Wybierz funkcje eksperymentalne, które chcesz wypróbować

Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex

Dokument 1782709c-cd0b-11ea-adf7-01aa75ed71a1

Tekst skonsolidowany: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1243/2014 tal-20 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, kif ukoll dwar ir-rekwiżiti tad-data (dejta) u s-sinerġiji bejn sorsi potenzjali tad-dejta

02014R1243 — MT — 17.07.2020 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1243/2014

tal-20 ta' Novembru 2014

li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, kif ukoll dwar ir-rekwiżiti tad-data (dejta) u s-sinerġiji bejn sorsi potenzjali tad-dejta

(ĠU L 334 21.11.2014, p. 39)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/788 tat-8 ta' Mejju 2017

  L 119

7

9.5.2017

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1027 tal-14 ta’ Lulju 2020

  L 227

1

16.7.2020


Ikkoreġut bi:

 C1

Rettifika, ĠU L 151, 18.6.2015, p.  26 (1243/2014)

 C2

Rettifika, ĠU L 221, 22.8.2015, p.  7 (1243/2014)




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1243/2014

tal-20 ta' Novembru 2014

li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, kif ukoll dwar ir-rekwiżiti tad-data (dejta) u s-sinerġiji bejn sorsi potenzjali tad-dejta



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri sabiex jippermettu l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati bil-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”) taħt ġestjoni kondiviża.

Artikolu 2

Lista tad-dejta u l-istruttura tal-bażi ta' dejta

1.  Fil-bażi ta' dejta tiegħu, kull Stat Membru għandu jirreġistra kif imsemmi fl-Artikolu 125(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni lista tad-dejta li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 107(3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u li hi konformi mal-istruttura stabbilita fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

▼M1

2.  Il-lista tad-dejta għandha tiġi rreġistrata u tintbagħat lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu kull sena, skont il-mudelli stabbiliti fl-Annessi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1242.2014 ( 1 ), għal kull operazzjoni li tintgħażel għall-finanzjament skont il-programm operazzjonali msostni mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 4

Dejta dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjoni

L-informazzjoni msemmija fil-Parti D tal-Anness I (Dejta dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjoni) għandha tkun ibbażata fuq l-oqsma (entrati) deskritti fl-Anness II.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

STRUTTURA TAL-BAŻI TA' DEJTA

▼M1

IL-PARTI A

Informazzjoni amministrativa



Entrata

Il-kontenut tal-entrata

Deskrizzjoni

Ħtiġijiet u sinerġiji tad-dejta

1

CCI

Kodiċi Komuni ta' Identifikazzjoni tal-programm operazzjonali

L-entrata tad-dejta 19 tal-Anness III tar-Regolament Delegat tal- Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 (1)

2

L-identifikatur Uniku tal-Operazzjoni (ID)

Meħtieġ għall-operazzjonijiet kollha appoġġati mill-Fond

L-entrata tad-dejta 5 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

3

Isem l-operazzjoni

Jekk dan huwa disponibbli u jekk l-entrata 2 hija numru

L-entrata tad-dejta 5 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

4

In-numru tal-bastiment “In-numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-Komunità” (CFR (2))

Fejn hu rilevanti

Speċifiku għall-FEMS

5

Il-kodiċi NUT (3)

Daħħal l-aktar livell tan-NUTS rilevanti (awtomatikament = il-livell III)

Speċifiku għall-FEMS

6

Benefiċjarju

Isem il-benefiċjarju (entitajiet legali u persuni fiżiċi biss skont il-liġi nazzjonali)

L-entrata tad-dejta 1 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014

7

Is-sess tal-benefiċjarju

Fejn hu rilevanti (il-valur possibbli: 1: raġel, 2: mara, 3: ieħor)

Speċifiku għall-FEMS

8

Id-daqs tal-intrapriża

Fejn hu rilevanti (4) (il-valuri possibbli: 1: mikro, 2: żgħira, 3: medja, 4: kbira)

Speċifiku għall-FEMS

9

L-istat ta' progress tal-operazzjoni

numru wieħed:

il-kodiċi 0 = operazzjoni koperta b'deċiżjoni li tagħti l-għajnuna iżda li ma ġiet iddikjarata l-ebda nefqa għaliha lill-Awtorità ta' Ġestjoni mill-benefiċjarju

il-kodiċi 1 = operazzjoni interrotta wara implimentazzjoni parzjali (li ġiet iddikjarata xi nefqa għaliha mill-benefiċjarju lill-Awtorità ta' Ġestjoni)

il-kodiċi 2 = operazzjoni abbandunata wara implimentazzjoni parzjali (li ġiet iddikjarata xi nefqa għaliha lill-Awtorità ta' Ġestjoni mill-benefiċjarju)

il-kodiċi 3 = operazzjoni kompluta (li għaliha n-nefqiet kollha tħallsu lill-benefiċjarju)

il-kodiċi 4 = operazzjoni li qed tiġi implimentata (li għaliha ġiet iddikjarata xi nefqa lill-Awtorità ta' Ġestjoni mill-benefiċjarju)

il-kodiċi 5 = operazzjoni implimentata bis-sħiħ (iżda li mhux bilfors tħallsu lill-benefiċjarju n-nefqiet kollha għaliha)

Speċifiku għall-FEMS

(1)   Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta'Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).

(2)   L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25).

(3)   Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(4)   Skont l-Artikolu 2(28) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320) għall-SMEs.

IL-PARTI B

Tbassir tan-nefqa (Bil-munita applikabbli għall-operazzjoni)



Entrata

Il-kontenut tal-entrata

Deskrizzjoni

Ħtiġijiet u sinerġiji tad-dejta

10

L-ispiża totali eliġibbli

L-ammont tal-ispiża totali eliġibbli tal-operazzjoni approvata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

L-entrata tad-dejta 41 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014

11

L-ispiża pubblika eliġibbli totali

L-ammont totali tal-ispejjeż eliġibbli li jikkostitwixxu nefqa pubblika kif iddefinita fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

L-entrata tad-dejta 42 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014

12

L-appoġġ mill-FEMS

L-ammont ta' appoġġ mill-FEMS, kif indikat fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

Speċifiku għall-FEMS

13

Id-data tal-approvazzjoni

Id-data tal-ħruġ tad-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

L-entrata tad-dejta 12 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014

IL-PARTI C

Implimentazzjoni finanzjarja tal-operazzjoni (f'EUR)



Entrata

Il-kontenut tal-entrata

Deskrizzjoni

Ħtiġijiet u sinerġiji tad-dejta

14

In-nefqa eliġibbli totali

In-nefqa eliġibbli totali ddikjarata mill-benefiċjarju lill-Awtorità ta' Ġestjoni bħala talba/talbiet għall-ħlas

L-entrata tad-dejta 46 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014

15

In-nefqa pubblika eliġibbli totali

L-infiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, li jikkorrispondi man-nefqa eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarju lill-Awtorità ta' Ġestjoni bħala talba/talbiet għall-ħlas

L-entrata tad-dejta 47 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014

16

In-nefqa eliġibbli tal-FEMS

In-nefqa tal-FEMS li tikkorrispondi man-nefqa eleġibbli ddikjarata mill-benefiċjarju lill-Awtorità ta' Ġestjoni bħala talba/talbiet għall-ħlas

Speċifiku għall-FEMS

17

Id-data tal-aħħar pagament lill-benefiċjarju

 

L-entrata tad-dejta 45 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014 (id-data tal-pagament finali biss lill-benefiċjarju)

IL-PARTI D

Id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjoni



Entrata

Il-kontenut tal-entrata

Kumment

Ħtiġijiet u sinerġiji tad-dejta

18

Il-miżura kkonċernata

Il-kodiċi tal-miżura (ara l-Anness II)

Speċifiku għall-FEMS

19

Indikatur tal-output

Valur numeriku

Speċifiku għall-FEMS

20

Id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjoni

Ara l-Anness II

Speċifiku għall-FEMS

21

Il-valur tad-dejta dwar l-implimentazzjoni

Valur numeriku

Speċifiku għall-FEMS

(għandu jiġi aġġornat darbtejn biss, meta l-entrata 9 tkun l-istess bħall-kodiċi 0 u l-kodiċi 5)

▼B

PARTI E

Indikaturi tar-riżultat



Qasam

Kontenut tal-entrata

Kumment

Ħtiġijiet tad-dejta u sinerġiji

22

Indikatur(i) tar-riżultat relatat(i) mal-operazzjoni

Numru tal-kodiċi tal-indikatur tar-riżultat (1)

Speċifiku għall-FEMS

23

Riżultat indikattiv mistenni mill-benefiċjarju

Valur numeriku

Speċifiku għall-FEMS

24

Valur tal-indikatur tar-riżultat ivvalidat wara l-implimentazzjoni

Valur numeriku

Speċifiku għall-FEMS

(1)   Stabbilit f'konformità mal-Artikolu 107(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

▼M2

IL-PARTI F

Mitigazzjoni tat-tifqigħa tal-COVID-19



Entrata

Kontenut tal-entrata

Kumment

Ħtiġijiet tad-dejta u sinerġiji

25

Mitigazzjoni tat-tifqigħa tal-COVID-19

Mitigazzjoni tat-tifqigħa tal-COVID-19

Kodiċi 0 = mhux marbuta mal-COVID-19

Kodiċi 1 = marbuta mal-COVID-19

Speċifiċi għall-FEMS

▼B




ANNESS II

DEJTA DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-OPERAZZJONI



Kodiċi tal-miżura

Miżuri fir-Regolament (UE) Nru 508/2014

Dejta dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjoni

Kapitolu I: Żvilupp sostenibbli tas-sajd

I.1

L-Artikolu 26 u l-Artikolu 44(3)

Innovazzjoni

— Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew is-sajd f'ilmijiet interni jew it-tnejn

— Tip ta' innovazzjoni: Prodotti u tagħmir; proċess u tekniki; ġestjoni u sistema ta' organizzazzjoni

— Għadd ta' nies li jgawdu mit-tħaddim direttament f'kumpaniji appoġġati

I.2

L-Artikolu 27 u l-Artikolu 44(3)

Servizzi ta' konsulenza

— Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew is-sajd f'ilmijiet interni jew it-tnejn

— Tip ta' servizz ta' konsulenza: l-istudji dwar il-fattibbiltà u s-servizzi ta' konsulenza; parir professjonali; strateġiji ta' negozju

I.3

L-Artikolu 28 u l-Artikolu 44(3)

Sħubiji bejn xjenzati u sajjieda

— Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew is-sajd f'ilmijiet interni jew it-tnejn

— Tip ta' attivitajiet: netwerks; ftehim ta' sħubija jew ta' assoċjazzjoni; ġbir u ġestjoni tad-data (dejta); studji; proġetti pilota; disseminazzjoni; seminars; l-aqwa prattiki

— Għadd ta' xjentisti involuti fis-sħubija

— Għadd ta' sajjieda involuti fis-sħubija

— Għadd ta' korpi oħra involuti fl-operazzjoni

I.4

L-Artikoli 29(1) u (2) u l-Artikolu 44(1)(a)

Il-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali — taħriġ, netwerking, djalogu soċjali, appoġġ għal konjuġi u sħab

— Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew is-sajd f'ilmijiet interni jew it-tnejn

— Tip ta' attivitajiet: taħriġ u tagħlim; netwerking; djalogu soċjali;

— Għadd ta' konjuġi u sħab li jibbenefikaw mill-operazzjoni

— Għadd ta' nies jew organizzazzjonijiet li jibbenefikaw mill-operazzjoni (il-parteċipanti fit-taħriġ, membri ta' netwerks, organizzazzjonijiet involuti f'azzjonijiet ta' djalogu soċjali)

I.5

L-Artikolu 29(3) u l-Artikolu 44(1)(a)

Il-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali — apprendisti abbord l-SSCF

— Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew is-sajd f'ilmijiet interni jew it-tnejn

— Tip ta' attivitajiet: taħriġ u tagħlim

— Għadd ta' apprendisti li jibbenefikaw mill-operazzjoni

I.6

L-Artikolu 30 u l-Artikolu 44(4)

Diversifikazzjoni u forom ġodda ta' dħul

— Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew is-sajd f'ilmijiet interni jew it-tnejn

— Tip ta' diversifikazzjoni: investimenti abbord; turiżmu tas-sajd bil-qasba; restoranti; servizzi ambjentali; attivitajiet edukattivi

— għadd ta' sajjieda kkonċernati

I.7

L-Artikolu 31 u l-Artikolu 44(2)

Appoġġ għall-bidu (start-up) għal sajjieda żgħażagħ

— Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew is-sajd f'ilmijiet interni jew it-tnejn

— Età ta' sajjieda żagħżagħ li jibbenefikaw mill-operazzjoni

I.8

L-Artikolu 32 u l-Artikolu 44(1)(b)

Saħħa u sikurezza

— Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew is-sajd f'ilmijiet interni jew it-tnejn

— Tip ta' tagħmir ikkonċernat: investiment abbord; tagħmir individwali

— Għadd ta' sajjieda kkonċernati mill-operazzjoni

▼M2

I.9

L-Artikolu 33 u l-Artikolu 44(4a)

Waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd

— Għadd ta’ sajjieda kkonċernati

— Għadd ta’ jiem koperti

▼B

I.10

L-Artikolu 34

Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd

— Għadd ta' sajjieda kkonċernati

I.11

L-Artikolu 35

Fond reċiproku għal avvenimenti klimatiċi negattivi u inċidenti ambjentali — Ħolqien tal-Fond

— Isem il-fond reċiproku

I.12

L-Artikolu 35

Fond reċiproku għal avvenimenti klimatiċi negattivi u inċidenti ambjentali — Kumpens imħallas

— Kumpens imħallas għal: avvenimenti klimatiċi negattivi; inċidenti ambjentali: spejjeż ta' salvataġġ

— Għadd ta' bastimenti kkonċernati

— Għadd ta' membri tal-ekwipaġġ ikkonċernati

I.13

L-Artikolu 36

Appoġġ għas-sistemi ta' allokazzjoni ta'opportunitajiet tas-sajd

— Tip ta' attività: disinn; żvilupp; monitoraġġ; evalwazzjoni; ġestjoni

— Tip ta' benefiċjarju: awtorità pubblika; persuna ġuridika jew fiżika; organizzazzjoni ta' sajjieda; organizzazzjonijiet ta' produtturi; oħra

I.14

L-Artikolu 37

Appoġġ għad-disinn u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' kooperazzjoni reġjonali

— Tip ta' attività: disinn; żvilupp u monitoraġġ; parteċipazzjoni tal-partijiet interessati; stokkjar mill-ġdid dirett

— Għadd ta' stokkijiet ikkonċernati jekk rilevanti

— Żona totali kkonċernata mill-proġett (f'km2)

I.15

L-Artikolu 38 u l-Artikolu 44(1)(b)

Limitazzjoni tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u l-adattament tas-sajd għall-protezzjoni tal-ispeċijiet

— Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew is-sajd f'ilmijiet interni jew it-tnejn

— Tip ta' investiment: selettività tal-irkaptu; jitnaqqas ir-rimi jew jiġu ttrattati l-qabdiet mhux mixtieqa; jiġu eliminati l-impatti fuq l-ekosistemi u fuq qiegħ il-baħar; jiġu protetti l-irkaptu u l-qabdiet minn mammiferi u għasafar; mezz ta' ġbir tal-ħut fir-reġjuni ultraperiferiċi

— Għadd ta' sajjieda li jibbenefikaw mill-operazzjoni

I.16

L-Artikolu 39 u l-Artikolu 44(1)(b)

Innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar

— Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew is-sajd f'ilmijiet interni jew it-tnejn

— Tip ta' operazzjoni: jiġi żviluppat għarfien tekniku u organizzattiv ġdid biex jitnaqqsu l-impatti; jiġi introdott għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid li jnaqqas l-impatti; jiġi żviluppat għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid li jikseb użu sostenibbli; jiġi introdott għarfien tekniku jew organizzativ ġdid li jikseb użu sostenibbli;

— Għadd ta' apprendisti li jibbenefikaw mill-operazzjoni

I.17

L-Artikolu 40(1).(a)

Protezzjoni u rkupru tal-bijodiversità tal-baħar —

— Għadd ta' apprendisti li jibbenefikaw mill-operazzjoni

I.18

L-Artikolu 40(1).(b) sa (g) u (i) u l-Artikolu 44(6)

Il-Protezzjoni u rkupru tal-bijodiversità tal-baħar — il-kontribut għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar, il-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' faċilitajiet statiċi jew mobbli, it-tħejjija ta' pjanijiet ta' protezzjoni u ta' ġestjoni marbutin mas-siti NATURA 2000 u żoni ta' spazji protetti, il-ġestjoni, l-irkupru u l-monitoraġġ ta' żoni marittimi protetti, inkluż ta' siti NATURA 2000, l-għarfien ambjentali, il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet oħra mmirati lejn iż-żamma u t-titjib tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

— Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew is-sajd f'ilmijiet interni jew it-tnejn

— Tip ta' operazzjoni: investiment f'faċilitajiet; ġestjoni tar-riżorsi; pjanijiet ta' ġestjoni għal NATURA 2000 u SPA; ġestjoni ta' NATURA 2000; ġestjoni tal-MPAs; żieda fl-għarfien; azzjonijiet oħra li jtejbu l-bijodiversità

— Żona totali kkonċernata minn Natura 2000 (f'km2)

— Żona totali kkonċernata minn MPA (f'km2)

— għadd ta' sajjieda kkonċernati

I.19

L-Artikolu 40(1)(h)

Protezzjoni u rkupru tal-bijodiversità tal-baħar — skemi għall-kumpens għal ħsara li ssir lill-qabdiet ikkawżata minn mammiferi u għasafar

— Għadd ta' apprendisti li jibbenefikaw mill-operazzjoni

I.20

L-Artikoli 41(1)(a),(b) u (c) u 44(1)(d)

Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima — Investimenti abbord, awditi u skemi ta' effiċjenza enerġetika, studji

— Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew is-sajd f'ilmijiet interni jew it-tnejn

— Tip ta' operazzjoni: tagħmir abbord; rkaptu tas-sajd; effiċjenza enerġetika; studji

— Għadd ta' sajjieda li jibbenefikaw mill-operazzjoni

— % tnaqqis fil-konsum tal-fjuwil

— % tnaqqis fl-emissjonijiet tad-CO2 jekk rilevanti

I.21

L-Artikolu 41(2) u l-Artikolu 44(1)(d)

Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima — Sostituzzjoni jew modernizzazzjoni tal-magni

— Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew is-sajd f'ilmijiet interni jew it-tnejn

— Tip ta' operazzjoni: sostituzzjoni; modernizzazzjoni

— kW qabel l-intervent (iċċertifikata jew spezzjonata fiżikament)

— kW wara l-intervent (iċċertifikata jew spezzjonata fiżikament)

— Għadd ta' apprendisti li jibbenefikaw mill-operazzjoni

— % tnaqqis fil-konsum tal-fjuwil

— % tnaqqis fl-emissjonijiet tad-CO2 jekk rilevanti

1.22

L-Artikolu 42 u l-Artikolu 44(1)(e)

Il-valur miżjud, il-kwalità tal-prodotti u l-użu ta' qabdiet mhux mixtieqa

— Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew is-sajd f'ilmijiet interni jew it-tnejn

— Tip ta' operazzjoni: investimenti li jżidu l-valur tal-prodotti; investimenti abbord li jtejbu l-kwalità tal-prodotti tas-sajd

— Għadd ta' sajjieda li jibbenefikaw mill-operazzjoni

1.23

L-Artikoli 43(1) u (3) u l-Artikolu 44(1)(f)

Portijiet tas-sajd, siti ta' żbark, swali tal-irkant u postijiet ta' kenn — investimenti fit-titjib tal-infrastruttura tal-portijiet tas-sajd u tas-swali tal-irkant jew siti ta' żbark u postijiet ta' kenn; investimenti sabiex tittejjeb is-sikurezza tas-sajjieda

— Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew is-sajd f'ilmijiet interni jew it-tnejn

— Kategorija ta' investiment: Portijiet tas-sajd; siti ta' żbark; swali tal-irkant; postijiet ta' kenn

— Tip ta' investiment: kwalità; kontroll u traċċabbiltà; effiċjenza enerġetika; protezzjoni ambjentali; kondizzjonijiet tax-xogħol u tas-sikurezza

— Għadd ta' sajjieda li jibbenefikaw mill-operazzjoni

— Għadd ta' utenti oħrajn tal-port jew ħaddiema oħra li jibbenefikaw mill-operazzjoni

I.24

L-Artikolu 43(2)

Portijiet tas-sajd, siti ta' żbark, swali tal-irkant u postijiet ta' kenn — investimenti biex tiġi faċilitata l-konformità mal-obbligu ta' żbark tal-qabdiet kollha

— Kategorija ta' investiment: Portijiet tas-sajd; siti ta' żbark; swali tal-irkant; postijiet ta' kenn

— Għadd ta' apprendisti li jibbenefikaw mill-operazzjoni

Kapitolu II: Żvilupp sostenibbli tal-akkwakultura

II.1

L-Artikolu 47

Innovazzjoni

— Tip ta' innovazzjoni: żvilupp ta' għarfien; l-introduzzjoni ta' speċijiet ġodda; studji dwar il-fattibbiltà

— Tip ta' korp tar-riċerka involut: privat, pubbliku

— Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni direttament fl-intrapriżi appoġġati

II.2

L-Artikolu 48(1)(a) sa (d) u (f) sa (h)

Investimenti produttivi fl-akkwakultura

— Tip ta' investiment: produttiv; diversifikazzjoni; modernizzazzjoni; saħħa tal-annimali; kwalità tal-prodotti; rkupru; attivitajiet komplementari

— Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

II.3

L-Artikolu 48(1)(e), (i) u (j)

Investimenti produttivi fl-akkwakultura — l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, it-tnaqqis fl-użu tal-ilma u l-kimiċi, sistemi ta' riċirkolazzjoni sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun l-użu tal-ilma

— Tip ta' investiment: ambjentali u riżorsi; l-użu u l-kwalità tal-ilma; sistemi magħluqa

II.4

L-Artikolu 48(1)(k)

Investimenti produttivi fl-akkwakultura — żieda fl-effiċjenza enerġetika, enerġija rinnovabbli

— Tip ta' investiment: effiċjenza enerġetika; enerġija rinnovabbli

II.5

L-Artikolu 49

Servizzi ta' ġestjoni, għajnuna u konsulenza għal farms fis-settur tal-akkwakultura

— Tip ta' operazzjoni: l-istabbiliment ta' servizzi ta' ġestjoni; servizzi ta' għajnuna u ta' konsulenza; ix-xiri ta' servizzi ta' konsulenza għall-farms

— Tip ta' servizz ta' konsulenza jekk rilevanti: konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali; stima tal-impatt ambjentali; konformità mal-leġiżlazzjonijiet dwar it-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa u s-sikurezza, u dwar is-saħħa pubblika; strateġiji ta' kummerċjalizzazzjoni u negozju

— Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

II.6

L-Artikolu 50

Promozzjoni tal-kapital uman u netwerking

— Tip ta' attività: taħriġ professjonali; tagħlim tul il-ħajja; disseminazzjoni; ħiliet professjonali ġodda; titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u promozzjoni tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol; netwerking u skambju ta' esperjenzi.

— Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

— Għadd ta' konjuġi u sħab li jibbenefikaw mill-operazzjoni

II.7

L-Artikolu 51

Potenzjal akbar għas-siti tal-akkwakultura

— Tip ta' operazzjoni: l-identifikazzjoni ta' żoni; titjib ta' faċilitajiet u infrastrutturi ta' appoġġ; prevenzjoni ta' dannu serju; azzjonijiet wara l-kxif ta' mwiet jew mard.

— Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

II.8

L-Artikolu 52

Inħeġġu akkwakulturisti ġodda li jipprattikaw akkwakultura sostenibbli

— Żona totali kkonċernata (f'km2)

— Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

II.9

L-Artikolu 53

Konverżjoni għal skemi tal-immaniġġjar u l-awditjar tal-ambjent u l-akkwakultura organika

— Tip ta' operazzjoni: konverżjoni għal akkwakultura organika; parteċipazzjoni fl-EMAS

— Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

— Żona totali kkonċernata (f'km2)

II.10

L-Artikolu 54

Akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali

— Tip ta' operazzjoni: akkwakultura f'Natura 2000; il-konservazzjoni ex situ u r-riproduzzjoni; operazzjonijiet fis-settur tal-akkwakultura inkluż il-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent u tal-bijodiversità.

— Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

— Żona totali kkonċernata minn Natura 2000 (f'km2)

— Żona totali kkonċernata barra min-Natura 2000 (f'km2)

II.11

L-Artikolu 55

Miżuri tas-saħħa pubblika

— Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

II.12

L-Artikolu 56

Miżuri għas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali

— Tip ta' operazzjoni: il-kontroll u l-qerda tal-mard; l-aqwa prattiki u kodiċijiet ta' mġiba; tnaqqis tad-dipendenza fuq mediċini veterinarji; studji farmaċewtiċi jew veterinarji u prattiki tajbin; gruppi għall-protezzjoni tas-saħħa; kumpens lill-bdiewa tal-molluski.

— Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

II.13

L-Artikolu 57

Assigurazzjoni tal-istokkijiet fis-settur tal-akkwakultura

— Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

Kapitolu III: Żvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura

III.1

Artikolu 62(1)(a)

Appoġġ mill-FEMS għal żvilupp lokali mmexxi mill-komunità — appoġġ preparatorju

— Tip ta' benefiċjarju: korp pubbliku; NGO; korp kollettiv ieħor; individwu privat

III.2

L-Artikolu 63

Implimentazzjoni ta' strateġiji għall-iżvilupp lokali — għażla ta' FLAGs (1)

— Popolazzjoni totali koperta minn FLAG (f'unitajiet)

— Għadd ta' sħab pubbliċi fi FLAG

— Għadd ta' sħab privati fi FLAG

— Għadd ta' sħab tas-soċjetà ċivili fi FLAG

— Għadd ta' FTE impjegati minn FLAG għall-amministrazzjoni

— Għadd ta' FTE impjegati minn FLAG għall-animazzjoni

III.3

L-Artikolu 63

Implimentazzjoni ta' strateġiji għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità — proġetti appoġġati minn FLAGs (inkluż spejjeż operazzjonali u animazzjoni)

— Tip ta' operazzjoni: valur miżjud; diversifikazzjoni; ambjent; soċjokulturali; governanza; spejjeż operazzjonali u animazzjoni

III.4

L-Artikolu 64

Attivitajiet ta' kooperazzjoni

— Tip ta' operazzjoni: appoġġ preparatorju; proġetti fl-istess SM; proġetti ma' SM oħra; proġetti ma' sħab barra mill-UE

— Nru ta' sħab jekk rilevanti

Kapitolu IV: Miżuri relatati mal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar

IV.1

L-Artikolu 66

Pjani dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni

— Għadd ta' membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi involuti

IV.2

L-Artikolu 67

Appoġġ għall-ħażna

— Għadd ta' membri ta' Organizzazzjonijiet tal-Produtturi li jibbenefikaw mill-operazzjoni

IV.3

L-Artikolu 68

Miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni

— Tip ta' operazzjoni: joħoloq organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet bejn il-fergħat (organizzazzjonijiet interprofessjonali); isibu swieq ġodda u jteju l-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq; jippromwovu l-kwalità u l-valur miżjud; trasparenza tal-produzzjoni; traċċabbiltà u ekotikketti; kuntratti standard; kampanji ta' komunikazzjoni u promozzjonali.

— Għal proġetti bil-għan li jsibu swieq ġodda u jtejbu l-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq: speċijijiet li għandhom il-potenzjal li jiġu kkumerċjalizzati; qabdiet mhux mixtieqa; prodotti b'impatt baxx jew prodotti organiċi.

— Għal proġetti bil-għan li jippromwovu l-kwalità u l-valur miżjud: skemi ta' kwalità; iċ-ċertifikazzjoni u l-promozzjoni ta' prodotti sostenibbli; il-kummerċjalizzazzjoni diretta; l-ippakkjar.

— Għadd ta' impriżi li jibbenefikaw mill-operazzjoni

— Għadd ta' membri ta' Organizzazzjonijiet tal-Produtturi li jibbenefikaw mill-operazzjoni

IV.4

L-Artikolu 69

Proċessar ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

— Tip ta' investiment: iffrankar tal-enerġija jew tnaqqis tal-impatt fuq l-ambjent; li jteju s-sikurezza, l-iġjene, is-saħħa u l-kondizzjonijiet tax-xogħol; l-ipproċessar ta' qabdiet mhux għall-konsum mill-bniedem; l-ipproċessar ta' prodotti sekondarji; l-ipproċessar ta' prodotti tal-akkwakultura organika; prodotti ġodda jew imtejba, proċessi ġodda jew imtejba jew sistemi ġodda jew imtejba ta' ġestjoni.

— Għadd ta' sajjieda kkonċernati

— Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

Kapitolu V: Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

V.1

L-Artikolu 70

Reġim ta' kumpens

— Spejjeż addizzjonali kkumpensati

— Għadd ta' impriżi li jibbenefikaw mill-operazzjoni

— Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

Kapitolu VI: Miżuri ta' akkumpanjament għall-PKS taħt ġestjoni konġunta

VI.1

L-Artikolu 76

Kontroll u infurzar

— tip ta' operazzjoni: ix-xiri, l-installazzjoni u l-iżvilupp tat-teknoloġija; l-iżvilupp, ix-xiri u l-installazzjoni tal-komponenti biex jiżguraw it-trasmissjoni tad-data; l-iżvilupp, ix-xiri u l-installazzjoni tal-komponenti li huma meħtieġa biex jiżguraw it-traċċabbiltà; l-implimentazzjoni tal-programmi għall-iskambju u l-analiżi tad-data; l-immodernizzar u x-xiri ta' bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters ta' sorveljanza; ix-xiri ta' mezzi ta' kontroll oħrajn; l-iżvilupp ta' sistemi innovattivi ta' kontroll u monitoraġġ u proġetti pilota; il-programmi ta' taħriġ u skambju: l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u valutazzjonijiet ta' awditi; seminars u għodod tal-mezzi tax-xandir; spejjeż operattivi; implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni

— Tip ta' benefiċjarju: privat, pubbliku, imħallat

— Għadd ta' bastimenti tas-sajd ikkonċernati jekk rilevanti

VI.2

L-Artikolu 77

Ġbir tad-data (dejta)

— Tip ta' benefiċjarju: privat, pubbliku, imħallat

Kapitolu VII: Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri

VII.1

L-Artikolu 78

Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri

— Tip ta' operazzjoni: implimentazzjoni tal-programm operattiv; sistemi tal-IT; titjib tal-kapaċità amministrattiva; attivitajiet ta' komunikazzjoni; evalwazzjoni; studji; kontroll u awditu, netwerk ta' FLAGs; oħra

Kapitolu VIII: It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata

VIII.1

Artikolu 80(1)(a)

Sorveljanza Marittima Integrata

— Tip ta' operazzjoni: jikkontribwixxu għall-IMS; jikkontribwixxu għas-CISE

— Tip ta' benefiċjarju: privat, pubbliku, imħallat

VIII.2

L-Artikolu 80(1)(b)

Jipproteġu l-ambjent tal-baħar u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u kostali

— Tip ta' operazzjoni: MPA; NATURA 2000

— Superfiċje ta' MPA koperta (km2)

— Superfiċje ta' NATURA 2000 koperta (km2)

— Tip ta' benefiċjarju: privat, pubbliku, imħallat

VIII.3

L-Artikolu 80(1)(c)

itejbu l-għarfien dwar il-qagħda tal-ambjent tal-baħar

— Tip ta' operazzjoni: stabbiliment ta' programmi ta' monitoraġġ; stabbiliment ta' miżuri għall-MSFD

— Tip ta' benefiċjarju: privat, pubbliku, imħallat

(1)   Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta biss meta tintgħażel il-FLAG



( 1 ) ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1242/2014 tal-20 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew Marittimu u s-Sajd rigward il-preżentazzjoni ta' data (dejta) kumulattiva rilevanti dwar l-operazzjonijiet. (ĠU L 334, 21.11.2014, p. 11).

Góra