe wieħed mill-korpi preparatorji tiegħu fil-kuntest ta' dan ir-Regolament jew l-implimentazzjoni tiegħu għandha ssir disponibbli fl-istess ħin għall-Parlament Ewropew, soġġett għal arranġamenti ta' kunfidenzjalità jekk ikun meħtieġ. L-eżiti rilevanti tad-diskussjonijiet li jsiru fil-korpi preparatorji tal-Kunsill għandhom jiġu kondiviżi mal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew.
3. L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni tħassar informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista' tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru. F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill rigward kif l-informazzjoni editjata tista' titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom b'mod kunfidenzjali f'konformità mar-regoli applikabbli.
4. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew ħarsa ġenerali tas-sejbiet preliminari tagħha dwar it-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri rilevanti inklużi fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri.
5. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tal-valutazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza fil-kuntest tad-djalogu dwar l-irkupru u r-reżiljenza msemmi fl-Artikolu 26.
Artikolu 26
Djalogu dwar l-irkupru u r-reżiljenza
1. Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u sabiex jiġu żgurati trasparenza u obbligu ta' rendikont akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni kull xahrejn biex jiddiskutu l-kwistjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-istat tal-irkupru, ir-reżiljenza u l-kapaċità ta' aġġustament fl-Unjoni, kif ukoll il-miżuri adottati fl-ambitu ta' dan ir-Regolament; |
|
(b) |
il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri; |
|
(c) |
il-valutazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri; |
|
(d) |
is-sejbiet ewlenin tar-rapport ta' rieżami msemmi fl-Artikolu 16(2); |
|
(e) |
l-istatus tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri; |
|
(f) |
proċeduri ta' pagament, sospensjoni u terminazzjoni, inkluża kwalunkwe osservazzjoni ppreżentata u kwalunkwe miżura ta' rimedju meħuda mill-Istati Membri biex jiġi żgurat li l-istadji importanti u l-miri jitwettqu b'mod sodisfaċenti; |
|
(g) |
kwalunkwe informazzjoni u dokumentazzjoni rilevanti oħra pprovduta mill-Kummissjoni lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Faċilità. |
2. Il-Parlament Ewropew jista' jesprimi l-fehmiet tiegħu f'riżoluzzjonijiet fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
3. Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe element li jirriżulta mill-fehmiet espressi permezz tad-djalogu dwar l-irkupru u r-reżiljenza, inklużi r-riżoluzzjonijiet mill-Parlament Ewropew, jekk jiġu pprovduti.
4. It-tabella ta' valutazzjoni tal-irkupru u r-reżiljenza msemmija fl-Artikolu 30 għandha sservi bħala bażi għad-djalogu dwar l-irkupru u r-reżiljenza.
KAPITOLU V
RAPPURTAR
Artikolu 27
Rappurtar mill-Istat Membru fil-kuntest tas-Semestru Ewropew
L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta darbtejn fis-sena fil-kuntest tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fit-twettiq tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tiegħu, inkluż l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 20(6) u dwar l-indikaturi komuni kif imsemmija fl-Artikolu 29(4). Għal dan il-għan, ir-rapporti tal-Istati Membri għandhom jiġu riflessi b'mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rappurtar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.
KAPITOLU VII
KOMPLEMENTARJETÀ, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI
Artikolu 28
Koordinazzjoni u komplementarjetà
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom, b’mod proporzjonat għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Faċilità u programmi u strumenti oħra tal-Unjoni, inkluż l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku, u b'mod partikolari ma' miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huma għandhom:
|
(a) |
jiżguraw il-komplementarjetà, is-sinerġija, il-koerenza u l-konsistenza bejn strumenti differenti fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, jekk ikun xieraq, reġjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni; |
|
(b) |
jottimizzaw il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni biex jevitaw id-dupplikazzjoni tal-isforz; u |
|
(c) |
jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni u l-kontroll fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, jekk ikun xieraq, reġjonali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Faċilità. |
Artikolu 29
Monitoraġġ tal-implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Faċilità u tikkalkula l-ilħiq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4. Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni għandu jkun immirat u proporzjonat għall-attivitajiet imwettqin fl-ambitu tal-Faċilità.
2. Is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni li għandha l-Kummissjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet u r-riżultati jinġabru b'mod effiċjenti, effikaċi u fil-ħin. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri ta' finanzjament tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta ex post dwar in-nefqa ffinanzjata mill-Faċilità taħt kull wieħed mill-pilastri msemmija fl-Artikolu 3. Dan ir-rappurtar se jkun ibbażat fuq it-tqassim tan-nefqa stmata prevista fil-pjanijiet approvati għall-irkupru u r-reżiljenza.
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, sal-aħħar ta' Diċembru 2021, atti delegati skont l-Artikolu 33 biex tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex:
|
(a) |
tispjega l-indikaturi komuni li jridu jintużaw għar-rappurtar dwar il-progress u għall-fini tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Faċilità lejn l-ilħiq tal-objettivi ġenerali u speċifiċi; u |
|
(b) |
tiddefinixxi metodoloġija għar-rappurtar tan-nefqa soċjali, inklużi t-tfal u ż-żgħażagħ, fl-ambitu tal-Faċilità. |
5. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-indikaturi komuni.
Artikolu 30
Tabella ta' valutazzjoni tal-irkupru u r-reżiljenza
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tabella ta' valutazzjoni tal-irkupru u r-reżiljenza (it-"Tabella ta' Valutazzjoni"), li għandha turi l-progress tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri f'kull wieħed mis-sitt pilastri msemmija fl-Artikolu 3. It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha tikkostitwixxi s-sistema ta' rappurtar dwar il-prestazzjoni tal-Faċilità.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 33 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi l-elementi dettaljati tat-Tabella ta' Valutazzjoni bil-ħsieb li turi l-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif imsemmi fil-paragrafu 1.
3. It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha turi wkoll il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza fir-rigward tal-indikaturi komuni msemmija fl-Artikolu 29(4).
4. It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha tkun operattiva sa Diċembru 2021 u għandha tiġi aġġornata mill-Kummissjoni darbtejn fis-sena. It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fuq sit web, jew portal tal-internet.
Artikolu 31
Rapport annwali
1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità.
2. Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar bil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri kkonċernati taħt il-Faċilità, inkluża informazzjoni dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tal-istadji importanti u l-miri, u l-istatus tal-pagamenti u s-sospensjonijiet tagħhom.
3. Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja dwar:
|
(a) |
il-kontribut tal-Faċilità għall-miri klimatiċi u diġitali; |
|
(b) |
il-prestazzjoni tal-Faċilità bbażata fuq l-indikaturi komuni msemmija fl-Artikolu 29(4); |
|
(c) |
in-nefqa ffinanzjata mill-Faċilità fl-ambitu tas-sitt pilastri msemmija fl-Artikolu 3, li tinkorpora n-nefqa soċjali, inkluż fuq it-tfal u ż-żgħażagħ, kif imsemmi fl-Artikolu 29(4). |
4. Għall-fini tar-rappurtar dwar l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3, il-Kummissjoni tista' tuża l-kontenut tad-dokumenti rilevanti adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew, ikun kif xieraq.
Artikolu 32
Evalwazzjoni u evalwazzjoni ex post tal-Faċilità
1. Sa tal-20 ta' Frar 2024, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport ta' evalwazzjoni indipendenti dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità, u sal-31 ta’ Diċembru 2028, rapport ta' evalwazzjoni ex post indipendenti, u.
2. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu, b'mod partikolari, jivvaluta sa fejn intlaħqu l-objettivi, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha.
3. Jekk ikun xieraq, l-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn proposta għall-emendi ta' dan ir-Regolament.
4. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post għandu jikkonsisti minn valutazzjoni globali tal-Faċilità u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-impatt tiegħu fuq terminu twil.
Artikolu 33
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 23a(2) u fl-Artikolu 23(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn tad-19 ta' Frar 2021.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 29(4) u 30(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 29(4) u 30(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahar min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahar fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
KAPITOLU VIII
KOMUNIKAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 34
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1. Il-Kummissjoni tista' tinvolvi ruħha f'attivitajiet ta' komunikazzjoni biex tiżgura l-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni għall-appoġġ finanzjarju previst fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rilevanti, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni konġunti mal-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati. Il-Kummissjoni tista', kif xieraq, tiżgura li l-appoġġ taħt il-Faċilità jiġi kkomunikat u rikonoxxut permezz ta' dikjarazzjoni ta' finanzjament.
2. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni, inkluż, fejn applikabbli, billi jesponu l-emblema tal-Unjoni u dikjarazzjoni xierqa dwar il-finanzjament li tkun tgħid "iffinanzjat(a)(i) mill-Unjoni Ewropea – NextGenerationEU", b'mod partikolari meta jkunu qed jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.
3. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Faċilità, mal-azzjonijiet meħuda fl-ambitu tal-Faċilità u mar-riżultati miksuba. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tinforma u tinvolvi l-uffiċċji ta' rappreżentanza tal-Parlament Ewropew dwar l-azzjonijiet tagħha u tinvolvihom f’dawk l-azzjonijiet. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Faċilità għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmijin fl-Artikolu 4.
Artikolu 35
Proċedura ta' Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 36
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 12 ta' Frar 2021.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D.M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A.COSTA
(1) ĠU C 364, 28.10.2020, p. 132.
(2) ĠU C 440, 18.12.2020, p. 160.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Frar 2021 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2021.
(4) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(5) Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433I , 22.12.2020, p. 23).
(8) Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta' Appoġġ Tekniku (Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(9) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1).
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1).
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25)
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).
(14) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(15) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(16) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(18) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(19) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(20) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(21) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(22) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(23) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1)
(24) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (OJ L 433I , 22.12.2020, p. 1).
(25) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).
(26) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
ANNESS I
Metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal kull Stat Membru taħt il-Faċilità
Dan l-Anness jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima disponibbli għal kull Stat Membru skont l-Artikolu 11. Il-metodu jqis, fir-rigward ta' kull Stat Membru:
|
— |
il-popolazzjoni; |
|
— |
l-invers tal-PDG per capita; |
|
— |
ir-rata medja tal-qgħad matul dawn l-aħħar ħames snin imqabbla mal-medja tal-Unjoni (2015-2019); |
|
— |
it-tnaqqis fil-PDG reali fl-2020 u t-tnaqqis fil-PDG reali fl-2020 u l-2021 flimkien. |
Biex tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva ta' riżorsi:
|
— |
il-PDG invers per capita huwa limitat għal massimu ta' 150 % tal-medja tal-Unjoni; |
|
— |
id-devjazzjoni tar-rata tal-qgħad ta' Stat Membru individwali mill-medja tal-Unjoni hija limitata għal massimu ta' 150 % tal-medja tal-Unjoni. |
|
— |
biex jitqiesu s-swieq tax-xogħol ġeneralment aktar stabbli ta' Stati Membri aktar sinjuri (b'ING per capita ogħla mill-medja tal-Unjoni), id-devjazzjoni tar-rata tal-qgħad tagħhom mill-medja tal-Unjoni hija limitata għal massimu ta' 75 %. |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima ta' Stat Membru taħt il-Faċilità (MFCi) hija definita kif ġej:
MFCi = ν i × (FS)
fejn:
FS (Appoġġ Finanzjarju) huwa l-finanzjament disponibbli taħt il-Faċilità kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(a); u
νi hija l-koeffiċjent tal-allokazzjoni tal-Istat Membru i, definit bħala:
νi = 0,7 κi + 0,3 αi
fejn
κi hija l-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikat għas-70% tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) u stabbilit fl-Anness II); u
αi hija l-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikat għat-30 fil-mija tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) u stabbilit fl-Anness III.
ANNESS II
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikat għas-70% tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1), κi , huwa definit kif ġej:
fejn
bi
υi ≤ 0,75 għal Stati Membri bi
υi ≤ 1,5 għal Stati Membri bi
Definizzjonijiet (1):
|
— |
|
|
— |
|
|
— |
popi,2019 bħala l-popolazzjoni totali tal-2019 fl-Istat Membru i; |
|
— |
popEU,2019 bħala l-popolazzjoni totali tal-2019 fl-Istati Membri tal-UE-27; |
|
— |
Ui,2015-2019 bħala r-rata medja tal-qgħad matul il-perjodu 2015-2019 tal-Istat Membru i; |
|
— |
UEU,2015-2019 bħala r-rata medja tal-qgħad matul il-perjodu 2015-2019 fl-UE-27 (f'kull sena l-medja ponderata tal-Istati Membri tal-UE-27); |
|
— |
|
|
— |
|
(1) Id-data kollha fir-Regolament hija mill-Eurostat; data ta' skadenza Mejju 2020 għal data storika.
ANNESS III
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikat għat-30% tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 6(1)(a), αi, huwa definit kif ġej:
fejn
fejn
bi
Definizzjonijiet:
|
— |
PDGi,t bħala l-PDG reali tal-Istat Membru i fil-mument t = 2019, 2020, 2021; |
|
— |
|
|
— |
|
|
— |
popi,2019 bħala l-popolazzjoni totali tal-2019 fl-Istat Membru i; |
|
— |
popEU,2019 bħala l-popolazzjoni totali tal-2019 fl-Istati Membri tal-UE-27. |
It-tnaqqis fil-PDG reali għall-2020 (δGDPi,2020–2019) u t-tnaqqis kumulattiv fil-PDG reali għall-perjodu 2020-2021 (δGDPi,2020–2019) għandhom ikunu bbażati fuq il-previżjonijiet tal-ħarifa 2020 tal-Kummissjoni u aġġornati sat-30 ta' Ġunju 2022 għal kull Stat Membru u jissostitwixxu d-data mill-previżjonijiet tal-ħarifa 2020 tal-Kummissjoni bir-riżultati attwali kif rappurtati fl-aħħar aġġornament disponibbli tas-serje ta' kodiċi tal-Eurostat "tec00115 (Rata tat-tkabbir tal-PDG reali - volum)".
ANNESS IV
L-applikazzjoni tal-metodoloġiji fl-Annessi II u III għall-ammont imsemmi fl-Artikolu 6(1)(a), ikkonvertit fi prezzijiet attwali, ser tirriżulta fis-sehem u l-ammont li ġejjin tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal kull Stat Membru, mingħajr preġudizzju għall-kalkolu aġġornat sat-30 ta' Ġunju 2022:
|
Kontribuzzjoni finanzjarja massima għal kull Stat Membru tal-UE |
|||||
|
|
għal 70% tal-ammont disponibbli |
għal 30% tal-ammont disponibbli (Ammont indikattiv abbażi tal-previżjonijiet tal-ħarifa 2020 tal-Kummissjoni) |
|
||
|
|
Sehem bħala % tat-total |
Ammont (f’EUR 1 000 , prezzijiet attwali) |
Sehem bħala % tat-total |
Ammont (f’EUR 1 000 , prezzijiet attwali) |
Total |
|
BE |
1,56 % |
3.646.437 |
2,20 % |
2.278.834 |
5.925.271 |
|
BG |
1,98 % |
4.637.074 |
1,58 % |
1.631.632 |
6.268.706 |
|
CZ |
1,51 % |
3.538.166 |
3,41 % |
3.533.509 |
7.071.676 |
|
DK |
0,56 % |
1.303.142 |
0,24 % |
248.604 |
1.551.746 |
|
DE |
6,95 % |
16.294.947 |
9,01 % |
9.324.228 |
25.619.175 |
|
EE |
0,32 % |
759.715 |
0,20 % |
209.800 |
969.515 |
|
IE |
0,39 % |
914.572 |
0,07 % |
74.615 |
989.186 |
|
EL |
5,77 % |
13.518.285 |
4,11 % |
4.255.610 |
17.773.895 |
|
ES |
19,88 % |
46.603.232 |
22,15 % |
22.924.818 |
69.528.050 |
|
FR |
10,38 % |
24.328.797 |
14,54 % |
15.048.278 |
39.377.074 |
|
HR |
1,98 % |
4.632.793 |
1,61 % |
1.664.039 |
6.296.831 |
|
IT |
20,45 % |
47.935.755 |
20,25 % |
20.960.078 |
68.895.833 |
|
CY |
0,35 % |
818.396 |
0,18 % |
187.774 |
1.006.170 |
|
LV |
0,70 % |
1.641.145 |
0,31 % |
321.944 |
1.963.088 |
|
LT |
0,89 % |
2.092.239 |
0,13 % |
132.450 |
2.224.690 |
|
LU |
0,03 % |
76.643 |
0,02 % |
16.883 |
93.526 |
|
HU |
1,98 % |
4.640.462 |
2,45 % |
2.535.376 |
7.175.838 |
|
MT |
0,07 % |
171.103 |
0,14 % |
145.371 |
316.474 |
|
NL |
1,68 % |
3.930.283 |
1,96 % |
2.032.041 |
5.962.324 |
|
AT |
0,95 % |
2.231.230 |
1,19 % |
1.230.938 |
3.462.169 |
|
PL |
8,65 % |
20.275.293 |
3,46 % |
3.581.694 |
23.856.987 |
|
PT |
4,16 % |
9.760.675 |
4,01 % |
4.149.713 |
13.910.387 |
|
RO |
4,36 % |
10.213.809 |
3,90 % |
4.034.211 |
14.248.020 |
|
SI |
0,55 % |
1.280.399 |
0,48 % |
496.924 |
1.777.322 |
|
SK |
1,98 % |
4.643.840 |
1,63 % |
1.686.154 |
6.329.994 |
|
FI |
0,71 % |
1.661.113 |
0,41 % |
424.692 |
2.085.805 |
|
SE |
1,24 % |
2.911.455 |
0,36 % |
377.792 |
3.289.248 |
|
UE27 |
100,00 % |
234.461.000 |
100,00 % |
103.508.000 |
337.969.000 |
ANNESS VI
Linji gwida tal-valutazzjoni għall-Faċilità
1. Kamp ta' applikazzjoni
L-għan ta' dawn il-linji gwida huwa li jservu flimkien ma' dan ir-Regolament bħala bażi biex il-Kummissjoni tivvaluta - b'mod trasparenti u ekwu - il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza proposti mill-Istati Membri u biex tiġi ddeterminata l-kontribuzzjoni finanzjarja f'konformità mal-għanijiet u ma' kwalunkwe rekwiżit ieħor rilevanti stabbilit f'dan ir-Regolament. Dawn il-linji gwida jirrappreżentaw il-bażi għall-applikazzjoni tal-kriterji tal-valutazzjoni u għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija, rispettivament, fl-Artikoli 19(3) u 20(4).
Il-linji gwida tal-valutazzjoni huma mfassla biex:
|
(a) |
jagħtu gwida ulterjuri dwar il-proċess tal-valutazzjoni tal-proposti għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri; |
|
(b) |
jipprovdu aktar dettalji dwar il-kriterji tal-valutazzjoni u jistipulaw sistema ta' klassifikazzjoni, li trid tiġi stabbilita bil-ħsieb li tiżgura proċess ekwu u trasparenti; u |
|
(c) |
jiddefinixxu r-rabta bejn il-valutazzjoni li trid issir mill-Kummissjoni skont il-kriterji tal-valutazzjoni u d-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja li trid tiġi stabbilita fil-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. |
Il-linji gwida huma għodda biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposti għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif ippreżentati mill-Istati Membri, u biex jiġi żgurat li l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jappoġġjaw riformi u investiment pubbliku li huma rilevanti u juru valur miżjud għoli fir-rigward tal-objettivi tal-Faċilità, filwaqt li jiżguraw trattament ugwali fost l-Istati Membri.
2. Kriterji tal-valutazzjoni
F'konformità mal-Artikolu 19(3), il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-kriterji tar-rilevanza, l-effikaċja, l-effiċjenza u l-koerenza. B'riżultat tal-proċess ta' valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti klassifikazzjonijiet għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri skont kull wieħed mill-kriterji tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(3), bil-għan li tistabbilixxi l-allokazzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 20(3).
Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni u effiċjenza, is-sistema ta' klassifikazzjoni għandha tvarja minn A sa C, kif stabbilit f'dan li ġej:
Rilevanza:
2.1. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jirrappreżenta rispons komprensiv u bbilanċjat b'mod adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali, u b'hekk jikkontribwixxi b'mod xieraq għas-sitt pilastri kollha kemm huma msemmija fl-Artikolu 3, filwaqt li jitqiesu l-isfidi speċifiċi u l-allokazzjoni finanzjarja tal-Istat Membru kkonċernat.
Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:
Kamp ta' applikazzjoni
|
— |
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxi b'mod komprensiv u bbilanċjat b'mod adegwat għas-sitt pilastri kollha kemm huma msemmija fl-Artikolu 3, filwaqt li jikkunsidra l-isfidi speċifiċi tal-Istat Membru kkonċernat u filwaqt li jqis il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Istat Membru kkonċernat u l-appoġġ fil-forma ta’ self mitlub. |
Klassifikazzjoni
|
A – |
sa punt għoli |
|
B – |
sa punt moderat |
|
C – |
sa punt baxx |
2.2. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi kollha jew subsett sinifikanti minnhom identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż inklużi l-aspetti fiskali tagħhom u rakkomandazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 fejn xieraq, indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew l-isfidi identifikati f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.
Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:
Kamp ta' applikazzjoni
|
— |
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi kollha jew subsett sinifikanti minnhom identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, inklużi l-aspetti fiskali tagħhom u r-rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 fejn xieraq, indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew l-isfidi identifikati f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, filwaqt li titqies il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Istat Membru kkonċernat u l-appoġġ fil-forma ta' self mitlub kif ukoll il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskala tal-isfidi speċifiċi għall-pajjiż u l-informazzjoni inkluża fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma; |
u
|
— |
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jirrappreżenta rispons komprensiv u adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat; |
u,
|
— |
l-isfidi indirizzati mill-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huma meqjusa bħala sinifikanti biex tingħata spinta lill-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat b'mod sostenibbli; |
u
|
— |
wara t-tlestija tar-riformi u l-investimenti proposti, l-isfidi relatati jkunu mistennija li jkunu ġew riżolti jew indirizzati b'mod li jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għar-riżoluzzjoni tagħhom. |
Klassifikazzjoni
|
A – |
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi kollha identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, jew subsett sinifikanti minnhom, jew l-isfidi f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni taħt is-Semestru Ewropew, u l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jirrappreżenta rispons adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat |
|
B – |
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati parzjalment l-isfidi kollha identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, jew subsett sinifikanti minnhom, jew l-isfidi f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni taħt is-Semestru Ewropew u l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jirrappreżenta rispons adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat |
|
C – |
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jikkontribwixxi biex tiġi indirizzata l-ebda sfida identifikata fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni taħt is-Semestru Ewropew u l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jirrappreżentax rispons adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat |
2.3. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi, u r-reżiljenza ekonomika, istituzzjonali u soċjali tal-Istat Membru, filwaqt li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inkluż permezz tal-promozzjoni ta' politiki għat-tfal u ż-żgħażagħ, u li jtaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi tal-Covid-19, u b'hekk isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-konverġenza fi ħdan l-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:
Kamp ta' applikazzjoni
|
— |
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fih miżuri li għandhom l-għan li jrawmu t-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni ekonomika b'mod inklużiv, b'mod partikolari li jindirizzaw id-dgħufijiet tal-ekonomija tal-Istati Membri, jagħtu spinta lill-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat, li jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi u jtaffu l-effetti negattivi tal-kriżi; |
u
|
— |
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fih miżuri li għandhom l-għan li jsaħħu l-koeżjoni soċjali u s-sistemi ta' protezzjoni soċjali, inklużi politiki għat-tfal u ż-żgħażagħ, inaqqsu l-vulnerabbiltajiet soċjali, jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jikkontribwixxu għat-titjib tal-livelli tal-indikaturi tat-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali tiegħu; |
u
|
— |
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu l-għan li jnaqqas il-vulnerabbiltajiet ekonomiċi tal-Istat Membru għax-xokkijiet; |
u
|
— |
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu l-għan li jżid il-kapaċità tal-istrutturi ekonomiċi u/jew soċjali tal-Istat Membru sabiex jaġġustaw għax-xokkijiet u jirreżistuhom. |
u
|
— |
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali. |
Klassifikazzjoni
|
A – |
impatt għoli mistenni |
|
B – |
impatt medju mistenni |
|
C – |
impatt baxx mistenni |
2.4. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni jiżgura li l-ebda miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment inkluża fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 (il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti").
Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:
Kamp ta' applikazzjoni
|
— |
l-ebda miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 (il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti"). |
Klassifikazzjoni
|
A – |
l-ebda miżura ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali (il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti") |
|
C – |
miżura waħda jew aktar jagħmlu ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali (il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti") |
2.5. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludi miżuri li jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluż il-bijodiversità, jew biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnha, u li jikkostitwixxu ammont li jirrappreżenta mill-inqas 37 % tal-allokazzjoni totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, abbażi tal-metodoloġija tat-trekkjar klimatiku stabbilita fl-Anness IIa; il-metodoloġija għandha tintuża kif xieraq għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta' intervent elenkat fl-Anness VI; il-koeffiċjenti għall-appoġġ għall-objettivi klimatiċi jistgħu jiżdiedu sa ammont totali ta' 3 % tal-allokazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għal investimenti individwali biex jitqiesu l-miżuri ta' riforma ta' akkumpanjament li jżidu b'mod kredibbli l-impatt tagħhom fuq l-objettivi klimatiċi, soġġett għall-ftehim tal-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:
Kamp ta' applikazzjoni
|
— |
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità, u, fejn applikabbli, tindirizza l-isfidi li jirriżultaw minnha, u b'hekk tikkontribwixxi għall-kisba tal-miri klimatiċi tal-Unjoni għall-2030 filwaqt li tikkonforma mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-UE sal-2050; |
u
|
— |
l-Istati Membri japplikaw metodoloġija li tikkonsisti fl-assenjar ta' ponderazzjoni speċifika għall-appoġġ ipprovdut, li tirrifletti sa liema punt tali appoġġ jikkontribwixxi għall-objettivi klimatiċi. Il-ponderazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq id-dimensjonijiet u l-kodiċijiet għat-tipi ta' intervent stabbiliti fl-Anness VI u jistgħu jiżdiedu għal investimenti individwali biex jitqiesu l-miżuri ta' riforma ta' akkumpanjament li jżidu b'mod kredibbli l-impatt tagħhom fuq l-objettivi klimatiċi. L-istess sistema ta' ponderazzjoni għandha tapplika għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta' intervent elenkat fl-Anness VI. |
u
|
— |
- l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li jkollha impatt fit-tul. |
Klassifikazzjoni
|
A – |
sa punt għoli. |
|
B – |
sa punt moderat. |
|
C – |
sa punt baxx. |
2.6. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludi miżuri li jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tranżizzjoni diġitali jew biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnha, u li jikkostitwixxu ammont li jirrappreżenta mill-inqas 20 % tal-allokazzjoni totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, abbażi tal-metodoloġija għal-ittaggjar diġitali stabbilita fl-Anness VII; il-metodoloġija għandha tintuża kif xieraq għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta' intervent elenkat fl-Anness VII; il-koeffiċjenti għal appoġġ għall-objettivi diġitali jistgħu jiżdiedu biex investimenti individwali jqisu l-miżuri ta' riforma ta' akkumpanjament li jżidu l-impatt tagħhom fuq l-objettivi diġitali.
Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:
Kamp ta' applikazzjoni
|
— |
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-trasformazzjoni diġitali tas-setturi ekonomiċi jew soċjali; |
jew
|
— |
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw mit-tranżizzjoni diġitali; |
u
|
— |
l-Istati Membri japplikaw metodoloġija li tikkonsisti fl-assenjar ta' ponderazzjoni speċifika għall-appoġġ ipprovdut, li jirrifletti sa liema punt tali appoġġ jikkontribwixxi għall-objettivi diġitali. Il-ponderazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq id-dimensjonijiet u l-kodiċijiet għat-tipi ta' intervent stabbiliti fl-Anness VII u jistgħu jiżdiedu għal investimenti individwali biex jitqiesu l-miżuri ta' riforma ta' akkumpanjament li jżidu l-impatt tagħhom fuq l-objettivi diġitali. L-istess sistema ta' ponderazzjoni għandha tapplika għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta' intervent elenkat fl-Anness VII; |
u
|
— |
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li jkollha impatt fit-tul. |
Klassifikazzjoni
|
A – |
sa punt għoli. |
|
B – |
sa punt moderat. |
|
C – |
sa punt baxx. |
Effikaċja:
2.7. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni li jkollu impatt fit-tul fuq l-Istat Membru kkonċernat.
Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:
Kamp ta' applikazzjoni
|
— |
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija twassal għal bidla strutturali fl-amministrazzjoni jew fl-istituzzjonijiet rilevanti; |
jew
|
— |
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija twassal għal bidla strutturali fil-politiki rilevanti; |
u
|
— |
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li jkollha impatt fit-tul. |
Klassifikazzjoni
|
A – |
sa punt għoli |
|
B – |
sa punt moderat |
|
C – |
sa punt baxx |
2.8. L-arranġamenti proposti mill-Istati Membri kkonċernati huma mistennija jiżguraw monitoraġġ u implimentazzjoni effettivi tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-iskeda ta' żmien proposta, l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati.
Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:
Kamp ta' applikazzjoni
|
— |
struttura fl-Istat Membru tingħata r-responsabbiltà għal: (i) l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza; (ii) il-monitoraġġ tal-progress lejn l-istadji importanti u l-miri; u (iii) ir-rappurtar; |
u
|
— |
l-istadji importanti u l-miri proposti huma ċari u realistiċi; u l-indikaturi proposti għal dawk l-istadji importanti u l-miri huma rilevanti, aċċettabbli u robusti; |
u
|
— |
l-arranġamenti kumplessivi, proposti mill-Istat Membru f'termini tal-organizzazzjoni (inkluża dispożizzjoni biex tkun żgurata allokazzjoni suffiċjenti tal-persunal) tal-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti, huma kredibbli. |
Klassifikazzjoni
|
A – |
arranġamenti adegwati għall-implimentazzjoni effettiva |
|
B – |
arranġamenti minimi għall-implimentazzjoni effettiva |
|
C – |
arranġamenti mhux suffiċjenti għall-implimentazzjoni effettiva |
Effiċjenza:
2.9. Il-ġustifikazzjoni mogħtija mill-Istat Membru dwar l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hija raġonevoli u plawżibbli u hija konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u hija proporzjonata għall-impatt ekonomiku u soċjali nazzjonali mistenni.
Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:
Kamp ta' applikazzjoni
|
— |
l-Istat Membru pprovda biżżejjed informazzjoni u evidenza li l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa xieraq ("raġonevoli"); |
u
|
— |
l-Istat Membru pprovda biżżejjed informazzjoni u evidenza li l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa konformi man-natura u mat-tip tar-riformi u l-investimenti previsti ("plawżibbli"); |
u
|
— |
l-Istat Membru pprovda biżżejjed informazzjoni u evidenza li l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li għandu jiġi ffinanzjat skont il-Faċilità mhuwiex kopert minn finanzjament eżistenti jew ippjanat tal-Unjoni; |
u
|
— |
l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa proporzjonat għall-impatt soċjali u ekonomiku mistenni tal-miżuri previsti inklużi fuq l-Istat Membru kkonċernat. |
Klassifikazzjoni
|
A – |
sa punt għoli |
|
B – |
sa punt medju |
|
C – |
sa punt baxx |
2.10 L-arranġamenti proposti mill-Istat Membru kkonċernat huma mistennija li jipprevjenu, jidentifikaw u jirrettifikaw korruzzjoni, frodi u konflitti ta' interess meta jintużaw il-fondi pprovduti taħt il-Faċilità, inkluż l-arranġamenti li għandhom il-mira li jevitaw il-finanzjament doppju mill-Faċilità u minn programmi oħra tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:
Kamp ta' applikazzjoni
|
— |
is-sistema ta' kontroll intern deskritta fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hija bbażata fuq proċessi u strutturi robusti, u tidentifika atturi ċari (korpi/entitajiet) u r-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom għat-twettiq tal-kompiti ta' kontroll intern; b' mod partikolari tiżgura segregazzjoni xierqa tal-funzjonijiet rilevanti; |
u
|
— |
is-sistema ta' kontrolli u arranġamenti rilevanti oħra, inkluż għall-ġbir u d-disponibbiltà ta' data dwar ir-riċevituri finali deskritti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, b'mod partikolari biex jipprevjenu, jidentifikaw u jirrettifikaw il-korruzzjoni, il-frodi u l-konflitti ta' interessi meta jintużaw il-fondi pprovduti taħt il-Faċilità huma adegwati; |
u
|
— |
l-arranġamenti deskritti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza biex jiġi evitat finanzjament doppju mill-Faċilità u minn programmi oħra tal-Unjoni huma adegwati; |
u
|
— |
l-atturi (korpi/entitajiet) responsabbli għall-kontrolli għandhom is-setgħa legali u l-kapaċità amministrattiva biex jeżerċitaw ir-rwoli u l-kompiti previsti tagħhom. |
Klassifikazzjoni
|
A – |
arranġamenti adegwati |
|
C – |
arranġamenti insuffiċjenti |
Koerenza:
2.11. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti.
Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:
Kamp ta' applikazzjoni
|
— |
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludi miżuri li jikkontribwixxu biex isaħħu l-effetti ta' xulxin; |
jew
|
— |
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludi miżuri li huma komplementari għal xulxin. |
Klassifikazzjoni
|
A – |
sa punt għoli |
|
B – |
sa punt medju |
|
C – |
sa punt baxx |
3. Determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja
F'konformità mal-Artikolu 20, il-proposta tal-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kontribuzzjoni finanzjarja filwaqt li tqis l-importanza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru kkonċernat, kif ivvalutat skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3). Għal dak il-għan, hija għandha tapplika l-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
fejn il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkonforma b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3), u l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun ugwali għal, jew ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima kkalkulata għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 11, il-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru kkonċernat għandha tkun ugwali għall-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima kkalkulata għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 11; |
|
(b) |
fejn il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konformi b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3), u l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun inqas mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima kkalkulata għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 11, il-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru għandha tkun daqs l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza; |
|
(c) |
fejn il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jikkonformax b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3), l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja ma għandha tiġi allokata lill-Istat Membru kkonċernat. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan is-subparagrafu, il-formuli li ġejjin għandhom japplikaw:
fejn:
|
B'riżultat tal-proċess ta' valutazzjoni, u filwaqt li jitqiesu l-klassifikazzjonijiet:
Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkonforma b'mod sodisfaċenti mal-kriterji tal-valutazzjoni:
Jekk il-klassifikazzjonijiet finali għall-kriterji taħt il-punt 2 jinkludu punteġġi b':
|
— |
A għall-kriterji 2.2, 2.3, 2.5 u 2.6; |
u għall-kriterji l-oħrajn:
|
— |
kollha A, |
jew
|
— |
l-ebda maġġoranza ta' B fuq A u l-ebda C, |
Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jikkonformax b'mod sodisfaċenti mal-kriterji tal-valutazzjoni:
Jekk il-klassifikazzjonijiet finali għall-kriterji taħt il-punt 2 jinkludu punteġġi b':
|
— |
mhux A fil-kriterji 2.2, 2.3, 2.5 u 2.6; |
u għall-kriterji l-oħrajn:
|
— |
maġġoranza ta' B fuq A |
jew
|
— |
mill-inqas C waħda |
ANNESS VI
Metodoloġija għat-trekkjar klimatiku
Dimensjonijiet u kodiċijiet għat-tipi ta' intervent għall-Faċilità
|
|
QASAM TA' INTERVENT |
Koeffiċjent għall-kalkolu tal-appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima |
Koeffiċjent għall-kalkolu tal-appoġġ għall-objettivi ambjentali |
|
001 |
Investiment f'assi fissi, inkluża infrastruttura tar-riċerka, f'mikrointrapriżi direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni |
0% |
0 % |
|
002 |
Investiment f'assi fissi, inkluża infrastruttura tar-riċerka, f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (inklużi ċentri tar-riċerka privati) direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni |
0% |
0 % |
|
002 a1 |
Investiment f'assi fissi, inkluża infrastruttura tar-riċerka, f'intrapriżi kbar (1) direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni |
0% |
0 % |
|
003 |
Investiment f'assi fissi, inkluża infrastruttura tar-riċerka, f'ċentri ta' riċerka pubblika u edukazzjoni għolja direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni |
0% |
0 % |
|
004 |
Investiment f'assi intanġibbli f'mikrointrapriżi direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni |
0% |
0 % |
|
005 |
Investiment f'assi intanġibbli f'SMEs (inklużi ċentri tar-riċerka privati) direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni |
0% |
0 % |
|
005a1 |
Investiment f'assi intanġibbli f'intrapriżi kbar direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni |
0% |
0 % |
|
006 |
Investiment f'assi intanġibbli f'ċentri ta' riċerka pubbliċi u edukazzjoni għolja direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni |
0% |
0 % |
|
007 |
Attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni f'intrapriżi mikro inkluż in-networking (riċerka industrijali, żvilupp sperimentali, studji dwar il-fattibbiltà) |
0% |
0 % |
|
008 |
Attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni f'SMEs, inkluż in-networking |
0% |
0 % |
|
008a1 |
Attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni f'intrapriżi kbar, inkluż in-networking |
0% |
0 % |
|
009 |
Attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni f'ċentri ta' riċerka pubbliċi, edukazzjoni għolja u ċentri ta' kompetenza inkluż in-networking (riċerka industrijali, żvilupp sperimentali, studji dwar il-fattibbiltà) |
0% |
0 % |
|
010 |
Diġitalizzazzjoni tal-SMEs (inkluż il-kummerċ elettroniku, in-negozju elettroniku u l-proċessi ta' negozji f'network, ċentri tal-innovazzjoni diġitali, laboratorji ħajjin, intraprendituri tal-web u start-ups tal-ICT, B2B) |
0% |
0 % |
|
010a1 |
Diġitalizzazzjoni tal-intrapriżi l-kbar (inkluż il-kummerċ elettroniku, in-negozju elettroniku u l-proċessi ta' negozji f'network, ċentri tal-innovazzjoni diġitali, laboratorji ħajjin, intraprendituri tal-web u start-ups tal-ICT, B2B) |
0% |
0 % |
|
010b |
Diġitalizzazzjoni tal-intrapriżi l-kbar (inkluż il-kummerċ elettroniku, in-negozju elettroniku u l-proċessi ta' negozji f'network, ċentri tal-innovazzjoni diġitali, laboratorji ħajjin, intraprendituri tal-web u start-ups tal-ICT, B2B) li jkunu konformi mal-kriterji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG jew tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (2) |
40% |
0% |
|
011 |
Soluzzjonijiet tal-ICT, servizzi elettroniċi u applikazzjonijiet tal-gvern |
0% |
0 % |
|
011a |
Soluzzjonijiet tal-ICT, servizzi elettroniċi u applikazzjonijiet tal-gvern li jkunu konformi mal-kriterji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG jew tal-effiċjenza enerġetika (2) |
40% |
0% |
|
012 |
Servizzi u applikazzjonijiet tal-IT għall-ħiliet diġitali u l-inklużjoni diġitali |
0% |
0 % |
|
013 |
Servizzi u applikazzjonijiet tas-saħħa elettronika (inkluż il-kura elettronika, l-Internet tal-Oġġetti għall-attività fiżika u l-għajxien megħjun kontestwalment) |
0% |
0 % |
|
014 |
Infrastruttura tan-negozju għall-SMEs (inkluż parks u siti industrijali) |
0% |
0 % |
|
015 |
Żvilupp tan-negozju u internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, inklużi investimenti produttivi |
0% |
0 % |
|
015a |
Appoġġ għal intrapriżi kbar permezz ta' strumenti finanzjarji, inklużi investimenti produttivi |
0% |
0% |
|
016 |
Żvilupp tal-ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali, intraprenditorija u adattabbiltà tal-intrapriżi għat-tibdil |
0% |
0 % |
|
017 |
Servizzi ta' appoġġ avvanzat għall-SMEs u l-gruppi ta' SMEs (inkluż il-ġestjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u s-servizzi ta' disinn) |
0% |
0 % |
|
018 |
Inkubazzjoni, appoġġ għall-ispin-offs u l-ispin-outs u l-istart-ups |
0% |
0 % |
|
019 |
Appoġġ għall-clusters tal-innovazzjoni inkluż bejn in-negozji, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-awtoritajiet pubbliċi u n-networks tan-negozji li primarjament jibbenefikaw minnhom l-SMEs |
0% |
0 % |
|
020 |
Proċessi ta' innovazzjoni fl-SMEs (innovazzjoni fil-proċessi, l-organizzazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, il-kokreazzjoni, u mmexxija mill-utenti u mid-domanda) |
0% |
0 % |
|
021 |
Trasferiment tat-teknoloġija u kooperazzjoni bejn l-intrapriżi, iċ-ċentri ta' riċerka u s-settur tal-edukazzjoni għolja |
0% |
0 % |
|
022 |
Proċessi ta' riċerka u innovazzjoni, trasferiment tat-teknoloġija u kooperazzjoni bejn l-intrapriżi li jiffukaw fuq l-ekonomija b'livelli baxxi ta' karbonju, ir-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima |
100% |
40 % |
|
023 |
Proċessi ta' riċerka u innovazzjoni, trasferiment tat-teknoloġija u kooperazzjoni bejn l-intrapriżi li jiffukaw fuq l-ekonomija ċirkolari |
40% |
100 % |
|
024 |
Proġetti ta' effiċjenza enerġetika u ta' dimostrazzjoni fl-SMEs u miżuri ta' appoġġ |
40% |
40 % |
|
024a |
Proġetti ta' effiċjenza enerġetika u ta' dimostrazzjoni fl-intrapriżi kbar u miżuri ta' appoġġ |
40% |
40 % |
|
024b |
Proġetti ta' effiċjenza enerġetika u ta' dimostrazzjoni fl-SMEs jew l-intrapriżi kbar u miżuri ta' appoġġ li jkunu konformi mal-kriterji tal-effiċjenza enerġetika (3) |
100% |
40% |
|
025 |
Rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tal-istokk immobiljari eżistenti, proġetti ta' dimostrazzjoni u miżuri ta' appoġġ |
40% |
40 % |
|
025a |
Rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tal-istokk immobiljari eżistenti, proġetti ta' dimostrazzjoni u miżuri ta' appoġġ li jkunu konformi mal-kriterji tal-effiċjenza enerġetika (4) |
100% |
40% |
|
025b |
Kostruzzjoni ta' bini ġdid effiċjenti fl-użu tal-enerġija (5) |
40% |
40% |
|
026 |
Rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika jew miżuri ta' effiċjenza enerġetika rigward l-infrastruttura pubblika, proġetti ta' dimostrazzjoni u miżuri ta' appoġġ |
40% |
40 % |
|
026a |
Rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika jew miżuri ta' effiċjenza enerġetika rigward l-infrastruttura pubblika, proġetti ta' dimostrazzjoni u miżuri ta' appoġġ li jkunu konformi mal-kriterji tal-effiċjenza enerġetika (6) |
100% |
40% |
|
027 |
Appoġġ lill-intrapriżi li jipprovdu servizzi li jikkontribwixxu għall-ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u għar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, inklużi miżuri ta' sensibilizzazzjoni |
100% |
40 % |
|
028 |
Enerġija rinnovabbli: mir-riħ |
100% |
40 % |
|
029 |
Enerġija rinnovabbli: mix-xemx |
100% |
40 % |
|
030 |
Enerġija rinnovabbli: mill-bijomassa (7) |
40% |
40 % |
|
030a |
Enerġija rinnovabbli: mill-bijomassa b'iffrankar għoli ta' GHG (8) |
100% |
40% |
|
031 |
Enerġija rinnovabbli: mill-baħar |
100% |
40 % |
|
032 |
Enerġija rinnovabbli oħra (inkluża l-enerġija ġeotermali) |
100% |
40 % |
|
033 |
Sistemi ta' Enerġija Intelliġenti (inkluż grilji intelliġenti u sistemi tal-ICT) u l-ħżin relatat |
100% |
40 % |
|
034 |
Koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja, tisħin u tkessiħ distrettwali |
40% |
40 % |
|
034a0 |
Koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja, tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti b'emissjonijiet baxxi tul iċ-ċiklu tal-ħajja (9) |
100% |
40% |
|
034a1 |
Sostituzzjoni ta' sistemi ta' tisħin ibbażati fuq il-faħam b'sistemi ta' tisħin ibbażati fuq il-gass għal finijiet ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima |
0% |
0 % |
|
034a2 |
Distribuzzjoni u trasport tal-gass naturali li jissostitwixxi l-faħam |
0% |
0 % |
|
035 |
Miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima: għargħar (inklużi sensibilizzazzjoni, protezzjoni ċivili u sistemi ta' ġestjoni tad-diżastri, infrastrutturi u approċċi bbażati fuq l-ekosistemi) |
100% |
100 % |
|
036 |
Miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima: nirien (inklużi sensibilizzazzjoni, protezzjoni ċivili u sistemi ta' ġestjoni tad-diżastri, infrastrutturi u approċċi bbażati fuq l-ekosistemi) |
100% |
100 % |
|
037 |
Miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima: oħrajn, eż. maltempati u nixfiet (inklużi sensibilizzazzjoni, protezzjoni ċivili u sistemi ta' ġestjoni tad-diżastri, infrastrutturi u approċċi bbażati fuq l-ekosistemi) |
100% |
100 % |
|
038 |
Prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji naturali mhux relatati mal-klima (pereżempju terremoti) u riskji marbuta ma' attivitajiet tal-bniedem (per eżempju inċidenti teknoloġiċi), inklużi sensibilizzazzjoni, protezzjoni ċivili u sistemi ta' ġestjoni tad-diżastri, infrastrutturi u approċċi bbażati fuq l-ekosistemi |
0% |
100 % |
|
039 |
Provvista ta' ilma għall-konsum mill-bniedem (infrastruttura ta' estrazzjoni, trattament, ħżin u distribuzzjoni, miżuri ta' effiċjenza, provvista ta' ilma tax-xorb) |
0% |
100 % |
|
039a |
Provvista ta' ilma għall-konsum mill-bniedem (infrastruttura ta' estrazzjoni, trattament, ħżin u distribuzzjoni, miżuri ta' effiċjenza, provvista ta' ilma tax-xorb) li tkun konformi mal-kriterji tal-effiċjenza (10) |
40% |
100 % |
|
040 |
Ġestjoni tal-ilma u konservazzjoni tar-riżorsi tal-ilma (inkluż il-ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar, miżuri speċifiċi ta' adattament għat-tibdil fil-klima, l-użu mill-ġdid, it-tnaqqis tat-tnixxijiet) |
40% |
100 % |
|
041 |
Ġbir u trattament tal-ilma mormi |
0% |
100 % |
|
041a |
Ġbir u trattament tal-ilma mormi li jkunu konformi mal-kriterji tal-effiċjenza enerġetika (11) |
40% |
100 % |
|
042 |
Immaniġġjar tal-iskart domestiku: miżuri ta' prevenzjoni, minimizzazzjoni, separazzjoni, użu mill-ġdid u riċiklaġġ |
40% |
100% |
|
042a |
Immaniġġjar tal-iskart domestiku: immaniġġjar tal-iskart residwu: |
0% |
100% |
|
044 |
Immaniġġjar tal-iskart kummerċjali u industrijali: miżuri ta' prevenzjoni, minimizzazzjoni, separazzjoni, użu mill-ġdid u riċiklaġġ |
40% |
100 % |
|
044a |
Immaniġġjar tal-iskart kummerċjali u industrijali: skart residwu u perikoluż |
0% |
100 % |
|
045 |
Promozzjoni tal-użu ta' materjali riċiklati bħala materja prima |
0% |
100 % |
|
045a |
Użu ta' materjali riċiklati bħala materja prima li tkun konformi mal-kriterji tal-effiċjenza (12) |
100% |
100 % |
|
046 |
Riabilitazzjoni ta' siti industrijali u art ikkontaminata |
0% |
100 % |
|
046a |
Riabilitazzjoni ta' siti industrijali u art ikkontaminata li jkunu konformi mal-kriterji tal-effiċjenza (13) |
40% |
100 % |
|
047 |
Appoġġ għall-proċessi ta' produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent u għall-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi fl-SMEs |
40% |
40 % |
|
047a |
Appoġġ għall-proċessi ta' produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent u għall-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi fl-intrapriżi kbar |
40% |
40 % |
|
048 |
Miżuri għall-kwalità tal-arja u għat-tnaqqis tal-ħsejjes |
40% |
100 % |
|
049 |
Protezzjoni, restawr u użu sostenibbli tas-siti Natura 2000. |
40% |
100 % |
|
050 |
Protezzjoni tan-natura u tal-bijodiversità, wirt naturali u riżorsi, infrastruttura ħadra u blu |
40% |
100 % |
|
051 |
ICT: Network broadband b'Kapaċità Kbira Ħafna (network backbone/backhaul) |
0% |
0 % |
|
052 |
ICT: Network broadband b'Kapaċità Kbira Ħafna (loop lokali/ta' aċċess bi prestazzjoni ekwivalenti għal installazzjoni tal-fibra ottika sal-punt tad-distribuzzjoni fil-post tas-servizz għal bini b'ħafna abitazzjonijiet) |
0% |
0 % |
|
053 |
ICT: Network broadband b'Kapaċità Kbira Ħafna (loop lokali/ta' aċċess bi prestazzjoni ekwivalenti għal installazzjoni tal-fibra ottika sal-punt tad-distribuzzjoni fil-post tas-servizz għal djar u bini kummerċjali) |
0% |
0 % |
|
054 |
ICT: Network broadband b'Kapaċità Kbira Ħafna (loop lokali/ta' aċċess bi prestazzjoni ekwivalenti għal installazzjoni tal-fibra ottika sal-istazzjon bażi għal komunikazzjoni bla fili avvanzata) |
0% |
0 % |
|
055 |
ICT: Tipi oħra ta' infrastruttura tal-ICT (inklużi riżorsi/tagħmir tal-kompjuter fuq skala kbira, ċentri tad-data, sensors u tagħmir ieħor bla fili) |
0% |
0 % |
|
055a |
ICT: Tipi oħra ta' infrastruttura tal-ICT (inklużi riżorsi/tagħmir tal-kompjuter fuq skala kbira, ċentri tad-data, sensors u tagħmir ieħor bla fili) li jkunu konformi mal-kriterji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju u tal-effiċjenza enerġetika (2) |
40% |
0 % |
|
056 |
Awtostradi u toroq mibnija ġodda jew imtejba - in-network ewlieni TEN-T (14) |
0% |
0 % |
|
057 |
Awtostradi u toroq mibnija ġodda jew imtejba - in-network komprensiv TEN-T |
0% |
0 % |
|
058 |
Links tat-toroq sekondarji mibnija ġodda jew imtejba għan-network tat-toroq u nodi TEN-T |
0% |
0 % |
|
059 |
Toroq ta' aċċess oħra nazzjonali, reġjonali u lokali mibnija ġodda jew imtejba |
0% |
0 % |
|
060 |
Awtostradi u toroq mibnija mill-ġdid jew immodernizzati - in-network ewlieni TEN-T |
0% |
0 % |
|
061 |
Awtostradi u toroq mibnija mill-ġdid jew immodernizzati - in-network komprensiv TEN-T |
0% |
0 % |
|
062 |
Toroq oħra mibnija mill-ġdid jew immodernizzati (awtostradi, toroq nazzjonali, reġjonali jew lokali) |
0% |
0 % |
|
063 |
Diġitalizzazzjoni tat-trasport: toroq |
0% |
0 % |
|
063a |
Diġitalizzazzjoni tat-trasport meta tkun iddedikata parzjalment għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG: trasport stradali |
40% |
0% |
|
064 |
Linji ferrovjarji mibnija ġodda jew imtejba - in-network ewlieni TEN-T |
100% |
40 % |
|
065 |
Linji ferrovjarji mibnija ġodda jew imtejba - in-network komprensiv TEN-T |
100% |
40 % |
|
066 |
Linji ferrovjarji mibnija ġodda jew imtejba oħra |
40% |
40 % |
|
066a |
Linji ferrovjarji mibnija ġodda jew imtejba oħra – elettriċi/emissjonijiet żero (15) |
100% |
40% |
|
067 |
Linji ferrovjarji mibnija mill-ġdid jew immodernizzati - in-network ewlieni TEN-T |
100% |
40 % |
|
068 |
Linji ferrovjarji mibnija mill-ġdid jew immodernizzati - in-network komprensiv TEN-T |
100% |
40 % |
|
069 |
Linji ferrovjarji oħra mibnija mill-ġdid jew immodernizzati |
40% |
40 % |
|
069a |
Linji ferrovjarji oħra mibnija mill-ġdid jew immodernizzati – elettriċi/emissjonijiet żero (15) |
100% |
40% |
|
070 |
Diġitalizzazzjoni tat-trasport: trasport ferrovjarju |
40% |
0 % |
|
071 |
Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) |
40% |
40 % |
|
072 |
Assi ferrovjarji mobbli |
0% |
40 % |
|
072a |
Assi ferrovjarji mobbli b'emissjonijiet żero/li jaħdmu bl-elettriku (16) |
100% |
40% |
|
073 |
Infrastruttura għal trasport urban nadif (17) |
100% |
40 % |
|
074 |
Rolling stock għal trasport urban nadif (18) |
100% |
40 % |
|
075 |
Infrastruttura ċiklistika |
100% |
100 % |
|
076 |
Diġitalizzazzjoni tat-trasport urban |
0% |
0 % |
|
076a |
Diġitalizzazzjoni tat-trasport meta tkun iddedikata parzjalment għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG: trasport urban |
40% |
0% |
|
077 |
Infrastruttura tal-fjuwils alternattivi (19) |
100% |
40 % |
|
078 |
Trasport multimodali (TEN-T) |
40% |
40 % |
|
079 |
Trasport multimodali (mhux urban) |
40% |
40 % |
|
080 |
Portijiet tal-baħar (TEN-T) |
0% |
0 % |
|
080a |
Portijiet tal-baħar (TEN-T) minbarra faċilitajiet iddedikati għat-trasport tal-fjuwils fossili |
40% |
0% |
|
081 |
Portijiet tal-baħar oħra |
0% |
0 % |
|
081a |
Portijiet tal-baħar oħra minbarra faċilitajiet iddedikati għat-trasport tal-fjuwils fossili |
40% |
0% |
|
082 |
Passaġġi fuq l-ilma u portijiet interni (TEN-T) |
0% |
0 % |
|
082a |
Passaġġi fuq l-ilma u portijiet interni (TEN-T) minbarra faċilitajiet iddedikati għat-trasport tal-fjuwils fossili |
40% |
0% |
|
083 |
Passaġġi fuq l-ilma u portijiet interni (reġjonali u lokali) |
0% |
0 % |
|
083a0 |
Passaġġi fuq l-ilma u portijiet interni (reġjonali u lokali) minbarra faċilitajiet iddedikati għat-trasport tal-fjuwils fossili |
40% |
0% |
|
083a1 |
Sistemi ta' sigurtà, sikurezza u ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, għal ajruporti eżistenti |
0% |
0 % |
|
084 |
Diġitalizzazzjoni tat-trasport: modi ta' trasport oħra |
0% |
0 % |
|
084a |
Diġitalizzazzjoni tat-trasport meta tkun iddedikata parzjalment għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG: modi ta' trasport oħra |
40% |
0% |
|
085 |
Infrastruttura għall-edukazzjoni u l-indukrar bikrija tat-tfal |
0% |
0 % |
|
086 |
Infrastruttura għall-edukazzjoni primarja u sekondarja |
0% |
0 % |
|
087 |
Infrastruttura għall-edukazzjoni terzjarja |
0% |
0 % |
|
088 |
Infrastruttura għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u għat-tagħlim għall-adulti |
0% |
0 % |
|
089 |
Infrastruttura għad-djar għall-migranti, ir-rifuġjati u l-persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li qed japplikaw għaliha |
0% |
0 % |
|
090 |
Infrastruttura għad-djar (għajr għall-migranti, ir-rifuġjati u l-persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li qed japplikaw għaliha) |
0% |
0 % |
|
091 |
Infrastruttura soċjali oħra li tikkontribwixxi għall-inklużjoni soċjali fil-komunità |
0% |
0 % |
|
092 |
Infrastruttura tas-saħħa |
0% |
0 % |
|
093 |
Tagħmir tas-saħħa |
0% |
0 % |
|
094 |
Beni mobbli tas-saħħa |
0% |
0 % |
|
095 |
Diġitalizzazzjoni fil-kura tas-saħħa |
0% |
0% |
|
096 |
Infrastruttura għall-akkoljenza temporanja għall-migranti, ir-rifuġjati u l-persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li qed japplikaw għaliha |
0% |
0 % |
|
097 |
Miżuri biex jittejjeb l-aċċess għall-impjiegi |
0% |
0 % |
|
098 |
Miżuri biex jiġi promoss l-aċċess għall-impjiegi ta' persuni qiegħda fit-tul |
0% |
0 % |
|
099 |
Appoġġ speċifiku għall-impjieg taż-żgħażagħ u għall-integrazzjoni soċjoekonomika taż-żgħażagħ |
0% |
0 % |
|
100 |
Appoġġ għall-impjiegi indipendenti u għall-istart-ups |
0% |
0 % |
|
101 |
Appoġġ għall-ekonomija soċjali u l-intrapriżi soċjali |
0% |
0 % |
|
102 |
Miżuri biex jiġu mmodernizzati u msaħħa l-istituzzjonijiet u s-servizzi tas-suq tax-xogħol biex jiġu vvalutati u antiċipati l-ħtiġijiet ta' ħiliet u biex tiġi żgurata assistenza f'waqtha u mfassla apposta |
0% |
0 % |
|
103 |
Appoġġ għall-adattament għas-suq tax-xogħol u għat-tranżizzjonijiet |
0% |
0 % |
|
104 |
Appoġġ għall-mobbiltà tal-ħaddiema |
0% |
0 % |
|
105 |
Miżuri biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u biex titnaqqas is-segregazzjoni abbażi tal-ġeneru fis-suq tax-xogħol |
0% |
0 % |
|
106 |
Miżuri li jippromwovu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, inkluż l-aċċess għall-indukrar tat-tfal u l-indukrar għal persuni dipendenti |
0% |
0 % |
|
107 |
Miżuri għal ambjent tax-xogħol san u adattat sew li jindirizza r-riskji għas-saħħa, inkluża l-promozzjoni tal-attività fiżika |
0% |
0 % |
|
108 |
Appoġġ għall-iżvilupp ta' ħiliet diġitali |
0% |
0 % |
|
109 |
Appoġġ għall-adattament tal-ħaddiema, l-intrapriżi u l-intraprendituri għat-tibdil |
0% |
0 % |
|
110 |
Miżuri li jinkoraġġixxu tixjiħ attiv u san |
0% |
0 % |
|
111 |
Appoġġ għall-edukazzjoni u l-indukrar bikrija tat-tfal (eskluża l-infrastruttura) |
0% |
0 % |
|
112 |
Appoġġ għall-edukazzjoni primarja u sekondarja (eskluża l-infrastruttura) |
0% |
0 % |
|
113 |
Appoġġ għall-edukazzjoni terzjarja (eskluża l-infrastruttura) |
0% |
0 % |
|
114 |
Appoġġ għall-edukazzjoni għall-adulti (eskluża l-infrastruttura) |
0% |
0 % |
|
115 |
Miżuri biex jiġu promossi l-opportunitajiet indaqs u l-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà |
0% |
0 % |
|
116 |
Toroq li jwasslu għall-integrazzjoni u d-dħul mill-ġdid fix-xogħol għal persuni żvantaġġati |
0% |
0 % |
|
117 |
Miżuri biex jitjieb l-aċċess ta' gruppi emarġinati bħar-Rom għall-edukazzjoni u għall-impjiegi, u biex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali tagħhom |
0% |
0 % |
|
118 |
Appoġġ għas-soċjetà ċivili li taħdem ma' komunitajiet emarġinati bħar-Rom |
0% |
0 % |
|
119 |
Azzjonijiet speċifiċi biex tiżdied il-parteċipazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-impjiegi |
0% |
0 % |
|
120 |
Miżuri għall-integrazzjoni soċjali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi |
0% |
0 % |
|
121 |
Miżuri biex jittejjeb l-aċċess f'waqtu u ugwali għal servizzi ta' kwalità, sostenibbli u għall-but ta' kulħadd |
0% |
0 % |
|
122 |
Miżuri biex jittejjeb l-għoti ta' servizzi ta' indukrar ibbażati fil-komunità u fil-familja |
0% |
0 % |
|
123 |
Miżuri biex jittejbu l-aċċessibbiltà, l-effikaċja u r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa (eskluża l-infrastruttura) |
0% |
0 % |
|
124 |
Miżuri biex jitjieb l-aċċess għal indukrar fit-tul (eskluża l-infrastruttura) |
0% |
0 % |
|
125 |
Miżuri biex jiġu mmodernizzati s-sistemi tal-protezzjoni soċjali, inkluża l-promozzjoni tal-aċċess għall-protezzjoni soċjali |
0% |
0 % |
|
126 |
Promozzjoni tal-integrazzjoni soċjali ta' persuni f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali, inklużi l-persuni l-aktar fil-bżonn u t-tfal |
0% |
0 % |
|
127 |
Indirizzar tal-privazzjoni materjali permezz ta' ikel u/jew assistenza materjali għall-persuni l-aktar fil-bżonn, inklużi miżuri ta' akkumpanjament |
0% |
0 % |
|
128 |
Protezzjoni, żvilupp u promozzjoni tal-beni turistiċi pubbliċi u tas-servizzi turistiċi |
0% |
0 % |
|
129 |
Protezzjoni, żvilupp u promozzjoni tal-wirt kulturali u tas-servizzi kulturali |
0% |
0 % |
|
130 |
Protezzjoni, żvilupp u promozzjoni tal-wirt naturali u tal-ekoturiżmu minbarra s-siti Natura 2000 |
0% |
100 % |
|
131 |
Riġenerazzjoni fiżika u sigurtà tal-ispazji pubbliċi |
0% |
0 % |
|
131a |
Inizjattivi ta' żvilupp territorjali, inkluża t-tħejjija ta' strateġiji territorjali |
0% |
0 % |
|
132 |
Titjib tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet responsabbli għall-programmi u tal-korpi relatati mal-implimentazzjoni tal-Fondi |
0% |
0 % |
|
133 |
Tisħiħ tal-kooperazzjoni mas-sħab kemm fi ħdan l-Istat Membru kif ukoll barra l-Istat Membru |
0% |
0 % |
|
134 |
Finanzjament trasversali permezz tal-FEŻR (appoġġ għal azzjonijiet tat-tip FSE meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-parti operattiva tal-FEŻR u direttament marbuta miegħu) |
0% |
0 % |
|
135 |
Tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet ikkonċernati biex jimplimentaw proġetti u inizjattivi ta' kooperazzjoni territorjali f'kuntest transfruntier, transnazzjonali, marittimu u interreġjonali |
0% |
0 % |
|
135a |
Interreg: ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u ġestjoni tal-mobbiltà u tal-migrazzjoni |
0% |
0 % |
|
136 |
Reġjuni ultraperiferiċi: kumpens għal kwalunkwe kost addizzjonali minħabba nuqqas ta' aċċessibbiltà u frammentazzjoni territorjali |
0% |
0 % |
|
137 |
Reġjuni ultraperiferiċi: azzjoni speċifika sabiex tikkumpensa għall-kostijiet addizzjonali minħabba fatturi relatati mad-daqs tas-suq |
0% |
0 % |
|
138 |
Reġjuni ultraperiferiċi: appoġġ sabiex jiġu kkumpensati l-kostijiet addizzjonali minħabba l-kundizzjonijiet tal-klima u d-diffikultajiet fl-għoti tal-għajnuna |
40% |
40 % |
|
139 |
Reġjuni ultraperiferiċi: ajruporti |
0% |
0 % |
|
140 |
Informazzjoni u komunikazzjoni |
0% |
0 % |
|
141 |
Tħejjija, implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll |
0% |
0 % |
|
142 |
Evalwazzjoni u studji, ġbir ta' data |
0% |
0 % |
|
143 |
Tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, tal-benefiċjarji u tas-sħab rilevanti |
0% |
0 % |
|
01 |
Kontribut għall-ħiliet u l-impjiegi ekoloġiċi u għall-ekonomija ekoloġika |
100% |
|
(1) L-intrapriżi kbar huma l-intrapriżi kollha minbarra l-SMEs, inkluż kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja.
(2) Jekk l-objettiv tal-miżura huwa li l-attività trid tipproċessa jew tiġbor data biex tippermetti tnaqqis fl-emissjonijiet tal-GHG li jwassal għal iffrankar sostanzjali bil-provi ta' emissjonijiet ta' GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja. Jekk l-objettiv tal-miżura jirrikjedi li ċ-ċentri tad-data jikkonformaw mal-"Kodiċi ta' Kondotta Ewropew dwar l-Effiċjenza Enerġetika taċ-Ċentri tad-Data".
(3) (a) Jekk l-objettiv tal-miżura huwa li tinkiseb, bħala medja, mill-inqas rinnovazzjoni ta' livell medju kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rinnovazzjoni tal-Bini (UE) 2019/786 jew (b) jekk l-objettiv tal-miżuri huwa li jinkiseb, bħala medja, tnaqqis ta' mill-inqas 30 % tal-emissjonijiet diretti u indiretti ta' GHG meta mqabbla mal-emissjonijiet ex ante.
(4) Jekk l-objettiv tal-miżura huwa li tinkiseb, bħala medja, mill-inqas rinnovazzjoni ta' livell medju kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rinnovazzjoni tal-Bini (UE) 2019/786. Ir-rinnovazzjoni tal-bini hija intiża wkoll li tinkludi l-infrastruttura fis-sens tal-oqsma ta' intervent 85 sa 92.
(5) Jekk l-objettiv tal-miżuri jikkonċerna l-kostruzzjoni ta' bini ġdid b'Domanda għall-Enerġija Primarja (PED) li tkun mill-inqas 20 % inqas mir-rekwiżit NZEB (bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero, direttivi nazzjonali). Il-kostruzzjoni ta' bini ġdid effiċjenti fl-użu tal-enerġija hija intiża wkoll li tinkludi l-infrastruttura fis-sens tal-oqsma ta' intervent 85 sa 92.
(6) Jekk l-objettiv tal-miżura huwa (a) li tinkiseb, bħala medja, mill-inqas rinnovazzjoni ta' livell medju kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rinnovazzjoni tal-Bini (UE) 2019/786 jew (b) li jinkiseb, bħala medja, tnaqqis ta' mill-inqas 30 % tal-emissjonijiet diretti u indiretti ta' GHG meta mqabbla mal-emissjonijiet ex ante. Ir-rinnovazzjoni tal-bini hija intiża wkoll li tinkludi l-infrastruttura fis-sens tal-oqsma ta' intervent 85 sa 92.
(7) Jekk l-objettiv tal-miżura huwa relatat mal-produzzjoni tal-elettriku jew tas-sħana mill-bijomassa, f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(8) Jekk l-objettiv tal-miżura huwa relatat mal-produzzjoni tal-elettriku jew tas-sħana mill-bijomassa, f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001; u jekk l-objettiv tal-miżura huwa li jinkiseb iffrankar ta' mill-inqas 80 % tal-emissjonijiet ta' GHG fil-faċilità mill-użu tal-bijomassa b'rabta mal-metodoloġija ta' ffrankar tal-GHG u l-komparatur relattiv tal-fjuwils fossili stabbilit fl-Anness VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Jekk l-objettiv tal-miżura huwa relatat mal-produzzjoni tal-bijofjuwil mill-bijomassa (għajr u l-għelejjel tal-ikel u tal-għalf), f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001; u jekk l-objettiv tal-miżura huwa li jinkiseb iffrankar ta' mill-inqas 65% tal-emissjonijiet ta' GHG fil-faċilità mill-użu tal-bijomassa għal dan il-għan b'rabta mal-metodoloġija ta' ffrankar tal-GHG u l-komparatur relattiv tal-fjuwils fossili stabbilit fl-Anness V tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
(9) Fil-każ ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja, jekk l-objettiv tal-miżura huwa li jinkisbu emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja li jkunu inqas minn 100gCO2e/kWh jew sħana/kesħa prodotta mis-sħana mormija. Fil-każ ta' tisħin/tkessiħ distrettwali, jekk l-infrastruttura assoċjata ssegwi d-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1) tal-UE dwar l-Effiċjenza Enerġetika, jew l-infrastruttura eżistenti tiġi rinnovata biex tissodisfa d-definizzjoni ta' tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, jew il-proġett ikun sistema pilota avvanzata (sistemi ta' kontroll u ġestjoni tal-enerġija, Internet tal-Oġġetti) jew iwassal għal reġim ta' temperatura aktar baxxa fis-sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali.
(10) Jekk l-objettiv tal-miżura huwa li s-sistema mibnija jkollha konsum ta' enerġija medju ta' ≤ 0,5 kWh jew Indiċi tat-Tnixxijiet tal-Infrastruttura (ILI) ta' ≤ 1,5, u li l-attività ta' rinnovazzjoni tnaqqas il-konsum medju ta' enerġija b'aktar minn 20 % jew tnaqqas it-tnixxijiet b'aktar minn 20 %.
(11) Jekk l-objettiv tal-miżura huwa li s-sistema mibnija "front to end" tal-ilma mormi jkollha użu nett żero ta' enerġija jew li t-tiġdid tas-sistema "front to end" tal-ilma mormi jwassal għal tnaqqis fl-użu medju tal-enerġija ta' mill-inqas 10 % (unikament permezz ta' miżuri ta' effiċjenza enerġetika u mhux permezz ta' bidliet materjali jew bidliet fit-tagħbija).
(12) Jekk l-objettiv tal-miżura huwa li mill-inqas 50 %, f'termini ta' piż, tal-iskart mhux perikoluż ipproċessat miġbur separatament jiġi kkonvertit f'materja prima sekondarja.
(13) Jekk l-objettiv tal-miżura huwa li s-siti industrijali u l-art ikkontaminata jinbidlu f'bir tal-karbonju naturali.
(14) Għall-oqsma ta' intervent minn 56 sa 62, l-oqsma ta' intervent 73, 74 u 77 jistgħu jintużaw għal elementi tal-miżuri relatati ma' interventi fi fjuwils alternattivi, inkluż l-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi, jew it-trasport pubbliku.
(15) Jekk l-objettiv tal-miżura jkun relatat ma' subsistemi elettrifikati ta' maġenb il-binarji u subsistemi assoċjati jew jekk ikun hemm pjan għall-elettrifikazzjoni jew ikun adatt għall-użu minn ferroviji b'emissjonijiet żero mill-egżost fi żmien 10 snin.
(16) Japplika wkoll għal ferroviji bimodali.
(17) Infrastruttura għal trasport urban nadif tirreferi għal infrastruttura li tippermetti t-tħaddim ta' rolling stock b'emissjonijiet żero.
(18) Rolling stock għal trasport urban nadif tirreferi għal rolling stock b'emissjonijiet żero.
(19) Jekk l-objettiv tal-miżura huwa konformi mad-Direttiva (UE) 2018/2001.
ANNESS VII
Metodoloġija għall-ittaggjar diġitali taħt il-Faċilità
Metodoloġija għall-ittaggjar diġitali:
|
|
Tabella tal-interventi
|
(1) Id-deskrizzjoni tal-interventi f'din it-tabella hija mingħajr preġudizzju għall-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni, b'mod partikolari biex ikun żgurat li l-interventi ma jeskludux l-investimenti privati.
(2) Inklużi kejbils sottomarini fi ħdan u bejn l-Istati Membri u bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.
(3) Inklużi n-networks 5G u 6G.
(4) Inklużi: miżuri biex tiġi appoġġata d-diġitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ (inklużi investimenti fl-infrastruttura tal-ICT), inkluż għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim għall-adulti.
(5) Dan jirreferi għall-ħiliet diġitali fil-livelli kollha u jinkludi: programmi edukattivi speċjalizzati ħafna għat-taħriġ ta' speċjalisti diġitali (jiġifierii.e. programmi ffukati fuq it-teknoloġija); tħarriġ tal-għalliema, żvilupp tal-kontenut diġitali għal finijiet edukattivi u kapaċitajiet organizzattivi rilevanti. Dan jinkludi wkoll miżuri u programmi bl-għan tat-titjib tal-ħiliet diġitali bażiċi.
(6) Inkluż l-użu ta' teknoloġiji avvanzati (bħall-computing ta' prestazzjoni għolja, iċ-ċibersigurtà jew l-intelliġenza artifiċjali) għas-servizzi pubbliċi u t-teħid tad-deċiżjonijiet u l-interoperabbiltà tas-servizzi u l-infrastrutturi pubbliċi diġitali (reġjonali, nazzjonali u transfruntieri).
(7) Jekk l-objettiv tal-miżura huwa li l-attività trid tipproċessa jew tiġbor data biex tippermetti tnaqqis fl-emissjonijiet tal-GHG li jwassal għal iffrankar sostanzjali bil-provi ta' emissjonijiet ta' GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja. Jekk l-objettiv tal-miżura jirrikjedi li ċ-ċentri tad-data jikkonformaw mal- "Kodiċi ta' Kondotta Ewropew dwar l-Effiċjenza Enerġetika taċ-Ċentri tad-Data".
(8) Il-koeffiċjent diġitali ta’ 40% għandu jiġi applikat fejn l-intervent huwa ffukat fuq elementi marbuta direttament mad-diġitalizzazzjoni tan-negozju, inkluż pereżempju l-prodotti diġitali, l-assi tal-ICT, eċċ.
(9) Inklużi entitajiet tal-ekonomija soċjali.
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/76 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/242
tal-11 ta’ Frar 2021
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [“Tepertős pogácsa” (STG)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Ungerija għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita “Tepertős pogácsa”, irreġistrata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1144/2013 (2) kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1415 (3). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir l-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(b) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Tepertős pogácsa” (STG) hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1144/2013 tat-13 ta’ Novembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Tepertős pogácsa (STG)] (ĠU L 303, 14.11.2013, p. 17).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1415 tal-24 ta’ Awwissu 2016 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Tepertős pogácsa (STG)] (ĠU L 230, 25.8.2016, p. 20).
|
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/77 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/243
tal-11 ta’ Frar 2021
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imdaħħal fir-reġistru ta’ Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Vinagre del Condado de Huelva” (DOP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Spanja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Vinagre del Condado de Huelva”, irreġistrata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 984/2011 (2). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ f’konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-isem “Vinagre del Condado de Huelva” (DOP) hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 984/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [Vinagre del Condado de Huelva (DPO)] (ĠU L 260, 5.10.2011, p. 7).
|
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/78 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/244
tal-11 ta’ Frar 2021
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [“Cornouaille” (DOP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Cornouaille”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/1999 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2703/2000 (3). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Cornouaille” (DOP), hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/1999 tad-19 ta’ Frar 1999 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet tal-oriġini protetti għall-prodotti u l-oġġetti tal-ikel agrikoli (ĠU L 46, 20.2.1999, p. 13).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2703/2000 tal-11 ta’ Diċembru 2000 li jemenda oġġetti fl-ispeċifikazzjonijiet għal numru ta’ ismijiet elenkati fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 311, 12.12.2000, p. 25).
|
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/80 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/245
tal-11 ta’ Frar 2021
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [“Queijos da Beira Baixa (Queijo de Castelo Branco, Queijo Amarelo da Beira Baixa, Queijo Picante da Beira Baixa)” (DOP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Portugall għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetti “Queijos da Beira Baixa (Queijo de Castelo Branco, Queijo Amarelo da Beira Baixa, Queijo Picante da Beira Baixa)”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2). Din l-emenda tinkludi bidla fl-isem minn “Queijos da Beira Baixa (Queijo de Castelo Branco, Queijo Amarelo da Beira Baixa, Queijo Picante da Beira Baixa)” għal “Queijo da Beira Baixa”. |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Queijos da Beira Baixa (Queijo de Castelo Branco, Queijo Amarelo da Beira Baixa, Queijo Picante da Beira Baixa)” (DOP) hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta’ Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi u Denominazzjonijiet ta’ Oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).
|
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/82 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/246
tal-11 ta’ Frar 2021
li jirreġistra isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti “Újfehértói meggy” (IĠP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba mill-Ungerija għar-reġistrazzjoni tal-isem “Újfehértói meggy” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ għalhekk li l-isem “Újfehértói meggy” jiġi rreġistrat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isem “Újfehértói meggy” (IĠP) huwa b’dan irreġistrat.
L-isem imsemmi fl-ewwel subparagrafu jidentifika prodott tal-klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 319, 28.9.2020, p. 15.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
|
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/83 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/247
tal-11 ta’ Frar 2021
li jirreġistra isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti “Liptovské droby” (IĠP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba tas-Slovakkja għar-reġistrazzjoni tal-isem “Liptovské droby”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-isem “Liptovské droby” jiġi rreġistrat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isem “Liptovské droby” (IĠP) huwa d’dan irreġistrat.
L-isem imsemmi fl-ewwel subparagrafu jidentifika prodott tal-klassi 1.8. Prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I tat-Trattat (ħwawar eċċ.), imsemmija fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 321, 29.9.2020, p. 58.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
|
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/84 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/248
tal-11 ta’ Frar 2021
li japprova emendi tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Venezia” (DOP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Venezia”, imressqa mill-Italja f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) flimkien mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif jirrikjedi l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-emendi tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiġu approvati f’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 flimkien mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward l-isem “Venezia” (DOP) huma b’dan approvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(2) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
|
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/86 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/249
tas-17 ta’ Frar 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2197 fir-rigward ta’ muniti kkorrelatati mill-qrib skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 354(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex ikun żgurat li l-muniti akkoppjati msemmija fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2197 (2) ikomplu jirriflettu l-korrelazzjoni reali bejn il-muniti rilevanti, huwa neċessarju li l-lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib tiġi aġġornata. |
|
(2) |
Il-lista tuża l-31 ta’ Marzu 2019 bħala d-data tat-tmiem għall-fini ta’ komputazzjoni tas-serje ta’ tliet u ħames snin meħtieġa biex tivvaluta l-muniti akkoppjati skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(3) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentati mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) lill-Kummissjoni. |
|
(4) |
L-emendi meħtieġa għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2197 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma jinvolvux tibdil sinifikanti f’termini sostantivi, iżda biss l-applikazzjoni għal serje ta’ data aġġornata tal-metodoloġija li diġà ġiet stabbilita f’dak ir-Regolament. Għaldaqstant l-EBA ma wettqitx konsultazzjoni pubblika miftuħa, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), meta jitqies li jkun sproporzjonat ħafna fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-impatt tal-abbozz ikkonċernat tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni. L-EBA talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Kkonċernati li nħoloq skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2197 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2197 hu sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2197 tas-27 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ muniti kkorrelatati mill-qrib skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 30).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS
ANNESS
Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib
Parti 1 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mal-Euro (EUR)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Krona Ċeka (CZK), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Forint Ungeriż (HUF), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham tal-Marokk (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Pataka tal-Macao (MOP), il-Krona Norveġiża (NOK), in-Nuevo Sol Peruvjan (PEN), iż-Zloty Pollakk (PLN), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), il-Krona Żvediża (SEK), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandjiż (THB), id-Dollaru Tajwaniż (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).
Parti 2 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mad-Dirham tal-Emirati Għarab (AED)
Il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Krona Daniża (DKK), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Kuna Kroata (HRK), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), ir-Rupee Indjan (INR), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham tal-Marokk (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Pataca tal-Makaw (MOP), in-Nuevo Sol Peruvjan (PEN), il-Peso tal-Filippini (PHP), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandiż (THB), id-Dollaru Tajwaniż (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD), l-Euro (EUR).
Parti 3 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mal-Lek Albaniż (ALL)
Il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), id-Dirham tal-Marokk (MAD), il-Pataka tal-Macao (MOP), iż-Zloty Pollakk (PLN), il-Leu Rumen (RON), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru Tajwaniż (TWD), l-Euro (EUR).
Parti 4 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mad-Dollaru Amerikan (USD)
Id-Dollaru Kanadiż (CAD), il-Krona Daniża (DKK), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD).
Parti 5 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mal-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Lek Albaniż (ALL), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham tal-Marokk (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Pataka tal-Macao (MOP), il-Krona Norveġiża (NOK), in-Nuevo Sol Peruvjan (PEN), iż-Zloty Pollakk (PLN), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), il-Krona Żvediża (SEK), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandiż (THB), id-Dollaru Tajwaniż (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD), l-Euro (EUR).
Parti 6 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mal-lev Bulgaru (BGN)
Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Krona Ċeka (CZK), il-Forint Ungeriż (HUF), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), id-Dirham tal-Marokk (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Pataka tal-Macao (MOP), il-Krona Norveġiża (NOK), in-Nuevo Sol Peruvjan (PEN), iż-Zloty Pollakk (PLN), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), il-Krona Żvediża (SEK), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandiż (THB), id-Dollaru Tajwaniż (TWD).
Parti 7 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mad-dollaru Kanadiż (CAD)
Id-Dollaru Awstraljan (AUD), ix-Xekel il-Ġdid Iżraeljan (ILS), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandiż (THB).
Parti 8 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mal-Frank Żvizzeru (CHF)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev tal-Bulgarija (BGN), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham tal-Marokk (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Pataka tal-Macao (MOP), il-Krona Norveġiża (NOK), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandiż (THB), id-Dollaru Tajwaniż (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD), l-Euro (EUR).
Parti 9 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mal-Yuan Ċiniż (CNY)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Krona Daniża (DKK), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Kuna Kroata (HRK), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), ir-Rupee Indjan (INR), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham tal-Marokk (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Pataka tal-Macao (MOP), in-Nuevo Sol Peruvjan (PEN), il-Peso tal-Filippini (PHP), il-Leu Rumen (RON), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandiż (THB), id-Dollaru ta’ Tajwaniż (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD), l-Euro (EUR).
Parti 10 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mal-Krona Ċeka (CZK)
Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Krona Daniża (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), id-Dirham Marokkin (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Krona Norveġiża (NOK), iz-Zloty Pollakk (PLN), il-Leu Rumen (RON), il-Krona Żvediża (SEK), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), l-Euro (EUR).
Parti 11 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mal-Krona Daniża (DKK)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Lek Albaniż (ALL), id-Dollaru Awstraljan (AUD), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Krona Ċeka (CZK), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Forint Ungeriż (HUF), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham tal-Marokk (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Pataka tal-Macao (MOP), il-Krona Norveġiża (NOK), iż-Zloty Pollakk (PLN), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), il-Krona Żvediża (SEK), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandiż (THB), id-Dollaru Tajwaniż (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).
Parti 12 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mad-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Krona Daniża (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), ir-Rupee Indjan (INR), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham tal-Marokk (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Pataka tal-Macao (MOP), in-Nuevo Sol Peruvjan (PEN), il-Peso tal-Filippini (PHP), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandiż (THB), id-Dollaru Tajwaniż (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD), l-Euro (EUR).
Parti 13 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mal-kuna Kroata (HRK)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Krona Ċeka (CZK), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Forint Ungeriż (HUF), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham tal-Marokk (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Pataka tal-Macao (MOP), il-Krona Norveġiża (NOK), iż-Zloty Pollakk (PLN), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), il-Krona Żvediża (SEK), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandiż (THB), id-Dollaru Tajwaniż (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).
Parti 14 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mal-Forint Ungeriż (HUF)
Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), id-Dirham Marokkin (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Krona Norverġiża (NOK), iż-Zloty Pollakk (PLN), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), il-Krona Żvediża (SEK), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), l-Euro (EUR).
Parti 15 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mar-Rupiah tal-Indoneżja (IDR)
Ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), id-Dirham Marokkin (MAD), ir-Ringgit Malasjan (MYR), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandiż (THB).
Parti 16 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib max-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev tal-Bulgarija (BGN), id-Dollaru Kanadiż (CAD), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Kuna Kroata (HRK), ir-Rupiah tal-Indoneżja (IDR), ir-Rupee Indjan (INR), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham tal-Marokk (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Pataka tal-Macao (MOP), in-Nuevo Sol Peruvjan (PEN), il-Peso Filippin (PHP), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandjiż (THB), id-Dollaru Tajwaniż (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD), l-Euro (EUR).
Parti 17 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mar-Rupee Indjan (INR)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham tal-Marokk (MAD), il-Pataka tal-Macao (MOP), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandjiż (THB), id-Dollaru Tajwaniż (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).
Parti 18 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mal-Won tal-Korea t’Isfel (KRW)
Id-Dollaru ta’ Singapore (SGD).
Parti 19 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mal-Lira Libaniża (LBP)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Krona Daniża (DKK), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Kuna Kroata (HRK), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), ir-Rupee Indjan (INR), id-Dirham tal-Marokk (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Pataka tal-Macao (MOP), in-Nuevo Sol Peruvjan (PEN), il-Peso tal-Filippini (PHP), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandjiż (THB), id-Dollaru ta’ Tajwaniż (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD), l-Euro (EUR).
Parti 20 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mad-Dirham Marokkin (MAD)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), ir-Rupiah tal-Indoneżja (IDR), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), ir-Rupee Indjan (INR), il-Lira Libaniża (LBP), id-Denar tal-Maċedonjata’ Fuq (MKD), il-Pataka tal-Macao (MOP), ir-Ringgit tal-Malasja (MYR), il-Krona Norveġiża (NOK), in-Nuevo Sol Peruvjan (PEN), il-Peso tal-Filippini (PHP), iż-Zloty Pollakk (PLN), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), il-Krona Żvediża (SEK), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandjiż (THB), id-Dollaru Tajwaniż (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD), l-Euro (EUR).
Parti 21 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mad-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham tal-Marokk (MAD), il-Pataca tal-Makaw (MOP), in-Nuevo Sol Peruvjan (PEN), iż-Zloty Pollakk (PLN), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), il-Krona Żvediża (SEK), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandjiż (THB), id-Dollaru Tajwaniż (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD), l-Euro (EUR).
Parti 22 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mal-Pataka tal-Macao (MOP)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Krona Daniża (DKK), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Kuna Kroata (HRK), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), ir-Rupee Indjan (INR), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham tal-Marokk (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), in-Nuevo Sol Peruvjan (PEN), il-Peso tal-Filippini (PHP), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandjiż (THB), id-Dollaru Tajwaniż (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD), l-Euro (EUR).
Parti 23 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mar-Ringgit tal-Malasja (MYR)
Ir-Rupiah tal-Indoneżja (IDR), id-Dirham Marokkin (MAD), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), id-Dollaru Tajwaniż (TWD).
Parti 24 — Lista ta’ Muniti kkorrelatati mill-qrib mal-Krona Norveġiża (DKK)
Il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), id-Dirham Marokkin (MAD), iż-Zloty Pollakk (PLN), il-Leu Rumen (RON), il-Krona Żvediża (SEK), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), l-Euro (EUR).
Parti 25 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib man-Nuevo Sol Peruvjan (PEN)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham tal-Marokk (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Pataka tal-Macao (MOP), il-Peso tal-Filippini (PHP), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandiż (THB), id-Dollaru Tajwaniż (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD), l-Euro (EUR).
Parti 26 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mal-Peso Filippin (PHP)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), id-Dollaru Kanadiż (CAD), il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), ir-Rupiah tal-Indoneżja (IDR), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), ir-Rupi Indjan (INR), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham Marokkin (MAD), il-Pataka tal-Macao (MOP), in-Nuevo Sol Peruvjan (PEN), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandjiż (THB). id-Dollaru Tajwaniż (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).
Parti 27 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib maż-Zloty Pollakk (PLN)
Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), id-Dirham Marokkin (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Krona Norveġiża (NOK), il-Leu Rumen (RON), il-Krona Żvediża (SEK), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), l-Euro (EUR).
Parti 28 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mal-Leu Rumen (RON)
Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), id-Dirham Marokkin (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Krona Norveġiża (NOK), iz-Zloty Pollakk (PLN), id-Dinar Serb (RSD), il-Krona Żvediża (SEK), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), l-Euro (EUR).
Parti 29 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mad-Dinar Serb (RSD)
Il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Krona Daniża (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), id-Dirham tal-Marokk (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Leu Rumen (RON), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandjiż (THB), id-Dollaru Tajwaniż (TWD), l-Euro (EUR).
Parti 30 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mal-Krona Żvediża (SEK)
Il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), id-Dirham Marokkin (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Krona Norveġiża (NOK), iz-Zloty Pollakk (PLN), il-Leu Rumen (RON), l-Euro (EUR).
Parti 31 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mad-Dollaru ta’ Singapore (SGD)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Lek Albaniż (ALL), id-Dollaru Awstraljan (AUD), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev tal-Bulgarija (BGN), id-Dollaru Kanadiż (CAD), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), ir-Rupiah tal-Indoneżja (IDR), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżreal (ILS), ir-Rupee Indjan (INR), il-Won tal-Korea t’Isfel (KRW), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham tal-Marokk (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Pataka tal-Macao (MOP), ir-Ringgit tal-Malasja (MYR), il-Krona Norveġiża (NOK), in-Nuevo Sol Peruvjan (PEN), il-Peso Filippin (PHP), iż-Zloty Pollakk (PLN), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), il-Baht Tajlandjiż (THB), id-Dollaru Tajwaniż (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD), l-Euro (EUR).
Parti 32 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mal-Baht tat-Tajlandja (THB)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), id-Dollaru Kanadiż (CAD), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Krona Daniża (DKK), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Kuna Kroata (HRK), ir-Rupiah tal-Indoneżja (IDR), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), ir-Rupee Indjan (INR), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham tal-Marokk (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Pataka tal-Macao (MOP), in-Nuevo Sol Peruvjan (PEN), il-Peso tal-Filippini (PHP), id-Dinar Serb (RSD), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), id-Dollaru Tajwaniż (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD), l-Euro (EUR).
Parti 33 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mad-Dollaru Tajwaniż (TWD)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Krona Daniża (DKK), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Kuna Kroata (HRK), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), ir-Rupee Indjan (INR), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham tal-Marokk (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Pataka tal-Macao (MOP), ir-Ringgit tal-Malasja (MYR), in-Nuevo Sol Peruvjan (PEN), il-Peso tal-Filippini (PHP), id-Dinar Serb (RSD), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandjiż (THB), id-Dollaru Amerikan (USD), il-Euro (EUR).
Parti 34 — Lista ta’ Muniti korrelatati mill-qrib mad-Dollaru Amerikan (USD)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Krona Daniża (DKK), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Kuna Kroata (HRK), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), ir-Rupee Indjan (INR), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham tal-Marokk (MAD), id-Denar tal-Maċedonja ta’ Fuq (MKD), il-Pataca tal-Makaw (MOP), in-Nuevo Sol Peruvjan (PEN), il-Peso tal-Filippini (PHP), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht Tajlandjiż (THB), id-Dollaru Tajwaniż (TWD), l-Euro (EUR).
Rettifika
|
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/93 |
Rettifika għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1650 tas-6 ta’ Novembru 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 370 I tas-6 ta' Novembru 2020 )
Fil-paġni 12 u 13, fl-Anness (li jemenda l-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK), fit-tabella li tikkonċerna l-lista ta' persuni, fil-ħames kolonna (“Raġunijiet għall-elenkar”), f'kull waħda mill-entrati 50 sa 53
minflok:
“... investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni mnedija mill-oppożizzjoni biex jikkontesta r-riżultat ta’ dik l-elezzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi.”,
aqra:
“... investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u dimostranti paċifiċi.”.
|
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/94 |
Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1648 tas-6 ta’ Novembru 2020 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 370 I tas-6 ta' Novembru 2020 )
Fil-paġni 4 u 5, fl-Anness (li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006), fit-tabella li tikkonċerna l-lista ta' persuni, fil-ħames kolonna (“Raġunijiet għall-elenkar”), f'kull waħda mill-entrati mill 50 sal-53
minflok:
“... investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni mnedija mill-oppożizzjoni biex jikkontesta r-riżultat ta’ dik l-elezzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi.”,
aqra:
“... investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u d-dimostranti paċifiċi.”.