Изберете експерименталните функции, които искате да изпробвате

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 25af0200-018c-11ef-a251-01aa75ed71a1

Консолидиран текст: Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

02014R0600 — MT — 28.03.2024 — 007.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 600/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Mejju 2014

dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 173 12.6.2014, p. 84)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2016/1033 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-23 ta' Ġunju 2016

  L 175

1

30.6.2016

►M2

REGOLAMENT (UE) 2019/2033 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tas-27 ta' Novembru 2019

  L 314

1

5.12.2019

►M3

REGOLAMENT (UE) 2019/2175 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-18 ta’ Diċembru 2019

  L 334

1

27.12.2019

 M4

REGOLAMENT (UE) 2021/23 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tas-16 ta’ Diċembru 2020

  L 22

1

22.1.2021

 M5

REGOLAMENT (UE) 2022/858 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-30 ta’ Mejju 2022

  L 151

1

2.6.2022

►M6

REGOLAMENT (UE) 2023/2869 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-13 ta’ Diċembru 2023

  L 2869

1

20.12.2023

►M7

REGOLAMENT (UE) 2024/791 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-28 ta’ Frar 2024

  L 791

1

8.3.2024


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 270, 15.10.2015, p.  4 (600/2014)

 C2

Rettifika, ĠU L 187, 12.7.2016, p.  30 (600/2014)

►C3

Rettifika, ĠU L 278, 27.10.2017, p.  54 (600/2014)

►C4

Rettifika, ĠU L 020, 24.1.2020, p.  26 (2019/2033)

 C5

Rettifika, ĠU L 405, 2.12.2020, p.  79 (2019/2033)

►C6

Rettifika, ĠU L 131, 5.5.2022, p.  9 (2019/2175)




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 600/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Mejju 2014

dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti unifirmi rigward dawn li ġejjin:

(a) 

divulgazzjoni ta’ dejta tan-negozjar lill-pubbliku;

(b) 

rapportar ta’ tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti;

(c) 

negozjar ta’ derivati f’ċentri organizzati;

(d) 

aċċess nondiskriminatorju għall-ikklerjar u aċċess nondiskriminatorju għan-negozjar f’punti referenzjarji;

(e) 

setgħat ta’ intervent fil-prodott mill-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA u l-EBA u setgħat tal-ESMA fuq il-kontrolli tal-ġestjoni tal-pożizzjonijiet u l-limiti tal-pożizzjonijiet;

(f) 

forniment ta’ servizzi jew attivitajiet ta’ investiment minn ditti minn pajjiż terzi wara deċiżjoni ta’ ekwivalenza applikabbli mill-Kummissjoni b’fergħa jew mingħajrha;

▼M3

(g) 

l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta.

▼B

2.  
Dan ir-Regolament japplika għad-ditti tal-investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) meta jipprovdu servizzi ta’ investiment wieħed jew aktar u/jew meta jwettqu attivitajiet ta’ investimenti u operaturi tas-swieq inkluż kwalunkwe ċentru tan-negozjar li joperaw.

▼M7

3.  
It-Titolu V ta’ dan ir-Regolament japplika wkoll għall-kontropartijiet finanzjarji kollha u għall-kontropartijiet mhux finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont it-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

▼B

4.  
It-Titolu VI ta’ dan ir-Regolament japplika wkoll għal CCPs u l-persuni bi drittijiet propretarji għall-punti ta’ referiment.

▼M2

4a.  
Il- Kapitolu 1 tat-Titolu VII ta’ dan ir-Regolament japplika wkoll għal ditti minn pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi ta’ investiment jew li jwettqu attivitajiet ta' investiment fi ħdan l-Unjoni.

▼B

5.  
It-Titolu VIII ta’ dan ir-Regolament japplika għal ditti ta’ pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi ta’ investiment jew attivitajiet fl-Unjoni b’segwitu għal deċiżjoni tal-ekwivalenza mill-Kummissjoni b’fergħa jew mingħajr fergħa.

▼M1

5a.  
It-Titolu II u t-Titolu III ta' dan ir-Regolament m'għandhomx japplikaw għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

▼M7

5b.  
Is-sistemi multilaterali kollha għandhom joperaw jew f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE li jikkonċerna l-MTFs jew l-OTFs inkella f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu III ta’ dik id-Direttiva li jikkonċerna s-swieq regolati.

L-internalizzaturi sistematiċi għandhom joperaw f’konformità mat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 23 u 28, id-ditti tal-investiment kollha li jikkonkludu tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji li ma jiġux konklużi fuq sistemi multilaterali jew fuq internalizzaturi sistematiċi għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 20 u 21.

▼M7

6.  

L-Artikoli 8, 8a, 8b, 10 u 21 ma għandhomx japplikaw għal swieq regolati, operaturi tas-suq u ditti tal-investiment fir-rigward ta’ tranżazzjoni li fiha jkun daħal membru tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), fejn dak il-membru jkun ta notifika minn qabel lill-kontroparti tiegħu li t-tranżazzjoni hija eżentata, u meta japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-membru tas-SEBĊ ikun membru tal-Eurosistema li jaġixxi taħt il-Kapitolu IV tal-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 24 ta’ dak l-Istatut;

(b) 

il-membru tas-SEBĊ ma jkunx membru tal-Eurosistema u d-dħul fit-tranżazzjoni jsir fit-twettiq ta’ politika monetarja jew tal-kambju, inklużi operazzjonijiet imwettqa biex jinżammu jew jiġu ġestiti riżervi barranin uffiċjali, li dak il-membru tas-SEBĊ ikun ingħata s-setgħa legali li jsegwi; jew

(c) 

id-dħul fit-tranżazzjoni jsir fit-twettiq ta’ politika ta’ stabbiltà finanzjarja li dak il-membru tas-SEBĊ ikun ingħata s-setgħa legali li jsegwi.

7.  
Il-paragrafu 6 ma għandux japplika fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet li fihom ikun daħal membru tas-SEBĊ li ma jkunx membru tal-Eurosistema, fit-twettiq tal-operazzjonijiet ta’ investiment tagħhom.
8.  
L-ESMA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-operazzjonijiet ta’ politika monetarja, tal-kambju u ta’ stabbiltà finanzjarja u t-tipi ta’ tranżazzjonijiet li għalihom japplikaw il-paragrafi 6 u 7 fir-rigward ta’ membri tas-SEBĊ li ma jkunux membri tal-Eurosistema.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Marzu 2026.

Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

9.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 biex testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 6 għal banek ċentrali oħrajn.

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta’ Ġunju 2015, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn jiġi vvalutat it-trattament tat-tranżazzjonijiet minn banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi, li għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu jinkludu l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali. Ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-kompiti statitorji tagħhom u l-volumi ta’ kummerċ tagħhom fl-Unjoni. Ir-rapport għandu:

(a) 

jidentifika dispożizzjonijiet applikabbli fil-pajjiżi terzi rilevanti rigward id-divulgazzjoni regolatorja ta’ tranżazzjonijiet ta’ bank ċentrali, inklużi tranżazzjonijiet magħmula minn membri tas-SEBĊ f’dawk il-pajjiżi terzi, u

(b) 

jevalwaw l-impatt potenzjali li r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni regolatorha fl-Unjoni jista’ jkollhom fuq it-tranżazzjonijiet ta’ bank ċentrali ta’ pajjiż terz.

Jekk ir-rapport jikkonkludi li l-eżenzjoni pprovduta fil-paragrafu 6 mhijiex neċessarja fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fejn il-kontroparti tkun bank ċentrali ta’ pajjiż terz li jkun qed iwettaq politika monetarja, skambju u operazzjonijiet ta’ stabilità finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tipprovdi li dik l-eżenzjoni tapplika għal dak il-bank ċentrali ta’ pajjiż terz.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“ditti tal-investiment” tfisser ditta ta’ investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(2) 

“servizzi u attivitajiet ta’investiment” tfisser servizzi ta’ investiment u attivitajiet definiti fl-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(3) 

“servizzi anċillari” tfisser is-servizzi anċillari kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(3) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(4) 

“eżekuzzjoni tal-ordnijiet f’isem il-klijenti” tfisser eżekuzzjoni f’isem il-klijenti kif definit fl-Artikolu 4(1)(5) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(5) 

“in-negozjar akkont tagħhom infushom” ifisser jitratta fuq kont tiegħu kif definit fl-Artikolu 4(1)(6) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(6) 

“ġeneratur tas-suq” tfisser ġeneratur tas-suq kif definit fl-Artikolu 4(1)(7) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(7) 

“klijent” tfisser klijent kif definit fl-Artikolu 4(1)(9) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(8) 

“klijent professjonali” ifisser klijent professjonali kif definit fl-Artikolu 4(1)(10) tad-Direttiva 2014/65/UE;

▼M7

(8a) 

“suq tal-SMEs li qed jespandi” tfisser suq tal-SMEs li qed jespandi kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (12) tad-Direttiva 2014/65/UE;

▼B

(9) 

“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju kif definit fl-Artikolu 4(1)(15) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(10) 

“operatur tas-suq” tfisser operatur tas-suq kif definit fl-Artikolu 4(1)(18) tad-Direttiva 2014/65/UE;

▼M7

(11) 

“sistema multilaterali” tfisser kwalunkwe sistema jew faċilità li fiha interessi kummerċjali multipli ta’ xiri u bejgħ fl-istrumenti finanzjarji minn partijiet terzi jkunu jistgħu jinteraġixxu;

▼B

(12) 

“internalizzatur sistematiku” ifisser internalizzatur sistematiku kif definit fl-Artikolu 4(1) u (20) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(13) 

“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fl-Artikolu 4(1)(21) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(14) 

“facilità multilaterali tan-negozjar” jew “MTF” tfisser faċilità multilaterali tan-negozjar kif definit fl-Artikolu 4 (1)(22) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(15) 

“faċilità organizzata tan-negozjar” jew “OTF” tfisser faċilità organizzata tan-negozjar kif definit fl-Artikolu 4(1)(23) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(16) 

“ċentru tan-negozjar” tfisser post tal-kummerċ kif definit fl-Artikolu 4(1)(24) tad-Direttiva 2014/65/UE;

▼M7

(16a) 

“entità tal-pubblikazzjoni deżinjata” tfisser ditta tal-investiment responsabbli mill-pubblikazzjoni tat-tranżazzjonijiet permezz ta’ APA, f’konformità mal-Artikolu 20(1) u mal-Artikolu 21(1);

▼M7

(17) 

“suq likwidu” tfisser:

(a) 

għall-finijiet tal-Artikoli 9, 11 u 11a:

(i) 

fir-rigward tal-bonds, suq li fih ikun hemm xerrejja u bejjiegħa lesti u disposti fuq bażi kontinwa, fejn is-suq jiġi vvalutat skont id-daqs tal-ħruġ tal-bond;

(ii) 

fir-rigward ta’ strument finanzjarju jew klassi ta’ strument finanzjarju għajr dawk imsemmija fil-punt (i), suq li fih ikun hemm xerrejja u bejjiegħa lesti u disposti fuq bażi kontinwa, fejn is-suq jiġi vvalutat f’konformità mal-kriterji li ġejjin, filwaqt li jitqiesu l-istrutturi speċifiċi tas-suq tal-istrument finanzjarju partikolari jew tal-klassi partikolari ta’ strumenti finanzjarju:

— 
il-frekwenza u d-daqs medji ta’ tranżazzjonijiet fuq firxa ta’ kundizzjonijiet tas-suq, filwaqt li jitqiesu n-natura u ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti fi ħdan il-klassi ta’ strument finanzjarju,
— 
in-numru u t-tip ta’ parteċipanti tas-suq, inkluż il-proporzjon ta’ parteċipanti fis-suq mal-istrumenti finanzjarji nnegozjati fi prodott partikolari,
— 
id-daqs medju tal-firxiet, meta disponibbli,
— 
id-daqs tal-ħruġ, meta xieraq;
(b) 

għall-finijiet tal-Artikoli 4, 5 u 14, suq għal strument finanzjarju li jiġi nnegozjat kuljum, fejn is-suq jiġi vvalutat skont il-kriterji li ġejjin:

(i) 

il-kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ dak l-istrument finanzjarju;

(ii) 

l-għadd medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet f’dak l-istrument finanzjarju;

(iii) 

il-fatturat medju ta’ kuljum għal dak l-istrumenti finanzjarju;

▼M3

(18) 

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u, għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta, l-ESMA, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-mekkaniżmi ta’ rapportar approvati (ARMs, approved reporting mechanisms) u l-arranġamenti ta’ pubblikazzjoni approvati (APAs, approved publication arrangements) b’deroga skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;

▼B

(19) 

“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill ( 3 );

(20) 

“fergħa” tfisser fergħa kif definita fl-Artikolu 4(1)(30) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(21) 

“rabtiet mill-qrib” tfisser rabtiet mill-qrib kif definiti fl-Artikolu 4(1)(35) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(22) 

“korp maniġerjali” tfisser korp maniġerjali kif definit fl-Artikolu 4(1)(36) tad-Direttiva 2014/65/UE;

▼M3

(22a) 

“maniġment superjuri” tfisser maniġment superjuri kif definita fil-punt (37) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

▼B

(23) 

“depożitu strutturat” tfisser depożitu strutturat kif definit fl-Artikolu 4(1)(43) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(24) 

“titoli trasferibbli” tfisser titoli trasferibbli kif definiti fl-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(25) 

“ċertifikati ta’ depożitu” tfisser l-irċevuti depożitarji kif definit fl-Artikolu 4(1)(45) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(26) 

“fond innegozjat bi skambju” jew “ETF” tfisser fond innegozjat fil-boroż kif definit fl-Artikolu 4(1)(46) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(27) 

“ċertifikati” tfisser dawk it-titoli li huma negozjabbli fis-suq kapitali u li fil-każ ta’ ħlas lura ta’ investiment mill-emittent huma kklassifikati fuq ishma iżda taħt strumenti tal-bonds mhux garantiti u strumenti simili oħra;

(28) 

“prodotti strutturati ta’ finanzjar” tfisser dawk it-titoli maħluqa sabiex jittitolizzaw u jittrasferixxu r-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ pula ta’ assi finanzjarji li jintitolaw lid-detentur tat-titoli biex jirċievi ħlasijiet regolari li jiddependu fuq il-fluss tal-flus mill-assi sottostanti;

(29) 

“derivati” tfisser dawk l-istrumenti finanzjarji definiti fil-punt (44)(c) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, u msemmija fl-Anness I, Taqsima C (4) sa (10) tagħha;

(30) 

“derivati ta’ komoditajiet” tfisser dawk l-istrumenti finanzjarji definiti fil-punt (44)(c) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE relatati ma’ komodità jew sottostanti msemmija fit-Taqsima C(10) tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, jew fil-punti (5), (6), (7) u (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tagħha;

(31) 

“CCP” tfisser CCP fis-sens tal-punt (1) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(32) 

“derivat negozjat fil-borża” tfisser derivat negozjat f’suq regolat jew f’suq ta’ pajjiż terz meqjus bħala ekwivalenti għal suq regolat b’konformità mal-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament, u li għaldaqstant ma jaqax fid-definizzjoni ta’ derivat OTC kif definit fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

▼M7

(32a) 

“derivattiv OTC” tfisser derivattiv OTC kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 7, tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

▼B

(33) 

“indikazzjoni azzjonabbli tal-interess” tfisser messaġġ minn membru jew parteċipant għal ieħor fi ħdan sistema ta’ negozjar fir-rigward ta’ interess ta’ negozjar disponibbli li fih l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex isir ftehim fuq negozjar;

▼M3

(34) 

“arranġament ta’ pubblikazzjoni approvat” jew “APA” tfisser persuna awtorizzata taħt dan ir-Regolament sabiex tipprovdi s-servizz ta’ pubblikazzjoni ta’ rapporti kummerċjali f’isem ditti ta’ investiment skont l-Artikoli 20 u 21;

▼M7

(35) 

“fornitur ta’ tape konsolidat” jew “CTP” tfisser persuna awtorizzata f’konformità mat-Titolu IVa, il-Kapitolu 1, ta’ dan ir-Regolament biex tipprovdi s-servizz tal-ġbir ta’ data mingħand ċentri ta’ negozjar u APAs, u tikkonsolida dik id-data f’xandir elettroniku kontinwu live tad-data li jipprovdi data ewlenija tas-suq u data regolatorja;

▼M3

(36) 

“mekkaniżmu ta’ rapportar approvat” jew “ARM” tfisser persuna awtorizzata taħt dan ir-Regolament sabiex tipprovdi s-servizz ta’ rapportar ta’ dettalji ta’ tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-ESMA f’isem ditti ta’ investiment;

▼M3

(36a) 

“fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta” tfisser persuna msemmija fil-punti (34) sa (36) u persuna msemmija fl-Artikolu 27b(2);

▼M7

(36b) 

data ewlenija tas-suq” tfisser:

(a) 

id-data kollha li ġejja dwar sehem jew ETF partikolari fi kwalunkwe kronogramma partikolari:

(i) 

għal reġistri tal-ordnijiet kontinwi, l-aħjar talba u offerta Ewropea bil-volum korrispondenti;

(ii) 

għas-sistemi ta’ negozjar b’irkant, il-prezz li bih l-algoritmu tan-negozjar ikun issodisfat l-aħjar u l-volum potenzjalment eżegwit b’dak il-prezz mill-parteċipanti f’dik is-sistema;

(iii) 

il-prezz tat-tranżazzjoni u l-volum eżegwit b’dak il-prezz;

(iv) 

għal tranżazzjonijiet, it-tip ta’ sistema ta’ negozjar u l-eżenzjonijiet u d-differimenti applikabbli;

(v) 

għajr għall-informazzjoni msemmija fil-punti (i) u (ii), il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tas-suq li jidentifika b’mod uniku ċ-ċentru ta’ negozjar u, għal ċentri oħra ta’ eżekuzzjoni, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni li jidentifika t-tip ta’ċentru tal-eżekuzzjoni;

(vi) 

l-identifikatur tal-istrument standardizzat li japplika fiċ-ċentri tal-eżekuzzjoni kollha;

(vii) 

l-informazzjoni dwar il-kronogramma dwar li ġej, kif applikabbli:

— 
l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni u kwalunkwe emenda għaliha,
— 
id-dħul tal-aħjar talbiet u offerti fir-reġistru tal-ordnijiet,
— 
l-indikazzjoni, f’sistema ta’ negozjar b’irkant, tal-prezzijiet jew tal-volumi,
— 
il-pubblikazzjoni miċ-ċentri ta’ negozjar tal-elementi elenkati fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet inċiżi,
— 
it-tixrid tad-data tas-suq ewlenija;
(b) 

id-data kollha li ġejja dwar bond jew derivattiv OTC partikolari fi kwalunkwe kronogramma partikolari:

(i) 

il-prezz tat-tranżazzjoni u l-kwantità jew id-daqs eżegwiti b’dak il-prezz;

(ii) 

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tas-suq li jidentifika b’mod uniku ċ-ċentru ta’ negozjar u, għal ċentri ta’ eżekuzzjoni oħrajn, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni li jidentifika t-tip ta’ ċentru tal-eżekuzzjoni;

(iii) 

għall-bonds, l-identifikatur tal-istrument standardizzat li japplika għaċ-ċentri tal-eżekuzzjoni kollha;

(iv) 

għad-derivattivi OTC, id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 27(1), it-tieni subparagrafu;

(v) 

l-informazzjoni dwar il-kronogramma dwar dan li ġej:

— 
l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni u kwalunkwe emenda għaliha,
— 
il-pubblikazzjoni tat-tranżazzjoni miċ-ċentri ta’ negozjar,
— 
it-tixrid tad-data ewlenija tas-suq;
(vi) 

it-tip ta’ sistema ta’ negozjar u l-eżenzjonijiet u d-differimenti applikabbli;

(36c) 

data regolatorja” tfisser data relatata mal-istatus tas-sistemi li jqabblu l-ordnijiet fl-istrumenti finanzjarji u data relatata mal-istatus tan-negozjar ta’ strumenti finanzjarji individwali;

▼B

(37) 

“Stat Membru tad-domiċilju” tfisser Stat Membru tad-domiċilju kif definit fl-Artikolu 4(1)(55) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(38) 

“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru ospitanti kif definit fl-Artikolu 4(1)(56) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(39) 

“punt ta’ referenza” tfisser kwalunkwe rata, indiċi jew figura, disponibbli għall- pubbliku jew ippubblikati li huwa perjodikament jew regolarment determinata mill- applikazzjoni ta’ formula għal, jew fuq il- bażi tal-valur ta’ wieħed jew aktar sottostanti assi jew prezzijiet, inklużi prezzijiet stimati, rati attwali jew stmati ta’ imgħax jew valuri oħra, jew stħarriġ u li b’referenza għalihom tiġi determinata l-ammont pagabbli skont strument finanzjarju jew il-valur ta’ strument finanzjarju.

(40) 

“arranġament tal-interoperabilità” tfisser arranġament tal-interoperabilità kif definiti fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(41) 

“istituzzjoni finanzjarja” pajjiż terz’ tfisser entità, l-uffiċċju prinċipali tagħhom hija stabbilita f’pajjiż terz, li hija awtorizzata jew liċenzjata taħt il- liġi ta’ dak il-pajjiż terz biex iwettaq kwalunkwe mis-servizzi jew l-attivitajiet elenkati fid-Direttiva 2013/36/UE, id-Direttiva2014/65/UE, id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) jew id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill ( 7 );

(42) 

“ditta ta’ pajjiż terz” tfisser ditta ta’ pajjiż terz kif definit fl -Artikolu 4(1)(57) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(43) 

“prodott tal-enerġija bl-ingrossa” tfisser prodotti tal-enerġija bl-ingrossa kif definit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill ( 8 );

(44) 

“derivattivi tal-komoditajiet agrikoli” tfisser kuntratti derivattivi relatati ma’ prodotti elenkati fl-Artikolu 1 ta’, u l-Anness I, Partijiet I sa XX u XXIV/1, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );

(45) 

“frammentazzjoni tal-likwidità” tfisser sitwazzjoni li fiha:

(a) 

parteċipanti f’ċentru tan-negozju ma jkunux jistgħu jikkonkludu tranżazzjoni ma’ parteċipant wieħed jew iżjed f’dak iċ-ċentru minħabba n-nuqqas ta’ arranġamenti tal-ikklerjar li jkollhom aċċess għalihom il-parteċipant kollha; jew

(b) 

membru tal-ikklerjar jew il-klijenti tiegħu jkunu mġiegħla jżommu l-pożizzjonijiet tagħhom fi strument finanzjarju f’iktar minn CCP waħda u dan ikun jillimita l-potenzjal għan-netting ta’ skoperturi finanzjarji

(46) 

“dejn sovran” tfisser dejn sovran kif definit fl-Artikolu 4(1)(61) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(47) 

“kompressjoni tal-portafoll” tfisser servizz ta’ tnaqqis ta’ riskju fejn żewġ kontopartijiet jew iktar jitterminaw totalment jew parzjalment uħud mid-derivati jew id-derivati kollha ppreżentati minn dawk il-kontropartijiet għal inklużjoni fil-kompressjoni tal-portafoll u jissostitwixxu d-derivati tterminati b’derivat ieħor li l-valur nozzjonali kkombinat tiegħu jkun inqas mill-valur nozzjonali kkombinat tad-derivati tterminati;

▼M1

(48) 

“skambju ma' prodott bażiku” tfisser tranżazzjoni f'kuntratt tad-derivattivi jew strument finanzjarju ieħor li tiddependi fuq l-eżekuzzjoni simultanja ta' kwantità ekwivalenti ta' ass fiżiku sottostanti;

(49) 

“ordni f'pakkett” tfisser ordni pprezzata bħala unità waħda:

(a) 

għall-iskop tal-eżekuzzjoni ta' skambju ma' prodott bażiku; jew

(b) 

f'żewġ strumenti finanzjarji jew aktar għall-iskop tal-eżekuzzjoni ta' transazzjoni f'pakkett;

(50) 

“transazzjoni f'pakkett” tfisser:

(a) 

skambju ma' prodott bażiku; jew

(b) 

transazzjoni li tinvolvi l-eżekuzzjoni ta' żewġ transazzjonijiet komponenti jew aktar fi strumenti finanzjarji u li tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(i) 

it-transazzjoni tiġi eżegwita bejn żewġ kontropartijiet jew aktar;

(ii) 

kull komponent tat-transazzjoni ekonomika ġġorr riskju ekonomiku jew finanzjarju relatat mal-komponenti l-oħra kollha;

(iii) 

l-eżekuzzjoni ta' kull komponent tkun simultanja u tiddependi mill-eżekuzzjoni tal-komponenti l-oħra kollha.

▼B

2.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 li j jispeċifikaw ċerti elementi tekniċi tad-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 biex taġġusthom għall-iżviluppi tas-suq;

▼M3

3.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50, li jispeċifikaw il-kriterji biex jiġu identifikati dawk l-ARMs u l-APAs li, b’deroga minn dan ir-Regolament minħabba r-rilevanza limitata tagħhom għas-suq intern, huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Meta tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tqis wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin:

(a) 

il-limitu sa fejn is-servizzi huma pprovduti lil ditti tal-investiment awtorizzati fi Stat Membru wieħed biss;

(b) 

in-numru ta’ rapporti jew tranżazzjonijiet kummerċjali;

(c) 

jekk l-ARM jew l-APA jagħmilx parti minn grupp ta’ parteċipanti fis-swieq finanzjarji li joperaw b’mod transfruntier.

Fejn entità tkun taħt superviżjoni mill-ESMA għal kwalunkwe servizz provdut fil-kapaċità tagħha bħala fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta taħt dan ir-Regolament, l-ebda waħda mill-attivitajiet tagħha bħala ARM jew APA ma għandha tiġi eskluża mis-superviżjoni tal-ESMA taħt kwalunkwe att delegat adottat skont dan il-paragrafu.

▼B

TITOLU II

TRASPARENZA GĦAĊ-ĊENTRI TAN-NEGOZJAR

KAPITOLU 1

Trasparenza għas-strumenti ta’ ekwità

Artikolu 3

Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għaċ-ċentri ta’ negozjar fir-rigward tal-ishma, l-irċevuti ta’ depożiti, ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra

1.  
L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw il-prezzijiet attwali tal-offerti u l-intensità tal-interessi għan-negozjar b’dawk il-prezzijiet li huma reklamati permezz tas-sistemi tagħhom għall-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra negozjati f’ċentru tan-negozjar. Dak ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għall-indikazzjoni azzjonabbli tal-interessi. L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħmlu dik l-disponibbli għall-pubbliku fuq bażi kontinwa matul is-sigħat normali ta’ negozjar.
2.  
Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu kkalibrati għal tipi differenti ta’ sistemi ta’ negozjar inklużi s-sistemi tar-reġistru tal-ordnijiet, dawk immotivati mill-kwotazzjonijiet, dawk ibridi u s-sistemi ta’ nnegozjar b’irkanti perjodiċi.
3.  
L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħtu aċċess, b’termini kummerċjali raġonevoli u fuq bażi nondiskriminatorja, għall-arranġamenti li jużaw sabiex irendu pubblika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lid-ditti tal-investiment li huma obbligati jippubblikaw il-kwotazzjonijiet tagħhom f’ishma, l-irċevuti ta’ depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra skont l-Artikolu 14.

Artikolu 4

Eżenzjonijiet għall-istrumenti tal-ekwità

1.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw lill-operaturi tas-suq u lid-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar mill-obbligu li jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) għal:

(a) 

sistemi ta’ tqabbil tal-ordnijiet ibbażati fuq metodoloġija ta’ negozjar li bihom il-prezz tal-istrument finanzjarju msemmi fl-Artikolu 3(1) jiġi dderivat miċ-ċentru tan-negozjar fejn dak l-istrument finanzjarju kien għall-ewwel darba ammess għan-negozjar jew l-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità, fejn dak il-prezz referenzjarju huwa ppubblikat fil-wisa’ u huwa meqjus mill-parteċipanti tas-suq bħala prezz referenzjarju affidabbli. L-użu kontinwu ta’ dik l-eżenzjoni għandu jkun suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5.

(b) 

sistemi li jifformalizzaw tranżazzjonijiet negozjati li:

▼M7

(i) 

isiru fil-firxa attwali pponderata mal-volum riflessa fuq ir-reġistru tal-ordnijiet jew fil-kwotazzjonijiet tal-ġeneraturi tas-suq taċ-ċentru ta’ negozjar li jopera dik is-sistema;

▼B

(ii) 

ikunu f’ishma, irċevuti tad-depożitu, ETF, ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħra illikwidi li ma jaqgħux fit-tifsira ta’ suq likwidu, u li jkunu nnegozjati f’perċentwal ta’ prezz referenzjarju adegwat, liema perċentwal u prezz referenzjarju huma ddeterminati minn qabel mill-operatur tas-sistema; jew

(iii) 

huma soġġetti għal kondizzjonijiet barra minn dak tal-prezz tas-suq attwali ta’ dak l-istrument finanzjarju;

(c) 

ordnijiet ta’ skala kbira meta pparagunati mad-daqs normali tas-suq;

(d) 

ordnijiet miżmuma f’faċilità tal-ġestjoni tal-ordnijiet taċ-ċentru tan-negozjar sakemm jiġu ddivulgati.

2.  

Il-prezz referenzjarju msemmi fil-paragrafu 1(a) għandu jiġi stabbilit billi jinkiseb:

(a) 

il-punt medju tal-prezzijiet attwali tal-offerti tal-bejgħ u x-xiri taċ-ċentru tan-negozjar fejn dak l-istrument finanzjarju kien għall-ewwel darba ammess għan-negozjar jew l-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità; jew

(b) 

meta l-prezz imsemmi fil-punt (a) ma jkunx disponibbli, il-prezz tal-ftuħ u/jew tal-għeluq tas-sessjoni relevanti tan-negozjar.

L-ordnijiet għandhom jirreferu biss għall-prezz imsemmi fil-punt (b) barra l-fażi kontinwa ta’ nnegozjar tas-sessjoni relevanti ta’ negozju.

3.  

Meta ċ-ċentri tan-negozjar joperaw sistemi li jifformalizzaw it-tranżazzjonijiet negozjati skont il-paragrafu 1(b)(i):

(a) 

dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jitwettqu skont ir-regoli taċ-ċentru tan-negozjar;

(b) 

iċ-ċentru tan-negozjar għandu jiżgura li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti, sistemi u proċeduri biex jipprevjenu jew jidentifikaw abbuż tas-suq jew tentattiv ta’ abbuż tas-suq fir-rigward ta’ tali tranżazzjonijiet negozjati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014;

(c) 

iċ-ċentru tan-negozjar għandu jistabbilixxi, imantni u jimplimenta sistemi biex jinduna b’kull tentattiv li l-eżenzjoni tintuża biex jiġu evitati rekwiżiti oħrajn ta’ dan ir-Regolament jew Direttiva 2014/65/UE u li jirrapporta dawn it-tentattivi lill-awtorità kompetenti.

Meta awtorità kompetneti tagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 1(b)(i) jew (iii), dik l-awtorità kompetenti għandha timmoniterja l-użu tal-eżenzjoni miċ-ċentru tan-ngeozjar biex tiżgura li l-kundizzjonijiet għall-użu ta’ din l-eżenzjoni jkunu rispettati.

4.  
Qabel ma tingħata eżenzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn dwar l-użu maħsub ta’ kull eżenzjoni individwali u jipprovdu spjegazzjoni rigward il-funzjonament tagħha, inkluż id-dettalji tas-suq regolat fejn il-prezz ta’ referenza huwa stabbilit kif imsemmi fil-paragrafu 1(a). In-notifika tal-intenzjoni li tingħata eżenzjoni għandha ssir mhux inqas minn erba’ xhur qabel id-data maħsuba biex tidħol fis-seħħ l-eżenzjoni. Fi żmien xahrejn wara r-riċevuta tan-notifika, l-ESMA għandha toħroġ opinjoni mhux vinkolanti għall-awtorità kompetenti inkwistjoni li fiha tivvaluta l-kompatibbiltà ta’ kull eżenzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u speċifikati fl-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 6. Fejn l-awtorità kompetenti tagħti eżenzjoni u awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx, dik l-Awtorità kompetenti tista’ tirreferi l-kwistjoni lura lill-ESMA, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u għandha tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar kif jiġu applikati fil-prattika.
5.  
Awtorità kompetenti tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba minn awtorità kompetenti oħra, tirtira eżenzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1, kif speċifikat taħt il-paragrafu 6, jekk tosserva li l-eżenzjoni qed tintuża b’mod li jiddevja mill-għan oriġinali tagħha jew jekk temmen li l-eżenzjoni qed tintuża sabiex jiġu evitati r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti oħra b’tali rtirar waqt li jagħtu raġunijiet sħaħ għad-deċiżjoni tagħhom.

6.  

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw dan li ġej:

▼M7

(a) 

id-dettalji tad-data ta’ qabel in-negozjar, il-firxa tal-prezzijiet tat-talbiet u tal-offerti jew tal-kwotazzjonijiet tal-ġeneraturi tas-suq deżinjati, u l-intensità tal-interess kummerċjali b’dawk il-prezzijiet, li għandhom jiġu ppubblikati għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 3(1), filwaqt li titqies il-kalibrazzjoni meħtieġa għat-tipi differenti ta’ sistemi ta’ negozjar kif imsemmi fl-Artikolu 3(2);

▼B

(b) 

l-aktar suq rilevanti f’termini tal-likwidità ta’ strument finanzjarju skont il-paragrafu 1(a);

(c) 

il-karatteristiċi speċifiċi ta’ tranżazzjoni negozjata fir-rigward tal-modi differenti li l-membru jew il-parteċipant ta’ ċentru tan-negozjar jista’ jesegwixxi tali tranżazzjoni;

(d) 

it-tranżazzjonijiet negozjati li ma jikkontribwixxux għall-formazzjoni tal-prezzijiet u li jagħmlu użu mill-eżenzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1(b)(iii);

(e) 

id-daqs tal-ordnijiet li huma ta’ skala kbira u t-tip u d-daqs minimu tal-ordnijiet miżmuma f’faċilità ta’ ġestjoni tal-ordnijiet ta’ ċentru tan-negozjar sakemm jiġu ddivulgati, li għalihom tista’ ssir eżenzjoni minn divulgazzjoni ta’ qabel in-negozjar skont il-paragrafu 1 għal kull klassi ta’ strument finanzjarju konċernat;

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.  
L-eżenzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 29(2) u l-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2004/39/KE u l-Artikoli 18, 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 1287/2006 qabel it- ►M1  3 ta' Jannar 2018 ◄ għandhom jiġu analizzati mill-ESMA sat- ►M1  3 ta' Jannar 2020 ◄ . L-ESMA għandha toħriġ opinjoni għall-awtorità kompetenti inkwistjoni li fiha tivvaluta l-kompatibbiltà kontinwata ta’ kull waħda minn dawn l-eżenzjonijiet mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u kwalunkwe att delegat u standard tekniku regolatorju bbażat fuq dan ir-Regolament.

Artikolu 5

▼M7

Limitazzjoni tal-volum

1.  
Iċ-ċentri ta’ negozjar għandhom jissospendu l-użu tagħhom tal-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), fejn il-perċentwal tan-negozjar fi strument finanzjarju fl-Unjoni mwettaq skont dik l-eżenzjoni jaqbeż 7 % tal-volum totali tan-negozjar f’dak l-istrument finanzjarju fl-Unjoni. Iċ-ċentri ta’ negozjar għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom li jissospendu l-użu ta’ dik l-eżenzjoni fuq id-data ppubblikata mill-ESMA f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, u għandhom jieħdu tali deċiżjoni fi żmien jumejn ta’ xogħol mill-pubblikazzjoni ta’ dik id-data u għal perjodu ta’ tliet xhur.

▼M7 —————

▼M7

4.  
L-ESMA għandha tippubblika fi żmien sebat ijiem ta’ xogħol minn tmiem Marzu, Ġunju, Settembru u Diċembru ta’ kull sena kalendarja l-volum totali tan-negozjar fl-Unjoni għal kull strument finanzjarju fit-12-il xahar preċedenti, il-perċentwali tan-negozjar f’kull strument finanzjarju mwettaq madwar l-Unjoni taħt l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), u l-metodoloġija li tintuża biex jiġu dderivati dawk il-perċentwali tan-negozjar f’kull strument finanzjarju.

▼M7 —————

▼M7

7.  
Sabiex tiġi żgurata bażi affidabbli għall-monitoraġġ tan-negozjar li jseħħ taħt l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), u sabiex jiġi ddeterminat jekk ikunx inqabeż il-limitu msemmi fil-paragrafu 1, l-operaturi taċ-ċentri ta’ negozjar għandu jkollhom stabbiliti sistemi u proċeduri li jippermettu l-identifikazzjoni tan-negozji kollha li jkunu seħħew fiċ-ċentru tagħhom taħt dik l-eżenzjoni.
8.  
Il-perjodu għall-pubblikazzjoni tad-data dwar in-negozjar mill-ESMA, u li matulu n-negozju fi strument finanzjarju taħt dik l-eżenzjoni għandu jiġi mmonitorjat, għandu jibda fid-29 ta’ Settembru 2025.
9.  
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodu, inkluż l-immarkar tat-tranżazzjonijiet, li abbażi tiegħu tiġbor, tikkalkula u tippubblika d-data dwar it-tranżazzjonijiet, kif indikat fl-Artikolu 4, sabiex tipprovdi kejl preċiż tal-volum totali tan-negozjar għal kull strument finanzjarju u l-perċentwali tan-negozjar li jużaw dik l-eżenzjoni madwar l-Unjoni.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Marzu 2025.

Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

10.  
Sad-29 ta’ Settembru 2027, u kull sentejn wara, l-ESMA għandha tissottometti lill-Kummissjoni rapport li jivvaluta l-limitu tal-limitazzjoni tal-volum stabbilit fil-paragrafu 1, filwaqt li jqis l-istabbiltà finanzjarja, l-aħjar prattiki internazzjonali, il-kompetittività tad-ditti tal-Unjoni, is-sinifikat tal-impatt fuq is-suq kif ukoll l-effiċjenza tal-formazzjoni tal-prezzijiet.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 biex temenda dan ir-Regolament billi taġġusta l-limitu tal-limitazzjoni tal-volum stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Għall-finijiet ta’ dan is-subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rapport mill-ESMA msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-iżviluppi internazzjonali u l-istandards maqbula fil-livell tal-Unjoni jew f’dak internazzjonali.

▼B

Artikolu 6

Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar għal ċentri tan-negozjar fir-rigward ta’ ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra

1.  
L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw il-prezz, il-volum u l-ħin tat-tranżazzjonijiet imwettqa fir-rigward tal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra negozjati f’ċentru tan-negozjar. L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet kollha bħal dawn fl-iktar ħin viċin għall-ħin reali teknikament possibbli.
2.  
L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħtu aċċess, b’termini kummerċjali raġonevoli u fuq bażi nondiskriminatorja, għall-arranġamenti li jużaw sabiex irendu pubblika l-informazzjoni skont l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu lid-ditti tal-investiment li huma obbligati jippubblikaw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet tagħhom f’ishma, l-irċevuti ta’ depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra skont l-Artikolu 20.

Artikolu 7

Awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni differita

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw lill-operaturi tas-suq u lid-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar biex jipprovdu pubblikazzjoni differita tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet abbażi tat-tip jew id-daqs tagħhom.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet li huma ta’ daqs kbir meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għal dak is-sehem, l-irċevuta tad-depożitu, l-ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor jew dik il-klassi tas-sehem, tal-irċevuta tad-depożitu, tal-ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor.

L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jiksbu l-approvazzjoni minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti tal-arranġamenti proposti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita, u għandhom jiddivulgaw b’mod ċar dawk l-arranġamenti lill-parteċipanti tas-suq u lill-pubbliku. L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dawk l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita u għandha tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar jiġu applikati fil-prattika.

Fejn l-awtorità kompetenti tawtorizza pubblikazzjoni differita u awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx mad-differiment jew mal-applikazzjoni effettiva tal-awtorizzazzjoni mogħtija, dik l-awtorità kompetenti tista’ tirreferi l-kwestjoni lura lill-ESMA, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.  

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika dan li ġej b’mod li jippermetti l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 64 tad-Direttiva 2014/65/UE:

(a) 

id-dettalji ta’ tranżazzjonijiet li ditti tal-investiment, inkluż l-internalizzaturi sistematiċi u l-operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat f’konformità mal-paragrafu 6(1), inklużi identifikaturi għat-tipi differenti ta’ tranżazzjonijiet ippubblikati taħt l-Artikoli 6(1) u 20, li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi marbuta primarjament mal-valutazzjoni tal-istrumenti u dawk determinati minn fatturi oħra;

(b) 

il-limitu taż-żmien li jkun determinat f’konformità mal-obbligu tal-pubblikazzjoni qrib il-ħin reali kemm jista’ jkun, inkluż meta n-negozjar jitwettaq barra l-ħinijiet ordinarji tan-negozju.

(c) 

il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ ditti tal-investimenti inklużi internalizzaturi sistematiċi u operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar biex jipprovdu pubblikazzjoni differita tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet għal kull klassi ta’ strumenti finanzjarji kkonċernata f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 20(1);

(d) 

il-kriterji li jridu jiġu applikati meta jiġu deċiżi t-tranżazzjonijiet li għalihom, minħabba d-daqs tagħhom jew it-tip, inkluż il-profil tal-likwidità, tas-sehem, irċevuta tad-depożitu, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor involut, il-pubblikazzjoni differita hija permessa għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU 2

Trasparenza għas-strumenti mhux tal- ekwità

Artikolu 8

▼M7

Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għal ċentri ta’ negozjar fir-rigward ta’ bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar u kwoti tal-emissjonijiet

1.  
Meta japplikaw reġistru ċentrali tal-ordnijiet b’limitu jew sistema ta’ negozjar b’irkant perjodiku, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar għandhom jippubblikaw il-prezzijiet attwali tat-talbiet u tal-offerti u l-intensità tal-interessi kummerċjali b’dawk il-prezzijiet li jkunu rreklamati permezz tas-sistemi tagħhom fir-rigward ta’ bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar u kwoti tal-emissjonijiet. Dawk l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq bażi kontinwa matul is-sigħat normali ta’ negozjar.
2.  
Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkalibrati għal tipi differenti ta’ sistemi ta’ negozjar.

▼M7 —————

▼M7

Artikolu 8a

Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għaċ-ċentri ta’ negozjar fir-rigward tad-derivattivi

1.  
Meta japplikaw reġistru ċentrali tal-ordnijiet b’limitu jew sistema ta’ negozjar b’irkant perjodiku, l-operaturi tas-suq li joperaw suq regolat għandhom jippubblikaw il-prezzijiet attwali tat-talbiet u tal-offerti u l-intensità tal-interessi kummerċjali b’dawk il-prezzijiet li jkunu rreklamati permezz tas-sistemi tagħhom fir-rigward ta’ derivattivi nnegozjati fil-borża. Dawk l-operaturi tas-suq għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq bażi kontinwa matul is-sigħat normali ta’ negozjar.
2.  

Meta japplikaw reġistru ċentrali tal-ordnijiet b’limitu jew sistema ta’ negozjar b’irkant perjodiku, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw MTF jew OTF għandhom jippubblikaw il-prezzijiet attwali tat-talbiet u tal-offerti u l-intensità tal-interessi kummerċjali b’dawk il-prezzijiet li jkunu rreklamati permezz tas-sistemi tagħhom fir-rigward tad-derivattivi OTC li jkunu ddenominati f’euro, f’yen Ġappuniżi, f’dollari Amerikani jew f’liri sterlini u li:

(a) 

ikunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont it-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jiġu kklerjati ċentralment, u, fir-rigward tad-derivattivi bbażati fuq rati tal-imgħax, ikollhom terminu kuntrattwalment maqbul ta’ sena, sentejn, tliet snin, ħames snin, seba’ snin, għaxar snin, 12-il sena, 15-il sena, 20, 25 jew 30 sena;

(b) 

ikunu swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu taħt isem wieħed li jirreferenzjaw bank globali sistemikament importanti u li jiġu kklerjati ċentralment; jew

(c) 

ikunu swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu li jirreferenzjaw indiċi li jinkludi banek globali sistemikament importanti u li jiġu kklerjati ċentralment.

Dawk l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq bażi kontinwa matul is-sigħat normali ta’ negozjar.

3.  
Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu kkalibrati għal tipi differenti ta’ sistemi ta’ negozjar.
4.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 biex temenda l-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tad-derivattivi OTC soġġetti għar-rekwiżiti ta’ trasparenza stipulati f’dak is-subparagrafu fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq.

Artikolu 8b

Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għaċ-ċentri ta’ negozjar fir-rigward ta’ ordnijiet f’pakkett

1.  
Meta japplikaw reġistru ċentrali tal-ordnijiet b’limitu jew sistema ta’ negozjar b’irkant perjodiku, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar għandhom jippubblikaw il-prezzijiet attwali tat-talbiet u tal-offerti u l-intensità tal-interessi kummerċjali b’dawk il-prezzijiet li jkunu rreklamati permezz tas-sistemi tagħhom fir-rigward ta’ ordnijiet f’pakkett magħmul minn bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar, kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi. Dawk l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq bażi kontinwa matul is-sigħat normali ta’ negozjar.
2.  
Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkalibrati għal tipi differenti ta’ sistemi ta’ negozjar.

▼B

Artikolu 9

▼M7

Eżenzjonijiet għal bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar, kwoti tal-emissjonijiet, derivattivi u ordnijiet f’pakkett

▼B

1.  

►M7  L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw lill-operaturi tas-suq u lid-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar mill-obbligu li jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1), l-Artikolu 8a(1) u (2) u l-Artikolu 8b(1) għal: ◄

(a) 

ordnijiet ta’ skala kbira meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq u ordnijiet miżmuma f’faċilità tal-ġestjoni tal-ordnijiet ta’ ċentru tan-negozjar sakemm jiġu ddivulgati;

▼M7 —————

▼M7

(c) 

derivattivi OTC li ma jkunux soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar kif imsemmi fl-Artikolu 28 u li għalihom ma hemmx suq likwidu, u strumenti finanzjarji oħra li għalihom ma hemmx suq likwidu;

▼M1

(d) 

ordnijiet għall-iskop ta' skambju ma' prodott bażiku;

(e) 

ordnijiet f'pakkett li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

tal-inqas wieħed mill-komponenti tiegħu jkun strument finanzjarju li għalih ma jkunx hemm suq likwidu, ħlief jekk ikun hemm suq likwidu għall-ordni f'pakkett kollha kemm hi;

(ii) 

tal-inqas wieħed mill-komponenti tiegħu jkun fuq skala kbira meta mqabbel mad-daqs normali tas-suq, ħlief jekk ikun hemm suq likwidu għall-ordni f'pakkett kollha kemm hi.

▼M7 —————

▼B

2.  
Qabel ma tingħata eżenzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn dwar l-użu maħsub ta’ kull eżenzjoni individwali u jipprovdu spjegazzjoni rigward il-funzjonament tagħha. In-notifika tal-intenzjoni li tingħata eżenzjoni għandha ssir mhux inqas minn erba’ xhur qabel id-data maħsuba biex tidħol fis-seħħ l-eżenzjoni. Fi żmien xahrejn wara r-riċevuta tan-notifika, l-ESMA għandha toħroġ opinjoni għall-awtorità kompetenti inkwistjoni li fiha tivvaluta l-kompatibbiltà tal-eżenzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u speċifikati fl-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 5. Fejn l-awtorità kompetenti tagħti eżenzjoni u awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx, dik l-Awtorità kompetenti tista’ tirreferi l-kwistjoni lura lill-ESMA, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar kif jiġu applikati fil-prattika.

▼M7

2a.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw mill-obbligu msemmi fl-Artikolu 8b(1) kull komponent individwali ta’ ordni f’pakkett.

▼B

3.  
►M7  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, jew fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba minn awtoritajiet kompetenti oħra jew mill-ESMA, jirtiraw eżenzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 jekk huma josservaw li l-eżenzjoni tkun qed tintuża b’tali mod li jiddevja mill-fini oriġinali tagħha jew jekk iqisu li l-eżenzjoni tkun qed tintuża biex jiġu evitati r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu. ◄

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti oħra b’tali rtirar mingħajr dewmien u qabel ma jidħol fis-seħħ, waqt li jagħtu raġunijiet sħaħ għad-deċiżjoni tagħhom.

4.  
►M7  L-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ ċentru ta’ negozjar wieħed jew aktar li fih jiġu nnegozjati klassi ta’ bond, prodott strutturat ta’ finanzjar, kwota tal-emissjonijiet jew derivattiv tista’, meta l-likwidità ta’ dik il-klassi ta’ strument finanzjarju taqa’ taħt limitu speċifikat, tissospendi b’mod temporanju l-obbligi msemmija fl-Artikolu 8. Il-limitu speċifikat għandu jiġi stabbilit abbażi ta’ kriterji oġġettivi speċifiċi għas-suq għall-istrument finanzjarju kkonċernat. Notifika ta’ tali sospensjoni temporanja għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti rilevanti u għandha tiġi nnotifikata lill-ESMA. L-ESMA għandha tippubblika dik is-sospensjoni temporanja fuq is-sit web tagħha. ◄

Is-sospensjoni temporanja għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-websajt tal-awtorità kompetenti rilevanti. Tali sospensjoni tista’ tiġġedded għal perjodi ulterjuri ta’ mhux aktar minn tliet xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħu jkunu applikabbli. Meta s-sospensjoni temporanja ma tiġġeddidx wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur, din għandha tiskadi awtomatikament.

▼M7

Qabel ma tissospendi l-obbligi msemmija fl-Artikolu 8 jew iġġedded sospensjoni temporanja tagħhom,, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-ESMA bl-intenzjoni tagħha u tipprovdi spjegazzjoni. L-ESMA għandha toħroġ opinjoni lill-awtorità kompetenti hekk kif ikun prattikabbli dwar jekk, fil-fehma tagħha, is-sospensjoni jew it-tiġdid tas-sospensjoni temporanja humiex ġustifikati f’konformità mal-ewwel u mat-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu.

▼B

5.  

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi li jispeċifikaw dan li ġej:

(a) 

il-parametri u l-metodi għall-kalkolu tal-limitu massimu tal-likwidità msemmi fil-paragrafu 4 b’rabta mal-istrument finanzjajru. Il-parametri u l-metodi għall-Istati Membri biex jikkalkulaw il-limitu massimu għandhom jiġu stabbiliti b’tali mod li meta jintlaħaq il-limitu massimu, huwa jirrappreżenta tnaqqis sinifikanti fil-likwidità fiċ-ċentri kollha fl-Unjoni għall-istrument finanzjarju kkonċernat ibbażat fuq il-kriterji użati skont l-Artikolu 2(1)(17);

▼M7

(b) 

il-firxa tal-prezzijiet tat-talbiet u tal-offerti u l-intensità tal-interessi kummerċjali b’dawk il-prezzijiet li għandhom jiġu ppubblikati għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 8(1), l-Artikolu 8a(1) u (2) u l-Artikolu 8b(1), filwaqt li titqies il-kalibrazzjoni meħtieġa għat-tipi differenti ta’ sistemi ta’ negozjar kif imsemmi fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 8a(3) u fl-Artikolu 8b(2);

▼B

(c) 

id-daqs tal-ordnijiet li huma ta’ skala kbira u t-tip u d-daqs minimu tal-ordnijiet miżmuma f’faċilità ta’ ġestjoni tal-ordnijiet sakemm jiġu ddivulgati, li jistgħu jkunu eżentati mid-divulgazzjoni qabel in-negozjar taħt il-paragrafu 1 għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat;

▼M7 —————

▼B

(e) 

l-istrumenti finanzjarji jew il-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji li mhemmx suq likwidu għalihom fejn id-divulgazzjoni ta’ qabel in-negozjar tista’ tiġi eżentata skont il-paragrafu 1;

▼M7

(f) 

il-karatteristiċi tar-reġistri ċentrali tal-ordnijiet b’limitu u s-sistemi ta’ negozjar b’irkant perjodiku.

▼M7

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Marzu 2025.

Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M1

6.  
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-punti (i) u (ii) tal-paragrafu 9(1)(e), l-ESMA għandha tfassal abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tiġi stabbilita metodoloġija għad-determinazzjoni ta' dawk l-ordnijiet f'pakkett li għalihom hemm suq likwidu. Meta tkun qed tiġi żviluppata tali metodoloġija biex jiġi determinat jekk hemmx suq likwidu għal ordni f'pakkett kollha kemm hi, l-ESMA għandha tivvaluta jekk il-pakketti humiex standardizzati u kummerċjalizzati ta' spiss.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Frar 2017.

Is-setgħa tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M7

Artikolu 10

Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar għaċ-ċentri ta’ negozjar fir-rigward ta’ bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar, kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi

1.  
L-operaturi tas-suq u tad-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar għandhom jippubblikaw il-prezz, il-volum u l-ħin tat-tranżazzjonijiet eżegwiti fir-rigward ta’ bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar u kwoti tal-emissjonijiet innegozjati f’ċentru ta’ negozjar. Dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw ukoll għal tranżazzjonijiet eżegwiti fir-rigward ta’ derivattivi nnegozjati fil-borża u fir-rigward ta’ derivattivi OTC kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2). L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar għandhom jippubblikaw id-dettalji ta’ dawn it-tranżazzjonijiet kollha qrib il-ħin reali daqs kemm ikun teknikament possibbli.
2.  
L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar għandhom jagħtu aċċess, fuq termini kummerċjali raġonevoli u fuq bażi nondiskriminatorja, għall-arranġamenti tagħhom biex jippubblikaw l-informazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lid-ditti tal-investimenti li huma obbligati, skont l-Artikolu 21, jippubblikaw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet tagħhom f’bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar, kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi OTC kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2).
3.  
L-informazzjoni relatata ma’ tranżazzjoni f’pakkett għandha ssir disponibbli fir-rigward ta’ kull komponent qrib il-ħin reali daqs kemm ikun teknikament possibbli, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu allokati prezzijiet lil strumenti finanzjarji partikolari, u għandha tinkludi marka biex jiġi identifikat li l-komponent jappartjeni għal pakkett.

Meta t-tranżazzjoni f’pakkett tkun eliġibbli għal pubblikazzjoni differita skont l-Artikolu 11 jew 11a, l-informazzjoni dwar il-komponent għandha ssir disponibbli wara li l-perjodu tad-differiment għat-tranżazzjoni jkun għadda.

▼B

Artikolu 11

▼M7

Pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’ bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar jew kwoti tal-emissjonijiet

1.  
L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar jistgħu jiddifferixxu l-pubblikazzjoni tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet eżegwiti fir-rigward ta’ bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar jew kwoti tal-emissjonijiet innegozjati f’ċentru ta’ negozjar, inkluż il-prezz u l-volum, f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar għandhom jiddivulgaw b’mod ċar l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni differita lill-parteċipanti tas-suq u lill-pubbliku. L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dawk l-arranġamenti u għandha, kull sentejn, tissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar kif jintużaw fil-prattika.

1a.  

L-arranġamenti għall-pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’ bonds, jew klassijiet tagħhom, għandhom jiġu organizzati bl-użu ta’ ħames kategoriji:

(a) 

kategorija 1: tranżazzjonijiet ta’ daqs medju fi strument finanzjarju li għalih ikun hemm suq likwidu;

(b) 

kategorija 2: tranżazzjonijiet ta’ daqs medju fi strument finanzjarju li għalih ma jkunx hemm suq likwidu;

(c) 

kategorija 3: tranżazzjonijiet ta’ daqs kbir fi strument finanzjarju li għalih ikun hemm suq likwidu;

(d) 

kategorija 4: tranżazzjonijiet ta’ daqs kbir fi strument finanzjarju li għalih ma jkunx hemmx suq likwidu;

(e) 

kategorija 5: tranżazzjonijiet ta’ daqs kbir ħafna.

Meta l-perjodu ta’ differiment jgħaddi, id-dettalji kollha tat-tranżazzjonijiet fuq bażi individwali għandhom jiġu ppubblikati.

1b.  
L-arranġamenti għall-pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’ prodotti strutturati ta’ finanzjar jew kwoti tal-emissjonijiet, jew klassijiet tagħhom, innegozjati f’ċentru ta’ negozjar għandhom jiġu organizzati skont l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (g).

Meta l-perjodu tad-differiment jgħaddi, id-dettalji kollha tat-tranżazzjonijiet fuq bażi individwali għandhom jiġu ppubblikati.

2.  
L-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ ċentru ta’ negozjar wieħed jew aktar li fih jiġu nnegozjati klassi ta’ bond, prodott strutturat ta’ finanzjar jew kwota tal-emissjonijiet tista’, meta l-likwidità ta’ dik il-klassi ta’ strument finanzjarju taqa’ taħt il-limitu ddeterminat f’konformità mal-metodoloġija kif imsemmi fl-Artikolu 9(5), il-punt (a), tissospendi b’mod temporanju l-obbligi msemmija fl-Artikolu 10. Dak il-limitu għandu jiġi stabbilit abbażi ta’ kriterji oġġettivi speċifiċi għas-suq għall-istrument finanzjarju kkonċernat.

Tali sospensjoni temporanja għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti rilevanti u għandha tiġi nnotifikata lill-ESMA. L-ESMA għandha tippubblika dik is-sospensjoni temporanja fuq is-sit web tagħha.

L-ESMA tista’, fil-każ ta’ emerġenza, bħal pereżempju effett ħażin sinifikanti fuq il-likwidità ta’ klassi ta’ bond, prodott strutturat ta’ finanzjar jew kwota tal-emissjonijiet innegozjata fl-Unjoni, testendi d-durati massimi tad-differimenti stabbiliti f’konformità mal-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 4, il-punti (f) u (g). Qabel ma tiddeċiedi dwar tali estensjoni, l-ESMA għandha tikkonsulta ma’ kwalunkwe awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ ċentru ta’ negozjar wieħed jew aktar li fih tiġi nnegozjata dik il-klassi ta’ klassi ta’ bond, prodott strutturat ta’ finanzjar jew kwota tal-emissjonijiet. Tali estensjoni għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-ESMA.

Is-sospensjoni temporanja msemmija fl-ewwel subparagrafu jew l-estensjoni msemmija fit-tielet subparagrafu għandha tkun valida għal perjodu inizjali li ma jaqbiżx it-tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti rilevanti jew tal-ESMA, rispettivament. Tali sospensjoni jew estensjoni tista’ tiġġedded għal perjodi ulterjuri li ma jaqbżux it-tliet xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni temporanja jew l-estensjoni jibqgħu applikabbli.

Qabel ma s-sospensjoni temporanja kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tiġi sospiża jew imġedda, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-ESMA bl-intenzjoni tagħha u tipprovdi spjegazzjoni. L-ESMA għandha toħroġ opinjoni lill-awtorità kompetenti hekk kif ikun prattikabbli dwar jekk, fil-fehma tagħha, is-sospensjoni jew it-tiġdid tas-sospensjoni temporanja humiex ġustifikati f’konformità mal-ewwel u mar-raba’ subparagrafi.

3.  

Minbarra l-pubblikazzjoni differita kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tippermetti, fir-rigward ta’ strumenti ta’ dejn sovran maħruġa minn dak l-Istat Membru, jew klassijiet tagħhom:

(a) 

l-ommissjoni tal-pubblikazzjoni tal-volum ta’ tranżazzjoni individwali għal perjodu estiż li ma jaqbiżx is-sitt xhur; jew

(b) 

il-pubblikazzjoni tad-dettalji ta’ diversi tranżazzjonijiet f’forma aggregata għal perjodu estiż li ma jaqbiżx is-sitt xhur.

Fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn sovran mhux maħruġa minn Stat Membru, id-deċiżjonijiet f’konformità mal-ewwel subparagrafu għandhom jittieħdu mill-ESMA.

L-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-lista tad-differimenti permessi skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi. L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi u għandha, kull sentejn, tissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar kif jintużaw fil-prattika.

Meta l-perjodu tad-differiment jgħaddi, id-dettalji kollha tat-tranżazzjonijiet fuq bażi individwali għandhom jiġu ppubblikati.

4.  

L-ESMA għandha, wara li tikkonsulta lill-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti stabbilit skont l-Artikolu 22b(2), tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika dan li ġej b’tali mod li jippermetti l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 27g:

(a) 

id-dettalji tat-tranżazzjonijiet li d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inklużi identifikaturi għat-tipi differenti ta’ tranżazzjonijiet ippubblikati skont l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 21(1), filwaqt li jiddistingwu bejn dawk iddeterminati minn fatturi marbuta primarjament mal-valwazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u dawk iddeterminati minn fatturi oħra;

(b) 

il-limitu taż-żmien li jitqies li jikkonforma mal-obbligu tal-pubblikazzjoni qrib il-ħin reali daqs kemm ikun teknikament possibbli, inkluż meta n-negozji jiġu eżegwiti barra mis-sigħat normali ta’ negozjar;

(c) 

għal liema prodotti strutturati ta’ finanzjar jew kwoti tal-emissjonijiet innegozjati f’ċentru ta’ negozjar, jew klassijiet tagħhom, jeżisti suq likwidu;

(d) 

x’jikkostitwixxi suq likwidu u illikwidu għall-bonds, jew klassijiet tagħhom, espress bħala limiti ddeterminati skont id-daqs tal-ħruġ ta’ dawk il-bonds;

(e) 

għal bond likwidu jew illikwidu, jew għal klassi tiegħu, dak li jikkostitwixxi tranżazzjoni ta’ daqs medju, ta’ daqs kbir u ta’ daqs kbir ħafna, kif imsemmi fil-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, abbażi ta’ analiżi kwantitattiva u kwalitattiva u filwaqt li jitqiesu l-kriterji fl-Artikolu 2(1), il-punt (17)(a), u kriterji rilevanti oħra meta applikabbli;

(f) 

fir-rigward ta’ bonds, jew klassijiet tagħhom, id-differimenti tal-prezzijiet u tal-volumi applikabbli għal kull waħda mill-ħames kategoriji stabbiliti fil-paragrafu 1a, bl-applikazzjoni tad-durati massimi li ġejjin:

(i) 

għat-tranżazzjonijiet fil-kategorija 1: differiment tal-prezz u differiment tal-volum li ma jaqbżux 15-il minuta;

(ii) 

għat-tranżazzjonijiet fil-kategorija 2: differiment tal-prezz u differiment tal-volum li ma jaqbżux tmiem il-jum ta’ negozjar;

(iii) 

għat-tranżazzjonijiet fil-kategorija 3: differiment tal-prezz li ma jaqbiżx tmiem l-ewwel jum ta’ negozjar wara d-data tat-tranżazzjoni u differiment tal-volum li ma jaqbiżx ġimgħa waħda wara d-data tat-tranżazzjoni;

(iv) 

għat-tranżazzjonijiet fil-kategorija 4: differiment tal-prezz li ma jaqbiżx tmiem it-tieni jum ta’ negozjar wara d-data tat-tranżazzjoni u differiment tal-volum li ma jaqbiżx ġimagħtejn wara d-data tat-tranżazzjoni;

(v) 

għat-tranżazzjonijiet fil-kategorija 5: differiment tal-prezz u differiment tal-volum li ma jaqbżux erba’ ġimgħat wara d-data tat-tranżazzjoni;

(g) 

l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’ prodotti strutturati ta’ finanzjar u kwoti tal-emissjonijiet, jew klassijiet tagħhom, abbażi ta’ analiżi kwantitattiva u kwalitattiva u filwaqt li jitqiesu l-kriterji fl-Artikolu 2(1), il-punt (17)(a), u kriterji rilevanti oħra meta applikabbli.

(h) 

fir-rigward ta’ strumenti ta’ dejn sovran, jew klassijiet tagħhom, il-kriterji li għandhom jiġu applikati meta jiġi ddeterminat id-daqs jew it-tip tat-tranżazzjoni f’tali strumenti li għalihom jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet skont il-paragrafu 3.

Għal kull waħda mill-kategoriji stabbiliti fil-paragrafu 1a, l-ESMA għandha taġġorna regolarment l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (f), ta’ dan il-paragrafu sabiex tikkalibra mill-ġdid id-durata tad-differiment applikabbli bl-għan li tnaqqasha gradwalment meta xieraq. Mhux aktar tard minn sena wara li d-durati tad-differiment mnaqqsa jsiru applikabbli, l-ESMA għandha twettaq analiżi kwantitattiva u kwalitattiva biex tivvaluta l-effetti tat-tnaqqis. Meta disponibbli, l-ESMA għandha tuża d-data dwar it-trasparenza ta’ wara n-negozjar imxerrda mis-CTP għal dan il-għan. Jekk jidhru effetti ħżiena għall-istrumenti finanzjarji, l-ESMA għandha taġġorna l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (f), ta’ dan il-paragrafu biex iżżid id-durata tad-differiment lura għal-livell preċedenti.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Diċembru 2024.

Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M7

Artikolu 11a

Pubblikazzjoni differita fir-rigward tad-derivattivi

1.  
L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar jistgħu jiddifferixxu l-pubblikazzjoni tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet eżegwiti fir-rigward ta’ derivattivi nnegozjati fil-borża u fir-rigward ta’ derivattivi OTC kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2), inkluż il-prezz u l-volum, f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar għandhom jiddivulgaw b’mod ċar l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni differita lill-parteċipanti tas-suq u lill-pubbliku. L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dawk l-arranġamenti u għandha, kull sentejn, tissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar kif jintużaw fil-prattika.

L-arranġamenti għall-pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’ derivattivi nnegozjati fil-borża jew ta’ derivattivi OTC kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2), jew klassijiet tagħhom, għandhom jiġu organizzati bl-użu ta’ ħames kategoriji:

(a) 

kategorija 1: tranżazzjonijiet ta’ daqs medju fi strument finanzjarju li għalih ikun hemm suq likwidu;

(b) 

kategorija 2: tranżazzjonijiet ta’ daqs medju fi strument finanzjarju li għalih ma jkunx hemm suq likwidu;

(c) 

kategorija 3: tranżazzjonijiet ta’ daqs kbir fi strument finanzjarju li għalih ikun hemm suq likwidu;

(d) 

kategorija 4: tranżazzjonijiet ta’ daqs kbir fi strument finanzjarju li għalih ma jkunx hemm suq likwidu;

(e) 

kategorija 5: tranżazzjonijiet ta’ daqs kbir ħafna.

Meta l-perjodu tad-differiment jgħaddi, id-dettalji kollha tat-tranżazzjonijiet fuq bażi individwali għandhom jiġu ppubblikati.

2.  
L-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ ċentru ta’ negozjar wieħed jew aktar li fih jiġu nnegozjati klassi ta’ derivattiv nnegozjat fil-borża jew derivattiv OTC kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2) jista’, meta l-likwidità ta’ dik il-klassi ta’ strumenti finanzjarji taqa’ taħt il-limitu determinat f’konformità mal-metodoloġija kif imsemmi fl-Artikolu 9(5), il-punt (a), tissospendi temporanjament l-obbligi msemmija fl-Artikolu 10. Dak il-limitu għandu jiġi stabbilit abbażi ta’ kriterji oġġettivi speċifiċi għas-suq għall-istrument finanzjarju kkonċernat.

Tali sospensjoni temporanja għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti rilevanti u għandha tiġi nnotifikata lill-ESMA. L-ESMA għandha tippubblika dik is-sospensjoni temporanja fuq is-sit web tagħha.

L-ESMA tista’, fil-każ ta’ emerġenza, bħal effett ħażin sinifikanti fuq il-likwidità ta’ klassi ta’ derivattiv nnegozjat fil-borża jew ta’ derivattiv OTC kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2) nnegozjat fl-Unjoni, testendi d-durati massimi ta’ differiment stabbiliti f’konformità mal-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 3, il-punt (e), ta’ dan l-Artikolu. Qabel ma tiddeċiedi dwar tali estensjoni, l-ESMA għandha tikkonsulta ma’ kwalunkwe awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ ċentru ta’ negozjar wieħed jew aktar li fih tiġi nnegozjata dik il-klassi ta’ derivattiv nnegozjat fil-borża jew ta’ derivattiv OTC kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2). Tali estensjoni għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-ESMA.

Is-sospensjoni temporanja msemmija fl-ewwel subparagrafu jew l-estensjoni msemmija fit-tielet subparagrafu għandha tkun valida għal perjodu inizjali li ma jaqbiżx it-tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti rilevanti jew tal-ESMA, rispettivament. Tali sospensjoni jew estensjoni tista’ tiġġedded għal perjodi ulterjuri li ma jaqbżux it-tliet xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni jew l-estensjoni temporanja jibqgħu applikabbli.

Qabel ma sospensjoni temporanja kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu tiġi sospiża jew imġedda, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-ESMA bl-intenzjoni tagħha u tagħti spjegazzjoni. L-ESMA għandha toħroġ opinjoni lill-awtorità kompetenti hekk kif ikun prattikabbli dwar jekk, fil-fehma tagħha, is-sospensjoni jew it-tiġdid tas-sospensjoni temporanja ikunux ġustifikati f’konformità mal-ewwel u r-raba’ subparagrafi.

3.  

L-ESMA għandha, wara li tikkonsulta l-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti stabbilit skont l-Artikolu 22b(2), tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika dan li ġej b’tali mod li tippermetti l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu u skont l-Artikolu 27g:

(a) 

id-dettalji ta’ tranżazzjonijiet li d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku għal kull klassi ta’ derivattiv kif imsemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, inklużi identifikaturi għat-tipi differenti ta’ tranżazzjonijiet ippubblikati skont l-Artikoli 10(1) u 21(1), li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi marbuta primarjament mal-valwazzjoni tad-derivattivi u dawk determinati minn fatturi oħra;

(b) 

il-limitu taż-żmien li huwa kkunsidrat li jikkonforma mal-obbligu tal-pubblikazzjoni qrib il-ħin reali daqs kemm ikun teknikament possibbli, inkluż meta n-negozji jitwettqu barra mis-sigħat normali ta’ negozjar;

(c) 

dawk id-derivattivi li għalihom jeżisti suq likwidu;

(d) 

għal derivattiv likwidu jew illikwidu, jew għal klassi tiegħu, dak li jikkostitwixxi tranżazzjoni ta’ daqs medju, kbir jew kbir ħafna, kif imsemmi fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu ta’ dan l-Artikolu abbażi ta’ analiżi kwantitattiva u kwalitattiva u b’kunsiderazzjoni għall-kriterji fl-Artikolu 2(1), il-punt (17)(a), u kriterji rilevanti oħra fejn applikabbli;

(e) 

id-differimenti tal-prezz u tal-volum applikabbli għal kull waħda mill-ħames kategoriji stabbiliti fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, abbażi ta’ analiżi kwantitattiva u kwalitattiva u filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kriterji fl-Artikolu 2(1), il-punt (17)(a), id-daqs tat-tranżazzjoni u kriterji rilevanti oħra fejn applikabbli.

Għal kull waħda mill-kategoriji stabbiliti fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha taġġorna regolarment l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (e), ta’ dan il-paragrafu sabiex tikkalibra mill-ġdid id-durata ta’ differiment applikabbli bl-għan li tnaqqasha gradwalment fejn xieraq. Mhux aktar tard minn sena wara li d-durati tad-differiment mnaqqsa jsiru applikabbli, l-ESMA għandha twettaq analiżi kwantitattiva u kwalitattiva biex tivvaluta l-effetti tat-tnaqqis. Meta tkun disponibbli, l-ESMA għandha tuża d-data ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar disseminat mis-CTP għal dan il-għan. Jekk jidhru effetti ħżiena għall-istrumenti finanzjarji, l-ESMA għandha taġġorna l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (e), ta’ dan il-paragrafu biex iżżid id-durata tad-differiment lura għal-livell preċedenti.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Settembru 2025.

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-ESMA għandha tirrieżamina l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi flimkien mal-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti stabbilit skont l-Artikolu 22b(2) u temendahom biex tieħu inkunsiderazzjoni kwalunkwe bidla sostanzjali fil-kalibrazzjoni tad-differimenti tal-prezz u tal-volum skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), u t-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

▼B

KAPITOLU 3

Obbligu li tiġi offruta dejta tan-negozjar fuq bażi kummerċjali separata u raġonevoli

Artikolu 12

Obbligu li d-dejta ta’ qabel in-negozjar u wara n-negozjar issir disponibbli b’mod separat

▼M7

1.  
L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni ppubblikata f’konformità mal-Artikoli 3, 4 u 6 sa 11a billi joffru d-data tat-trasparenza ta’ qabel in-negozjar u wara n-negozjar b’mod separat.

▼B

2.  
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-offerta ta’ dejta tat-trasparenza ta’ qabel in-negozjar u wara n-negozjar, inkluż il-livell ta’ diżaggregazzjoni tad-dejta li għandha ssir disponibbli għall-pubbliku kif imsemmmi fil-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M7

Artikolu 13

Obbligu biex id-data ta’ qabel in-negozjar u wara n-negozjar tkun disponibbli fuq bażi kummerċjali raġonevoli

1.  
L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar, l-APAs, is-CTPs u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-informazzjoni ppubblikata f’konformità mal-Artikoli 3, 4 u 6 sa 11a, 14, 20, 21, 27g u 27h, fuq bażi kummerċjali raġonevoli, inklużi termini kuntrattwali imparzjali u ġusti.

Dawk l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment, l-APAs, is-CTPs u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jiżguraw aċċess nondiskriminatorju għal tali informazzjoni. Il-politiki tad-data ta’ dawk l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment, l-APAs, is-CTPs u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas b’mod li jkun faċli li jinftiehem u li jiġi aċċessat.

2.  
L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar, l-APAs u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ħlas 15-il minuta wara l-pubblikazzjoni f’format li jinqara mill-magni u li jista’ jintuża mill-utenti kollha, inklużi l-investituri tal-bejgħ bl-imnut.
3.  
Il-bażi kummerċjali raġonevoli għandha tinkludi l-livell ta’ tariffi u termini kuntrattwali oħra. Il-livell ta’ tariffi għandu jiġi ddeterminat mill-kost tal-produzzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u marġni raġonevoli.
4.  
L-operaturi tas-suq u d-ditti ta’ investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar, l-APAs, is-CTPs u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom b’informazzjoni dwar il-kostijiet reali tal-produzzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż marġni raġonevoli.
5.  

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw:

(a) 

x’jikkostitwixxi termini kuntrattwali imparzjali u ġusti kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu;

(b) 

x’jikkostitwixxi aċċess nondiskriminatorju għall-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu;

(c) 

il-kontenut, il-format u t-terminoloġija uniformi tal-politiki tad-data li għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku skont il-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu;

(d) 

l-aċċess għad-data, u l-kontenut u l-format tal-informazzjoni li għandha ssir disponibbli għall-pubbliku skont il-paragrafu 1;

(e) 

l-elementi li għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-kost u marġni raġonevoli kif imsemmi fil-paragrafu 3;

(f) 

il-kontenut uniformi, il-format u t-terminoloġija tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 4.

L-ESMA għandha, kull sentejn, timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fil-kost tad-data u għandha, fejn xieraq, taġġorna dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji abbażi tal-valutazzjoni tagħha.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Diċembru 2024.

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

TITOLU III

▼M2

TRASPARENZA GĦALL-INTERNALIZZATURI SISTEMATIĊI U GĦAD-DITTI TAL- INVESTIMENT LI JINNEGOZJAW OTC U REĠIMI GĦALL-FLUTTWAZZJONIJIET MINIMI POSSIBBLI FIL-PREZZIJIET GĦAL INTERNALIZZATURI SISTEMATIĊI

▼B

Artikolu 14

Obbligu għall-internalizzaturi sistematiċi li jippubblikaw il-kwotazzjonijiet vinkolanti fir-rigward tal-ishma, l-irċevuti ta’ depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra

1.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jagħmlu pubbliku l-kwotazzjonijiet vinkolanti fir-rigward ta’ dawk l-ishma, l-irċevuti ta’ depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u l-istrumenti finanzjajri simili oħra nnegozjati f’ċentru tan-negozjar u li għalihom huma internalizzaturi sistematiċi u dawk li għalihom hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(7a)(b).

Fejn ma jkunx hemm suq likwidu għall-istrumenti finanzjarji msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-internalizzaturi sistematiċi għandhom, fuq talba, jiddivulgaw kwotazzjonijiet lill-klijenti tagħhom.

▼M7

2.  
Dan l-Artikolu u l-Artikoli 15, 16 u 17 għandhom japplikaw għall-internalizzaturi sistematiċi meta jinnegozjaw f’daqsijiet sa u inkluż dak il-limitu determinat fl-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-Paragrafu 7, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu.
3.  
Id-daqs minimu tal-kwotazzjoni tal-internalizzaturi sistematiċi għandu jiġi ddeterminat fl-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 7, il-punt (c). Għal sehem, irċevuta tad-depożitu, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor partikolari nnegozjat f’ċentru ta’ negozjar, kull kwotazzjoni għandha tinkludi prezz tal-offerti u talbiet sod għal daqs li jista’ jasal sa u jinkludi il-limitu msemmi fil-paragrafu 2. Il-prezz għandu jirrifletti wkoll il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq għal dak is-sehem, l-irċevuti tad-depożiti, ETF, iċ-ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor.

▼B

4.  
L-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, ETFs, iċ-ċertifikati u l-istrumenti finanzjarji simili oħra għandhom jinġabru fi gruppi fi klassijiet fuq il-bażi ta’ valur aritmetiku medju tal-ordnijiet eżekwiti fis-suq għal dak l-istrument finanzjarju. Id-daqs standard għas-suq għal kull klassi ta’ ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra għandu jkun daqs li jirrappreżenta l-valur aritmetiku medju tal-ordnijiet eżekwiti fis-suq għall-istrumenti finanzjarji inklużi f’kull klassi.
5.  
Is-suq għal kull sehem, irċevuta tad-depożitu, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor għandu jkun magħmul mill-ordnijiet kollha eżekwiti fl-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ dak l-istrument finanzjarju għajr dawk li huma ta’ daqs kbir meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq.
6.  
L-awtorità kompetenti tas-suq l-aktar relevanti f’termini ta’ likwidità kif definit fl-Artikolu 26 għal kull sehem, irċevuta tad-depożitu, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor għandha tiddetermina tal-inqas darba fis-sena, abbażi tal-valur aritmetiku medju tal-ordnijiet eżekwiti fis-suq fir-rigward ta’ dak l-istrument finanzjarju, il-klassi li jappartjeni fiha. Din l-informazzjoni għandha tkun pubblika għall-parteċipanti kollha tas-suq u kkomunikata lill-ESMA, li għandha tippubblika l-informazzjoni fuq il-websajt tagħha.

▼M7

7.  

Sabiex tiġi żgurata l-valwazzjoni effiċjenti tal-ishma, tal-irċevuti tad-depożiti, tal-ETFs, taċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra u tiġi massimizzata l-possibbiltà tad-ditti tal-investiment li jiksbu l-aħjar negozju għall-klijenti tagħhom, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni ta’ kwotazzjoni soda kif imsemmija fil-paragrafu 1;

(b) 

id-determinazzjoni tal-limitu msemmi fil-paragrafu 2, li għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-aħjar prattiki internazzjonali, il-kompetittività tad-ditti tal-Unjoni, is-sinifikat tal-impatt fuq is-suq u l-effiċjenza tal-formazzjoni tal-prezzijiet u li m’għandux ikun taħt id-doppju tad-daqs standard tas-suq;

(c) 

id-determinazzjoni tad-daqs minimu tal-kwotazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3, li m’għandux jaqbeż id-90 % tal-limitu msemmi fil-paragrafu 2 u li ma għandux ikun inqas mid-daqs standard tas-suq;

(d) 

id-determinazzjoni ta’ jekk il-prezzijiet jirriflettux il-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti kif imsemmi fil-paragrafu 3; u

(e) 

id-daqs standard tas-suq kif imsemmi fil-paragrafu 4.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Marzu 2025.

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 15

Eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijenti

1.  
L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jagħmlu pubbliċi l-kwotazzjonijiet tagħhom fuq bażi regolari u kontinwa matul is-sigħat normali ta’ negozjar. Huma jistgħu jaġġornaw il-kwotazzjonijiet tagħhom fi kwalunkwe ħin. Għandhom jitħallew ukoll, f’ċerti kundizzjonijiet eċċezzjonali tas-suq, jirtiraw il-kwotazzjonijiet tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jesiġu li d-ditti li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ internalizzatur sistematiku jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tagħhom. Tali notifika għandha tiġi trażmessa lill-ESMA. L-ESMA għandha tistabbilixxi lista tal-internalizzaturi sistematiċi kollha fl-Unjoni.

▼M7

L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw regoli trasparenti u nondiskriminatorji u kriterji oġġettivi għall-eżekuzzjoni effiċjenti tal-ordnijiet. Għandu jkollhom arranġamenti għall-ġestjoni soda tal-operazzjonijiet tekniċi tagħhom, inkluż l-istabbiliment ta’ arranġamenti effettivi ta’ kontinġenza biex jindirizzaw ir-riskji ta’ tfixkil tas-sistemi.

▼B

2.  
L-internalizzaturi sistematiċi għandhom, filwaqt li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/65/UE, jeżegwixxu l-ordnijiet li jirċievu mill-klijenti tagħhom rigward l-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra li għalihom huma l-internalizzaturi sistematiċi bil-prezzijiet kwotati meta tasal tal-ordni.

Madanakollu, f’każijiet ġustifikati, huma jistgħu jeżekwixxu dawk l-ordnijiet bi prezz aħjar sakemm dan il-prezz jaqa’ f’firxa pubblika qrib il-kundizzjonijiet tas-suq.

3.  
L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jwettqu wkoll ordnijiet li jirċievu mill-klijenti professjonisti tagħhom bi prezzijiet differenti minn dawk li jikkwotaw huma mingħajr ma jkollhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet fejn l-eżekuzzjoni f’diversi titoli tkun parti minn tranżazzjoni waħda u fir-rigward ta’ ordnijiet li jkunu soġġetti għal kundizzjonijiet għajr il-prezz attwali tas-suq.
4.  
Meta internalizzatur sistematiku li jikkwota biss kwotazzjoni waħda jew li l-ogħla kwotazzjoni tiegħu hija inqas mid-daqs standard tas-suq jirċievi ordni minn klijent ta’ daqs akbar mid-daqs tal-kwotazzjoni tiegħu, iżda inqas mid-daqs standard tas-suq, jista’ jiddeċiedi li jeżekwixxi dik il-parti tal-ordni li taqbeż id-daqs tal-kwotazzjoni tiegħu, sakemm tiġi eżekwita bil-prezz ikkwotat, għajr fejn ikun permess mod ieħor skont il-kundizzjonijiet fiż-żewġ subparagrafi preċedenti. Meta internalizzatur sistematiku ikun qed jikkwota f’daqsijiet differenti u jirċievi ordni bejn dawk id-daqsijiet, li hu jagħżel li jeżekwixxi, għandu jeżekwixxi l-ordni b’wieħed mill-prezzijiet kwotati b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2014/65/UE, għajr fejn huwa permess mod ieħor skont il-kundizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

▼M7

5.  
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw il-kontenut u l-format tan-notifika msemmija fil-paragarafu 1, it-tieni subparagrafu.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Marzu 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 16

Obbligi tal-awtoritajiet kompetenti

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċċekkjaw li l-internalizzaturi sistematiċi jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1) u mal-kundizzjonijiet għat-titjib fil-prezz stabbiliti fl-Artikolu 15(2).

▼B

Artikolu 17

Aċċess għall-kwotazzjonijiet

1.  
L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jitħallew jiddeċiedu, abbażi tal-politika kummerċjali tagħhom u b’mod oġġettiv u nondiskriminatorju, lil liema klijenti jagħtu aċċess għall-kwotazzjonijiet tagħhom. Għal dan il-għan, għandu jkun hemm standards ċari li jirregolaw l-aċċess għall-kwotazzjonijiet tagħhom. L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jirrifjutaw li jidħlu jew itemmu r-relazzjonijiet kummerċjali ma’ klijenti fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali bħall-istat tal-kreditu tal-klijent, ir-riskju tal-kontroparti u s-saldu finali tat-tranżazzjoni.
2.  
Sabiex jillimitaw ir-riskju tal-esponiment għal tranżazzjonijiet multipli mill-istess klijent, l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jitħallew jillimitaw b’mod nondiskriminatorju l-għadd ta’ tranżazzjonijiet mingħand l-istess klijent li huma jimpenjaw li jdaħħlu għalihom skont il-kundizzjonijiet ippubblikati. Huma jistgħu wkoll, b’mod nondiskriminatorju u skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2014/65/UE, jillimitaw l-għadd totali ta’ tranżazzjonijiet minn klijenti differenti fl-istess waqt sakemm dan ikun jista’ jsir biss meta l-għadd u/jew il-volum ta’ ordnijiet mixtieqa mill-klijenti jaqbeż in-norma b’mod konsiderevoli.
3.  

Sabiex tiġi żgurata l-valwazzjoni effiċjenti tal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra u tiġi massimizzata l-possibbiltà li d-ditti tal-investiment jiksbu l-aħjar negozju għall-klijenti tagħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50, li jispeċifikaw:

(a) 

il-kriterji li jispeċifikaw meta kwotazzjoni hija ppubblikata b’mod regolari u kontinwu u faċilment aċċessibbli kif imsemmi fl-Artikolu 15(1) kif ukoll il-mezzi li bihom id-ditti tal-investiment jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jagħmlu pubbliki l-kwotazzjonijiet tagħhom, li għandhom jinkludu l-possibbiltajiet li ġejjin:

(i) 

permezz tal-faċilitajiet ta’ kwalunkwe suq regolat li jkun aċċetta l-istrument inkwistjoni għan-negozjar;

(ii) 

permezz ta’ APA;

(iii) 

permezz ta’ arranġamenti proprjetarji;

(b) 

il-kriterji li jispeċifikaw dawk it-transazzjonijiet fejn l-eżekuzzjoni f’diversi titoli tkun parti minntranżazzjoni waħda jew dawk l-ordnijiet li huma soġġetti għal kundizzjonijiet għajr il-prezz attwali tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 15(3);

(c) 

il-kriterji li jispeċifikaw x’jista’ jiġi kkunsidrat bħala kundizzjonijiet eċċezzjonali tas-suq li tippermetti l-irtirar tal-kwotazzjonijiet kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-aġġornament tal-kwotazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 15(1);

(d) 

il-kriterji li jispeċifikaw meta l-għadd u/jew il-volum tal-ordnijiet mixtieqa mill-klijenti jaqbeż b’mod konsiderevoli n-norma kif imsemmi fl-paragrafu 2;

(e) 

il-kriterji li jispeċifikaw meta l-prezzijiet jaqgħu f’firxa pubblika qrib il-kundizzjonijiet tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 15(2).

▼M7

Artikolu 17a

Daqs tal-fluttwazzjonijiet minimi fil-prezzijiet

1.  
Il-kwotazzjonijiet tal-internalizzaturi sistematiċi, it-titjib fil-prezz fuq dawk il-kwotazzjonijiet u l-prezzijiet tal-eżekuzzjoni għandhom jikkonformaw mal-fluttwazzjonijiet minimi fil-prezzijiet stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/65/UE.
2.  
Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(2) ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/65/UE m’għandhiex tipprevjeni lill-internalizzaturi sistematiċi milli jqabblu ordnijiet fil-punt nofsani fi ħdan il-prezzijiet attwali tal-offerti u talbiet.

▼M7 —————

▼B

Artikolu 20

Divulgazzjoni ta’ wara n-negozjar minn ditti tal-investiment, inklużi l-internalizzaturi sistematiċi, fir-rigward ta’ ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili

1.  
Ditti tal-investiment li, jew f’isimhom jew f’isem il-klijenti, jikkonkludutranżazzjonijiet f’ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra nnegozjati f’ċentru tan-negozjar, għandhom jippubblikaw il-volum u l-prezz ta’ dawk it-transazzjonijiet u l-ħin meta ġew konklużi. Dik l-informazzjoni għandha ssir pubblika permezz ta’ APA.

▼M7

1a.  
Kull tranżazzjoni individwali għandha ssir pubblika darba permezz ta’ APA wieħed.

▼B

2.  
L-informazzjoni li ssir pubblika skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-limiti taż-żmien li fihom tiġi ppubblikata għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti adottati skont l-Artikolu 6, inkluż l-istandards tekniċi regolatorji adottati f’konformità mal-Artikolu 7(2)(a). Fejn il-miżuri adottati skont l-Artikolu 7 jipprevedu l-pubblikazzjoni differita għal ċerti kategoriji ta’tranżazzjonijiet f’ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra nnegozjati f’ċentru tan-negozjar, din il-possibbiltà għandha tapplika wkoll għal dawk it-transazzjonijiet meta jitwettqu barra ċ-ċentri tan-negozjar.
3.  

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw dan li ġej:

(a) 

identifikaturi għat-tipi differenti ta’tranżazzjonijiet ippubblikati f’dan l-Artikolu, li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi li huma primarjament marbutin mal-valwazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u dawk determinati minn fatturi oħra;

(b) 

l-applikazzjoni tal-obbligu skont l-paragrafu 1 għal tranżazzjonijiet li jinvolvu l-użu ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji għal kollateral, self jew għanijiet oħra fejn l-iskambju tal-istrumenti finanzjarji huwa determinat minn faturi oħra għajr il-valwazzjoni attwali tas-suq tal-istrument finanzjarju.

▼M7 —————

▼B

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 21

▼M7

Divulgazzjoni ta’ wara n-negozjar minn ditti tal-investiment fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati

1.  
Ditti tal-investiment li, jew f’akkont proprju jew f’isem il-klijenti, jikkonkludu tranżazzjonijiet f’bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar u kwoti tal-emissjonijiet innegozjati f’ċentru ta’ negozjar jew derivattivi OTC kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2), għandhom jippubblikaw il-volum u l-prezz ta’ dawk it-tranżazzjonijiet u l-ħin meta ġew konklużi. Dik l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata permezz ta’ APA.

▼B

2.  
Kull tranżazzjoni individwali għandha ssir pubblika darba permezz ta’ APA wieħed.

▼M7

3.  
L-informazzjoni li tiġi ppubblikata f’konformità mal-paragrafu 1 u l-limiti taż-żmien li fihom tiġi ppubblikata għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti adottati skont l-Artikolu 10, inkluż l-istandards tekniċi regolatorji adottati skont l-Artikolu 11(4), il-punti (a) u (b), u l-Artikolu 11a(3), il-punti (a) u (b).
4.  
Fir-rigward ta’ bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar u kwoti tal-emissjonijiet innegozjati f’ċentru ta’ negozjar, id-ditti tal-investiment jistgħu jiddifferixxu l-pubblikazzjoni tal-prezz jew tal-volum bl-istess kundizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 11.
4a.  
Fir-rigward tad-derivattivi OTC kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2), id-ditti tal-investiment jistgħu jiddifferixxu l-pubblikazzjoni tal-prezz jew tal-volum bl-istess kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11a.

▼B

5.  

►M7  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji b’tali mod li jippermetti li l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 27g tispeċifika dan li ġej: ◄

(a) 

l-identifikaturi għat-tipi differenti ta’tranżazzjonijiet ippubblikati f’konformità ma’ dan l-Artikolu, li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi li huma primarjament marbutin mal-valwazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u dawk determinati minn fatturi oħra;

(b) 

l-applikazzjoni tal-obbligu skont l-paragrafu 1 għal tranżazzjonijiet li jinvolvu l-użu ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji għal kollateral, self jew għanijiet oħra fejn l-iskambju tal-istrumenti finanzjarji huwa determinat minn faturi oħra għajr il-valwazzjoni attwali tas-suq tal-istrument finanzjarju.

▼M7 —————

▼B

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M7

Artikolu 21a

Entitajiet tal-pubblikazzjoni deżinjati

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lid-ditti tal-investiment l-istatus ta’ entità tal-pubblikazzjoni deżinjata għal klassijiet speċifiċi ta’ strumenti finanzjarji, fuq talba ta’ dawk id-ditti tal-investiment. L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika tali talbiet lill-ESMA.
2.  
Meta parti waħda biss għal tranżazzjoni tkun entità tal-pubblikazzjoni deżinjata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dik il-parti għandha tkun responsabbli mill-pubblikazzjoni tat-tranżazzjonijiet permezz ta’ APA f’konformità mal-Artikolu 20(1) jew l-Artikolu 21(1).
3.  
Meta l-ebda waħda mill-partijiet għal tranżazzjoni, jew iż-żewġ partijiet għal tranżazzjoni jkunu entitajiet tal-pubblikazzjoni deżinjati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-entità li tbigħ l-istrument finanzjarju kkonċernat biss għandha tkun responsabbli mill-pubblikazzjoni tat-tranżazzjoni permezz ta’ APA f’konformità mal-Artikolu 20(1) jew l-Artikolu 21(1).
4.  
L-ESMA għandha sad-29 ta’ Settembru 2024 tistabbilixxi u għandha taġġorna regolarment reġistru tal-entitajiet tal-pubblikazzjoni deżinjati kollha, filwaqt li tispeċifika l-identità tagħhom u l-klassijiet ta’ strumenti finanzjarji li għalihom huma entitajiet tal-pubblikazzjoni deżinjati. L-ESMA għandha tippubblika dak ir-reġistru fuq is-sit web tagħha.

▼M3

Artikolu 22

L-għoti ta’ informazzjoni għall-finijiet tat-trasparenza u kalkoli oħrajn

1.  

►M7  Sabiex iwettqu l-kalkoli ħalli jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel u wara n-negozjar u r-reġimi tal-obbligu ta’ negozjar imsemmija fl-Artikoli 3 sa 11a, fl-Artikoli 14 sa 21 u fl-Artikolu 32, li huma applikabbli għall-istrumenti finanzjarji, u sabiex iħejju rapporti lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 4(4), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 11a(1), l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni mingħand: ◄

(a) 

iċ-ċentri ta’ negozjar;

(b) 

l-APAs; u

(c) 

is-CTPs.

2.  
Iċ-ċentri ta’ negozjar, l-APAs u s-CTPs għandhom jaħżnu d-dejta meħtieġa għal perjodu suffiċjenti.
3.  
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kontenut u l-frekwenza tat-talbiet għad-dejta u l-formati u l-perjodu ta’ żmien li matulu ċ-ċentri ta’ negozjar, l-APAs u s-CTPs iridu jwieġbu għat-talbiet għad-dejta msemmija fil-paragrafu 1, it-tip ta’ dejta li trid tinħażen u l-perjodu minimu li għalih iċ-ċentri ta’ negozjar, l-APAs u s-CTPs iridu jaħżnu d-dejta sabiex ikunu jistgħu jwieġbu għat-talbiet għad-dejta f’konformità mal-paragrafu 2.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M7

Artikolu 22a

Trażmissjoni ta’ data lis-CTP

1.  
Iċ-ċentri ta’ negozjar u l-APAs (“kontributuri tad-data”) għandhom, fir-rigward tal-ishma, l-ETFs u l-bonds li huma nnegozjati f’ċentru ta’ negozjar, u fir-rigward tad-derivattivi OTC kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2), jittrażmettu liċ-ċentru tad-data tas-CTP, qrib il-ħin reali daqs kemm ikun teknikament possibbli, id-data regolatorja u d-data meħtieġa skont l-Artikolu 3(1), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, u skont l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 10(1) u l-Artikoli 20 u 21, u, fejn jiġu adottati standards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 22b(3), il-punt (d), f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati fih. Dik id-data għandha tiġi trażmessa f’format armonizzat, permezz ta’ protokoll ta’ trażmissjoni ta’ kwalità għolja.
2.  

Ditta tal-investiment li topera suq tal-SMEs li qed jespandi, jew operatur tas-suq, li l-volum ta’ negozjar annwali tal-ishma tiegħu jirrappreżenta 1 % jew inqas tal-volum ta’ negozjar annwali tal-ishma fl-Unjoni m’għandhiex tkun meħtieġa tittrażmetti d-data tagħha lis-CTP meta:

(a) 

dik id-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq ma jkunx parti minn grupp li jinkludi jew li jkollu rabtiet mill-qrib ma’ ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li l-volum ta’ negozjar annwali tal-ishma tiegħu jirrappreżenta aktar minn 1 % tal-volum ta’ negozjar annwali tal-ishma fl-Unjoni; jew

(b) 

is-suq regolat jew is-suq tal-SMEs li qed jespandi operat minn dik id-ditta tal-investiment jew minn operatur tas-suq jirrappreżenta aktar minn 85 % tal-volum ta’ negozjar annwali tal-ishma li jkunu ġew inizjalment ammessi għan-negozjar f’dak is-suq regolat jew fis-suq tal-SMEs li qed jespandi.

3.  
Minkejja l-paragrafu 2, ditta tal-investiment li topera suq tal-SMEs li qed jespandi, jew operatur tas-suq, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu jistgħu jiddeċiedu li jittrażmettu data lis-CTP f’konformità mal-paragrafu 1, dment li jinnotifikaw lill-ESMA u lis-CTP kif xieraq. Tali ditta tal-investiment jew operatur tas-suq għandhom jibdew jittrażmettu data lis-CTP fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika lill-ESMA.
4.  
L-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha u żżomm aġġornata lista ta’ ditti tal-investiment li joperaw swieq tal-SMEs li qed jespandu u operaturi tas-suq li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, li tindika liema minnhom iddeċidew li japplikaw il-paragrafu 3.
5.  
Kull CTP għandu jagħżel, minn fost it-tipi ta’ protokolli ta’ trażmissjoni li l-kontributuri tad-data joffru lil utenti oħra, liema protokoll ta’ trażmissjoni li għandu jintuża għat-trażmissjoni diretta tad-data msemmija fil-paragrafu 1 liċ-ċentru tad-data tas-CTP.
6.  
Il-kontributuri tad-data m’għandhom jirċievu l-ebda remunerazzjoni għat-trażmissjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew tal-protokoll ta’ trażmissjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, għajr id-dħul riċevut skont l-Artikolu 27h(5), (6) u (7).
7.  
Il-kontributuri tad-data għandhom, fejn applikabbli, japplikaw id-differimenti stabbiliti fl-Artikoli 7, 11 u 11a, l-Artikolu 20(2) u l-Artikolu 21(4) għad-data li għandha tiġi trażmessa lis-CTP.
8.  
Meta s-CTP jikkunsidra l-kwalità tad-data bħala insuffiċjenti, huwa għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-kontributur tad-data kif xieraq. L-awtorità kompetenti għandha twettaq il-miżuri meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 38g ta’ dan ir-Regolament u l-Artikoli 69 u 70 tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 22b

Kwalità tad-Data

1.  
Id-data trażmessa lis-CTP skont l-Artikolu 22a(1) u d-data mxerrda mis-CTP skont l-Artikolu 27h(1), il-punt (d), għandhom jikkonformaw mal-istandards tekniċi regolatorji adottati skont l-Artikolu 4(6), il-punt (a), l-Artikolu 7(2), il-punt (a), l-Artikolu 11(4), il-punt (a), u l-Artikolu 11a(3), il-punt (a), sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 3, il-punti (b) u (d), ta’ dan l-Artikolu.
2.  
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti sad-29 ta’ Ġunju 2024 sabiex jipprovdi pariri dwar il-kwalità u s-sustanza tad-data u l-kwalità tal-protokoll ta’ trażmissjoni msemmi fl-Artikolu 22a(1). Il-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti u l-ESMA għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib. Il-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti għandu jippubblika l-pariri tiegħu.

Il-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti għandu jkun magħmul minn membri b’firxa wiesgħa biżżejjed ta’ għarfien espert, ħiliet, għarfien u esperjenza biex jipprovdu pariri adegwati.

Il-membri tal-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti għandhom jintagħżlu b’segwitu għal proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Fl-għażla tal-membri tal-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn jirriflettu d-diversità tal-parteċipanti fis-suq madwar l-Unjoni.

Il-membri tal-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti għandhom jeleġġu President minn fost il-membri tiegħu, għal terminu ta’ sentejn. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-President tal-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti jagħmel dikjarazzjoni quddiemu u biex iwieġeb kwalunkwe mistoqsija mill-membri tiegħu kull meta jintalab jagħmel dan.

3.  
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kwalità tal-protokoll tat-trażmissjoni, miżuri biex jiġu indirizzati standards żbaljati ta’ infurzar u ta’ rapportar kummerċjali fir-rigward tal-kwalità tad-data, inklużi arranġamenti rigward il-kooperazzjoni bejn il-kontributuri tad-data u s-CTP, u, fejn meħtieġ, il-kwalità u s-sustanza tad-data għall-operar tat-tapes konsolidati.

B’mod partikolari, l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jispeċifikaw dan kollu li ġej:

(a) 

ir-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-protokolli ta’ trażmissjoni msemmija fl-Artikolu 22a(1);

(b) 

il-preżentazzjoni tad-data ewlenija tas-suq li trid tiġi mxerrda mis-CTP, f’konformità mal-istandards u l-prattiki prevalenti tal-industrija;

(c) 

x’jikkostitwixxi t-trażmissjoni ta’ data qrib il-ħin reali daqs kemm ikun teknikament possibbli;

(d) 

fejn meħtieġ, id-data meħtieġa li trid tiġi trażmessa lis-CTP sabiex huwa jkun operazzjonali, b’kunsiderazzjoni għall-parir tal-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti stabbilit skont il-paragrafu 2, inklużi s-sustanza u l-format ta’ dik id-data, f’konformità mal-istandards u l-prattiki prevalenti tal-industrija.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESMA għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-parir mill- grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti stabbilit skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-iżviluppi internazzjonali u l-istandards miftiehma fil-livell tal-Unjoni jew f’dak internazzjonali. L-ESMA għandha tiżgura li l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti tat-trasparenza stabbiliti fl-Artikoli 3, 6, 8, 8a, 8b, 10, 11, 11a, 14, 20, 21 u 27g.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Diċembru 2024.

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 22c

Sinkronizzazzjoni tal-arloġġi tan-negozju

1.  
Iċ-ċentri ta’ negozjar u l-membri, il-parteċipanti jew l-utenti tagħhom, l-internalizzaturi sistematiċi, l-entitajiet tal-pubblikazzjoni deżinjati, l-APAs u s-CTPs għandhom jissinkronizzaw l-arloġġi tan-negozju tagħhom biex jirreġistraw id-data u l-ħin ta’ kull avveniment rapportabbli.
2.  
F’konformità mal-istandards internazzjonali, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-livell ta’ preċiżjoni li l-arloġġi tan-negozju għandhom jilħqu fis-sinkronizzazzjoni tagħhom.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Diċembru 2024.

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 23

Obbligu tan-negozjar għad-ditti tal-investiment

▼M7

1.  

Ditta ta’ investiment għandha tiżgura li n-negozji li twettaq f’ishma li jkollhom Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN) taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), u li huma nnegozjati f’ċentru ta’ negozjar, isiru f’suq regolat, f’MTF, f’internalizzatur sistematiku jew f’ċentru ta’ negozjar ta’ pajjiż terz li jkun ivvalutat bħala ekwivalenti f’konformità mal-Artikolu 25(4), il-punt (a), tad-Direttiva 2014/65/UE, kif xieraq, sakemm:

(a) 

dawk l-ishma jiġu nnegozjati f’ċentru ta’ pajjiż terz f’munita lokali jew f’munita mhux taż-ŻEE; jew

(b) 

dawk in-negozji jitwettqu bejn kontropartijiet eliġibbli, bejn kontropartijiet professjonali jew bejn kontropartijiet eliġibbli u professjonali u ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-identifikazzjoni tal-prezz

▼B

2.  
Ditta tal-investiment li topera sistema interna ta’ tqabbil li tesegwixxi l-ordnijiet tal-klijenti f’ishma, riċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra fuq bażi multilaterali għandha tassigura ruħha li tkun awtorizzata bħala MTF skont id-Direttiva 2014/65/UE u li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha marbuta ma’ dawn l-awtorizzazzjonijiet.
3.  

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-karatteristiċi partikulari ta’ dawk it-tranżazzjonijiet f’ishma li ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-iskoperta tal-prezzijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis każijiet bħal:

(a) 

negozjar f’likwidità mhux utilizzabbli; or

(b) 

fejn l-iskambju ta’ tali strumenti finanzjarji huwa ddeterminat minn fatturi li mhumiex il-valutazzjoni attwali tas-suq tal-istrument finanzjarju.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M6

Artikolu 23a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(6), l-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikoli 18(4) u 27(1), l-Artikolu 34, l-Artikoli 40(5), 42(5), 44(2), 45(6) u l-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament, għandha ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ). Il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b) 

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i) 

l-ismijiet kollha tad-ditta tal-investiment li magħha hija relatata l-informazzjoni;

(ii) 

meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tad-ditta tal-investiment, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii) 

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv) 

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

▼B

TITOLU IV

IR-RAPPORTAR TA’ TRANŻAZZJONIJIET

Artikolu 24

Obbligu li tinżamm l-integrità tas-swieq

Mingħajr ħsara għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet għall-infurzar tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, l-awtoritajiet kompetenti koordinati mill-AETS skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandhom jimmonitorjaw l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment sabiex jiżguraw li jaġixxu b’onestà, b’mod ġust u professjonali u b’manjiera li tippromwovi l-integrità tas-suq.

Artikolu 25

Obbligu għaż-żamma tar-rekords

1.  
Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, għal 5 snin, id-dejta relevanti relatata mal-ordnijiet kollha u mat-transazzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji li wettqu, kemm jekk f’isimhom kif ukoll jekk f’isem il-klijent. Fil-każ tat-transazzjonijiet imwettqa f’isem klijenti, ir-reġistrazzjonijiet għandu jkun fihom it-tagħrif u d-dettalji kollha dwar l-identità tal-klijent, u t-tagħrif meħtieġ skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ). L-ESMA tista’ titlob aċċess għal dik l-informazzjoni skont il-proċedura u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M7

2.  
L-operatur ta’ ċentru ta’ negozjar għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, għal mill-inqas ħames snin, id-data rilevanti relatata mal-ordnijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji li huma reklamati permezz tas-sistemi proprja f’format li jinqara mill-magni bl-użu ta’ mudell komuni. Ir-rekords għandu jkun fihom id-data kollha rilevanti li tikkostitwixxi l-karatteristiċi tal-ordni, inklużi dawk li jorbtu ordni mat-tranżazzjoni jew tranżazzjonijiet imwettqa li joħorġu minn dik l-ordni u li d-dettalji tagħhom għandhom ikunu rrapportati f’konformità mal-Artikolu 26(1) u (3). L-ESMA għandu jkollha rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti skont dan il-paragrafu.

▼B

3.  
►M7  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-dettalji u l-formats tad-data dwar l-ordni rilevanti li huma meħtieġa jinżammu skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u li mhumiex imsemmija fl-Artikolu 26. ◄

Dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għandu jinkludi l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-membru jew tal-parteċipant li ttrasmetta l-ordni, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-ordni, id-data u l-ħin meta l-ordni kienet trasmessa, il-karatteristiċi tal-ordni, inkluż it-tip tal-ordni, il-prezz limitu jekk dan ikun applikabbli, il-perjodu ta’ validità, kwalunkwe istruzzjoni speċifika ta’ ordni, dettalji ta’ kwalunkwe modifika, kanċellazzjoni, twettiq parzjali jew sħiħ tal-ordni, l-isem tal-aġenzija jew l-operatur f’kapaċità prinċipali.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 26

Obbligu ta’ rapportar ta’tranżazzjonijiet

1.  
Id-ditti tal-investiment li jwettqu tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji għandhom jirrapportaw id-dettalji sħaħ u preċiżi ta’ tali tranżazzjonijiet lill-awtorità kompetenti malajr kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard minn tmiem il-ġurnata ta’ xogħol li jkun imiss.

▼M7

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, f’konformità mal-Artikolu 85 tad-Direttiva 2014/65/UE, jistabbilixxu l-arranġamenti neċessarji sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti li ġejjin ukoll jirċievu dik l-informazzjoni:

(a) 

l-awtorità kompetenti tal-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità għal dawk l-istrumenti finanzjarji;

(b) 

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tad-ditti tal-investiment li jitrażmettu;

(c) 

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-fergħat li kienu parti mit-tranżazzjoni; u

(d) 

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni taċ-ċentri ta’ negozjar użati;

L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom mingħajr dewmien bla bżonn iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ESMA kwalunkwe informazzjoni rrapportata f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

2.  

L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika għal:

(a) 

strumenti finanzjarji li huma ammessi għan-negozjar jew innegozjati f’ċentru ta’ negozjar jew li għalihom tkun saret talba għal ammissjoni għan-negozjar, irrispettivament minn jekk tali tranżazzjonijiet jitwettqux fiċ-ċentru ta’ negozjar jew le, bl-eċċezzjoni ta’ tranżazzjonijiet f’derivattivi OTC għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 8a(2), li għalihom l-obbligu għandu japplika biss meta jitwettqu f’ċentru ta’ negozjar;

(b) 

strumenti finanzjarji fejn is-sottostanti huwa strument finanzjarju li huwa nnegozjat f’ċentru ta’ negozjar, irrispettivament minn jekk tali tranżazzjonijiet jitwettqux fiċ-ċentru ta’ negozjar jew le;

(c) 

strumenti finanzjarji meta s-sottostanti jkun indiċi jew basket magħmul minn strumenti finanzjarji nnegozjati f’ċentru ta’ negozjar irrispettivament minn jekk tali tranżazzjonijiet jitwettqux fiċ-ċentru ta’ negozjar jew le;

(d) 

Derivattivi OTC kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2), irrispettivament minn jekk tali tranżazzjonijiet jitwettqux fiċ-ċentru ta’ negozjar jew le.

3.  
B’mod partikolari, ir-rapporti għandhom jinkludu d-dettalji tal-ismijiet u l-għadd ta’ strumenti finanzjarji mixtrija jew mibjugħa, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni, id-dati effettivi, il-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet, deżinjazzjoni biex jiġu identifikati l-partijiet li f’isimhom id-ditta tal-investimenti tkun wettqet dik it-tranżazzjoni, deżinjazzjoni biex jiġu identifikati l-persuni u l-algoritmi tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment responsabbli mid-deċiżjoni tal-investiment u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, deżinjazzjoni li tidentifika l-entità soġġetta għall-obbligu ta’ rapportar, u l-mezzi għall-identifikazzjoni tad-ditti tal-investiment ikkonċernati. Ir-rapporti dwar tranżazzjoni li ssir f’ċentru ta’ negozjar għandhom jinkludu kodiċi ta’ identifikazzjoni tat-tranżazzjoni ġġenerat u mxerred miċ-ċentru ta’ negozjar kemm lill-membri xerrejja kif ukoll lil dawk bejjiegħa taċ-ċentru ta’ negozjar.

Għat-tranżazzjonijiet mhux imwettqa f’ċentru ta’ negozjar, ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll deżinjazzjoni biex jiġu identifikati t-tipi ta’ tranżazzjonijiet f’konformità mal-istandards tekniċi regolatorji adottati skont l-Artikolu 20(3), il-punt (a) u l-Artikolu 21(5), il-punt (a) ta’ dan ir-Regolament. Rigward id-derivattivi ta’ komoditajiet, ir-rapporti għandhom jindikaw ukoll jekk it-tranżazzjoni tnaqqasx ir-riskju b’mod oġġettivament miżurabbli f’konformità mal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/65/UE.

▼B

4.  
Id-ditti tal-investiment li jittrażmettu ordnijiet għandhom jinkludu fit-trażmissjoni ta’ dik l-ordni d-dettalji kollha kif speċifikat fil-paragrafi 1 u 3. Minflok jiġu tinkludi d-dettalji msemmija meta tittrażmetti l-ordnijiet, ditta tal-investiment tista’ tagħżel li tirrapporta l-ordni trażmessa, jekk tkun twettqet, bħala tranżazzjoni skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1. F’dak il-każ, ir-rapport tat-tranżazzjoni mid-ditta tal-investiment għandu jindika li dan jirreferi għal ordni trażmessa.

▼M7

5.  
L-operatur ta’ ċentru ta’ negozjar għandu jirrapporta d-dettalji tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji nnegozjati fuq il-pjattaforma tiegħu li jiġu eżegwiti permezz tas-sistemi tiegħu minn kwalunkwe membru, parteċipant jew utent li mhuwiex soġġett għal dan ir-Regolament f’konformità mal-paragrafi 1 u 3.

▼B

6.  
Fir-rappurtar tad-deżinjazzjoni biex jidentifikaw il-klijenti, kif meħtieġ skont il-paragrafi 3 u 4, id-ditti tal-investiment għandhom jużaw identifikatur ta’ entità ġuridika stabbilit biex jidentifika klijenti li huma persuni ġuridiċi.

L-ESMA għandha tiżviluppa, sat-3 ta’ Jannar 2016 linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tiżgura li l-applikazzjoni ta’ identifikaturi ta’ entità legali fi ħdan l-Unjoni tikkonforma mal-istandards internazzjonali, b’mod partikolari dawk stabbiliti mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja.

7.  
Ir-rapporti għandhom isiru għand l-awtorità kompetenti jew mid-ditta tal-investiment stess, minn ARM li jaġixxi f’isimha jew miċ-ċentru tan-negozjar li permezz tas-sistema tiegħu tkun ġiet konkluża t-transazzjoni, skont il-paragrafi 1, 3 u 9.

Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom ir-responsabilità għall-kompletezza, il-preċiżjoni u l-preżentazzjoni f’waqtha tar-rapporti li jitressqu quddiem l-awtorità kompetenti’

B’deroga minn dik ir-responsabilità, meta ditta tal-investiment tirrapporta dettalji dwar dawk it-tranżazzjonijiet permezz ta’ ARM li jaġixxi f’isimha jew permezz ta’ ċentru tan-negozjar, id-ditta tal-investiment m’għandhiex tkun responsabbli għal nuqqasijiet għall-kompletezza, il-preċiżjoni jew il-preżentazzjoni f’waqtha tar-rapporti li huma attribwibbli lill-ARM jew liċ-ċentru tan-negozjar. F’dawk il-każijiet, u suġġett għall-Artikolu 66(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-ARM jew iċ-ċentru tan-negozjar għandhom ikunu responsabbli għal dan in-nuqqasijiet.

Id-ditti tal-investiment għandhom, madankollu, jieħdu passi raġonevoli biex jivverifikaw il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-preżentazzjoni f’waqtha tar-rapporti ta’tranżazzjoni li jkunu tressqu f’isimhom.

L-Istat Membru ta’ domiċilju għandu jeżigi li ċ-ċentru tan-negozjar, meta jagħmel rapporti f’isem id-ditta tal-investiment, ikollu fis-seħħ mekkaniżmi ta’ sigurtà tajbin imfasslin biex jiggarantixxu s-sigurtà u l-awtentikazzjoni tal-mezzi tat-trasferiment tal-informazzjoni, biex jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni tad-dejta u aċċess mhux awtorizzat u biex jipprevjenu kxif ta’ informazzjoni filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità tad-dejta f’kull ħin. L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li ċ-ċentru tan-negozjar iżżomm riżorsi adegwati u jkollu fis-seħħ faċilitajiet ta’ back-up b’mod li joffri u jżomm għaddejjin is-servizzi tuegħu f’kull ħin.

Sistemi ta’ tqabbil tan-negozju jew ta’ rapportar, inklużi repożitorji tat-transazzjonijiet irreġistrati jew rikonoxxuti f’konformità mat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jistgħu jiġu approvati mill-awtorità kompetenti bħala ARM sabiex jiġu trażmessi rapporti tat-transazzjonijiet lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-paragrafi 1, 3 u 9.

F’każijiet fejn it-tranżazzjonijiet ġew irrapportati f’repożitorju tan-negozjar skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li huwa approvat bħala ARM u fejn dawn ir-rapporti fihom id-dettalji meħtieġa skont il-paragrafi 1, 3 u 9 u huma trażmessi lill-awtorità kompetenti mir-repożitorju tan-negozjar fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-paragrafu 1, għandu jitqies li d-ditta tal-investiment tkun konformi mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1.

Meta jkun hemm żbalji jew nonpubblikazzjonijiet fir-rapporti ta’ tranżazzjoni, l-ARM, id-ditta tal-investiment jew iċ-ċentru tan-negozjar li jirrapporta t-tranżazzjoni għandu jikkoreġi l-informazzjoni u jippreżenta rapport ikkoreġut lill-awtorità kompetenti.

8.  
►M7  Ditta tal-investiment għandha tirrapporta t-tranżazzjonijiet eżegwiti kompletament jew parzjalment permezz tal-fergħa tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment. Il-fergħa ta’ ditta ta’ pajjiż terz għandha tippreżenta r-rapporti tat-tranżazzjonijiet tagħha lill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat il-fergħa. Meta ditta minn pajjiż terz tkun stabbiliet fergħat f’aktar minn Stat Membru wieħed, dawk il-fergħat għandhom jiddeterminaw l-awtorità kompetenti li għandha tirċievi r-rapporti kollha dwar it-tranżazzjonijiet. ◄

Meta, skont l-Artikolu 35(8) tad-Direttiva 2014/65/UE, ir-rapporti previsti f’dan l-Artikolu jiġu trażmessi għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru Ospitanti, dik l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tad-ditta tal-investiment, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ma jiddeċidux li ma jkunux jixtiequ jirċievu dik l-informazzjoni.

9.  

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

l-istandards u l-formats tad-dejta sabiex l-informazzjoni tiġi rrappurtata skont il-paragrafu 1 u 3, inklużi l-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji u l-forma u l-kontenut ta’ tali rapporti;

(b) 

il-kriterji għad-definizzjoni ta’ suq relevanti skont il-paragrafu 1;

▼M7

(c) 

ir-referenzi tal-istrumenti finanzjarji mixtrija jew mibjugħa, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni, id-dati effettivi, il-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet, l-informazzjoni u d-dettalji tal-identità tal-klijent, deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-partijiet li f’isimhom id-ditta tal-investiment wettqet dik it-tranżazzjoni, deżinjazzjoni biex jiġu identifikati l-persuni u l-algoritmi tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment responsabbli mid-deċiżjoni tal-investiment u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, deżinjazzjoni li tidentifika l-entità soġġetta għall-obbligu tar-rapportar, il-mezzi għall-identifikazzjoni tad-ditti tal-investiment konċernati, il-mod li bih twettqet it-tranżazzjoni, it-taqsimiet tad-data meħtieġa għall-ipproċessar u l-analiżi tar-rapporti tat-tranżazzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 3;

▼M7 —————

▼M7

(e) 

il-kategoriji rilevanti ta’ indiċijiet li jridu jiġu rrapportati f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (c);

▼B

(f) 

il-kundizzjonijiet li bihom l-identifikaturi ta’ entità ġuridika jiġu żviluppati, attribwiti u miżmuma mill-Istati Membri skont il-paragrafu 6, u l-kundizzjonijiet li bihom jintużaw dawn l-identifikaturi ta’ entità ġuridika minn ditti tal-investiment sabiex jipprovdu, skont il-paragrafi 3, 4 u 5, id-deżinjazzjoni biex jiġu identifikati l-klijenti fir-rapporti tat-tranżazzjonijiet li huma meħtieġa jistabbilixxu skont il-paragrafu 1.

(g) 

l-applikazzjoni tal-obbligi tar-rappurtar tat-transazzjonijiet lil fergħat ta’ ditti tal-investiment;

(h) 

dak li jikkostitwixxitranżazzjoni u t-twettiq ta’tranżazzjoni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.

(i) 

meta ditta tal-investiment titqies li tkun ittrażmettiet ordni għall-finijiet tal-paragrafu 4;

▼M7

(j) 

il-kundizzjonijiet biex jintrabtu tranżazzjonijiet speċifiċi u l-mezzi għall-identifikazzjoni tal-ordnijiet aggregati li jirriżultaw fl-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni; u

(k) 

id-data sa meta t-tranżazzjonijiet għandhom jiġu rrapportati.

▼M7

Meta tiżviluppa dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi u l-istandards internazzjonali li ntlaħaq qbil dwarhom fil-livell tal-Unjoni jew internazzjonali, u l-konsistenza ta’ dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji mar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 u (UE) 2015/2365.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Settembru 2025.

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

10.  
Sat- ►M1  3 ta' Jannar 2020 ◄ l-ESMA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament ta’ dan l-Artikolu, inkluż l-interazzjoni tagħha mal-obbligi relatati ta’ rappurtar skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, u jekk il-kontenut u l-format tar-rapporti ta’ tranżazzjonijiet riċevuti u skambjati bejn l-awtoritajiet kompetenti komprensivi jippermettux il-monitoraġġ tal-attivitajiet tad-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista’ tieħu passi sabiex tipproponi kwalunkwe bidla, inkluż biex it-tranżazzjonijiet jiġu trażmessi biss f’sistema unika magħżula mill-ESMA minflok għand l-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport tal-AETS lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼M7

11.  

Sad-29 ta’ Marzu 2028, l-ESMA għandha tippreżenta lill-Kummissjoni rapport li jivvaluta l-fattibbiltà ta’ aktar integrazzjoni fir-rapportar tat-tranżazzjonijiet u s-simplifikazzjoni tal-flussi ta’ data skont dan l-Artikolu biex:

(a) 

jitnaqqsu r-rekwiżiti duplikati jew inkonsistenti għar-rapportar tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, u b’mod partikolari r-rekwiżiti duplikati jew inkonsistenti stabbiliti f’dan ir-Regolament u r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 u (UE) (2015/2365), u f’liġijiet oħra rilevanti tal-Unjoni;

(b) 

jittejbu l-istandardizzazzjoni tad-data u l-kondiviżjoni u l-użu effiċjenti tad-data rapportata fi ħdan kwalunkwe qafas ta’ rapportar tal-Unjoni minn kwalunkwe awtorità rilevanti fil-livell tal-Unjoni jew dak nazzjonali.

Meta tħejji r-rapport, u meta jkun rilevanti, l-ESMA għandha taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi l-oħrajn tas-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja u mal-Bank Ċentrali Ewropew.

▼M3

Artikolu 27

Obbligu tal-provvista ta’ dejta ta’ referenza ta’ strumenti finanzjarji

►M7  

Fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jew negozjati f’ċentru ta’ negozjar jew meta l-emittent ikun approva negozjar tal-istrument maħruġ jew meta tkun saret talba għal ammissjoni għan-negozjar, iċ-ċentri ta’ negozjar għandhom jipprovdu lill-ESMA data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni għall-finijiet tar-rapportar tat-tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 26 r-rekwiżiti ta’ trasparenza skont l-Artikoli 3, 6, 8, 8a, 8b, 10, 14, 20 u 21.

Fir-rigward tad-derivattivi OTC, id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq identifikatur uniku tal-prodott maqbul fuq livell globali u fuq kwalunkwe data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni rilevanti oħra.

Fir-rigward tad-derivattivi OTC mhux koperti mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 26(2), kull entità tal-pubblikazzjoni deżinjata għandha tipprovdi lill-ESMA bid-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni.

 ◄

Id-dejta ta’ referenza ta’ identifikazzjoni għandha tkun lesta biex tiġi ppreżentata lill-ESMA f’format elettroniku u standardizzat qabel jibda n-negozjar fl-istrument finanzjarju li tirreferi għalih. Id-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju għandha tiġi aġġornata kull meta jkun hemm bidliet fid-dejta fir-rigward ta’ strument finanzjarju. L-ESMA għandha tippubblika dik id-dejta ta’ referenza minnufih fis-sit web tagħha. L-ESMA għandha tagħti lill-awtoritajiet kompetenti aċċess mingħajr dewmien bla bżonn għal dik id-dejta ta’ referenza.

2.  

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jissorveljaw, skont l-Artikolu 26, l-attivitajiet tad-ditti ta’ investiment sabiex jiżguraw li dawn jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali u b’mod li jippromwovi l-integrità tas-suq, l-ESMA għandha, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa sabiex ikun żgurat li:

(a) 

l-ESMA effettivament tirċievi d-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b) 

il-kwalità tad-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju riċevuta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun adatta għall-fini tar-rapportar tat-tranżazzjonijiet taħt l-Artikolu 26;

(c) 

id-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju riċevuta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tintbagħat b’mod effiċjenti u mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

(d) 

ikun hemm mekkaniżmi effettivi fis-seħħ bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġu riżolti l-kwistjonijiet relatati mal-kunsinna tad-dejta jew il-kwalità tad-dejta.

3.  

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

l-istandards u l-formati tad-dejta għad-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju f’konformità mal-paragrafu 1, inklużi l-metodi u l-arranġamenti għall-forniment tad-dejta u kwalunkwe aġġornament tagħha lill-ESMA u għat-trażmissjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 1, u l-forma u l-kontenut ta’ tali dejta;

(b) 

il-miżuri tekniċi li huma meħtieġa fir-rigward tal-arranġamenti li jridu jsiru mill-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2;

▼M7

(c) 

id-data sa meta għandha tiġi rrapportata d-data ta’ referenza.

Meta tiżviluppa dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi u l-istandards internazzjonali li ntlaħaq qbil dwarhom fil-livell tal-Unjoni jew internazzjonali, u l-konsistenza ta’ dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji mar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 u (UE) 2015/2365.

▼M3

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.  

L-ESMA tista’ tissospendi l-obbligi ta’ rapportar speċifikati fil-paragrafu 1 għal ċerti strumenti finanzjarji jew għall-istrumenti finanzjarji kollha fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

is-sospensjoni tkun neċessarja sabiex jiġu ppreservati l-integrità u l-kwalità tad-dejta ta’ referenza soġġetta għall-obbligu ta’ rapportar kif speċifikat fil-paragrafu 1 li jistgħu jitqiegħdu f’riskju minħabba kwalunkwe wieħed minn dan li ġej:

(i) 

inkompletezza, impreċiżjoni jew korruzzjoni serji tad-dejta sottomessa, jew

(ii) 

indisponibbiltà b’mod puntwali, interruzzjoni jew ħsara fil-funzjonament tas-sistemi użati għas-sottomissjoni, għall-ġbir, għall-ipproċessar jew għall-ħżin tad-dejta ta’ referenza rispettiva mill-ESMA, mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, mill-infrastrutturi tas-suq, mis-sistemi ta’ kklerjar u ta’ saldu, u mill-parteċipanti importanti fis-suq;

(b) 

ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti tal-Unjoni li huma applikabbli ma jindirizzawx it-theddida;

(c) 

is-sospensjoni ma jkollha l-ebda effett ta’ detriment fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni;

(d) 

is-sospensjoni ma toħloq ebda arbitraġġ regolatorju.

Meta tieħu l-miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESMA għandha tqis kemm il-miżura tiżgura l-preċiżjoni u l-kompletezza tad-dejta rrapportata għall-finijiet speċifikati fil-paragrafu 2.

Qabel ma tiddeċiedi jekk tiħux il-miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu u li taħthom iċ-ċirkustanzi taħt liema s-suspensjoni msemmija f’dak is-subparagrafu ma tibqax tapplika.

▼M7

5.  
Sad-29 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika d-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni li għandha tintuża fir-rigward ta’ derivattivi OTC għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 8a(2) u l-Artikoli 10 u 21.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika d-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni li trid tintuża fir-rigward tad-derivattivi OTC għall-finijiet tal-Artikolu 26.

▼M3

TITOLU IVa

SERVIZZI TA’ RAPPORTAR TA’ DEJTA

KAPITOLU 1

L-awtorizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta

Artikolu 27a

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, awtorità kompetenti nazzjonali tfisser awtorità kompetenti kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 27b

Rekwiżit għall-awtorizzazzjoni

1.  
L-operat ta’ APA, CTP jew ARM bħala mestier jew negozju regolari għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-ESMA f’konformità ma’ dan it-Titolu.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, APA jew ARM identifikati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 2(3) għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti skont dan it-Titolu.

2.  
Ditta ta’ investiment jew operatur fis-suq li joperaw ċentru ta’ negozjar jistgħu jipprovdu wkoll is-servizzi ta’ APA, CTP jew ARM, soġġetti għall-verifika minn qabel mill-ESMA jew mill-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti li d-ditta ta’ investiment jew l-operatur fis-suq ikunu konformi ma’ dan it-Titolu. Il-forniment ta’ dawk is-servizzi għandu jiġi inkluż fl-awtorizzazzjoni tagħhom.
3.  
L-ESMA għandha tistabbilixxi reġistru tal-fornituri kollha tas-servizzi ta’ rapportar ta’ dejta fl-Unjoni. Ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku u għandu jinkludi informazzjoni dwar is-servizzi li għalihom huwa awtorizzat il-fornitur tas-servizzi ta’ rapportar ta’ dejta u għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari.

Fejn l-ESMA, jew awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, tkun irtirat awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 27e, dak l-irtirar għandu jiġi ppubblikat fir-reġistru għal perijodu ta’ ħames snin.

4.  
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandhom jipprovdu s-servizzi tagħhom taħt is-superviżjoni tal-ESMA jew tal-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti. L-ESMA, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, għandha tirrivedi regolarment il-konformità tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta ma’ dan it-Titolu. L-ESMA, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, għandha tissorvelja li l-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta jikkonformaw f’kull ħin mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali stabbiliti taħt dan it-Titolu.

Artikolu 27c

L-awtorizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ d-dejta

1.  

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandhom jiġu awtorizzati mill-ESMA, jew mill-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, għall-finijiet ta’ dan it-Titolu fejn:

(a) 

il-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta jkun persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni; u

(b) 

il-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan it-Titolu.

2.  
L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika s-servizz tar-rapportar ta’ dejta li l-fornitur tas-servizzi tar-rapportar ta’ dejta jkun awtorizzat li jipprovdi. Fejn fornitur awtorizzat ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta jfittex li jestendi l-kummerċ tiegħu għal servizzi addizzjonali ta’ rapportar ta’ dejta, huwa għandu jissottometti talba lill-ESMA, jew lill-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, għall-estensjoni ta’ dik l-awtorizzazzjoni.
3.  
Fornitur awtorizzat ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandu jikkonforma l-ħin kollu mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni msemmija f’dan it-Titolu. Fornitur awtorizzat ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, jinnotifika lill-ESMA, jew lill-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, bi kwalunkwe bidliet materjali fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni.
4.  
L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun effettiva u valida għat-territorju kollu tal-Unjoni, u għandha tippermetti lill-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta jipprovdi s-servizzi li għalihom kien awtorizzat, fl-Unjoni kollha.

Artikolu 27d

▼M7

Proċeduri għall-għoti u r-rifjut tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni tal-ARMs u l-APAs

1.  
L-APA jew l-ARM applikant għandu jippreżenta applikazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-ESMA, jew, meta jkun rilevanti, l-awtorità kompetenti nazzjonali, tkun tista’ tikkonferma li l-APA jew l-ARM implimenta, fil-ħin tal-awtorizzazzjoni inizjali, l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dan it-Titolu, inkluż programm ta’ operazzjonijiet li jistabbilixxi, inter alia, it-tipi ta’ servizzi previsti u l-istruttura organizzazzjonali.
2.  
L-ESMA, jew, meta jkun rilevanti, l-awtorità kompetenti nazzjonali, għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tkunx kompluta fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni.

Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA, jew, meta jkun rilevanti, l-awtorità kompetenti nazzjonali, għandha tistabbilixxi skadenza sa meta l-APA jew l-ARM għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.

Wara li tivvaluta li l-applikazzjoni tkun kompluta, l-ESMA, jew, meta jkun rilevanti, l-awtorità kompetenti nazzjonali, għandha tinnotifika b’dan lill-APA jew lill-ARM.

3.  
L-ESMA, jew, meta jkun rilevanti, l-awtorità kompetenti nazzjonali, għandha, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi applikazzjoni kompluta, tivvaluta l-konformità tal-APA jew tal-ARM ma’ dan it-Titolu. Hija għandha tadotta deċiżjoni motivata li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni, u għandha tinnotifika lill-APA jew lill-ARM applikant kif xieraq fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-adozzjoni.

▼M3

4.  

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tiddetermina:

(a) 

l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta taħt il-paragrafu 1, inkluż il-programm tal-operazzjonijiet;

▼M7

(b) 

l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fin-notifiki msemmija fl-Artikolu 27f(2) fir-rigward tal-APAs u l-ARMs.

▼M3

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.  
►M7  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-informazzjoni li trid tiġi pprovduta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fin-notifiki msemmija fl-Artikolu 27f(2) fir-rigward tal-APAs u l-ARMs. ◄

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M7

Artikolu 27da

Proċedura għall-għażla ta’ CTP uniku għal kull klassi ta’ assi

1.  

Għal kull waħda mill-klassijiet ta’ assi li ġejjin, l-ESMA għandha torganizza proċedura tal-għażla separata għall-ħatra ta’ CTP uniku għal perjodu ta’ ħames snin:

(a) 

bonds;

(b) 

ishma u ETFs; u

(c) 

Derivattivi OTC jew subklassijiet rilevanti ta’ derivattivi OTC.

L-ESMA għandha tibda l-ewwel proċedura tal-għażla skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), sad-29 ta’ Diċembru 2024.

L-ESMA għandha tibda l-ewwel proċedura tal-għażla skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), fi żmien sitt xhur mill-bidu tal-proċedura tal-għażla skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (a).

L-ESMA għandha tibda l-ewwel proċedura tal-għażla skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan il-paragrafu fi żmien tliet xhur mid-data tal-applikazzjoni tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 27(5) u mhux qabel sitt xhur mill-bidu tal-proċedura tal-għażla stabbilita fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu.

L-ESMA għandha tibda proċeduri tal-għażla sussegwenti skont l-ewwel subparagrafu fil-mument opportun biex tippermetti li l-forniment tat-tape konsolidat jibqa’ għaddej mingħajr xkiel.

2.  

Għal kull waħda mill-klassijiet ta’ assi msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tagħżel l-applikant xieraq biex jopera t-tape konsolidat abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-kapaċità teknika tal-applikant li jipprovdi tape konsolidat reżiljenti madwar l-Unjoni;

(b) 

il-kapaċità tal-applikant li jikkonforma mar-rekwiżiti organizzazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 27h;

(c) 

il-kapaċità tal-applikant li jirċievi, jikkonsolida u jxerred, kif xieraq:

(i) 

għall-ishma u l-ETFs, data ta’ qabel u wara n-negozjar;

(ii) 

għall-bonds, data ta’ wara n-negozjar; u

(iii) 

għad-derivattivi OTC, data ta’ wara n-negozjar;

(d) 

l-adegwatezza tal-istruttura ta’ tmexxija tal-applikant;

(e) 

il-veloċità li biha l-applikant jista’ jxerred id-data ewlenija tas-suq u d-data regolatorja;

(f) 

l-adegwatezza tal-metodi u l-arranġamenti tal-applikant biex jiżgura l-kwalità tad-data;

(g) 

in-nefqa totali meħtieġa mill-applikant sabiex jiżviluppa tape konsolidat u l-kostijiet tal-operar tat-tape konsolidat fuq bażi kontinwa;

(h) 

il-livell tat-tariffi li l-applikant biħsiebu jimponi fuq it-tipi differenti ta’ utenti tat-tape konsolidat, is-sempliċità tal-mudelli tat-tariffi u ta’ liċenzjar tiegħu, u l-konformità mal-Artikolu 13;

(i) 

għat-tape konsolidat għall-bonds, l-eżistenza ta’ arranġamenti għad-distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul f’konformità mal-Artikolu 27h(5);

(j) 

l-użu ta’ teknoloġiji moderni ta’ interfaċċa mill-applikant għat-tixrid ta’ data ewlenija tas-suq u data regolatorja u għall-konnettività;

(k) 

l-adegwatezza tal-arranġamenti implimentati mill-applikant biex jinżammu r-rekords f’konformità mal-Artikolu 27ha(3);

(l) 

il-kapaċità li l-applikant jiżgura r-reżiljenza u l-kontinwità tan-negozju, u l-arranġamenti li l-applikant biħsiebu jimplimenta biex jimmitiga u jindirizza l-qtugħ u r-riskju ċibernetiku;

(m) 

l-arranġamenti li l-applikant biħsiebu jimplimenta biex jimmitiga l-konsum tal-enerġija ġġenerat mill-ġbir, l-ipproċessar u l-ħżin tad-data;

(n) 

meta applikazzjoni tiġi ppreżentata minn applikanti konġunti, il-ħtieġa, f’termini ta’ kapaċità teknika u loġistika, li kull wieħed mill-applikanti japplika b’mod konġunt.

3.  
L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa kollha biex l-ESMA tkun tista’ tikkonferma li, fi żmien tal-applikazzjoni, l-applikant ikun implimenta l-arranġamenti meħtieġa kollha biex jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u biex jikkonforma mar-rekwiżiti organizzazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 27h.
4.  
Fi żmien sitt xhur mill-bidu ta’ kull proċedura tal-għażla msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tadotta deċiżjoni motivata li tagħżel l-applikant xieraq biex jopera t-tape konsolidat u tistiednu jippreżenta applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien bla bżonn.
5.  
Meta l-ebda applikant ma jkun intgħażel skont dan l-Artikolu jew ġie awtorizzat skont l-Artikolu 27db, l-ESMA għandha tibda proċedura tal-għażla ġdida fi żmien sitt xhur mit-tmiem tal-proċedura tal-għażla jew tal-awtorizzazzjoni li ma tkunx irnexxiet.

Artikolu 27db

Proċeduri għall-għoti u r-rifjut tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni tas-CTPs

1.  
L-applikant għall-awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 27da(4) għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa kollha biex l-ESMA tkun tista’ tikkonferma li, fi żmien l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, l-applikant ikun implimenta l-arranġamenti meħtieġa kollha biex jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 27da(2).
2.  
L-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tkunx kompluta fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-irċevuta tal-applikazzjoni.

Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha tistabbilixxi skadenza sa meta l-applikant għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.

Wara li tivvaluta li l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tkun kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant kif meħtieġ.

3.  
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni kompluta, l-ESMA għandha tivvaluta l-konformità tal-applikant ma’ dan it-Titolu. Hija għandha tadotta deċiżjoni motivata li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni u għandha tinnotifika lill-applikant kif meħtieġ fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data tal-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni motivata. Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni għandha tispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom għandu jopera l-applikant.
4.  
Wara l-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 3, l-ESMA tista’ tagħti lill-applikant awtorizzat bħala CTP perjodu ta’ tranżizzjoni biex jimplimenta l-arranġamenti operazzjonali u tekniċi meħtieġa.
5.  
Is-CTP għandhom jikkonformaw f’kull ħin mar-rekwiżiti organizzazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 27h u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni motivata li tawtorizza s-CTP msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

CTP li ma jkunx għadu jista’ jikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għandu jinforma lill-ESMA b’dan mingħajr dewmien bla bżonn.

6.  
L-irtirar tal-awtorizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 27e għandu jidħol fis-seħħ biss wara li jintgħażel u jiġi awtorizzat CTP ġdid għall-klassi ta’ assi kkonċernata f’konformità mal-Artikoli 27da u 27db.
7.  

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tiddetermina:

(a) 

l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta skont il-paragrafu 1;

(b) 

l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fin-notifiki msemmija fl-Artikolu 27f(2) fir-rigward tas-CTPs.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Diċembru 2024.

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

8.  
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-informazzjoni li trid tiġi pprovduta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fin-notifiki msemmija fl-Artikolu 27f(2) fir-rigward tas-CTPs.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Diċembru 2024

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M3

Artikolu 27e

Irtirar ta’ awtorizzazzjoni

1.  

L-ESMA, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, tista’ tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta fejn dan tal-aħħar:

(a) 

ma jagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, jirrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni jew ma jkun ipprovda ebda servizz fis-sitt xhur preċedenti;

(b) 

ikun kiseb l-awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta’ kwalunkwe mezz irregolari ieħor;

(c) 

ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li taħthom kien ġie awtorizzat;

(d) 

kiser serjament u sistematikament dan ir-Regolament.

2.  
L-ESMA għandha, fejn rilevanti, mingħajr dewmien bla bżonn, tinnotifika lill-awtorità kompetenti nazzjonali fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta b’deċiżjoni li tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta.

▼M7

3.  
Fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ data li l-awtorizzazzjoni tiegħu għandha tiġi rtirata għandu jiżgura sostituzzjoni ordinata, inklużi t-trasferiment tad-data lil fornituri oħra ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ data, l-għoti ta’ avviż xieraq lill-klijenti tiegħu u r-riorjentazzjoni tal-flussi ta’ rapportar lil fornituri oħra ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ data qabel l-irtirar.

▼M3

Artikolu 27f

Rekwiżiti għall-korp maniġerjali ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta

1.  
Il-korp maniġerjali ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandu f’kull ħin ikun ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed, ikollu biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza u jimpenja biżżejjed ħin sabiex jaqdi dmirijietu.

Il-korp maniġerjali għandu jkollu l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza kollettivi adegwati sabiex ikun kapaċi jifhem l-attivitajiet tal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta. Kull membru tal-korp maniġerjali għandu jaġixxi b’onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb sabiex jikkontesta b’mod effettiv id-deċiżjonijiet tal-maniġment superjuri fejn meħtieġ u sabiex jissorvelja u jimmonitorja b’mod effettiv it-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali, fejn meħtieġ.

Fejn operatur tas-suq jitlob awtorizzazzjoni sabiex jopera APA, CTP jew ARM skont l-Artikolu 27d u l-membri tal-korp maniġerjali tal-APA, tas-CTP jew tal-ARM ikunu l-istess bħall-membri tal-korp maniġerjali tas-suq regolat, dawk il-persuni jitqiesu bħala li jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu.

2.  
Fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandu jinnotifika lill-ESMA, jew lill-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, bl-ismijiet tal-membri kollha tal-korp maniġerjali tagħha u dwar kwalunkwe bidliet fis-sħubija tagħha, flimkien mal-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiġi vvalutat jekk l-entità hijiex konformi mal-paragrafu 1.
3.  
Il-korp maniġerjali ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandu jiddefinixxi u jissorvejla l-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza li jiżguraw ġestjoni effettiva u prudenti ta’ organizzazzjoni, inkluża s-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-organizzazzjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess, u b’mod li jippromwovi l-integrità tas-suq u l-interessi tal-klijenti tiegħu.

▼M7

4.  
L-ESMA, jew, meta jkun rilevanti, l-awtorità kompetenti nazzjonali, għandha tirrifjuta jew tirtira l-awtorizzazzjoni jekk ma tkunx sodisfatta li l-persuna jew il-persuni li jidderieġu b’mod effettiv in-negozju tal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ data huma ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed, jew jekk ikun hemm raġunijiet oġġettivi u dimostrabbli sabiex wieħed jemmen li l-bidliet proposti fil-korp maniġerjali tal-immaniġġjar tal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ data jikkawżaw theddida għall-immaniġġjar tajjeb u prudenti tiegħu u għall-kunsiderazzjoni adegwata tal-interessi tal-klijenti tiegħu u għall-integrità tas-suq.

▼M3

5.  
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sal-1 ta’ Jannar 2021 għall-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal-korp maniġerjali deskritti fil-paragrafu 1, wara li tqis ir-rwoli u l-funzjonijiet differenti tagħhom u l-ħtieġa li tevita kunflitti ta’ interess bejn il-membri tal-korp maniġerjali u l-utenti tal-APA, CTP jew ARM.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU 2

Kundizzjonijiet għall-APAs, għas-CTPs u għall-ARMs

Artikolu 27g

Rekwiżiti organizzazzjonali għall-APAs

1.  
APA għandu jkollu fis-seħħ politiki u arranġamenti adegwati sabiex jagħmel l-informazzjoni pubblika meħtieġa taħt l-Artikoli 20 u 21 mill-aktar qrib il-ħin reali li jkun teknikament possibbli, fuq bażi kummerċjali raġonevoli. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli bla ħlas 15-il minuta wara li l-APA jkun ippubblikaha. L-APA għandu jxerred tali informazzjoni b’mod effiċjenti u konsistenti b’mod li jiżgura aċċess veloċi għall-informazzjoni, fuq bażi mhux diskriminatorja u f’format li jiffaċilita l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni b’dejta simili minn sorsi oħrajn.
2.  

L-informazzjoni ppubblikata minn APA f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tinkludi, mill-inqas, id-dettalji li ġejjin:

(a) 

l-identifikatur tal-istrument finanzjarju;

(b) 

il-prezz li bih ġiet konkluża t-tranżazzjoni;

(c) 

il-volum tat-tranżazzjoni;

(d) 

il-ħin tat-tranżazzjoni;

(e) 

il-ħin li fih kienet irrapportata t-tranżazzjoni;

(f) 

in-notazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni;

(g) 

il-kodiċi għaċ-ċentru ta’ negozjar li fih ġiet eżegwita t-tranżazzjoni jew, fejn it-tranżazzjoni tkun ġiet eżegwita permezz ta’ internalizzatur sistematiku, il-kodiċi “SI” jew inkella l-kodiċi “OTC”;

(h) 

jekk applikabbli, indikatur li t-tranżazzjoni kienet soġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi.

3.  
APA għandu jopera u jżomm arranġamenti amministrattivi effettivi maħsuba biex jipprevjenu kunflitti ta’ interess mal-klijenti tiegħu. B’mod partikolari, APA li jkun ukoll operatur tas-suq jew ditta ta’ investiment għandu jittratta l-informazzjoni kollha miġbura b’mod mhux diskriminatorju u għandu jopera u jżomm arranġamenti xierqa sabiex jissepara l-funzjonijiet kummerċjali differenti.
4.  
APA għandu jkollu fis-seħħ mekkaniżmi tajba ta’ sigurtà maħsuba sabiex jiggarantixxu s-sigurtà tal-mezzi tat-trasferiment tal-informazzjoni, jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni tad-dejta u tal-aċċess mhux awtorizzat u jipprevjenu l-ħruġ ta’ informazzjoni qabel il-pubblikazzjoni. L-APA għandu jżomm riżorsi adegwati u jkollu fis-seħħ faċilitajiet ta’ riżerva sabiex joffri u jżomm is-servizzi tiegħu f’kull ħin.

▼M7

4a.  
APA għandu jkollu rekwiżiti oġġettivi, nondiskriminatorji u ddivulgati pubblikament biex impriżi li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 21(1) jiksbu aċċess għas-servizzi tiegħu.

APA għandu jiddivulga pubblikament il-prezzijiet u t-tariffi assoċjati mas-servizzi ta’ rapportar ta’ data pprovduti skont dan ir-Regolament. Huwa għandu jiddivulga separatament il-prezzijiet u t-tariffi ta’ kull servizz ipprovdut, inklużi l-iskontijiet u r-rifużjonijiet u l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minnhom. Huwa għandu jippermetti lill-entitajiet ta’ rapportar jaċċessaw servizzi speċifiċi separatament.

4b.  
APA għandu jżomm r-rekords relatati man-negozju tiegħu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti jew tal-ESMA għal mill-inqas ħames snin.

▼M3

5.  
L-APA għandu jkollu fis-seħħ sistemi li jkunu jistgħu jivverifikaw b’mod effettiv ir-rapporti kummerċjali għall-kompletezza, jidentifikaw ommissjonijiet u żbalji ovvji u jitolbu trażmissjoni mill-ġdid ta’ kwalunkwe tali rapport żbaljat.
6.  
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw formati komuni, standards ta’ dejta u arranġamenti tekniċi li jiffaċilitaw il-konsolidazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M7 —————

▼M3

8.  

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

il-mezzi li bihom APA jista’ jikkonforma mal-obbligu ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1;

(b) 

il-kontenut tal-informazzjoni ppubblikata taħt il-paragrafu 1, inkluża, mill-inqas, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 b’tali mod li tkun iffaċilitata l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mitluba taħt dan l-Artikolu;

(c) 

ir-rekwiżiti organizzazzjonali konkreti stabbiliti fil-paragrafi 3, 4 u 5.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M7

Artikolu 27h

Rekwiżiti organizzazzjonali għas-CTPs

1.  

F’konformità mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 27db, CTP għandu:

(a) 

jiġbor id-data kollha trażmessa mill-kontributuri tad-data b’rabta mal-klassi ta’ assi li għaliha tkun awtorizzata;

(b) 

jiġbor tariffi mill-utenti, filwaqt li jipprovdi aċċess, mingħajr ħlas, għat-tape konsolidat lill-investituri tal-bejgħ bl-imnut, lill-akkademiċi, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet kompetenti;

(c) 

fil-każ tat-tape konsolidat għall-ishma u l-ETFs, jiddistribwixxi mill-ġdid parti mid-dħul tiegħu f’konformità mal-paragrafu 6;

(d) 

jxerred data ewlenija tas-suq u data regolatorja lill-utenti bħala xandir elettroniku kontinwu live tad-data b’termini nondiskriminatorji qrib il-ħin reali daqs kemm ikun teknikament possibbli;

(e) 

jiżgura li d-data ewlenija tas-suq u d-data regolatorja tkun aċċessibbli faċilment, tkun tista’ tinqara mill-magni u tkun tista’ tintuża mill-utenti kollha, inklużi l-investituri tal-bejgħ bl-imnut;

(f) 

ikollu stabbilit sistemi li b’mod effettiv ikunu jistgħu jiċċekkjaw il-kompletezza tad-data trażmessa mill-kontributuri tad-data, jidentifikaw żbalji ovvji, u jitolbu t-trażmissjoni mill-ġdid tad-data;

(g) 

meta s-CTP ikun ikkontrollat minn grupp ta’ operaturi ekonomiċi, ikollu fis-seħħ sistema ta’ konformità biex jiżgura li l-operat tat-tape konsolidat ma jirriżultax f’distorsjoni tal-kompetizzjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), CTP għall-ishma u l-ETFs m’għandux jippubblika l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tas-suq meta jxerred l-aħjar offerta u talba Ewropea lill-pubbliku kemm jista’ jkun teknikament possibbli qrib il-ħin reali.

2.  

CTP għandu jadotta, jippubblika fuq is-sit web u jaġġorna regolarment standards dwar il-livell ta’ servizz li jkopru dawn kollha li ġejjin:

(a) 

inventarju tal-kontributuri tad-data li tiġi riċevuta d-data mingħandhom;

(b) 

il-modalitajiet u l-veloċità tal-konsenja tad-data ewlenija tas-suq u tad-data regolatorja lill-utenti;

(c) 

il-miżuri meħuda sabiex tiġi żgurata l-kontinwità operazzjonali fil-forniment tad-data ewlenija tas-suq u tad-data regolatorja.

3.  
CTP għandu jkollu stabbilit mekkaniżmi ta’ sigurtà sodi mfassla biex jiggarantixxu s-sigurtà tal-mezzi ta’ trasferiment tad-data bejn il-kontributuri tad-data u s-CTP, kif ukoll bejn is-CTP u l-utenti, u biex jimminimizzaw ir-riskju ta’ korruzzjoni tad-data u ta’ aċċess mhux awtorizzat. Is-CTP għandu jżomm riżorsi adegwati u jkollu stabbiliti faċilitajiet ta’ backup biex joffri u jżomm is-servizzi tiegħu f’kull ħin.
4.  
Għal kull waħda mill-klassijiet ta’ assi msemmija fl-Artikolu 27da (1), CTP għandu jippubblika lista tal-istrumenti finanzjarji li huma koperti mit-tape konsolidat, filwaqt li jindika d-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni tagħhom.

Is- CTP għandu joffri aċċess, mingħajr ħlas, għal-lista tiegħu, u għandu jiżgura li l-lista tiġi rieżaminata u aġġornata regolarment, biex tiġi offruta stampa komprensiva tal-istrumenti finanzjarji kollha koperti mit-tape konsolidat.

5.  
CTP għal strumenti finanzjarji għajr ishma u ETFs jista’ jiddistribwixxi mill-ġdid parti mid-dħul iġġenerat mit-tape konsolidat lill-kontributuri tad-data.
6.  

CTP għall-ishma u l-ETFs għandu jiddistribwixxi mill-ġdid parti mid-dħul iġġenerat mit-tape konsolidat, kif indikat fid-deċiżjoni motivata msemmija fl-Artikolu 27db(3), lill-kontributuri tad-data li jissodisfaw wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin (l-“iskema ta’ distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul”):

(a) 

il-kontributur tad-data jkun suq regolat jew suq tal-SMEs li qed jespandi li l-volum ta’ negozjar annwali tal-ishma tiegħu jirrappreżenta 1 % jew inqas tal-volum ta’ negozjar annwali tal-ishma fl-Unjoni (“ċentru ta’ negozjar żgħir”);

(b) 

il-kontributur tad-data huwa ċentru ta’ negozjar li pprovda ammissjoni inizjali għan-negozjar ta’ ishma jew ETFs fis-27 ta’ Marzu 2019.

(c) 

id-data tiġi trażmessa minn ċentru ta’ negozjar u tappartjeni għal tranżazzjonijiet f’ishma u f’ETFs li jkunu ġew konklużi fuq sistema ta’ negozjar li tipprovdi trasparenza ta’ qabel in-negozjar, meta dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux irriżultaw minn ordnijiet li kienu soġġetti għal eżenzjoni mit-trasparenza ta’ qabel in-negozjar skont l-Artikolu 4(1), il-punt (c).

7.  

Għall-finijiet tal-iskema ta’ distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul, is-CTP għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-volum ta’ negozjar li ġej (il-“volum ta’ negozjar rilevanti”):

(a) 

għall-finijiet tal-paragrafu 6, il-punt (a), il-volum ta’ negozjar annwali totali ġġenerat minn dak iċ-ċentru ta’ negozjar;

(b) 

għall-finijiet tal-paragrafu 6, il-punt (b):

(i) 

fil-każ ta’ ċentri ta’ negozjar żgħar, il-volum ta’ negozjar annwali totali tagħhom;

(ii) 

fil-każ ta’ ċentri ta’ negozjar għajr ċentri ta’ negozjar żgħar, il-volum ta’ negozjar li jappartjeni għall-ishma u l-ETFs imsemmija f’dak il-punt;

(c) 

għall-finijiet tal-paragrafu 6, il-punt (c), il-volum li jappartjeni għall-ishma u l-ETFs imsemmija f’dak il-punt.

Is-CTP għandu jiddetermina l-ammont tad-dħul li għandu jiġi distribwit mill-ġdid lill-kontributuri tad-data taħt l-iskema ta’ distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul billi jiġi mmultiplikat il-volum ta’ negozjar rilevanti bil-ponderazzjoni assenjata għal kull kriterju stabbilit fil-paragrafu 6, kif speċifikat fl-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 8.

Jekk iċ-ċentri ta’ negozjar jissodisfaw aktar minn wieħed mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 6, l-ammonti li jirriżultaw mill-kalkolu msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiżdiedu b’mod kumulattiv.

8.  

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex:

(a) 

tispeċifika l-ponderazzjoni assenjata lil kull kriterju stabbilit fil-paragrafu 6;

(b) 

tispeċifika aktar il-metodu għall-kalkolu tal-ammont tad-dħul li għandu jiġi distribwit mill-ġdid lill-kontributuri tad-data kif imsemmi fil-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu;

(c) 

tispeċifika l-kriterji li taħthom is-CTP jista’, jekk jagħti prova li kontributur tad-data kiser serjament u ripetutament ir-rekwiżiti tad-data msemmija fl-Artikoli 22a, 22b u 22c, jissospendi temporanjament il-parteċipazzjoni ta’ dak il-kontributur tad-data fl-iskema ta’ distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul, u jispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom is-CTP għandu:

(i) 

jerġa’ jibda d-distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul; u

(ii) 

fejn ma kienx hemm ksur ta’ dawk ir-rekwiżiti, jipprovdi lil dak il-kontributur tad-data bid-dħul miżmum flimkien mal-imgħax.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu, il-kriterju stabbilit fil-paragrafu 6, il-punt (a), għandu jkollu ponderazzjoni ogħla mill-kriterju stabbilit fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu, u l-kriterju stabbilit fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu għandu jkollu ponderazzjoni ogħla mill-kriterju stabbilit fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Diċembru 2024.

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M7

Artikolu 27ha

Obbligi ta’ rapportar għas-CTPs

1.  
Kull sena, CTP għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu statistika dwar il-prestazzjoni u rapporti tal-okkorrenzi relatati mal-kwalità tad-data u mas-sistemi tad-data. Dawk ir-rapporti tal-okkorrenzi u l-istatistika dwar il-prestazzjoni għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas.
2.  
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kontenut, iż-żmien, il-format u t-terminoloġija tal-obbligu ta’ rapportar stabbilit fil-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Settembru 2025.

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

3.  
CTP għandu jżomm r-rekords relatati man-negozju tiegħu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti jew l-ESMA għal mill-inqas ħames snin..

▼M3

Artikolu 27i

Rekwiżiti organizzazzjonali għall-ARMs

1.  
ARM għandu jkollu fis-seħħ politiki u arranġamenti adegwati sabiex jirrapporta l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 26 mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard mill-għeluq tal-jum tax-xogħol ta’ wara l-jum li fih tkun seħħet it-tranżazzjoni.
2.  
L-ARM għandu jopera u jżomm arranġamenti amministrattivi effettivi maħsuba sabiex jipprevjenu kunflitti ta’ interess mal-klijenti tiegħu. B’mod partikolari, ARM li jkun ukoll operatur tas-suq jew ditta ta’ investiment għandu jittratta l-informazzjoni kollha miġbura b’mod mhux diskriminatorju u għandu jopera u jżomm arranġamenti adegwati sabiex jissepara l-funzjonijiet kummerċjali differenti.
3.  
L-ARM għandu jkollu stabbiliti mekkaniżmi tajba ta’ sigurtà maħsuba sabiex jiggarantixxu s-sigurtà u l-awtentikazzjoni tal-mezzi tat-trasferiment tal-informazzjoni, jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni ta’ dejta u tal-aċċess mhux awtorizzat u jipprevjenu l-ħruġ ta’ informazzjoni, filwaqt li jżommu l-kunfidenzjalità tad-dejta f’kull ħin. L-ARM għandu jżomm riżorsi adegwati u jkollu fis-seħħ faċilitajiet ta’ riżerva sabiex joffri u jżomm is-servizzi tiegħu f’kull ħin.
4.  
L-ARM għandu jkollu fis-seħħ sistemi li jkunu jistgħu jivverifikaw b’mod effettiv ir-rapporti tat-tranżazzjonijiet għall-kompletezza, jidentifikaw ommissjonijiet u żbalji ovvji kkawżati mid-ditta ta’ investiment, u fejn iseħħu tali żball jew tali ommissjoni, jikkomunikaw id-dettalji tal-iżball jew tal-omissjoni lid-ditta ta’ investiment u jitolbu t-trażmissjoni mill-ġdid ta’ kwalunkwe tali rapport żbaljat.

L-ARM għandu jkollu stabbiliti sistemi li jippermettu lill-ARM jinduna bi żbalji jew ommissjonijiet ikkawżati mill-ARM innifsu u li jippermettu lill-ARM jikkorreġi u jittrażmetti, jew jittrażmetti mill-ġdid, skont kif ikun il-każ, rapporti korretti u kompleti ta’ tranżazzjonijiet lill-awtorità kompetenti.

▼M7

4a.  
ARM għandu jkollu rekwiżiti oġġettivi, nondiskriminatorji u ddivulgati pubblikament biex impriżi li jkunu soġġetti għall-obbligu ta’ rapportar stabbilit fl-Artikolu 26 jiksbu aċċess għas-servizzi tiegħu.

ARM għandu jiddivulga pubblikament il-prezzijiet u t-tariffi assoċjati mas-servizzi ta’ rapportar ta’ data previsti skont dan ir-Regolament. Huwa għandu jiddivulga separatament il-prezzijiet u t-tariffi ta’ kull servizz ipprovdut, inklużi l-iskontijiet u r-rifużjonijiet u l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minnhom. Huwa għandu jippermetti lill-entitajiet ta’ rapportar jaċċessaw servizzi speċifiċi separatament. Il-prezzijiet u t-tariffi imposti minn ARM għandhom ikunu relatati mal-kostijiet.

4b.  
ARM għandu jżommu r-rekords relatati man-negozju tiegħu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti jew l-ESMA, għal mill-inqas ħames snin.

▼M3

5.  

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

il-mezzi li bihom l-ARM jista’ jikkonforma mal-obbligu tal-informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1; u

(b) 

ir-rekwiżiti organizzazzjonali konkreti stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

TITOLU V

DERIVATI

Artikolu 28

Obbligu għal negozjar fi swieq regolati, MTFs jew OTFs

1.  

►M7  Kontropartijiet finanzjarji u kontropartijiet mhux finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont it-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandhom jikkonkludu tranżazzjonijiet ma tali kontropartijiet finanzjarji oħrajn jew ma’ tali kontropartijiet mhux finanzjarji oħrajn f’derivattivi li jappartjenu għal klassi ta’ derivattiv li tkun ġiet iddikjarata soġġetta għall-obbligu ta’ negozjar f’konformità mal-Artikolu 32 u elenkata fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 34 biss fi: ◄

(a) 

swieq regolati;

(b) 

MTFs;

(c) 

OTFs; or

(d) 

ċentri tan-negozjar ta’ pajjiżi terzi, dment li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 4 u sakemm il-pajjiż terz jipprevedi sistema ta’ rikonoxximent effettiva u ekwivalenti liċ-ċentri tan-negozjar awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE għall-ammissjoni għan-negozjar jew għan-negozjar ta’ derivati ddikjarati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar f’dak il-pajjiż terz fuq bażi mhux esklużiva.

2.  
►M7  ————— ◄

L-ESMA għandha timmonitorja regolarment l-attività fid-derivati li ma ġewx dikjarati soġġetti għall-obbligu tan-negozjar kif deskritt fil-paragrafu 1 sabiex jiġu identifikati l-każijiet fejn klassi partikolari ta’ kuntratti tista’ tippreżenta riskju sistemiku u tipprevjeni arbitraġġ regolatorju bejn tranżazzjonijiet derivati soġġetti għall-obbligu tan-negozjar u tranżazzjonijiet derivati mhux soġġetti għall-obbligu tan-negozjar.

▼M7

2a.  
Tranżazzjonijiet f’derivattivi li huma eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar jew li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont it-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar.

▼B

3.  
Id-derivati ddikjarati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu eliġibbli biex jiġu ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew biex jinnegozjaw fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar kif imsemmi fil-paragrafu 1 fuq bażi mhux esklużiva u nondiskriminatorja.
4.  
Skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51(2), il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjonijiet li jiddeterminaw li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jiżgura li ċentru tan-negozjar awtorizzat f’dak il-pajjiż terz jikkonforma mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti għaċ-ċentri tan-negozjar msemmija fil-paragrafi 1(a), (b) jew (c) ta’ dan l-Artikolu, li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, mid-Direttiva 2014/65/UE, u mir-Regolament (UE) Nru 596/2014, u li huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz.

Dawk id-deċiżjonijiet għandhom ikunu għall-iskop waħdieni li tiġi determinata l-eliġibbiltà ta’ ċentru tan-negozjar għad-derivati soġġetti għall-obbligu tan-negozjar.

Il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jitqies li għandu l-effett ekwivalenti meta dak il-qafas jilħaq il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

iċ-ċentri tan-negozjar f’dak il-pajjiż terz ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;

▼M7

(b) 

iċ-ċentri ta’ negozjar ikollhom regoli ċari u trasparenti sabiex id-derivattivi ikunu jistgħu jiġu negozjati b’mod ġust, ordinat u effiċjenti, u jkunu negozjabbli liberament;

▼B

(c) 

l-emittenti tal-istrumenti finanzjarji jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ informazzjoni perjodiċi u kontinwi li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-investitur;

(d) 

jiżgura t-trasparenza u l-integrità tas-suq permezz ta’ regoli li jindirizzaw l-abbuż tas-suq f’forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

Deċiżjoni tal-Kummissjoni skont dan il-paragrafu tista’ tkun limitata għal kategorija jew kategoriji ta’ ċentri tan-negozjar. F’dak il-każ, ċentru tan-negozjar ta’ pajjiż terz huwa inkluż fil-paragrafu 1(3) biss jekk jaqa’ fil-kategorija koperta mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

5.  
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-tipi ta’ kuntratti msemmija fil-paragrafu 2 li għandhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni u l-każijiet fejn l-obbligu tan-negozjar huwa neċessarju jew xieraq biex tkun prevenuta l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Meta jkun possibbli u xieraq, l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu għandhom ikunu identiċi għal dawk adottati skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Artikolu 29

Obbligu ta’ kklerjar għad-derivati negozjati fi swieq regolati u ż-żmien ta’ aċċettazzjoni għall-ikklerjar

1.  
L-operatur ta’ suq regolat għandu jiżgura li t-tranżazzjonijiet kollha fid-derivati li jiġu konklużi f’dak is-suq regolat jiġu kklerjati minn CCP.
2.  
Is-CCPs, iċ-ċentri tan-negozjar u d-ditti tal-investiment li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandu jkollhom sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi fir-rigward ta’ derivati kklerjati biex jiġi żgurat litranżazzjonijiet f’derivati kklerjati jiġu ppreżentati u aċċettati għall-ikklerjar kemm jista’ jkun malajr u sa fejn hu teknoloġikament prattikabbli bl-użu ta’ sistemi awtomatizzati.

F’dan il-paragrafu, “derivati kklerjati” tfisser

(a) 

id-derivati kollha li għandhom jiġu kklerjati minħabba l-obbligu ta’ kklerjar skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew minħabba l-obbligu ta’ kklerjar taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b) 

id-derivati kollha li b’xi mod ieħor il-partijiet rilevanti jilħqu qbil dwarhom li għandhom jiġu kklerjati.

3.  
L-ESMA għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti minimi għal sistemi, proċeduri u arranġamenti, inklużi l-perjodi taż-żmien ta’ aċċettazzjoni taħt dan l-Artikolu filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li jkun hemm ġestjoni xierqa tar-riskji operazzjonali u oħrajn.

L-ESMA għandha l-awtorità kontinwa li tfassal ulterjorment standards tekniċi regolatorji biex taġġorna dawk li jkunu fis-seħħ jekk hija tikkunsidra dan bħala meħtieġ mal-iżvilupp ta’ standards industrijali.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qed tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 30

Arranġamenti indiretti ta’ kklerjar

1.  
L-arranġamenti indiretti ta’ kklerjar fir-rigward ta’ derivati negozjati fil-boroż huma permissibbli sakemm dawk l-arranġamenti ma jżidux ir-riskju tal-kontropartijiet u jiżguraw li l-assi u l-pożizzjonijiet tal-kontropartijiet jibbenefikaw minn protezzjoni b’effett ekwivalenti għal dak msemmi fl-Artikoli 39 u 48 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
2.  
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tipi ta’ arranġamenti indiretti ta’ servizz ta’ kklerjar, fejn dawn ikunu stabbiliti, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jiżguraw il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet stabbiliti għad-derivati OTC skont il-Kapitolu II tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 ( 12 ).

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qed tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 31

▼M7

Servizzi tat-tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar

1.  
Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikoli 8a, 10 u 21 ta’ dan ir-Regolament, l-obbligu ta’ negozjar stabbilit fl-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament u l-obbligu li jeżegwixxu ordnijiet fuq it-termini l-aktar favorevoli għall-klijent stabbilit fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/65/UE ma għandhomx japplikaw għal tranżazzjonijiet f’derivattivi OTC li huma ffurmati u stabbiliti bħala riżultat ta’ servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar.

▼M7 —————

▼M7

3.  
Id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li huma fornituri ta’ servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar għandhom iżommu rekords kompluti u preċiżi tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li mhumiex diġà rreġistrati jew irrapportati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Dawk id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq għandhom jagħmlu dawk ir-rekords disponibbli fil-pront lill-awtorità kompetenti rilevanti jew lill-ESMA, meta jintalbu.
4.  

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika:

(a) 

servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar għall-finijiet tal-paragrafu 1;

(b) 

it-tranżazzjonijiet li għandhom jiġu rreġistrati skont il-paragrafu 3.

▼B

Artikolu 32

Proċedura ta’ obbligu ta’ negozjar

1.  

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina dan li ġej

(a) 

liema mill-klassi ta’ derivati ddikjarata soġġetta għall-obbligu ta’ kklerjar skont l-Artikolu 5(2) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew partita rilevanti minnha għandha tiġi nnegozjata fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 28(1) ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

id-data jew dati li fihom jidħol fis-seħħ l-obbligu tan-negozjar, inkluża kwalunkwe introduzzjoni gradwali u l-kategoriji tal-kontropartijiet li għalihom japplika l-obbligu meta din l-introduzzjoni gradwali u dawn il-kategoriji tal-kontropartijiet ġew previsti fl-istandards tekniċi regolatorji f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur wara l-adozzjoni tal-istandards tekniċi skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 mill-Kummissjoni.

Qabel ma tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni, l-ESMA għandha twettaq konsultazzjoni pubblika u, fejn xieraq, tista’ tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.  

Sabiex l-obbligu ta’ negozjar ikollu effett:

▼M7

(a) 

il-klassi ta’ derivattivi skont il-paragrafu 1, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu jew subsett rilevanti tagħha trid tkun negozjata tal-inqas f’ċentru ta’ negozjar wieħed kif imsemmi fl-Artikolu 28(1); u

▼B

(b) 

għandu jkun hemm biżżejjed interess ta’ bejgħ u xiri minn partijiet terzi fil-klassi ta’ derivati jew partita relevanti fiha biex jippermetti li tali klassi ta’ derivati titqies likwida biżżejjed sabiex tinnegozjaw biss fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 28(1).

3.  

Matul l-iżvilupp tal-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tikkunsidra l-klassi tad-derivati jew partita relevanti fiha bħala likwida biżżejjed skont il-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-frekwenza u d-daqs medji tat-transazzjonijiet fuq firxa ta’ kundizzjonijiet tas-suq, filwaqt li jiġu kkunsidrati n-natura u ċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodotti fil-klassi ta’ derivati;

(b) 

l-għadd u t-tip ta’ parteċipanti attivi fis-suq, inkluż il-proporzjon ta’ parteċipanti fis-suq għall-prodotti/kuntratti nnegozjati fi prodott partikolari;

(c) 

id-daqs medju tad-differenzjali (spreads).

Fit-tħejjija ta’ dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tikkunsidra l-impatt antiċipat li dak l-obbligu ta’ negozjar jista’ jkollu fuq il-likwidità ta’ klassi ta’ derivati jew partita relevanti tagħha u l-attivitajiet kummerċjali ta’ utenti aħħarin li mhumiex entitajiet finanzjarji.

L-ESMA għandha tiddetermina jekk il-klassi ta’ derivati jew partita relevanti fiha hijiex biss likwida biżżejjed fi tranżazzjonijiet taħt ċertu daqs.

4.  
►M7  L-ESMA għandha, fuq inizjattiva tagħha stess, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 u wara li twettaq konsultazzjoni pubblika, tidentifika u tinnotifika lill-Kummissjoni l-klassijiet ta’ derivattivi jew kuntratti ta’ derivattivi individwali li għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 28(1) ta’ dan ir-Regolament, iżda li għalihom l-ebda CCP għadu ma rċiviet awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 14 jew 15 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. ◄

Wara n-notifika mill-ESMA msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista’ tippubblika sejħa għall-iżvilupp ta’ proposti għan-negozjar ta’ dawn id-derivati fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 28(1).

▼M7

4a.  
Meta l-ESMA tqis li s-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar kif imsemmi fl-Artikolu 6a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tkun bidla materjali fil-kriterji biex l-obbligu ta’ negozjar jidħol fis-seħħ, kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu ta’ negozjar stabbilit fl-Artikolu 28(1) ta’ dan ir-Regolament għall-istess klassijiet ta’ derivattiv OTC li jkunu soġġetti għat-talba għas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.
4b.  
L-ESMA tista’ titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu ta’ negozjar stabbilit fl-Artikolu 28(1) għal dawk il-klassijiet speċifiċi ta’ derivattiv OTC jew għal tip speċifiku ta’ kontroparti, meta tali sospensjoni hija meħtieġa biex jiġu evitati jew indirizzati effetti ħżiena fuq il-likwidità jew theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja u biex jiġi żgurat il-funzjonament ordinat tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni u meta dik is-sospensjoni hija proporzjonata għal dawk l-għanijiet.
4c.  
It-talbiet imsemmija fil-paragrafi 4a u 4b m’ għandhomx jiġu ppubblikati.
4d.  

Wara li tkun irċeviet it-talbiet imsemmija fil-paragrafi 4a u 4b, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien bla bżonn u abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-ESMA, tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

tissospendi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, l-obbligu ta’ negozjar għal klassijiet ta’ derivattiv OTC jew għal tipi ta’ kontropartijiet;

(b) 

tirrifjuta s-sospensjoni mitluba.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-ESMA bir-raġunijiet għaliex hija tkun irrifjutat is-sospensjoni mitluba. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minnufih dwar dak ir-rifjut u tgħaddilhom ir-raġunijiet ipprovduti lill-ESMA. L-informazzjoni provduta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rifjut u r-raġunijiet għal dak ir-rifjut m’għandhiex tiġi ppubblikata.

Is-sospensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha tkun valida għal perjodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi f’dak il-punt.

Meta r-raġunijiet għas-sospensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), jkunu għadhom japplikaw, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, testendi s-sospensjoni għal perjodi ulterjuri ta’ mhux aktar minn tliet xhur, bil-perjodu totali tas-sospensjoni ma jeċċedix aktar minn12-il xahar.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u r-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51.

▼B

5.  
L-ESMA għandha, skont il-paragrafu 1, tissottometti għand il-Kummissjoni l-abbozz il-ġdid ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex temenda, tissospendi jew tirrevoka l-istandards tekniċi regolatorji eżistenti kull meta jkun hemm bidla materjali fil-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2. Qabel ma tagħmel dan, l-ESMA tista’ tikkonsulta, fejn dan ikun xieraq, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
6.  
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2(b).

L-ESMA għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Is-setgħa hija mogtħija lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M7

Artikolu 32a

Sospensjoni awtonoma tal-obbligu ta’ negozjar

1.  

Fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tissospendi l-obbligu ta’ negozjar stabbilit fl-Artikolu 28 (l-“obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi”) fir-rigward ta’ ċerti kontropartijiet finanzjarji, fejn xieraq wara li tkun ikkonsultat mal-ESMA. L-awtorità kompetenti għandha tindika għaliex tqis li l-kundizzjonijiet għal sospensjoni huma ssodisfati. B’mod partikolari, l-awtorità kompetenti għandha turi li kontroparti finanzjarja fil-ġurisdizzjoni tagħha:

(a) 

taġixxi regolarment bħala ġeneratur tas-suq f’derivattiv OTC soġġett għall-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi u tirċievi regolarment talbiet għal kwotazzjoni għad-derivattivi li jkunu soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi minn kontroparti mhux taż-ŻEE li ma jkollha l-ebda sħubija attiva f’ċentru ta’ negozjar taż-ŻEE li joffri negozjar tad-derivattiv OTC soġġett għall-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi; jew

(b) 

taġixxi regolarment bħala ġeneratur tas-suq fi swap ta’ inadempjenza ta’ kreditu li jkun soġġett għall-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi u:

(i) 

ikollha l-intenzjoni li tinnegozja swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi akkont proprju f’ċentru ta’ negozjar miftuħ biss għal kontropartijiet li huma membri tal-ikklerjar tas-CCP kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (14), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ċentru “negozjant għal negozjant”);

(ii) 

ikollha l-intenzjoni li tinnegozja swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi akkont proprju ma’ kontroparti li tkun ġeneratur tas-suq u li ma jkollha l-ebda sħubija attiva f’ċentru taż-ŻEE minn negozjant għal negozjant li joffri negozjar tad-derivattivi OTC soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi; u

(iii) 

tikklerja dawk l-iswaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu f’CCP awtorizzat jew rikonoxxut skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51.

2.  
Meta tivvaluta jekk tissospendix l-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni jekk tissospendihx għall-swieq speċifiċi biss, u għandha tieħu inkunsiderazzjoni jekk din is-sospensjoni tal-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi jkollhiex effett distorsiv fuq l-obbligu tal-ikklerjar skont it-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Il-Kummissjoni għandha tikkuntattja wkoll awtoritajiet kompetenti oħra ta’ Stati Membri oħra biex tivvaluta jekk kontropartijiet finanzjarji fi Stati Membri li ma jkunux dawk li jagħmlu t-talba, skont il-paragrafu 1 (“l-Istat Membru li jagħmel it-talba”), ikunux f’sitwazzjoni simili għal dik fl-Istat Membru li jagħmel it-talba.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għajr l-Istat Membru li jagħmel it-talba tista’, wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, titlob li kontropartijiet finanzjarji li jkunu f’sitwazzjoni simili għal dik fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jiżdiedu mal-att ta’ implimentazzjoni. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel dik it-talba għandha turi għaliex tqis li l-kundizzjonijiet għal sospensjoni jkunu ssodisfati.

3.  
Meta l-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi jiġi sospiż skont il-paragrafu 1 jew 2 fir-rigward ta’ kontroparti finanzjarja, l-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi m’għandux japplika fir-rigward tal-kontroparti tagħha, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), jew il-paragrafu 1, il-punt (b)(ii).
4.  
L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun akkumpanjat mill-evidenza preżentata mill-awtorità kompetenti li titlob is-sospensjoni.
5.  
L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkomunikat lill-ESMA u għandu jiġi ppubblikat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 34.
6.  
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina regolarment jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni tal-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi jkunux għadhom japplikaw.

▼B

Artikolu 33

Mekkaniżmu biex jiġu evitat regoli duplikattivi jew kunfliġġenti

1.  
Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-ESMA fil-monitoraġġ u t-tħejjija ta’ rapporti, tal-inqas fuq bażi annwali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni internazzjonali tal-prinċipji stipulati fl-Artikoli 28 u 29, b’mod partikolari fir-rigward ta’ rekwiżiti potenzjalment duplikattivi jew kunfliġġenti fuq il-parteċipanti fis-suq, u tirrakkomanda azzjonijiet possibbli.
2.  

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddikjaraw li l-arranġamenti legali, superviżorji u ta’ infurzar tal-pajjiż terz rilevanti:

(a) 

ikunu ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikoli 28 u 29;

(b) 

jiżguraw protezzjoni tas-sigriet professjonali li tkun ekwivalenti għal dik stipulata f’dan ir-Regolament;

(c) 

ikunu qed jiġu applikati u infurzati b’mod effettiv b’mod ekwu u bla distorsjoni sabiex ikunu żgurati s-superviżjoni u l-infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51.

3.  
Att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkollu l-effett li l-kontropartijiet li jidħlu fitranżazzjoni soġġetta għal dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkunu wettqu l-obbligu li jinsab fl-Artikoli 28 u 29, fejn għall-inqas waħda mill-kontropartijiet hija stabbilita f’dak il-pajjiż terz u l-kontropartijiet jikkonformaw ma’ dawk l-arranġamenti legali, superviżorji u ta’ infurzar tal-pajjiż terz rilevanti.
4.  
Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mal-ESMA, tissorvelja l-implimentazzjoni effettiva minn pajjiżi terzi, li għalihom ġie adottat att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza, tar-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk li jinsabu fl-Artikoli 28 u 29 u tirrapporta regolarment, mill-inqas fuq bażi annwali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Fi żmien 30 jum tal-kalendarju mill-preżentazzjoni tar-rapport, fejn ir-rapport jiżvela difett jew inkonsistenza sinifikanti fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti ekwivalenti mill-awtoritajiet ta’ pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’ tirtira r-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-qafas legali tal-pajjiż terz inkwistjoni. Meta att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza jiġi rtirat, it-transazzjonijiet tal-kontropartijiet għandhom awtomatikament jiġu soġġetti mill-ġdid għar-rekwiżiti kollha li jinsabu fl-Artikoli 28 u 29 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 34

Reġistru ta’ derivati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar

L-ESMA għandha tippubblika u żżomm fuq il-websajt tagħha reġistru li jispeċifika, b’mod eżawrenti u inekwivoku, id-derivati li huma soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 28(1), iċ-ċentri fejn huma ammessi għan-negozjar jew fejn huma negozjati, u d-dati li fihom jidħol fis-seħħ l-obbligu.

TITOLU VI

AĊĊESS TA’ KKLERJAR NONDISKRIMINATORJU GĦALL-ISTRUMENTI FINANZJARJI

Artikolu 35

Aċċess nondiskriminatorju għal CCP

1.  
►M7  

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, CCP għandu jaċċetta li jikklerja strumenti finanzjarji fuq bażi nondiskriminatorja u trasparenti, inkluż fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ kollateral u tariffi relatati mal-aċċess, irrispettivament miċ-ċentru ta’ negozjar li fih tiġi esegwita tranżazzjoni.

Ir-rekwiżit fl-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal derivattivi nnegozjati fil-borża.

B’mod partikolari, is-CCP għandu jiżgura li ċentru ta’ negozjar ikollu d-dritt għal trattament nondiskriminatorju ta’ kuntratti nnegozjati f’dak iċ-ċentru ta’ negozjar, f’termini ta’:

 ◄
(a) 

rekwiżiti ta’ kollateral u n-netting ta’ kuntratti ekonomikament ekwivalenti, fejn l-inklużjoni ta’ dawn il-kuntratti fil-proċeduri ta’ close-up u proċeduri oħrajn ta’ netting ta’ CCP ibbażata fuq il-liġi dwar l-insolvenza applikabbli ma tipperikolax il-funzjonament mingħajr xkiel u ordnat, il-validità jew l-infurzar ta’ dawn il-proċeduri; kif ukoll

(b) 

il-kontromarġinazzjoni ma’ kuntratti korrelati kklerjati mill-istess CCP skont mudell ta’ riskju li jikkonforma mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

CCP tista’ teħtieġ li ċ-ċentru tan-negozjar jikkonforma ma’ rekwiżiti operattivi u tekniċi stabbiliti mis-CCP inklużi r-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju. Ir-rekwiżit f’dan il-paragrafu ma japplika għall-ebda kuntratt ta’ derivati li diġà huwa soġġett għall-obbligu ta’ aċċess skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

CCP mhijiex marbuta b’dan l-Artikolu jekk ma tkunx konnessa b’rabtiet sodi ma’ ċentru tan-negozjar li jkun ta notifika skont l-Artikolu 36(5).

2.  
Talba għal aċċess għal CCP minn ċentru tan-negozjar għandha tkun formalment sottomessa lil CCP, lill-awtorità kompetenti relevanti tagħha u lill-awtorità kompetenti taċ-ċentru tan-negozjar. It-talba għandha tispeċifika għal liema tipi ta’ strumenti finanzjarji huwa mitlub l-aċċess.

▼M7

3.  
Is-CCP għandu jipprovdi tweġiba bil-miktub liċ-ċentru ta’ negozjar fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 2, li jew tippermetti l-aċċess, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti rilevanti tkun tat aċċess skont il-paragrafu 4, jew inkella li tiċħad l-aċċess. Is-CCP jista’ jiċħad talba għal aċċess soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6, il-punt (a). Jekk CCP jiċħad l-aċċess, dan għandu jipprovdi r-raġunijiet sħaħ fit-tweġiba tiegħu u jinforma lill-awtorità kompetenti tiegħu bil-miktub dwar id-deċiżjoni. Meta ċ-ċentru ta’ negozjar ikun stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak tas-CCP, is-CCP għandu jgħaddi wkoll dik t-tweġiba bil-miktub lill-awtorità kompetenti taċ-ċentru ta’ negozjar. Is-CCP għandu jipprovdi aċċess fi żmien tliet xhur minn meta jipprovdi tweġiba pożittiva għat-talba għal aċċess.

▼B

4.  
►M7  L-awtorità kompetenti tas-CCP jew dik taċ-ċentru ta’ negozjar għandha tagħti aċċess lil CCP għal ċentru ta’ negozjar biss meta tali aċċess ma jheddidx il-funzjonament bla intoppi u ordinat tas-swieq, b’mod partikolari minħabba l-frammentazzjoni tal-likwidità, jew ma jkunx jaffettwa r-riskju sistemiku b’mod negattiv. ◄

▼M7 —————

▼B

Jekk awtorità kompetenti tiċħad l-aċċess, għandha toħroġ id-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 2 u tipprovdi r-raġunijiet sħaħ lill-awtorità kompetenti l-oħra, lis-CCP u liċ-ċentru tan-negozjar inklużi l-provi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tagħha.

5.  
Fir-rigward tat-titoli trasferibbli u l-istrumenti tas-suq monetarju, CCP li tkun għadha kif ġiet stabbilita u awtorizzata bħala CCP kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 biex tikklerja skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew awtorizzata skont reġim ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali preeżistenti għal perjodu ta’ anqas minn tliet snin fit-2 ta’ Lulju 2014 tista’, qabel it- ►M1  3 ta' Jannar 2018 ◄ , tapplika mal-awtorità kompetenti tagħha għal permess biex tkun tista’ tuża l-arranġamenti tranżitorji. L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li dan l-Artikolu ma japplikax għas-CCP fir-rigward tat-titoli trasferibbli u l-istrumenti tas-suq monetarju, għal perjodu tranżizzjonali ta’ mhux iktar minn tletin xahar mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sat- ►M1  3 ta' Lulju 2020 ◄ .

Meta tali perjodu tranżizzjonali jkun approvat, is-CCP ma tistax tibbenefika mid-drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 36 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tat-titoli trasferibbli u l-istrumenti tas-suq monetarju għal kemm idum fis-seħħ dan l-arranġament tranżizzjonali. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-membri tal-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti għas-CCP u l-ESMA meta perjodu tranżizzjonali jiġi approvat. L-ESMA għandha tippubblika lista tan-notifiki kollha li tirċievi.

Meta CCP li tkun ġiet approvata għall-arranġamenti tranżitorji skont dan il-paragrafu tkun konnessa b’rabtiet sodi ma’ ċentru tan-negozjar wieħed jew iktar, dawk iċ-ċentri tan-negozjar m’għandhomx jibbenefikaw minn drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 36 jew dan l-Artikolu fir-rigward tat-titoli trasferibbli jew l-istrumenti tas-suq monetarju għal kemm idum fis-seħħ l-arranġament tranżizzjonali.

CCP li tkun awtorizzata matul il-perjodu ta’ tliet snin qabel id-dħul fis-seħħ, iżda li tkun iffurmata permezz ta’ fużjoni jew akkwiżizzjoni li tinvolvi tal-anqas CCP awtorizzata waħda qabel dan il-perjodu, m’għandhiex titħalla tapplika għall-arranġamenti tranżitorji skont dan il-paragrafu.

6.  

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

il-kundizzjonijiet speċifiċi li skonthom talba għal aċċess tista’ tiġi miċħuda minn CCP, inklużi l-volum antiċipat ta’tranżazzjonijiet, l-għadd u t-tip ta’ utenti, l-arranġamenti għal ġestjoni ta’ riskji operazzjonali u l-kumplessità jew fatturi oħra li joħolqu riskji sinifikanti bla ħtieġa.

(b) 

il-kundizzjonijiet li skonthom għandu jitħalla l-aċċess minn CCP, fosthom il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni provduta fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji matul il-fażi tal-iżvilupp, il-bażi nondiskriminatorja u trasparenti fir-rigward tat-tariffi tal-ikklerjar, ir-rekwiżit tal-kollateral u r-rekwiżiti operazzjonali fir-rigward tal-marġinazzjoni.

(c) 

il-kundizzjonijiet li skonthom l-għoti ta’ aċċess jhedded il-funzjonament bla intoppi u ordinat tas-swieq jew jaffettwaw ħażin ir-riskju sistemiku.

(d) 

il-proċedura biex issir notifika skont il-paragrafu 5.

(e) 

il-kundizzjonijiet għal trattament nondiskriminatorju f’termini ta’ kif kuntratti nnegozjati f’dak iċ-ċentru tan-negozjar ikunu trattati f’termini ta’ rekwiżiti ta’ kollateral u n-netting ta’ kuntratti ekonomikament ekwivalenti u l-kontromarġinazzjoni ma’ kuntratti korrelatati kklerjati mill-istess CCP.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 36

Aċċess nondiskriminatorju għal ċentru tan-negozjar

1.  

►M7  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fuq talba, ċentru ta’ negozjar għandu jipprovdi feeds ta’ negozjar fuq bażi nondiskriminatorja u trasparenti, inkluż fir-rigward ta’ tariffi relatati mal-aċċess, lil kwalunkwe CCP awtorizzat jew rikonoxxut skont dak ir-Regolament li jkun jixtieq jikklerja tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji li jiġu konklużi f’dak iċ-ċentru ta’ negozjar. Dan ir-rekwiżit m’għandux japplika għal:

(a) 

kwalunkwe kuntratt tad-derivattivi li jkun diġà soġġett għall-obbligi ta’ aċċess stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b) 

derivattivi nnegozjati fil-borża. ◄

Ċentru tan-negozjar mhuwiex marbut b’dan l-Artikolu jekk ikun konness b’rabtiet sodi ma’ CCP li tkun tat notifika li qed tuża l-arranġamenti tranżitorji skont l-Artikolu 35(5).

2.  
Talba għall-aċċess għal ċentru tan-negozjar minn CCP għandha tiġi formalment sottomessa lil ċentru tan-negozjar, lill-awtorità kompetenti relevanti tiegħu u lill-awtorità kompetenti tas-CCP.

▼M7

3.  
Iċ-ċentru ta’ negozjar għandu jipprovdi tweġiba bil-miktub lis-CCP fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-talba kif imsemmi fil-paragrafu 2, li jew tippermetti l-aċċess, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti rilevanti tkun tat aċċess skont il-paragrafu 4, jew inkella li tiċħad l-aċċess. Iċ-ċentru ta’ negozjar jista’ jiċħad talba għal aċċess soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6, il-punt (a). Jekk ċentru ta’ negozjar jiċħad l-aċċess, dan għandu jipprovdi r-raġunijiet sħaħ fit-tweġiba tiegħu u jinforma lill-awtorità kompetenti dwar id-deċiżjoni bil-miktub. Meta s-CCP jkun stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak taċ-ċentru ta’ negozjar, iċ-ċentru ta’ negozjar għandu jibgħat it-tweġiba bil-miktub lill-awtorità kompetenti tas-CCP wkoll. Iċ-ċentru ta’ negozjar għandu jagħti aċċess fi żmien tliet xhur minn meta jipprovdi tweġiba pożittiva għat-talba għal aċċess.

▼B

4.  
►M7  L-awtorità kompetenti taċ-ċentru ta’ negozjar jew dik tas-CCP għandha tagħti aċċess lil CCP għal ċentru ta’ negozjar biss meta tali aċċess ma jheddidx il-funzjonament mingħajr xkiel u ordnat tas-swieq, bla intoppi u ordinat tas-swieq, b’mod partikolari minħabba l-frammentazzjoni tal-likwidità, u sakemm iċ-ċentru ta’ negozjar ikun implimenta mekkaniżmi adegwati biex jipprevjeni tali frammentazzjoni, jew ma jkunx jaffettwa r-riskju sistemiku b’mod negattiv. ◄

▼M7 —————

▼B

Jekk awtorità kompetenti tiċħad l-aċċess, għandha toħroġ id-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 2 u tipprovdi r-raġunijiet sħaħ lill-awtorità kompetenti l-oħra, liċ-ċentru tan-negozjar u lis-CCP inklużi l-provi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tagħha.

▼M7 —————

▼B

6.  

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

il-kondizzjonijiet speċifiċi li skonthom talba għal aċċess tista’ tiġi miċħuda minn ċentru tan-negozjar, inklużi kundizzjonijiet ibbażati fuq il-volum antiċipat ta’tranżazzjonijiet, l-għadd ta’ utenti, l-arranġamenti għal ġestjoni tar-riskji operazzjonali u l-kumplessità jew fatturi oħra li joħolqu riskji sinifikanti bla ħtieġa,

(b) 

il-kundizzjonijiet li skonthom għandu jingħata l-aċċess, fosthom il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni provduta fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji matul il-fażi tal-iżvilupp, il-bażi nondiskriminatorja u trasparenti fir-rigward tat-tariffi relatati mal-aċċess.

(c) 

il-kundizzjonijiet li skonthom l-għoti tal-aċċess jhedded il-funzjonament bla intoppi u ordinat tas-swieq, jew jaffettwa ħażin ir-riskju sistemiku.

▼M7 —————

▼B

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 37

Aċċess nondiskriminatorju għal, u l-obbligu ta’ liċenzjar ta’ punti referenzjarji

1.  

Meta l-valur ta’ kwalunkwe strument finanzjarju huwa kkalkolat b’referenza għal punt referenzjarju, persuna bid-drittijiet proprjetarji għall-punt referenzjarju għandha tiżgura għall-finijiet ta’ negozjar u kklerjar, li s-CCPs u ċ-ċentri tan-negozjar ikollhom aċċess nondiskriminatorju għal:

(a) 

aġġornamenti relevanti dwar il-prezz u d-dejta u informazzjoni dwar il-kompożizzjoni, il-metodoloġija u l-ipprezzar ta’ dak il-punt referenzjarju għall-finijiet ta’ kklerjar u negozjar; u

(b) 

liċenzji.

Liċenzja li tinkludi l-aċċess għall-informazzjoni għandha tingħata fuq bażi ġusta, raġonevoli u nondiskriminatorja fi żmien tliet xhur minn meta ssir it-talba minn CCP jew ċentru tan-negozjar.

L-aċċess għandu jingħata bi prezz kummerċjali raġonevoli filwaqt li jitqies il-prezz li bih jingħata aċċess għall-punt referenzjarju jew huma liċenzjati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq termini ekwivalenti lil CCP oħra, ċentri tan-negozjar jew kwalunkwe persuna relatata għall-finijiet ta’ kklerjar jew negozjar. Prezzijiet differenti jistgħu jiġu ċċarġjati għal CCPs differenti, ċentri tan-negozjar jew kwalunkwe persuna relatata biss meta dan ikun oġġettivament ġustifikat b’kunsiderazzjoni ta’ raġunijiet kummerċjali raġonevoli bħall-kwantità, l-ambitu jew il-qasam ta’ użu mitluba.

2.  

Meta jiġi żviluppat punt referenzjarju ġdid konsegwentement għall-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament wara it- ►M1   3 ta' Jannar 2018  ◄ , l-obbligu ta’ liċenzjar jibda mhux aktar tard minn 30 xahar wara referenza għal strument finanzjarju li l-punt referenzjarju beda n-negozjar jew ġie ammess għan-negozjar. Meta persuna bi drittijiet proprjetarji għal punt referenzjarju ġdid tippossjedi punt referenzjarju eżistenti, dik il-persuna għandha tistabbilixxi li, meta mqabbel ma kwalunkwe tali punt referenzjarju eżistenti, il-punt referenzjarju ġdid jissodisfa l-kriterji kumulattivi li ġejjin:

(a) 

il-punt referenzjarju ġdid ma jkunx sempliċement kopja jew adattament ta’ kwalunkwe tali punt referenzjarju eżistenti u l-metodoloġija, inkluża d-dejta sottostanti, tal-punt referenzjarju ġdid tkun sostanzjalment differenti minn kwalunkwe tali punt referenzjarju eżistenti; u

(b) 

il-punt referenzjarju l-ġdid ma jkun sostitut għal ebda tali punt referenzjarju eżistenti.

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni u b’mod partikolari għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE.

3.  

L-ebda CCP, ċentru tan-negozjar jew entità relatata ma jistgħu jidħlu fi ftehim ma’ xi fornitur ta’ punt referenzjarju li l-effett tiegħu jkun wieħed minn dawn:

(a) 

il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe CCP oħra jew ċentru tan-negozjar ieħor milli jiksbu aċċess għal tali informazzjoni jew drittijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1; jew

(b) 

il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe CCP oħra jew ċentru tan-negozjar ieħor milli jiksbu aċċess għal liċenzja kif imsemmi fil-paragrafu 1;

4.  

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

l-informazzjoni permezz tal-liċenzjar li trid issir disponibbli skont il-paragrafu 1(a) għall-użu uniku tas-CCP jew taċ-ċentru tan-negozjar;

(b) 

kundizzjonijiet oħra li skonthom jingħata aċċess, inkluża l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni provduta;

(c) 

l-istandards rigward kif jista’ jiġi ppruvat li punt referenzjarju huwa ġdid b’konformità mal-paragrafi 2(a) u (b).

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 38

Aċċess għal CCPs u ċentri tan-negozjar ta’ pajjiżi terzi

▼M7

1.  
Ċentru ta’ negozjar stabbilit f’pajjiż terz jista’ jitlob aċċess lil CCP stabbilit fl-Unjoni biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 28(4) b’rabta ma’ dak il-pajjiż terz.

CCP stabbilit f’pajjiż terz jista’ jitlob aċċess għal ċentru ta’ negozjar fl-Unjoni soġġett għar-rikonoxximent ta’ dak is-CCP skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Is-CCPs u ċ-ċentri ta’ negozjar stabbiliti f’pajjiżi terzi għandhom jitħallew jagħmlu użu biss mid-drittijiet ta’ aċċess imsemmija fl-Artikoli 35 u 36 fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji koperti minn dawk l-Artikoli, u dment li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, li tiddetermina li l-qafas ġuridiku u superviżorju tal-pajjiż terz jitqies bħala li jipprovdi sistema ekwivalenti effettiva sabiex is-CCPs u ċ-ċentri ta’ negozjar awtorizzati skont reġimi barranin jingħataw aċċess għas-CCPs u ċ-ċentri ta’ negozjar stabbiliti f’dak il-pajjiż terz.

▼B

2.  

CCPs u ċentri tan-negozjar stabbiliti f’pajjiżi terzi jistgħu jitolbu liċenzja u d-drittijiet ta’ aċċess b’konformità mal-Artikolu 37 biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni b’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li l-qafas legali u superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz jitqies bħala wieħed li jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva skont liema CCPs u ċentri tan-negozjar awtorizzati f’ġuriżdizzjonijiet barranin jingħataw aċċess fuq bażi ġusta, raġonevoli u nondiskriminatorja għal:

(a) 

aġġornamenti relevanti dwar il-prezzijiet u d-dejta u informazzjoni dwar il-kompożizzjoni, il-metodoloġija u l-ipprezzar ta’ punti referenzjarji għall-finijiet ta’ kklerjar u negozjar; u

(b) 

liċenzji,

minn persuni bi drittijiet proprjetarji għal punti referenzjarji stabbiliti f’dak il-pajjiż terz.

3.  
Il-Kummissjoni tista’, b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51, tadotta deċiżjonijiet li jiddeterminaw li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jiżgura li ċentru tan-negozjar u CCP awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li jkunu ekwivalenti għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u li jkunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz.

Il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jitqies ekwivalenti meta dak il-qafas jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

iċ-ċentri tan-negozjar f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;

(b) 

jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva biex is-CCPs u ċ-ċentri tan-negozjar awtorizzati skont reġimi barranin jingħataw aċċess għal CCPs u ċentri tan-negozjar stabbiliti f’dak il-pajjiż terz;

(c) 

il-qafas legali u superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva skont liema CCPs u ċentri tan-negozjar awtorizzati f’ġuriżdizzjonijiet barranin jingħataw aċċess fuq bażi ġusta. raġonevoli u nondiskriminatorja għal:

(i) 

aġġornamenti relevanti dwar il-prezzijiet u d-dejta u informazzjoni dwar il-kompożizzjoni, il-metodoloġija u l-ipprezzar ta’ punti referenzjarji għall-finijiet ta’ kklerjar u negozjar; u

(ii) 

liċenzji,

minn persuni bi drittijiet proprjetarji għal punti referenzjarji stabbiliti f’dak il-pajjiż terz.

▼M3

TITOLU VIa

IS-SETGĦAT U L-KOMPETENZI TAL-ESMA

KAPITOLU 1

Kompetenzi u proċeduri

Artikolu 38a

L-eżerċizzju tas-setgħat tal-ESMA

Is-setgħat mogħtija lill-ESMA jew lil kwalunkwe uffiċjal tal-ESMA jew persuna oħra awtorizzata mill-ESMA skont l-Artikoli 38b sa 38e ma għandhomx jintużaw sabiex jesiġu d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni jew dokumenti li jkunu soġġetti għal privileġġ legali.

Artikolu 38b

Talba għall-informazzjoni

1.  

L-ESMA tista’, permezz ta’ talba sempliċi jew b’deċiżjoni, titlob lill-persuni li ġejjin jipprovdu l-informazzjoni kollha sabiex l-ESMA tkun tista’ taqdi dmirijietha taħt dan ir-Regolament:

(a) 

APA, CTP, ARM, fejn ikunu taħt is-superviżjoni tal-ESMA, u ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq li joperaw ċentru ta’ negozjar sabiex joperaw is-servizzi ta’ rapportar ta’ dejta ta’ APA, CTP jew ARM, kif ukoll il-persuni li jikkontrollawhom jew li huma kkontrollati minnhom;

(b) 

il-maniġers tal-persuni msemmija fil-punt (a);

(c) 

l-awdituri u l-konsulenti tal-persuni msemmija fil-punt (a).

2.  

Kwalunkwe talba sempliċi għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:

(a) 

tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta’ dik it-talba;

(b) 

tiddikjara l-iskop tat-talba;

(c) 

tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa;

(d) 

tinkludi limitu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni;

(e) 

tinkludi dikjarazzjoni li ma hemm ebda obbligu fuq il-persuna li mingħandha tintalab l-informazzjoni sabiex tipprovdi dik l-informazzjoni iżda li f’każ ta’ tweġiba volontarja għat-talba, l-informazzjoni pprovduta ma tridx tkun skorretta jew qarrieqa;

(f) 

tindika l-ammont tal-multa li trid tiġi imposta f’konformità mal-Artikolu 38h fejn l-informazzjoni pprovduta tkun skorretta jew qarrieqa.

3.  

Meta titlob il-forniment ta’ informazzjoni taħt il-paragrafu 1 b’deċiżjoni, l-ESMA għandha:

(a) 

tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta’ dik it-talba;

(b) 

tiddikjara l-iskop tat-talba;

(c) 

tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa;

(d) 

tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni;

(e) 

tindika l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 38i fejn il-produzzjoni tal-informazzjoni meħtieġa ma tkunx kompluta;

(f) 

tindika l-multa prevista fl-Artikolu 38h, fejn it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa;

(g) 

tindika d-dritt għal appell tad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell tal-ESMA u għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti tal-Ġustizzja”) f’konformità mal-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.  
Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet li ma għandhomx personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentawhom bil-liġi jew bl-istatuti tagħhom għandhom ifornu l-informazzjoni mitluba. Avukati debitament awtorizzati li jaġixxu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu responsabbli b’mod sħiħ jekk l-informazzjoni mogħtija tkun mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa.
5.  
L-ESMA għandha tibgħat, mingħajr dewmien bla bżonn, kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 38c

Investigazzjonijiet ġenerali

1.  

Sabiex taqdi dmirijietha taħt dan ir-Regolament, l-ESMA tista’ twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa tal-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1). Għal dak il-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA huma mogħtija s-setgħa li:

(a) 

jeżaminaw kwalunkwe rekord, dejta, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħha irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu miżmumin;

(b) 

jieħdu jew jakkwistaw kopji ċċertifikati ta’, jew siltiet minn, tali rekords, dejta, proċeduri u materjal ieħor;

(c) 

isejħu u jitolbu lil kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 38b(1) jew lir-rappreżentanti jew membri tal-persunal tagħhom għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u sabiex jinżamm rekord tat-tweġibiet;

(d) 

jintervistaw kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens li tiġi intervistata bil-fini li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni;

(e) 

jitolbu rekords tat-traffiku tat-telefon u tad-dejta.

2.  
L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-ESMA għall-finijiet tal-investigazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 38i fejn il-produzzjoni tar-rekords, dejta u proċeduri meħtieġa jew ta’ kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1), ma jiġux ipprovduti jew ma jkunux kompluti, kif ukoll il-multi previsti fl-Artikolu 38h, fejn it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1) ikunu skorretti jew qarrieqa.
3.  
Il-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1) għandhom jissottomettu għal investigazzjonijiet imnedija abbażi ta’ deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 38i, ir-rimedji legali disponibbli taħt ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u d-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.
4.  
Fi żmien adatt qabel l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn trid titwettaq l-investigazzjoni dwar l-investigazzjoni u l-identità tal-persuni awtorizzati. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fit-twettiq ta’ dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata jistgħu jattendu wkoll l-investigazzjonijiet jekk jintalbu jagħmlu dan.
5.  
Jekk talba għal rekords tat-traffiku tat-telefon jew tad-dejta msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont il-liġi nazzjonali applikabbli, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tista’ ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni wkoll bħala miżura ta’ prekawzjoni.
6.  

Fejn awtorità ġudizzjarja nazzjonali tirċievi applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ talba għal rekords tat-traffiku tat-telefon jew tad-dejta msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, dik l-awtorità għandha tivverifika dawn li ġejjin:

(a) 

li d-deċiżjoni adottata mill-ESMA msemmija fil-paragrafu 3 tkun awtentika;

(b) 

li kwalunkwe miżura li trid tittieħed tkun proporzjonata u mhux arbitrarja jew eċċessiva.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-ESMA biex tissuspetta li seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament u s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrivedi l-ħtieġa għal investigazzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni fil-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-Ġustizzja skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 38d

Spezzjonijiet fuq il-post

1.  
Sabiex taqdi dmirijietha taħt dan ir-Regolament, l-ESMA tista’ twettaq l-ispezzjonijiet fuq il-post kollha meħtieġa fi kwalunkwe bini tan-negozju tal-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1).
2.  
L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA sabiex iwettqu spezzjoni fuq il-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini tan-negozju tal-persuni soġġetti għal deċiżjoni ta’ investigazzjoni adottata mill-ESMA u għandu jkollhom is-setgħat kollha stipulati fl-Artikolu 38b(1). Għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini u ktieb jew reġistru ta’ negozju għall-perjodu tal-ispezzjoni u sa fejn meħtieġ għall-ispezzjoni.
3.  
Fi żmien suffiċjenti qabel l-ispezzjoni, l-ESMA għandha tagħti avviż tal-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun trid titwettaq l-ispezzjoni. Fejn it-twettiq korrett u l-effiċjenza tal-ispezzjoni jkunu jirrikjedu dan, l-ESMA tista’, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti, twettaq l-ispezzjoni fuq il-post mingħajr notifika minn qabel. L-ispezzjonijiet f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jitwettqu dment li l-awtorità kompetenti rilevanti tkun ikkonfermat li hija ma toġġezzjonax għal dawk l-ispezzjonijiet.
4.  
L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA sabiex iwettqu spezzjoni fuq il-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 38i fejn il-persuni kkonċernati ma jissottomettux għall-ispezzjoni.
5.  
Il-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1) għandhom jissottomettu għall-ispezzjonijiet fuq il-post ordnati b’deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, tiffissa d-data meta din għandha tibda u tindika l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 38i, ir-rimedji legali disponibbli taħt ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.
6.  
L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn trid titwettaq l-ispezzjoni, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu b’mod attiv lill-uffiċjali u lil persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jattendu wkoll l-ispezzjonijiet fuq il-post.
7.  
L-ESMA tista’ teżiġi wkoll li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fuq il-post kif previst f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 38b(1) f’isimha.
8.  
Fejn l-uffiċjali u persuni oħrajn li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-ESMA jsibu li persuna topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħtihom l-assistenza meħtieġa, billi titlob, fejn xieraq, l-assistenza tal-pulizija jew ta’ awtorità tal-infurzar ekwivalenti, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fuq il-post.
9.  
Jekk l-ispezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew jekk l-assistenza prevista fil-paragrafu 7 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont il-liġi nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tali awtorizzazzjoni tista’ tiġi applikata wkoll bħala miżura ta’ prekawzjoni.
10.  

Fejn awtorità ġudizzjarja nazzjonali tirċievi applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ spezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew l-assistenza prevista fil-paragrafu 7, dik l-awtorità għandha tivverifika dawn li ġejjin:

(a) 

li d-deċiżjoni adottata mill-ESMA msemmija fil-paragrafu 5 tkun awtentika;

(b) 

li kwalunkwe miżura li trid tittieħed tkun proporzjonata u mhux arbitrarja jew eċċessiva.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-ESMA biex tissuspetta li seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament u s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrivedi l-ħtieġa għal investigazzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni fil-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-Ġustizzja skont il-proċedura stabbilità fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 38e

Skambju ta’ informazzjoni

L-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-qadi ta’ dmirijiethom taħt dan ir-Regolament.

Artikolu 38f

Segretezza professjonali

L-obbligu tas-segretezza professjonali msemmi fl-Artikolu 76 tad-Direttiva 2014/65/UE għandu japplika għall-ESMA u għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-ESMA, jew għal kwalunkwe persuna oħra li lilha l-ESMA tkun iddelegat xi kompiti, inklużi awdituri u esperti li jkunu ngħataw kuntratt mill-ESMA.

Artikolu 38g

Miżuri superviżorji mill-ESMA

1.  

►M7  Meta l-ESMA ssib li persuna elenkata fl-Artikolu 38b(1), il-punt (a), ma tkunx ikkonformat ma’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20 sa 22c, jew fit-Titolu IVa, hija għandha tieħu waħda jew aktar minn dawn l-azzjonijiet: ◄

(a) 

tadotta deċiżjoni li titlob lill-persuna ttemm il-ksur;

(b) 

tadotta deċiżjoni li timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali skont l-Artikoli 38h u 38i;

(c) 

toħroġ avviżi pubbliċi.

2.  

Meta tieħu l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:

(a) 

it-tul ta’ żmien u l-frekwenza tal-ksur;

(b) 

jekk ir-reat finanzjarju ġiex ikkawżat jew iffaċilitat mill-ksur jew huwiex b’xi mod ieħor attribwibbli għall-ksur;

(c) 

jekk il-ksur twettaqx intenzjonalment jew b’negliġenza;

(d) 

il-livell tar-responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;

(e) 

is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew l-introjtu annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(f) 

l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri;

(g) 

l-importanza tal-profitti miksuba, it-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur jew it-telf għall-partijiet terzi minħabba l-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu stabbiliti;

(h) 

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-ESMA, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(i) 

ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;

(j) 

il-miżuri meħuda wara l-ksur mill-persuna responsabbli għall-ksur sabiex jiġi impedut li l-ksur jiġi ripetut.

3.  
Mingħajr dewmien bla bżonn, l-ESMA għandha tinnotifika kwalunkwe azzjoni meħuda skont il-paragrafu 1 lill-persuna responsabbli għall-ksur u għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Hija għandha tiddivulga pubblikament kwalunkwe tali azzjoni fis-sit web tagħha fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data meta tkun ittieħdet.

Id-divulgazzjoni lill-pubbliku msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi dan li ġej:

(a) 

dikjarazzjoni li tafferma d-dritt tal-persuna responsabbli għall-ksur li tappella d-deċiżjoni;

(b) 

fejn rilevanti, dikjarazzjoni li tafferma li ġie ppreżentat appell u li tispeċifika li tali appell ma għandux effett sospensiv;

(c) 

dikjarazzjoni li tasserixxi li huwa possibbli li l-Bord tal-Appell tal-ESMA jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f’konformità mal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU 2

Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn

Artikolu 38h

Multi

1.  
►M7  Meta l-ESMA, f’konformità mal-Artikolu 38k(5), issib li persuna elenkata fl-Artikolu 38b(1), il-punt (a), ma tkunx ikkonformat intenzjonalment jew b’negliġenza ma’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20 sa 22c, jew fit-Titolu IVa, hija għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. ◄

Ksur għandu jitqies bħala li twettaq intenzjonalment jekk l-ESMA ssib fatturi oġġettivi li juru li persuna aġixxiet deliberatament biex twettaq il-ksur.

2.  
L-ammont massimu tal-multa msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun EUR 200 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali.
3.  
Meta tiġi biex tiddetermina l-livell ta’ multa skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 38g(2).

Artikolu 38i

Ħlasijiet perjodiċi ta’ penali

1.  

L-ESMA għandha, permezz ta’ deċiżjoni, timponi ħlasijiet perjodiċi ta’ penali sabiex iġġiegħel:

(a) 

persuna ttemm ksur f’konformità ma’ deċiżjoni meħuda skont il-punt (a) tal-Artikolu 38g(1);

(b) 

persuna msemmija fl-Artikolu 38b(1):

(i) 

tipprovdi informazzjoni kompleta li tkun intalbet permezz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 38b;

(ii) 

tissottometti għal investigazzjoni u, b’mod partikolari, tipproduċi rekords, dejta u proċeduri kompluti jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ u timla u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f’investigazzjoni mnedija permezz ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 38c;

(iii) 

tissottometti għal spezzjoni fuq il-post ordnata permezz ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 38d.

2.  
Il-ħlas perjodiku ta’ penali għandu jkun effettiv u proporzjonat. Il-ħlas perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal kull ġurnata ta’ dewmien.
3.  
Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont tal-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali għandu jkun 3 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena finanzjarja preċedenti, jew, fil-każ ta’ persuni fiżiċi, 2 % tal-introjtu medju ta’ kuljum fis-sena kalendarja preċedenti. Għandu jiġi kkalkolat mid-dejta stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali.
4.  
Ħlas perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal perijodu massimu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-ESMA. Wara li dan il-perijodu jintemm, l-ESMA għandha tirrivedi l-miżura.

Artikolu 38j

Id-divulgazzjoni, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u tal-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali

1.  
L-ESMA għandha tiddivulga lill-pubbliku kull multa u ħlas perjodiku ta’ penali li jkunu ġew imposti skont l-Artikoli 38h u 38i sakemm tali divulgazzjoni lill-pubbliku ma tipperikolax serjament is-swieq finanzjarji jew sakemm ma tikkawżax dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti. Tali divulgazzjoni ma għandhiex tinkludi dejta personali fis-sens tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ).
2.  
Il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 38h u 38i għandhom ikunu ta’ natura amministrattiva.
3.  
Fejn l-ESMA tiddeċiedi li ma timponi ebda multa jew ħlas ta’ penali, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
4.  
Il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 38h u 38i għandhom ikunu infurzabbli.

L-infurzar għandu jkun iggvernat mir-regoli tal-proċedura fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun seħħ.

5.  
L-ammonti tal-multi u tal-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 38k

Regoli proċedurali sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi

1.  
Fejn, fil-qadi ta’ dmirijietha taħt dan ir-Regolament, l-ESMA ssib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur tar-rekwiżiti previsti fit-Titolu IVa, l-ESMA għandha taħtar uffiċjal indipendenti ta’ investigazzjoni fi ħdan l-ESMA sabiex jinvestiga l-kwistjoni. L-uffiċjal maħtur ma għandux jiġi involut jew ikun ġie involut direttament jew indirettament fis-superviżjoni jew fil-proċess ta’ awtorizzazzjoni tal-fornitur ikkonċernat ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-ESMA.
2.  
L-uffiċjal ta’ investigazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinvestiga l-allegat ksur, filwaqt li jqis kwalunkwe kumment ippreżentat mill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u għandu jissottometti fajl komplut bil-konstatazzjonijiet tiegħu lill-ESMA.
3.  
Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal ta’ investigazzjoni jista’ jeżerċita s-setgħa li jitlob informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 38b u li jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 38c u 38d.
4.  
Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal ta’ investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha miġbura mill-ESMA fl-attivitajiet superviżorji tagħha.
5.  
Meta jlesti l-investigazzjoni tiegħu u qabel ma jippreżenta l-fajl bil-konstatazzjonijiet tiegħu lill-ESMA, l-uffiċjal ta’ investigazzjoni għandu jagħti lill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet l-opportunità li jinstemgħu fir-rigward tal-materji li jkunu s-suġġett tal-investigazzjoni. L-uffiċjal ta’ investigazzjoni għandu jibbaża l-konstatazzjonijiet tiegħu biss fuq fatti li dwarhom il-persuni kkonċernati kellhom l-opportunità jikkummentaw.
6.  
Matul l-investigazzjonijiet taħt dan l-Artikolu, id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom jiġu osservati b’mod sħiħ.
7.  
Meta jissottometti l-fajl bil-konstatazzjonijiet tiegħu lill-ESMA, l-uffiċjal ta’ investigazzjoni għandu jinnotifika lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet. Il-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jiġi estiż għal informazzjoni kunfidenzjali li taffettwa lil partijiet terzi.
8.  
Abbażi tal-fajl li jkun fih il-konstatazzjonijiet tal-uffiċjal ta’ investigazzjoni u, meta jintalab mill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet, wara li tkun semgħet lil dawk il-persuni f’konformità mal-Artikolu 38l, l-ESMA għandha tiddeċiedi jekk wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur tar-rekwiżiti previsti fit-Titolu IVa jkunux twettqu mill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet u, f’tali każ, għandha tieħu miżura superviżorja f’konformità mal-Artikolu 38g.
9.  
L-uffiċjal ta’ investigazzjoni ma għandux jipparteċipa f’deliberazzjonijiet tal-ESMA jew b’xi mod ieħor jintervjeni fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-ESMA.
10.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 sal-1 ta’ Ottubru 2021 biex tispeċifika aktar ir-regoli ta’ proċedura għall-eżerċizzju tas-setgħa li jiġu imposti multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ difiża, dispożizzjonijiet temporali u l-ġbir ta’ multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, kif ukoll il-perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali.
11.  
L-ESMA għandha tirreferi kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti fejn, fil-qadi ta’ dmirijietha taħt dan ir-Regolament, jirriżultalha li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali. Barra minn hekk, l-ESMA għandha żżomm lura milli timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali fejn il-liberazzjoni mill-akkuża jew kundanna preċedenti, riżultanti minn fatt jew fatti identiċi li jkunu sostanzjalment l-istess, ikunu diġà kisbu l-forza ta’ res judicata bħala riżultat ta’ proċedimenti kriminali taħt il-liġi nazzjonali.

Artikolu 38l

Smigħ tal-persuni kkonċernati

1.  
Qabel tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikoli 38g, 38h u 38i, l-ESMA għandha tagħti lill-persuni soġġetti għall-proċedimenti l-opportunità li jinstemgħu dwar il-konstatazzjonijiet tagħha. L-ESMA għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha unikament fuq konstatazzjonijiet li dwarhom il-persuni soġġetti għall-proċedimenti kellhom l-opportunità li jikkummentaw.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti sabiex ma titħalliex li ssir ħsara sinifikanti u imminenti lis-sistema finanzjarja. F’tali każ, l-ESMA tista’ tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista’ jkun wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.

2.  
Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ matul il-proċedimenti. Għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl tal-ESMA, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew għad-dokumenti preparatorji interni tal-ESMA.

Artikolu 38m

Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġuriżdizzjoni illimitata biex tirrieżamina deċiżjonijiet li bihom l-ESMA tkun imponiet multa jew ħlas perjodiku ta’ penali. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas perjodiku ta’ penali imposti.

Artikolu 38n

Tariffi għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni

1.  
L-ESMA għandha timponi tariffi lill-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta f’konformità ma’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk it-tariffi għandhom ikopru b’mod sħiħ in-nefqa meħtieġa tal-ESMA li tirrigwarda l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta u r-rimborż ta’ kwalunkwe kostijiet li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu fit-twettiq tax-xogħol skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega ta’ kompiti f’konformità mal-Artikolu 38o.
2.  
L-ammont ta’ tariffa individwali imposta lil fornitur partikolari ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandu jkopri l-kostijiet amministrattivi kollha mġarrba mill-ESMA għall-attivitajiet ta’ awtorizzazzjoni u superviżjoni fir-rigward ta’ dak il-fornitur. Dan għandu jkun proporzjonat għall-fatturat tal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta.
3.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 50 sal-1 ta’ Ottubru 2021 sabiex tispeċifika t-tip ta’ tariffi, il-materji li għalihom ikunu dovuti t-tariffi, l-ammont tat-tariffi u l-mod kif għandhom jitħallsu.

Artikolu 38o

Id-delega ta’ kompiti mill-ESMA lill-awtoritajiet kompetenti

1.  
Fejn meħtieġ għat-twettiq xieraq ta’ kompitu superviżorju, l-ESMA tista’ tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont il-linji gwida maħruġin mill-ESMA skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 1095/2010. Tali kompiti superviżorji speċifiċi jistgħu, b’mod partikolari, jinkludu s-setgħa li jitwettqu talbiet għal informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 38b u li jsiru investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 38c u 38d.
2.  

Qabel tiddelega kompitu, l-ESMA għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar:

(a) 

l-ambitu tal-kompitu li għandu jiġi ddelegat;

(b) 

l-iskeda ta’ żmien għat-twettiq tal-kompitu; u

(c) 

it-trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa mill-ESMA u lilha.

3.  
F’konformità mal-att delegat adottat skont l-Artikolu 38n(3), l-ESMA għandha tirrimborża lil awtorità kompetenti għall-kostijiet imġarrba minħabba t-twettiq tal-kompiti ddelegati.
4.  
L-ESMA għandha tirrivedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 f’intervalli xierqa. Delega tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin.
5.  
Delega ta’ kompiti ma għandhiex taffettwa r-responsabbiltà tal-ESMA u lanqas tillimita l-kapaċità tal-ESMA li twettaq u tissorvelja l-attività ddelegata.

▼B

TITOLU VII

MIŻURI SUPERVIŻORJI DWAR INTERVENTI FUQ IL-PRODOTT U POŻIZZJONIIJET

KAPITOLU 1

Monitoraġġ tal-prodott u intervent fuq il-prodott

Artikolu 39

Monitoraġġ tas-suq

1.  
B’konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha timmonitorja s-suq għall-istrumenti finanzjarji li huma kummerċjalizzati, imqassma jew mibjugħa fl-Unjoni.
2.  
B’konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA għandha timmonitorja s-suq għad-depożiti strutturati li huma kummerċjalizzati, imqassma jew mibjugħa fl-Unjoni.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw is-suq għal strumenti finanzjarji u depożiti strutturati li huma kumerċjalizzati, imqassma jew mibjugħa fl-Istat Membru tagħhom jew minnu.

▼M7

Artikolu 39a

Projbizzjoni li jirċievu pagamenti għall-fluss tal-ordnijiet

1.  
Id-ditti tal-investiment li jaġixxu f’isem klijenti mhux professjonali, kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (11), tad-Direttiva 2014/65/UE, jew il-klijenti professjonali kif imsemmi fit-Taqsima II tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva m’għandhom jirċievu l-ebda onorarju, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju minn kwalunkwe parti terza għall-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet minn dawk il-klijenti f’ċentru tal-eżekuzzjoni partikolari jew għat-trażmissjoni tal-ordnijiet ta’ dawk il-klijenti lil kwalunkwe parti terza għall-eżekuzzjoni tagħhom f’ċentru ta’ eżekuzzjoni partikolari (“pagament għall-fluss tal-ordnijiet”).

L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal ribassi jew skontijiet fuq it-tariffi tat-tranżazzjoni taċ-ċentri ta’ eżekuzzjoni, fejn permess skont l-istruttura tariffarja approvata u pubblika ta’ ċentru ta’ negozjar fl-Unjoni jew ta’ ċentru ta’ negozjar f’pajjiż terz, fejn dawn jibbenefikaw esklużivament lill-klijent. Tali skontijiet jew ribassi ma għandhomx jirriżultaw f’benefiċċju monetarju għad-ditta tal-investiment.

2.  
Stat Membru li fih, qabel it-28 ta’ Marzu 2024, id-ditti tal-investiment li jaġixxu f’isem il-klijenti huma stabbiliti u li jirċievu onorarju, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju minn kwalunkwe parti terza għall-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet minn dawk il-klijenti f’ċentru tal-eżekuzzjoni partikolari jew għat-trażmissjoni tal-ordnijiet ta’ dawk il-klijenti lil kwalunkwe parti terza għall-eżekuzzjoni tagħhom f’ċentru tal-eżekuzzjoni partikolari, jistgħu jeżentaw ditti tal-investiment taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu mill-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 sat-30 ta’ Ġunju 2026 meta dawk id-ditti tal-investiment jipprovdu servizzi ta’ investiment lil klijenti domiċiljati jew stabbiliti f’dak l-Istat Membru.

Sabiex japplika l-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, Stat Membru li jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu għandu jinnotifika lill-ESMA sad-29 ta’ Settembru 2024. L-ESMA għandha żżomm lista ta’ Stati Membri li jużaw dik l-eżenzjoni. Il-lista għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u tiġi aġġornata b’mod regolari.

▼B

Artikolu 40

Setgħat ta’ intervent temporanju tal-ESMA

1.  

Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA tista’, meta l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 huma sodisfatti, temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi fl-Unjoni:

(a) 

il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti strumenti finanzjarji jew strumenti finanzjarji b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew

(b) 

tip ta’ attività jew prassi finanzjarja.

Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eżenzjonijiet, speċifikati mill-ESMA.

2.  

L-ESMA għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-azzjoni proposta tindirizza tħassib sinifikanti rigward il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni;

(b) 

ir-rekwiżiti regolatorji skont il-liġi tal-Unjoni li huma applikabbli għall-istrument jew l-attività finanzjarji relevanti ma jindirizzawx it-theddida;

(c) 

awtorità jew awtoritajiet kompetenti ma ħadux azzjoni sabiex jindirizzaw it-theddida jew l-azzjonijiet li ttieħdu ma jindrizzawx adegwatament it-theddida.

Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew sodisfatti, l-ESMA tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma strument finanzjarju jkun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti.

3.  

Meta tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżgura li l-azzjoni:

(a) 

ma jkollhiex effett negattiv fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni;

(b) 

ma toħloqx riskju ta’ abritraġġ regolatorju, u

(c) 

tkun ittieħdet wara konsultazzjoni mal-korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza, l-amministrazzjoni u r-regolamentazzjoni ta’ swieq fiżiċi agrikoli skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007/KE, fejn il-miżura tirrigwarda derivati ta’ komoditajiet agrikoli.

Meta awtorità jew awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont l-Artikolu 42, l-ESMA tista’ tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ma toħroġ l-opinjoni prevista fl-Artikolu 43.

4.  
Qabel ma tiddeċiedi li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bl-azzjoni li tipproponi.
5.  
L-ESMA għandha tippubblika fil-websajt tagħha avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu. L-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni u jispeċifika żmien wara l-pubblikazzjoni tal-avviż li minnu se jidħlu fis-seħħ il-miżuri. Projbizzjoni jew restrizzjoni għandha tapplika biss għal azzjonijiet wara li l-miżuri jidħlu fis-seħħ.

▼M3

6.  
L-ESMA għandha tirrivedi projbizzjoni jew restrizzjoni imposta taħt il-paragrafu 1 f’intervalli xierqa, u tal-inqas kull sitt xhur. Wara tal-inqas żewġ tiġdidiet konsekuttivi u abbażi ta’ analiżi xierqa sabiex jiġi vvalutat l-impatt fuq il-konsumatur, l-ESMA tista’ tiddeċiedi dwar it-tiġdid annwali tal-projbizzjoni jew restrizzjoni.

▼B

7.  
L-azzjoni adottata mill-ESMA skont dan l-Artikolu għandha tipprevali fuq kwalunkwe azzjoni preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti.
8.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-ESMA meta tiddetermina meta jkun hemm tħassib sinifikanti għall-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2(a).

Dawk il-kriterji u l-fatturi għandhom jinkludu:

(a) 

il-grad ta’ kumplessità ta’ strument finanzjarju u r-relazzjoni għat-tip ta’ klijent li għalih huwa kkummerċjalizzat u mibjugħ;

(b) 

id-daqs jew il-valur nozzjonali ta’ ħruġ ta’ strumenti finanzjarji;

(c) 

il-grad ta’ innovazzjoni ta’ strument finanzjarju, attività jew prassi;

(d) 

il-lieva li strument finanzjarju jew prassi jipprovdu.

Artikolu 41

Setgħat ta’ intervent temporanju tal-EBA

1.  

Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA tista’, meta l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 jkunu sodisfatti, temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi fl-Unjoni:

(a) 

il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ depożiti strutturati jew depożiti strutturati b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew

(b) 

tip ta’ attività jew prassi finanzjarja.

Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet speċifikati mill-EBA.

2.  

L-EBA għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-azzjoni proposta tindirizza tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddid għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni;

(b) 

ir-rekwiżiti regolatorji skont il-liġi tal-Unjoni li huma applikabbli għad-depożitu strutturat jew l-attività rilevanti ma jindirizzawx it-theddida;

(c) 

awtorità jew awtoritajiet kompetenti ma jkunux ħadu azzjoni sabiex jindirizzaw it-theddida jew l-azzjonijiet li ttieħdu ma jindrizzawx adegwatament it-theddida.

Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew sodisfatti, l-EBA tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma depożitu strutturat ikun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti.

3.  

Meta tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu, l-EBA għandha tiżgura li l-azzjoni:

(a) 

ma jkollhiex effett negattiv fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni; u

(b) 

ma toħloqx riskju ta’ abritraġġ regolatorju.

Meta awtorità jew awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont l-Artikolu 42, l-EBA tista’ tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ma toħroġ l-opinjoni prevista fl-Artikolu 43.

4.  
Qabel ma tiddeċiedi li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu, l-EBA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bl-azzjoni li tipproponi.
5.  
L-EBA għandha tippubblika fil-websajt tagħha avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu. L-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni u jispeċifika l-mument wara l-pubblikazzjoni tal-avviż li minnu se jidħlu fis-seħħ il-miżuri. Projbizzjoni jew restrizzjoni għandha tapplika biss għal azzjonijiet wara li l-miżuri jidħlu fis-seħħ.

▼M3

6.  
L-EBA għandha tirrivedi projbizzjoni jew restrizzjoni imposta taħt il-paragrafu 1 f’intervalli xierqa u tal-inqas kull sitt xhur. Wara tal-inqas żewġ tiġdidiet konsekuttivi u abbażi ta’ analiżi xierqa sabiex jiġi vvalutat l-impatt fuq il-konsumatur, l-EBA tista’ tiddeċiedi dwar it-tiġdid annwali tal-projbizzjoni jew restrizzjoni.

▼B

7.  
L-azzjoni adottata mill-EBA skont dan l-Artikolu għandha tipprevali fuq kwalunkwe azzjoni preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti.
8.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-EBA meta tiddetermina meta jkun hemm tħassib sinifikanti għall-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji u għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2(a).

Dawn il-kriterji u l-fatturi għandhom jinkludu:

(a) 

il-grad ta’ kumplessità ta’ depożitu strutturat u r-relazzjoni għat-tip ta’ klijent li għalih huwa kkummerċjalizzat u mibjugħ;

(b) 

id-daqs jew il-valur nozzjonali ta’ ħruġ ta’ depożiti strutturati;

(c) 

il-grad ta’ innovazzjoni ta’ depożitu strutturat, attività jew prassi;

(d) 

il-lieva li prodott jew prassi jipprovdu.

Artikolu 42

Intervent fuq il-prodott mill-awtoritajiet kompetenti

1.  

Awtorità kompetenti tista’ tipprojbixxi jew tirrestrinġi dan li ġej f’dak jew minn dak l-Istat Membru:

(a) 

il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati jew strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew

(b) 

tip ta’ attività jew prassi finanzjarja.

2.  

Awtorità kompetenti tista’ tieħu l-azzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jekk tkun sodisfatta fuq bażi raġonevoli li:

(a) 

jew

(i) 

strument finanzjarju, depożitu strutturat jew attività jew prassi joħolqu tħassib sinifikanti rigward il-protezzjoni tal-investitur jew huma ta’ theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha f’tal-anqas Stat Membru wieħed; jew

(ii) 

derivat ikollu effett negattiv fuq il-mekkaniżmu tal-formazzjoni tal-prezzijiet fis-suq sottostanti;

(b) 

ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-istrument finanzjarju, id-depożitu strutturat jew l-attività jew il-prassi ma jindirizzawx biżżejjed ir-riskji msemmija fil-punt (a) u l-kwistjoni ma tistax tiġi indirizzata aħjar permezz ta’ superviżjoni jew infurzar imtejba tar-rekwiżiti eżistenti;

(c) 

l-azzjoni hija proporzjonata meta tiġi kkunsidrata n-natura tar-riskji identifikati, il-livell ta’ sofistikazzjoni tal-investituri jew tal-parteċipanti tas-suq konċernati u l-effett probabbli li l-azzjoni jista’ jkollha fuq l-investituri u l-parteċipanti tas-suq li jista’ jkollhom, jużaw jew jibbenefikaw mill-istrument finanzjarju, id-depożitu strutturat jew l-attività jew il-prassi;

(d) 

l-awtorità kompetenti kkonsultat kif xieraq l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jistgħu jkunu affettwati b’mod sinifikanti mill-azzjoni;

(e) 

l-azzjoni ma għandhiex effett diskriminatorju fuq is-servizzi jew l-attivitajiet forniti minn Stat Membru ieħor; u

(f) 

tkun ikkonsultat kif xieraq mal-korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza, l-amministrazzjoni u r-regolamentazzjoni tas-swieq agrikoli fiżiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007/KE, f’każ li strument finanzjarju, jew attività jew prassi jkunu ta’ theddida serja għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-suq agrikolu fiżiku.

Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu sodisfatti, l-awtorità kompetenti tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma strument finanzjarju jew depożitu strutturat ikun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti.

Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-awtorità kompetenti.

3.  

L-awtorità kompetenti ma għandhiex timponi projbizzjoni jew restrizzjoni skont dan l-Artikolu sakemm, sa mhux inqas minn xahar qabel ma jkun maħsub li l-miżura tidħol fis-seħħ, tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha u lill-ESMA bil-miktub jew permezz ta’ mezz ieħor miftiehem bejn l-awtoritajiiet dwar id-dettalji ta’:

(a) 

l-istrument jew l-attività jew il-prassi finanzjarja li magħhom hija relatata l-azzjoni proposta;

(b) 

in-natura preċiża tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni proposta u meta hija maħsuba li tidħol fis-seħħ; u

(c) 

l-evidenza li fuqha bbażat id-deċiżjoni tagħha u li skontha hija sodisfatta li ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha fil-paragrafu 2.

4.  
F’każijiet straordinarji meta l-awtorità kompetenti tqis li jkun jeħtieġ li tittieħed azzjoni urġenti skont dan l-Artikolu sabiex ikun evitat li jsir dannu minħabba l-istrumenti finanzjarji, id-depożiti strutturati, il-prassi jew l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu azzjoni fuq bażi provviżorja b’avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn 24 siegħa, qabel ma l-miżura għandha tidħol fis-seħħ, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha u lill-ESMA jew, għal depożiti strutturati, lill-EBA, sakemm il-kriterji kollha f’dan l-Artikolu jiġu sodisfatti u, barra minn hekk, jiġi stabbilit li perjodu ta’ notifika ta’ xahar ma jindirizzax adegwatament it-tħassib speċifiku jew it-theddida speċifika. L-awtorità kompetenti ma tistax tieħu azzjoni fuq bażi provviżorja għal perjodu li jabeż it-tliet xhur.
5.  
L-awtorità kompetenti għandha tippubblika fil-websajt tagħha avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li timponi xi projbizzjoni jew restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni, żmien wara l-pubblikazzjoni tal-avviż li minnu jidħlu fis-seħħ il-miżuri u l-evidenza li skonthom hija sodisfatta li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 2. Il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni għandha tapplika biss fir-rigward ta’ azzjonijiet li ttieħdu wara l-pubblikazzjoni tal-avviż.
6.  
L-awtorità kompetenti għandha tirrevoka projbizzjoni jew restrizzjoni jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2 ma jibqgħux japplikaw.
7.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti meta jiddeterminaw meta jkun hemm tħassib sinifikanti għall-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a) f’tal-anqas Stat Membru wieħed.

Dawn il-kriterji u l-fatturi għandhom jinkludu:

(a) 

il-grad ta’ kumplessità ta’ strument finanzjarju jew ta’ depożitu strutturat u r-relazzjoni għat-tip ta’ klijent li għalih huwa kkummerċjalizzat, distribwit u mibjugħ;

(b) 

il-grad ta’ innovazzjoni ta’ strument finanzjarju jew ta’ depożitu strutturat, attività jew prassi;

(c) 

il-lieva li strument finanzjarju jew depożitu strutturat jew prassi jipprovdu;

(d) 

b’rabta mal-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet, id-daqs jew il-valur nozzjonali ta’ ħruġ ta’ strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati.

Artikolu 43

Koordinazzjoni mill-ESMA u mill-EBA

1.  
L-ESMA jew, għal depożiti strutturati, l-EBA għandha tieħu rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 42. B’mod partikolari, l-ESMA jew, għal depożiti strutturati, l-EBA għandha tiżgura li l-azzjoni meħuda minn awtorità kompetenti tkun ġustifikata u proporzjonata u li fejn xieraq jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti.
2.  
Wara li tirċievi notifika skont l-Artikolu 42 dwar kwalunkwe azzjoni li se tiġi imposta skont dak l-Artikolu, l-ESMA jew, għal depożiti strutturati, l-EBA għandha tadotta opinjoni dwar jekk il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni hijiex ġustifikata u proporzjonata. Jekk l-ESMA jew, għal depożiti strutturati, l-EBA tikkunsidra li t-teħid ta’ miżuri minn awtoritajiet kompetenti oħra huwa meħtieġ sabiex jiġi indirizzat ir-riskju, għandha tiddikjara dan fl-opinjoni tagħha wkoll. L-opinjoni għandha tkun ippubblikata fil-websajt tal-ESMA jew, għal depożiti strutturati, tal-EBA.
3.  
Meta awtorità kompetenti tipproponi li tieħu, jew tieħu, azzjoni li tmur kontra opinjoni adottata mill-ESMA jew mill-EBA skont il-paragrafu 2 jew ma taċċettax li tieħu azzjoni kuntrarjament għal tali opinjoni, għandha tippubblika minnufih fil-websajt tagħha avviż li jispjega bis-sħiħ ir-raġunijiet għalfejn għamlet dan.

KAPITOLU 2

Pożizzjonijiet

Artikolu 44

Koordinazzjoni tal-miżuri nazzjonali tal-immaniġġjar tal-pożizzjonijiet u limiti tal-pożizzjonijiet mill-ESMA

1.  
L-ESMA għandha twettaq rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-miżuri meħuda minn awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 69(2)(o) u (p) tad-Direttiva 2014/65/UE. B’mod partikolari, l-ESMA għandha tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti rigward meta jiġu eżerċitati dawn is-setgħat, in-natura u l-ambitu tal-miżuri imposti, u t-tul taż-żmien u s-segwitu ta’ kull miżura.
2.  
Wara li tirċievi notifika dwar kwalunkwe miżura skont l-Artikolu 79(5) tad-Direttiva 2014/65/UE l-ESMA għandha tirreġistra l-miżura u r-raġunijiet għaliha. Rigward il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 69(2)(o) jew (p) tad-Direttiva 2014/65/UE, għandha żżomm u tippubblika fil-websajt tagħha bażi ta’ dejta b’sommarji tal-miżuri fis-seħħ inklużi d-dettalji dwar il-persuni konċernati, l-istrumenti finanzjarji applikabbli, kwalunkwe limitu fuq id-daqs tal-pożizzjonijiet li l-persuni jistgħu jżommu f’kull ħin, kwalunkwe eżenzjoni għalihom mogħtija b’konformità mal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/65/UE, u r-raġunijiet għalihom.

Artikolu 45

Setgħat tal-ESMA relatati mal-immaniġġjar tal-pożizzjonijiet

1.  

Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha, fejn jiġu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet fil-paragrafu 2, tieħu waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

(a) 

titlob minn kwalunkwe persuna l-informazzjoni relevanti kollha rigward id-daqs u l-għan ta’ pożizzjoni jew skopertura li daħlet għaliha permezz ta’ derivat;

(b) 

wara li tanalizza l-informazzjoni miksuba, tobbliga lil tali persuna tieħu passi biex tnaqqas id-daqs ta’ jew telimina l-pożizzjoni jew l-iskopertura b’konformità mal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 10(b);

(c) 

bħala l-aħħar miżura, tillimita l-abbiltà ta’ persuna li tidħol f’derivat ta’ komodità.

2.  

L-ESMA għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jiġu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-miżuri elenkati fil-paragrafu 1 jindirizzaw theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji, inklużi s-swieq ta’ derivati ta’ komodità b’konformità mal-objettivi elenkati fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u anki fir-rigward ta’ arranġamenti tal-forniment għal komoditajiet fiżiċi, jew tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni;

(b) 

awtorità jew awtoritajiet kompetenti ma ħadux miżuri sabiex jindirizzaw it-theddida jew il-miżuri li ttieħdu ma jindirizzawx it-theddida b’mod suffiċjenti;

L-ESMA għandha twettaq il-valutazzjoni tagħha dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu b’konformità mal-kriterji u l-fatturi previsti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 10(a) ta’ dan l-Artikolu.

3.  

Meta tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżgura li l-miżura:

(a) 

tindirizza b’mod sinifikanti t-theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji, inklużi s-swieq tad-derivati ta’ komodità b’konformità mal-objettivi elenkati fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u anke fir-rigward tal-arranġamenti tal-forniment ta’ komoditajiet fiżiċi, jew tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni jew ittejjeb b’mod sinifikanti l-abbiltà tal-awtoritajiet kompetenti biex jimmonitorjaw it-theddida kif imkejla b’konformità mal-kriterji u l-fatturi speċifikati mill-att delegat imsemmi fil-paragrafu 10(a) ta’ dan l-Artikolu.;

(b) 

ma toħloqx riskju ta’ arbitraġġ regolatorju kif imkejjel b’konformità mal-paragrafu 10(c) ta’ dan l-Artikolu.;

(c) 

ma għandhiex xi wieħed mill-effetti negattivi li ġejjin fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-miżura: it-tnaqqis tal-likwidità f’dawk is-swieq, ir-restrizzjoni tal-kundizzjonijiet għat-tnaqqis tar-riskji marbuta direttament mal-attività kummerċjali ta’ kontroparti mhux finanzjarja, jew il-ħolqien ta’ inċertezza għall-parteċipanti tas-suq.

L-ESMA għandha tikkonsulta lill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) qabel ma tieħu xi miżura relatata mal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa.

L-ESMA għandha tikkonsulta lill-korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza, l-amministrazzjoni u r-regolamentazzjoni ta’ swieq fiżiċi agrikoli skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, qabel ma tieħu xi miżura relatata mad-derivati ta’ komoditajiet agrikoli.

4.  
Qabel ma tiddeċiedi li tieħu jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti relevanti bil-miżura li tkun qed tipproponi. Fil-każ ta’ talba skont il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 in-notifika għandha tinkludi l-identità tal-persuna jew tal-persuni li għalihom kienet indirizzata u d-dettalji u r-raġunijiet għal dan. Fil-każ ta’ miżura skont il-paragrafu 1(c) in-notifika għandha tinkludi d-dettalji tal-persuna konċernata, l-istrumenti finanzjarji applikabbli, il-miżuri kwantitattivi relevanti bħad-daqs massimu ta’ pożizzjoni li l-persuna inkwistjoni tista’ tidħol għalih, u r-raġunijiet għal dan.
5.  
In-notifika għandha ssir mhux inqas minn 24 siegħa qabel ma l-miżura tkun maħsuba li tidħol fis-seħħ jew tiġġedded. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-ESMA tista’ tagħmel in-notifika inqas minn 24 siegħa qabel ma l-miżura tkun maħsuba li tidħol fis-seħħ, meta ma jkunx possibbli li jingħata avviż minn 24 siegħa qabel.
6.  
L-ESMA għandha tippubblika fil-websajt tagħha avviż ta’ kwalunkwe deċiżjoni li timponi jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1(c). L-avviż għandu jinkludi dettalji dwar il-persuna konċernata, l-istrumenti finanzjarji applikabbli, il-miżuri kwantitattivi relevanti bħad-daqs massimu ta’ pożizzjoni li l-persuna inkwistjoni tista’ tidħol għaliha, u r-raġunijiet għal dan.
7.  
Miżura msemmija fil-paragrafu 1(c) għandha tidħol fis-seħħ meta n-notifika tiġi ppubblikata jew f’ħin speċifikat fin-notifika li jkun wara l-pubblikazzjoni tagħha u għandha tapplika biss għal tranżazzjoni li titwettaq wara li l-miżura tkun daħlet fis-seħħ.
8.  
L-ESMA għandha tirrivedi l-miżuri tagħha msemmija fil-paragrafu 1(c) f’intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur. Jekk miżura ma tiġix imġedda wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur, għandha tiskadi awtomatikament. Il-paragrafi 2 sa 8 għandhom japplikaw ukoll għal tiġdid ta’ miżuri.
9.  
Miżura adottata mill-ESMA skont dan l-Artikolu għandha tipprevali fuq kwalunkwe miżura preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti skont l-Artikolu 69(2)(o) jew (p) tad-Direttiva 2014/65/UE.
10.  

Il-Kummissjoni għandha tadotta, b’konformità mal-Artikolu 50, atti delegati li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi sabiex jiġi determinat:

(a) 

l-eżistenza ta’ theddida għall-funzjonament ordinat u għall-integrità tas-swieq finanzjarji, inklużi s-swieq tad-derivati ta’ komoditajiet b’konformità mal-objettivi elenkati fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u anki fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ forniment ta’ komoditajiet fiżiċi, jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2(a) filwaqt li jitqies kemm fil-fatt il-pożizzjonijiet jintużaw għall-iħħeġġjar ta’ pożizzjonijiet f’komoditajiet fiżiċi jew kuntratti ta’ komoditajiet u kemm fil-fatt il-prezzijiet fis-swieq sottostanti huma stabbiliti b’referenza għall-prezzijiet ta’ derivati ta’ komodità;

(b) 

it-tnaqqis xieraq ta’ pożizzjoni jew skopertura li tkun infetħet permezz ta’ derivat msemmi fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu;

(c) 

is-sitwazzjonijiet fejn jista’ jinqala’ riskju ta’ arbitraġġ regolatorju kif imsemmi fil-paragrafu 3(b) ta’ dan l-Artikolu.

Dawk il-kriterji u l-fatturi għandhom iqisu l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/65/UE u għandhom jiddifferenzjaw bejn is-sitwazzjonijiet li fihom l-ESMA tieħu azzjoni għaliex awtorità kompetenti tkun naqset li taġixxi u dawk li fihom l-ESMA tindirizza riskju addizzjonali li l-awtorità kompetenti ma tkunx tista’ tindirizza b’mod suffiċjenti skont l-Artikolu 69(2)(j) jew (o) tad-Direttiva 2014/65/UE.

TITOLU VIII

FORNIMENT TA’ SERVIZZI U TWETTIQ TA’ ATTIVITAJIET MINN DITTI MINN PAJJIŻI TERZI WARA DEĊIŻJONI TA’ EKWIVALENZA B’FERGĦA JEW MINGĦAJRHA

Artikolu 46

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  
Ditta minn pajjiż terz tista’ tipprovdi servizzi ta’ investiment jew twettaq attivitajiet, flimkien ma’ servizzi anċillari jew le, lil kontropartijiet eliġibbli u lil klijenti professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE stabbiliti fl-Unjoni kollha mingħajr l-istabbiliment ta’ fergħa f’każ li tkun reġistrata fir-reġistru tad-ditti minn pajjiżi terzi li żżomm l-ESMA skont l-Artikolu 47.
2.  

L-ESMA għandha tirreġistra ditta minn pajjiż terz li tkun applikat biex tforni servizzi ta’ investiment jew biex twettaq attivitajiet fl-Unjoni kollha skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 47(1);

(b) 

id-ditta tkun awtorizzata fil-ġuriżdizzjoni fejn ikun stabbilit l-uffiċċju prinċipali tagħha biex tipprovdi servizzi jew attivitajiet ta’ investiment li għandhom jiġu fornuti fl-Unjoni u tkun soġġetta għal superviżjoni u infurzar li jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti applikabbli f’dak il-pajjiż terz;

(c) 

ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 47(2);

▼M2

(d) 

id-ditta stabbilixxiet l-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa biex tirrapporta l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 6a.

▼B

3.  
Meta ditta minn pajjiż terz tkun reġistrata skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri m’għandhomx jimponu xi rekwiżiti addizzjonali fuq id-ditta minn pajjiż terz fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament jew mid-Direttiva 2014/65/UE u bl-istess mod m’għandhomx jittrattaw lil ditti minn pajjiżi terzi aktar favorevolment minn ditti mill-Unjoni.
4.  
Id-ditta minn pajjiż terz imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tissottometti l-applikazzjoni tagħha lill-ESMA wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 47 li tiddetermina li l-qafas legali u superviżorju tal-pajjiż terz li fih tkun awtorizzata d-ditta minn pajjiż terz tkun ekwivalenti għar-rekwiżiti deskritti fl-Artikolu 47(1).

Id-ditta applikanti minn pajjiż terz għandha tipprovdi lill-ESMA bl-informazzjoni kollha neċessarja għar-reġistrazzjoni tagħha. Fi żmien 30 jum tax-xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni, l-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex sħiħa. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx sħiħa, l-ESMA għandha tistipula skadenza sa meta d-ditta applikanti minn pajjiż terz trid tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali.

Id-deċiżjoni tar-reġistrazzjoni għandha tkun abbażi tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2.

Fi żmien 180 jum tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni sħiħa, l-ESMA għandha tinforma bil-miktub lid-ditta applikanti minn pajjiż terz bi spjega sħiħa tar-raġunijiet għalfejn ir-reġistrazzjoni ngħatat jew ġiet miċħuda.

▼M2

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li ditti minn pajjiżi terzi jipprovdu servizzi ta’ investiment lil, jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment flimkien ma’ servizzi anċillari għal, kontropartijiet eliġibbli u klijenti professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE fit-territorji tagħhom b’konformità mar-reġimi nazzjonali fejn ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni tal-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 47(1) jew meta tali deċiżjoni tkun ġiet adottata iżda jew ma tkunx għadha effettiva jew ma tkoprix is-servizzi jew l-attivitajiet ikkonċernati.

▼B

5.  
Id-ditti minn pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi skont dan l-Artikolu għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom stabbiliti fl-Unjoni, qabel il-forniment ta’ kwalunkwe servizz, li huma ma għandhomx permess jipprovdu servizzi lil klijenti oħra għajr lill-kontropartijiet eliġibbli u lill-klijenti professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE u li huma mhumiex soġġetti għal superviżjoni fl-Unjoni. Għandhom jindikaw l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni fil-pajjiż terz.

L-informazzjoni fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata bil-miktub u b’mod prominenti.

▼M2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta kontroparti eliġibbli jew klijent professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE stabbilit jew li jinsab fl-Unjoni jibda fuq l-inizjattiva esklużiva tiegħu l-għoti ta’ servizz jew attività ta’ investiment minn ditta ta' pajjiż terz, dan l-Artikolu ma japplikax għall-għoti ta’ dak is-servizz jew ta’ dik l-attività mid-ditta tal-pajjiż terz lil dik il-persuna, inkluż relazzjoni marbuta speċifikament mal-għoti ta’ dak is-servizz jew ta’ dik l-attività. Mingħajr preġudizzju għal relazzjonijiet intragrupp, meta ditta ta' pajjiż terz, inkluż permezz ta’ entità li taġixxi f’isimha jew li jkollha rabtiet mill-qrib ma’ tali ditta tal-pajjiż terz jew kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f’isem tali entità, tissolleċita klijenti jew klijenti potenzjali fl-Unjoni, ma għandhiex titqies bħala servizz ipprovdut fuq l-inizjattiva proprja esklussiva tal-klijent. Inizjattiva minn tali klijenti ma għandhiex tintitola lid-ditta ta' pajjiż terz li tikkummerċjalizza kategoriji ġodda ta’ prodotti tal-investiment jew servizzi tal-investiment lil dak l-individwu.

▼B

6.  
Ditti minn pajjiż terz li jipprovdu servizzi jew iwettqu attivitajiet skont dan l-Artikolu għandhom, qabel jipprovdu xi servizz jew iwettqu xi attività fir-rigward ta’ klijent stabbilit fl-Unjoni, joffru li jressqu kwalunkwe tilwima rigward dawk is-servizzi jew l-attivitajiet quddiem il-ġuriżdizzjoni ta’ qorti jew tribunal tal-arbitraġġ fi Stat Membru.

▼M2

6a.  
ditti ta' pajjiż terz li jipprovdu servizzi jew iwettqu attivitajiet skont dan l-Artikolu għandhom, fuq bażi annwali, jinformaw lill-ESMA b'dan li ġej:
(a) 

l-iskala u l-ambitu tas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa mid-ditti fl-Unjoni, inkluż id-distribuzzjoni ġeografika madwar l-Istati Membri;

(b) 

għal ditti li jwettqu l-attività msemmija fil-punt (3) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, l-iskopertura minima, medja u massima tagħhom ta’ kull xahar għall-kontropartijiet tal-UE;

(c) 

għal ditti li jipprovdu s-servizzi msemmija fil-punt (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, il-valur totali tal-istrumenti finanzjarji li joriġinaw mill-kontropartijiet tal-UE sottoskritti jew imqiegħda fuq bażi ta’ impenn sod matul it-12-il xahar preċedenti;

(d) 

il-fatturat u l-valur aggregat tal-assi li jikkorrispondi għas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a);

(e) 

jekk sarux arranġamenti għall-protezzjoni tal-investituri, u deskrizzjoni dettaljata tagħhom;

(f) 

il-politika u l-arranġamenti tal-immaniġġar tar-riskji applikati mid-ditta fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a)';

(g) 

l-arranġamenti għall-governanza, inkluż it-titolari ta' funzjonijiet ewlenin għall-attivitajiet tad-ditta fl-Unjoni;

(h) 

kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa biex l-ESMA jew l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

L-ESMA għandha tikkomunika l-informazzjoni li tirċievi skont dan il-paragrafu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment skont dan l-Artikolu.

Fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-ESMA jew tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista’, inkluż fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istati Membri fejn ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment skont dan l-Artikolu, titlob lil ditti ta' pajjiż terz li jipprovdu servizzi jew iwettqu attivitajiet skont dan l-Artikolu biex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni ulterjuri fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħhom.

6b.  
Meta ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi jew twettaq attivitajiet skont dan l-Artikolu, hija għandha żżomm, għad-dispożizzjoni tal-ESMA, id-data relatata mal-ordnijiet kollha u t-tranżazzjonijiet kollha fl-Unjoni skont l-istrumenti finanzjarji li jkunu wettqu, kemm jekk f’isimhom kif ukoll f’isem klijent, għal perijodu ta’ ħames snin.

Fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru fejn ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha taċċessa d-data rilevanti miżmuma għad-dispożizzjoni tagħha f'konformità mal-ewwel subparagrafu u għandha tagħmel dik id-data disponibbli għall-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba.

6c.  
Meta ditta ta' pajjiż terz ma tikkooperax f’investigazzjoni jew spezzjoni fuq il-post imwettqa skont l-Artikolu 47(2), jew meta ma tikkonformax ma’ talba mill-ESMA f’konformità mal-paragrafu 6a jew 6b ta' dan l-Artikolu fi żmien debitu u b'mod adatt, l-ESMA tista’ tirtira r-reġistrazzjoni tagħha jew tipprojbixxi temporanjament jew tirrestrinġi l-attivitajiet tagħha f'konformità mal-Artikolu 49.

▼C4

7.  
L-ESMA, b’konsultazzjoni mal-ABE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li ditta applikant minn pajjiż terz trid tipprovdi fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 u l-informazzjoni li għandha tiġi rappurtata skont il-paragrafu 6a.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Settembru 2020.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M2

8.  
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format li fih l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiġi ppreżentata u li fih għandha tiġi rapportata l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6a.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Settembru 2020.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 47

Deċiżjoni tal-ekwivalenza

▼M2

1.  

Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 51(2) fir-rigward ta’ pajjiż terz li tiddikjara li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ dak il-pajjiż terz jiżguraw dan kollu li ġej:

(a) 

li d-ditti awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw ma’ rekwiżiti prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju legalment vinkolanti, li għandhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ), fid-Direttiva 2013/36/UE, id-Direttiva 2014/65/UE u d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ), u fil-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont dawk l-atti leġislattivi;

(b) 

li d-ditti awtorizzati f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju applikabbli u legalment vinkolanti; u

(c) 

li l-qafas legali ta’ dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti u effettiva għar-rikonoxximent tad-ditti tal-investiment awtorizzati skont reġimi legali ta’ pajjiżi terzi;

Meta l-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni tas-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa minn ditti minn pajjiżi terzi fl-Unjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu x’aktarx ikunu ta’ importanza sistemika għall-Unjoni, ir-rekwiżiti prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju legalment vinkolanti msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitqiesu biss li jkollhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fl-atti msemmija f’dak is-subparagrafu wara valutazzjoni dettaljata u granulari. Għal dawk il-għan, il-Kummissjoni għandha wkoll tivvaluta u tqis il-konverġenza superviżorja bejn il-pajjiż terz konċernat u l-Unjoni.

1a.  

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 sabiex tispeċifika aktar iċ-ċirkostanzi li fihom l-iskala u l-ambitu tas-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa minn ditti ta' pajjiżi terzi fl-Unjoni wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ekwivalenza msemmija fil- paragrafu 1 x’aktarx ikunu ta’ importanza sistemika għall-Unjoni.

Meta l-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa minn ditti ta' pajjiżi terzi x’aktarx li jkunu ta’ importanza sistemika għall-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tehmeż kondizzjonijiet operattivi speċifiċi ma’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza biex jiġi żgurat li l-ESMA u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom l-għodod meħtieġa biex jipprevjenu l-arbitraġġ regolatorju u jimmonitorjaw l-attivitajiet ta’ ditti tal-investiment ta’ pajjiżi terzi rreġistrati skont l-Artikolu 46(2) fir-rigward ta’ servizzi pprovduti u attivitajiet imwettqa fl-Unjoni billi jiġi żgurat li dawk id-ditti jikkonformaw:

(a) 

mar-rekwiżiti li għandhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 20 u 21;

(b) 

mar-rekwiżiti ta’ rapportar li għandhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 26, fejn tali informazzjoni ma tistax tinkiseb direttament u fuq bażi kontinwa permezz ta’ Memorandum ta’ Qbil mal-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz;

(c) 

ma’rekwiżiti li għandhom effett ekwivalenti għall-obbligu ta’ negozjar imsemmi fl-Artikoli 23 u 28, fejn applikabbli.

Meta tadotta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra jekk il-pajjiż terz humiex identifikat bħala ġurisdizzjoni li ma tikkooperax għal skopijiet ta’ taxxa skont il-politika rilevanti tal-Unjoni jew bħala pajjiż b’riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849.'';

“1b.  

Il-qafas prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju ta’ pajjiż terz jista’ jiġi kkunsidrat li jkollu effett ekwivalenti meta dak il-qafas jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu attivitajiet ta’ investiment f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni effettiva u infurzar fuq bażi kontinwa;

(b) 

id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu attivitajiet ta’ investiment f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal rekwiżiti kapitali suffiċjenti u, b'mod partikolari, id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punt (3) jew (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE huma soġġetti għal rekwiżiti kapitali komparabbli ma' dawk li japplikaw kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni;

(c) 

id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu attivitajiet ta’ investiment f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal rekwiżiti xierqa applikabbli għall-azzjonisti u l-membri tal-korp maniġerjali tagħhom;

(d) 

id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu attivitajiet tal-investiment huma soġġetti għal imġiba kummerċjali u rekwiżiti organizzazzjonali adegwati;

(e) 

it-trasparenza u l-integrità tas-suq tiġi żgurata billi jipprevjenu l-abbuż tas-suq fil-forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu, meta tivvaluta l-ekwivalenza tar-regoli ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tal-obbligu ta' negozjar stabbilit fl-Artikoli 23 u 28, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll jekk il-qafas legali tal-pajjiż terz jipprevedix kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ ċentri tan-negozjar bħala eliġibbli għall-konformità mal-obbligu ta' negozjar li għandhom effett simili għal dawk stabbiliti skont dan ir-Regolament jew skont id-Direttiva 2014/65/UE.”;

▼B

2.  

L-ESMA għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiżi terzi li l-ofqsa ġuridiċi u superviżorji tagħhom ġew rikonoxxuti bħala effettivament ekwivalenti skont il-paragrafu 1. Dawn l-arranġamenti għandhom jispeċifikaw tal-anqas:

▼M2

(a) 

il-mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi konċernati, fosthom l-aċċess għall-informazzjoni kollha dwar id-ditti mhux mill-Unjoni awtorizzati f’pajjiżi terzi li tintalab mill-ESMA, u fejn rilevanti, il-modalitajiet tal-kondiviżjoni ulterjuri mill-ESMA, u, fejn rilevanti, l-arranġamenti għall-kondiviżjoni ulterjuri mill-ESMA ta' informazzjoni bħal din mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

▼B

(b) 

il-mekkaniżmu għan-notifika fil-pront lill-ESMA meta awtorità kompetenti minn pajjiż terz tqis li ditta minn pajjiż terz li tkun taħt is-superviżjoni tagħha u li l-ESMA tkun reġistrat fir-reġistru previst fl-Artikolu 48 tkun qed tikser il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tagħha jew leġiżlazzjoni oħra li tkun obbligata tirrispetta;

▼M2

(c) 

il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji inkluż investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post li tista’ twettaq l-ESMA, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn id-ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment skont l-Artikolu 46, meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-ESMA jew tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, wara li tkun informat kif xieraq lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tiegħu.

▼M2

(d) 

il-proċeduri li jikkonċernaw talba għal informazzjoni skont l-Artikolu 46 (6a) u (6b) li l-ESMA tista’ tibgħat lil ditta ta' pajjiż terz irreġistrata skont l-Artikolu 46(2).';

▼C3

3.  
Ditta minn pajjiż terz stabbilita f’pajjiż li l-qafas legali u superviżorju tiegħu jkun ġie rikonoxxut bħala wieħed effettivament ekwivalenti b’konformità mal-paragrafu 1, u li hija awtorizzata b’konformità mal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2014/65/UE għandha tkun tista’ tipprovdi s-servizzi u l-attivitajiet koperti skont l-awtorizzazzjoni lil kontropartijiet eliġibbli u klijenti professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE fi Stati Membri oħrajn tal-Unjoni mingħajr l-istabbiliment ta’ fergħat ġodda. Għal dan il-għan, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-forniment transfrunier ta’ servizzi u attivitajiet fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/65/UE.

▼B

Il-fergħa għandha tibqa’ soġġetta għas-superviżjoni tal-Istat Membru li fih il-fergħa tkun stabbilita b’konformità mal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2014/65/UE. Madankollu, u mingħajr ħsara għall-obbligi ta’ kooperazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-fergħa tkun stabbilita u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jistabblixxu ftehimiet ta’ kooperazzjoni proporzjonati sabiex jiżguraw li l-fergħa ta’ ditta minn pajjiż terz li tipprovdi servizzi ta’ investiment fl-Unjoni Ewropea tagħti l-livell xieraq ta’ protezzjoni tal-investitur.

4.  
Ditta minn pajjiż terz ma tistax tibqa’ teżerċita d-drittijiet skont l-Artikolu 46(1) meta l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51(2) li tirtira d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz.

▼M2

5.  

L-ESMA għandha timmonitorja l-iżviluppi regolatorji u superviżorji, il-prattiki ta' infurzar u żviluppi oħra fis-suq rilevanti f'pajjiżi terzi li għalihom ikunu ġew adottati deċiżjonijiet ta' ekwivalenza mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 sabiex tivverifika li l-kondizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ikunu ttieħdu dawk id-deċiżjonijiet għadhom sodisfatti. L-ESMA għandha tippreżenta rapport kunfidenzjali dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni fuq bażi annwali. Fejn jitqies xieraq mill-ESMA, l-ESMA tista’ tikkonsulta lill-ABE fir-rigward tar-rapport.

Ir-rapport għandu jirrifletti wkoll ix-xejriet osservati abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 46(6a), b’mod partikolari fir-rigward ta’ ditti li jipprovdu servizzi jew iwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE.

6.  

Il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 5, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-inqas fuq bażi annwali. Ir-rapport għandu jinkludi lista tad-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza meħuda jew irtirati mill-Kummissjoni fis-sena ta’ rapportar, kif ukoll kwalunkwe miżura meħuda mill-ESMA skont l-Artikolu 49, u jipprovdi r-raġunament għal dawk id-deċiżjonijiet u l-miżuri.

Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jinkludi informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-iżviluppi regolatorji u superviżorji, il-prattiki ta’ infurzar u żviluppi oħra tas-suq rilevanti f’pajjiżi terzi li għalihom ġew adottati deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza. Għandu wkoll jieħu kont ta’ kif il-provvista transkonfinali ta’ servizzi ta’ investiment minn ditti ta' pajjiżi terzi evolviet b’mod ġenerali u b’mod partikolari fir-rigward tas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE. Fi żmien debitu, ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar il-valutazzjonijiet ta’ ekwivalenza li għaddejjin li l-Kummissjoni qed twettaq fir-rigward ta’ pajjiż terz.

▼B

Artikolu 48

Reġistru

L-ESMA għandha żżomm reġistru tad-ditti minn pajjiż terz li għandhom permess jipprovdu servizzi ta’ investiment jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment fl-Unjoni skont l-Artikolu 46. Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli pubblikament fil-websajt tal-ESMA u għandu jkun fih informazzjoni dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li d-ditti minn pajjiż terz huma permessi jipprovdu jew iwettqu u referenza għall-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tagħhom fil-pajjiż terz.

▼M2

Artikolu 49

Miżuri li għandhom jittieħdu mill-ESMA

1.  
L-ESMA tista’ temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi ditta ta' pajjiż terz milli tipprovdi servizzi ta’ investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment b’ xi servizz anċillari jew mingħajru skont l-Artikolu 46(1) meta d-ditta ta' pajjiż terz tkun naqset milli tikkonforma ma’ kwalunkwe projbizzjoni jew restrizzjoni imposta mill-ESMA jew mill-ABE skont l-Artikoli 40 u 41 jew minn awtorità kompetenti skont l-Artikolu 42, tkun naqset milli tikkonforma ma’ talba mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 46(6a) u (6b) fiż-żmien debitu u l-mod adatt, jew meta d-ditta ta' pajjiż terz ma tikkooperax ma’ investigazzjoni jew spezzjoni fuq il-post imwettqa skont l-Artikolu 47(2).
2.  

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-ESMA għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ ditta ta' pajjiż terz fir-reġistru stabbilit skont l-Artikolu 48, meta l-ESMA tkun irreferiet il-kwistjoni lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz u dik l-awtorità kompetenti ma tkunx ħadet il-miżuri xierqa meħtieġa biex tipproteġi lill-investituri jew il-funzjonament xieraq tas-swieq fl-Unjoni, jew tkun naqset milli turi li d-ditta mill-pajjiż terz ikkonċernat tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għaliha fil-pajjiż terz, jew mal-kondizzjonijiet li taħthom tkun ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 47(1), u tapplika waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

L-ESMA jkollha raġunijiet fondati sew abbażi ta’ evidenza dokumentata, inkluż iżda mhux limitata għall-informazzjoni annwali pprovduta skont l-Artikolu 46(6a), biex temmen li, fil-forniment tas-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment fl-Unjoni, id-ditta ta' pajjiż terz qed taġixxi b’manjiera li hija ċarament ta’ preġudizzju għall-interessi tal-investituri jew tal-funzjonament ordnat tas-swieq;

(b) 

L-ESMA jkollha raġunijiet fondati sew abbażi ta’ evidenza dokumentata, inkluż iżda mhux limitata għall-informazzjoni annwali pprovduta skont l-Artikolu 46(6a), biex temmen li fil-forniment tas-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment fl-Unjoni, id-ditta ta' pajjiż terz tkun kisret id-dispożizzjonijiet applikabbli għaliha fil-pajjiż terz u li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni tkun adottat id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 47(1).

3.  

L-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz bl-intenzjoni tagħha li tieħu azzjoni fi żmien debitu f'konformità mal-paragrafu 1 jew 2.

Meta tiddeċiedi dwar l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed skont dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tar-riskju maħluq għall-investituri u l-funzjonament xieraq tas-swieq fl-Unjoni, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:

(a) 

id-durata u l-frekwenza tar-riskju li jirriżulta;

(b) 

jekk ir-riskju jkunx żvela dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri tad-ditti ta' pajjiż terz;

(c) 

jekk ir-reat finanzjarju ġiex ikkawżat, iffaċilitat jew attribwit b'mod ieħor għar-riskju;

(d) 

jekk ir-riskju jkunx seħħ intenzjonalment jew b’negliġenza.

L-ESMA għandha tinforma lill-Kummissjoni u lid-ditta minn pajjiż terz ikkonċernat dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 1 jew 2 mingħajr dewmien u għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha fil-websajt tagħha.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet skont liema ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 47(1) għadhomx jeżistu fir-rigward tal-pajjiż terz ikkonċernat.

▼B

TITOLU IX

ATTI DELEGATI U TA’

KAPITOLU 1

Atti delegati

Artikolu 50

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa sabiex tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

▼M7

2.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(9), fl-Artikolu 2(2) u (3), fl-Artikolu 5(10), fl-Artikolu 8a(4), fl-Artikolu 17(3), fl-Artikolu 27(4) u (5), fl-Artikolu 31(4), fl-Artikolu 38k(10), fl-Artikolu 38n(3), fl-Artikolu 40(8), fl-Artikolu 41(8), fl-Artikolu 42(7), fl-Artikolu 45(10) u fl-Artikolu 52(10), (14b) u (15), għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mit-2 ta’ Lulju 2014.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(9), fl-Artikolu 2(2) u (3), fl-Artikolu 5(10), fl-Artikolu 8a(4), fl-Artikolu 17(3), fl-Artikolu 27(4) u (5), fl-Artikolu 31(4), fl-Artikolu 38k(10), fl-Artikolu 38n(3), fl-Artikolu 40(8), fl-Artikolu 41(8), fl-Artikolu 42(7), fl-Artikolu 45(10) u fl-Artikolu 52(10), (14b) u (15), tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

▼B

4.  
Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼M7

5.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(9), Artikolu 2(2) jew (3), Artikolu 5(10), Artikolu 8a(4), Artikolu 17(3), Artikolu 27(4) jew (5), Artikolu 31(4), Artikolu 38k(10), Artikolu 38n(3), Artikolu 40(8), Artikolu 41(8), Artikolu 42(7), Artikolu 45(10) jew Artikolu 52(10), (14b) jew (15), għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

KAPITOLU 2

Atti ta’ implimentazzjoni

Artikolu 51

Proċedura ta’ kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE ( 17 ). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

TITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 52

Rapporti u analiżi

1.  
Qabel it- ►M1  3 ta' Marzu 2020 ◄ , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt fil-prattika tal-obbligi ta’ trasparenza stabbiliti skont l-Artikoli 3 sa 13, b’mod partikolari dwar l-impatt tal-mekkaniżmu ta’ limitu tal-volum deskritt fl-Artikolu 5, fosthom fuq il-kost tan-negozjar għal kontropartijiet eliġibbli u klijenti professjonali u fuq in-negozjar ta’ ishma ta’ kumpaniji żgħar u b’kapitalizzazzjoni medja, u l-effikaċja tiegħu fl-iżgurar li l-użu tal-eżenzjonijiet relevanti ma jkunx ta’ ħsara għall-formazzjoni tal-prezzijiet u dwar kif jaf jopera kwalunkwe mekkaniżmu għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur tal-limitu tal-volum, u dwar l-applikazzjoni u l-adegwatezza kontinwata tal-eżenzjonijiet għall-obbligi ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar stabbiliti skont l-Artikolu 4(2) u (3) u l-Artikolu 9(2) sa (5).
2.  

Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 hawn fuq għandu jinkludi l-impatt fuq is-swieq Ewropej tal-ekwità tal-użu tal-eżenzjoni skont l-Artikolu 4(1)(a) u (b)(i) u tal-użu tal-mekkaniżmu ta’ limitu tal-volum skont l-Artikolu 5, b’referenza partikolari:

(a) 

għal-livell u t-tendenza tan-negozjar tar-reġistru tal-ordnijiet “non-lit” fl-Unjoni Ewropea wara l-introduzzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

għall-impatt tal-firxiet kwotati trasparenti qabel il-kummerċ;

(c) 

għall-impatt fuq id-daqs tal-likwidità ta’ reġistri tal-ordnijiet “lit”;

(d) 

għall-impatt fuq il-kompetizzjoni u fuq l-investituri fl-Unjoni;

(e) 

għall-impatt fuq in-negozjar ta’ ishma ta’ kumpaniji żgħar u b’kapitalizzazzjoni medja;

(f) 

żvilupppi fil-livell internazzjonali u ta’ diskussjonijiet ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

3.  
Jekk ir-rapport jikkonkludi li l-użu tal-eżenzjoni skont l-Artikolu 4(1)(a) u (b)(i) huwa ta’ ħsara għall-formazzjoni tal-prezzijiet jew għan-negozjar ta’ ishma ta’ kumpaniji żgħar u b’kapitalizzazzjoni medja, il-Kummissjoni għandha, meta xieraq, tagħmel proposti, inklużi emendi għal dan ir-Regolament, rigward l-użu ta’ dawn l-eżenzjonijiet. Tali proposti għandhom jinkludu valutazzjoni tal-impatt tal-emendi proposti, u għandhom iqisu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament u l-effetti fuq it-tfixkil tas-suq u l-kompetizzjoni, u l-impatti potenzjali fuq l-investituri fl-Unjoni.
4.  
Sat- ►M1  3 ta' Marzu 2020 ◄ , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tal-Artikolu 26, inkluż jekk il-kontenut u l-format tar-rapporti tat-tranżazzjonijiet riċevuti u skambjati bejn l-awtoritajiet kompetenti jippermettux b’mod komprensiv li jiġu mmonitorjati l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 26(1). Il-Kummissjoni tista’ tagħmel kwalunkwe proposta xierqa, inkluż metodu sabiex it-tranżazzjonijiet jiġu rrapportati f’sistema magħżula mill-ESMA minflok għand l-awtoritajiet kompetenti, li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti relevanti jaċċessaw l-informazzjoni kollha rapportata skont dan l-Artikolu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2014/65/UE u għad-detezzjoni ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata ta’ abbuż tas-suq b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 596/2014.
5.  
Sat- ►M1  3 ta' Marzu 2020 ◄ , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar soluzzjonijiet xierqa biex jitnaqqsu l-asimmetriji ta’ informazzjoni bejn il-parteċipanti tas-suq kif ukoll dwar għodod biex ir-regolaturi jimmonitorjaw aħjar l-attivitajiet ta’ kwotazzjoni fiċ-ċentri tan-negozjar. Dak ir-rapport għandu tal-anqas jivvaluta l-fattibbiltà tal-iżvilupp ta’ sistema Ewropea tal-aħjar offerta għal kwotazzjonijiet konsolidati biex jiġu sodisfatti dawn l-objettivi.
6.  
Sat- ►M1  3 ta' Marzu 2020 ◄ , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress biex in-negozjar fid-derivati OTC standardizzati jibda jsir fil-boroż jew pjattaformi elettroniċi ta’ negozjar skont l-Artikoli 25 u 28.
7.  
Sat- ►M1  3 ta' Lulju 2020 ◄ , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżvilupp fil-prezzijiet għal dejta ta’ trasparenza ta’ qabel u wara l-kummerċ minn swieq regolati, MTFs, OTFs u CTPs.
8.  
Sat- ►M1  3 ta' Lulju 2020 ◄ , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jirrieżamina d-dispożizzjonijiet ta’ interoperabilità fl-Artikolu 36 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
9.  
Sat- ►M1  3 ta' Lulju 2020 ◄ , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 35 u 36 ta’ dan ir-Regolament u tal-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Sat- ►M1  3 ta' Lulju 2022 ◄ il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37.

10.  
Sat- ►M1  3 ta' Lulju 2020 ◄ il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt tal-Artikoli 35 u 36 ta’ dan ir-Regolament fuq CCPs li jkunu għadhom kif ġew stabbiliti u awtorizzati kif imsemmija fl-Artikolu 35(5) u fuq ċentri tan-negozjar konnessi ma’ dawk is-CCPs b’rabtiet sodi u jekk l-arranġament tranżizzjonali previst fl-Artikolu 35(5) għandux jiġi estiż, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji possibbli għall-konsumaturi tat-titjib tal-kompetizzjoni u l-livell ta’ għażla disponibbli għall-parteċipanti tas-suq mqabbla mal-effett sproporzjonat possibbli ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fuq CCPs li għadhom kemm ġew stabbiliti u awtorizzati u l-limitazzjonijiet tal-parteċipanti tas-suq lokali fir-rigward tal-aċċess għal CCPs globali u l-funzjonament bla intoppi tas-suq.

Skont il-konklużjonijiet ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni tista’ tadotta att delegat b’konformità mal-Artikolu 50 biex testendi l-perjodu tranżizzjonali b’konformità mal-Artikolu 35(5) b’massimu ta’ 30 xahar.

▼M7 —————

▼M7

14.  
Sat-30 ta’ Ġunju 2026, l-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti stabbilit skont l-Artikolu 22b(2), għandha tivvaluta d-domanda tas-suq għat-tape konsolidat għall-ishma u l-ETFs, l-impatt ta’ dak it-tape konsolidat fuq il-funzjonament, l-attraenza u l-kompetittività internazzjonali tas-swieq u d-ditti tal-Unjoni, u jekk it-tape konsolidat laħaqx l-għan tiegħu li jnaqqas l-asimmetriji fl-informazzjoni bejn il-parteċipanti fis-suq u li jagħmel lill-Unjoni post aktar attraenti għall-investiment. L-ESMA għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza taż-żieda ta’ karatteristiċi addizzjonali mat-tape konsolidat, bħat-tixrid tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tas-suq għad-data ta’ qabel in-negozjar. Fuq il-bażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
14a.  

Tliet snin wara l-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tape konsolidat, wara li tkun ikkonsultat mal-ESMA u mal-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti stabbilit skont l-Artikolu 22b, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan li ġej:

(a) 

il-klassijiet ta’ assi koperti minn tape konsolidat;

(b) 

il-puntwalità u l-kwalità tad-data trażmessa lis-CTP;

(c) 

il-puntwalità tat-tixrid, u l-kwalità, tad-data ewlenija tas-suq u tad-data regolatorja;

(d) 

ir-rwol tad-data ewlenija tas-suq u tad-data regolatorja fit-tnaqqis tad-defiċit fl-implimentazzjoni;

(e) 

in-numru ta’ utenti tat-tape konsolidat għal kull klassi ta’ assi;

(f) 

l-effett tad-data ewlenija tas-suq u tad-data regolatorja fuq ir-rimedju ta’ asimetriji ta’ informazzjoni bejn diversi parteċipanti fis-suq kapitali;

(g) 

l-adegwatezza tal-protokolli tat-trażmissjoni użati għat-trażmissjoni tad-data lis-CTP;

(h) 

l-adegwatezza u l-funzjonament tal-iskema ta’ distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontributuri tad-data li huma ċentri ta’ negozjar żgħar;

(i) 

l-effetti tad-data ewlenija tas-suq u tad-data regolatorja fuq l-investimenti fl-SMEs.

14b.  
Sad-29 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, tivvaluta l-possibbiltà li testendi r-rekwiżiti tal-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament għall-AIFMs kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (b) tad-Direttiva 2011/61/UE, u għall-kumpaniji maniġerjali, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (b) tad-Direttiva 2009/65/KE, li jipprovdu servizzi u attivitajiet ta’ investiment u li jeżegwixxu tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji. B’mod partikolari, f’dik il-valutazzjoni l-Kummissjoni għandha tinkludi analiżi kost-benefiċċji u evalwazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali estensjoni.

Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni u filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-għanijiet tal-unjoni tas-swieq kapitali, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità l-Artikolu 50 biex temenda dan ir-Regolament billi testendi r-rekwiżiti tal-Artikolu 26 f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

14c.  
Sad-29 ta’ Marzu 2028, l-ESMA għandha tippreżenta lill-Kummissjoni rapport li jivvaluta l-adegwatezza tal-limitazzjoni tal-volum stabbilit fl-Artikolu 5(1) u l-ħtieġa li titneħħa jew tiġi estiża għal sistemi ta’ negozjar jew ċentri ta’ eżekuzzjoni oħra li jiksbu l-prezzijiet tagħhom minn prezz referenzjarju, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-aħjar prattiki internazzjonali, il-kompetittività tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni, u l-effetti ta’ dik il-limitazzjoni tal-volum fuq in-negozjar ġust u ordinat fis-swieq, u fuq l-effiċjenza tal-formazzjoni tal-prezzijiet.

▼C6

15.  

►M7  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tispeċifika miżuri sabiex: ◄

▼M7

(e) 

ikun żgurat li d-data ewlenija tas-suq u d-data regolatorja jiġu pprovduti fuq bażi kummerċjali raġonevoli u jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utenti ta’ dik id-data madwar l-Unjoni;

▼M7 —————

▼M7

(g) 

ikunu speċifikati l-arranġamenti applikabbli meta s-CTP ma jibqax jissodisfa l-kriterji tal-għażla;

(h) 

ikunu speċifikati l-arranġamenti li skonthom CTP jista’ jkompli jopera tape konsolidat dment li l-ebda entità ġdida ma tkun awtorizzata permezz tal-proċedura tal-għażla.

▼B

Artikolu 53

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

(1) 

fl-Artikolu 5(2), is-subparagrafu li ġej hu miżjud:

“Fl-iżvilupp tal-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji skont dan il-paragrafu, l-ESMA m’għandhiex tippreġudika d-dispożizzjoni tranżizzjonali fir-rigward ta’ kuntratti ta’ derivati tal-enerġija C6 kif stabbilit fl-Artikolu 95 tad-Direttiva 2014/65/UE ( 18 ).

(2) 

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:

(a) 

paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.  

CCP li tkun ġiet awtorizzata biex tikklerja kuntratti tad-derivati OTC għandha taċċetta li tikklerja dawn il-kuntratti fuq bażi mhux diskriminatorja u trasparenti, anke fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ kollateral u ta’ tariffi relatati mal-aċċess, irrispettivament miċ-ċentru tan-negozjar. Dan b’mod partikolari għandu jiżgura li ċentru tan-negozjar ikollu d-dritt għal trattament nondiskriminatorju f’termini ta’ kif kuntratti nnegozjati f’dak iċ-ċentru tan-negozjar jiġu ttrattati f’termini ta’:

(a) 

rekwiżiti ta’ kollateral u kalkolazzjoni tal-valur nett ta’ kuntratti ekonomikament ekwivalenti, meta l-inklużjoni ta’ tali kuntratti fl-għeluq u proċeduri oħra ta’ kalkolazzjoni tal-valur nett ta’ CCP bbażata fuq il-liġi applikabbli dwar l-insolvenza ma tipperikolax l-funzjonament bla intoppi u ordinat, il-validità jew l-infurzabilità ta’ tali proċeduri; u

(b) 

kontromarġinazzjoni b’kuntratti korrelatati kklerjati mill-istess CCP skont mudell tar-riskji li jikonforma mal-Artikolu 41.

CCP tista’ titlob li ċentru tan-negozjar jikkonforma mar-rekwiżiti operattivi u tekniċi stabbiliti mis-CCP, inklużi r-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju.”:

(b) 

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.  
Il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 rigward trattament nondiskriminatorju f’termini ta’ kif kuntratti negozjati f’dak iċ-ċentru tan-negozjar jiġu ttrattati f’termini ta’ rekwiżiti ta’ kollateral u ta’ kalkolazzjoni tal-valur nett ta’ kuntratti ekonomikament ekwivalenti u kontromarġinazzjoni ma’ kuntratti korrelatati kklerjati mill-istess CCP għandhom ikunu speċifikati aktar bl-istandards tekniċi adottati skont l-Artikolu 35(6)(e) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 ( *1 )”.
(3) 

Fl-Artikolu 81 (3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jittrasmetti dejta lill-awtoritajiet kompetenti skont ir-rekwiżiti taħt l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (*1) ”.

Artikolu 54

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

▼M2

1.  
Ditti minn pajjiżi terzi jistgħu jkomplu jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet fl-Istati Membri, skont ir-reġimi nazzjonali, sa tliet snin wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ deċiżjoni rigward il-pajjiż terz rilevanti f’konformità mal-Artikolu 47. Is-servizzi u l-attivitajiet mhux koperti b’tali deċiżjoni jistgħu jibqgħu jiġu pprovduti skont ir-reġim nazzjonali.

▼M7 —————

▼M7

3.  
Id-dispożizzjonijiet tal-atti delegati adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 kif applikabbli qabel it-28 ta’ Marzu 2024 għandha tkompli tapplika sad-data ta’ applikazzjoni tal-atti delegati adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 kif applikabbli minn dik id-data.

▼M3

Artikolu 54a

Miżuri tranżizzjonali relatati mal-ESMA

1.  
Il-kompetenzi u d-dmirijiet kollha relatati mal-attività ta’ superviżjoni u infurzar fil-qasam tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta jiġu ttrasferiti lill-ESMA fl-1 ta’ Jannar 2022, ħlief għal kompetenzi u dmirijiet relatati ma’ APAs u ARMs soġġetti għal deroga msemmija fil-punt 36 tal-Artikolu 2(3). Dawk il-kompetenzi u d-dmirijiet trasferiti għandhom jittieħdu mill-ESMA fl-istess data.
2.  
Kwalunkwe fajl u dokument ta’ ħidma relatat mal-attività ta’ superviżjoni u infurzar fil-qasam tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta, inklużi kwalunkwe eżamijiet u azzjonijiet ta’ infurzar li jkunu għaddejjin, jew kopji ċċertifikati tagħhom, għandhom jgħaddu f’idejn l-ESMA fid-data msemmija fil-paragrafu 1.

Madankollu, applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni li kienet riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti qabel l-1 ta’ Ottubru 2021 ma għandhiex tiġi ttrasferita lill-ESMA, u d-deċiżjoni li tiġi reġistrata jew rifjutata reġistrazzjoni għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti rilevanti.

3.  
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li kwalunkwe reġistru u dokument ta’ ħidma eżistenti, jew kopji ċċertifikati tagħhom, għandhom jiġu ttrasferiti lill-ESMA mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ sal-1 ta’ Jannar 2022. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu wkoll l-għajnuna u l-pariri kollha meħtieġa lill-ESMA sabiex jiġu ffaċilitati kemm it-trasferiment effettiv u effiċjenti kif ukoll il-bidu tal-eżerċizzju tal-attività ta’ superviżjoni u infurzar fil-qasam tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-dejta.
4.  
L-ESMA għandha taġixxi bħala s-suċċessur legali tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 fi kwalunkwe proċediment amministrattiv jew ġudizzjarju li jirriżulta minn attività ta’ superviżjoni u infurzar eżerċitata minn dawk l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu taħt dan ir-Regolament.
5.  
Kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta mogħtija minn awtorità kompetenti kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE għandha tibqa’ valida wara t-trasferiment tal-kompetenzi lill-ESMA.

Artikolu 54b

Relazzjonijiet mal-awdituri

1.  

Kwalunkwe persuna awtorizzata fis-sens tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 ), li twettaq, f’funzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta, il-kompitu deskritt fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ) jew fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE jew kwalunkwe kompitu ieħor preskritt mil-liġi, ikollha d-dmir li tirrapporta minnufih lill-ESMA kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta li tagħhom dik il-persuna tkun saret konxja waqt it-twettiq ta’ dak il-kompitu u li jistgħu:

(a) 

jikkostitwixxu ksur materjali tal-liġijiet, tar-regolamenti jew tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li jirregolaw speċifikament l-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta;

(b) 

jaffettwaw il-funzjonament kontinwu tal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta;

(c) 

iwasslu għar-rifjut taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew għall-espressjoni ta’ riżervi.

Dik il-persuna jkollha wkoll id-dmir li tirrapporta kwalunkwe fatt u deċiżjoni li tagħhom il-persuna ssir konxja matul il-kors tat-twettiq ta’ wieħed mill-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta li fiha jkun qed iwettaq dak il-kompitu.

2.  
Id-divulgazzjoni bona fide lill-awtoritajiet kompetenti, minn persuni awtorizzati fis-sens tad-Direttiva 2006/43/KE, ta’ kwalunkwe fatt jew deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, ma għandhiex tikkostitwixxi ksur ta’ kwalunkwe restrizzjoni kuntrattwali jew ġuridika tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni u ma għandha tinvolvi l-ebda responsabbiltà għal tali persuni.

▼B

Artikolu 55

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M1

Dan ir-Regolament għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

▼B

►C1  Minkejja t-tieni paragrafu, l-Artikolu 1(8) u (9), l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 4(6), l-Artikolu 5(6) u (9), ◄ l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 17 (3), l-Artikolu 19 (2) u (3), l-Artikolu 20 (3), l-Artikolu 21 (5), l-Artikolu 22 (4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 25(3), l-Artikolu 26(9), l-Artikolu 27(3), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 29(3), l-Artikolu 30(2), l-Artikolu 31(4), l-Artikolu 32(1), (5) u (6), l-Artikolu 33(2), l-Artikolu 35 (6), l-Artikolu 36(6), Artikolu 37(4), l-Artikolu 38(3), l-Artikolu 40(8), l-Artikolu 41(8), l-Artikolu 42(7), l-Artikolu 45(10), l-Artikolu 46(7), l-Artikolu 47(1) u (4), l-Artikolu 52(10) u (12) u l-Artikolu 54(1) għandhom japplikaw immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

▼M1

Minkejja t-tieni paragrafu, l-Artikolu 37(1), (2) u (3) għandhom japplikaw mit-3 ta' Jannar 2020.

▼B

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

( 2 ) Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r- Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

( 3 ) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

( 4 ) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

( 5 ) Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

( 6 ) Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10).

( 7 ) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers Fond u temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

( 8 ) Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità tas-swieq tal-enerġija u t-trasparenza (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).

( 9 ) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

( 10 ) Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).

( 11 ) Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

( 12 ) Regolamenti ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2012 tad-19 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, u tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivati OTC mhux ikklerjati minn CCP (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 11).

( 13 ) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

( 14 ) Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).

( 15 ) Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU 314, 5.12.2019, p. 1).

( 16 ) Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU 314, 5.12.2019, p. 64).

( 17 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta’ Ġunju 2001 li twaqqaf il-Kumitat tat-Titoli Ewropej (ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45).

( 18 ) Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349)”;

( *1 ) Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014 p 84).

( 19 ) Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).

( 20 ) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

Нагоре