This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 13b05d60-a6a3-11ef-85f0-01aa75ed71a1
Decision (EU) 2020/440 of the European Central Bank of 24 March 2020 on a temporary pandemic emergency purchase programme (ECB/2020/17)
Consolidated text: Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2020 dwar programm temporanju ta' xiri ta' emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17)
Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2020 dwar programm temporanju ta' xiri ta' emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17)
02020D0440 — MT — 05.11.2024 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI (UE) 2020/440 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-24 ta’ Marzu 2020 dwar programm temporanju ta' xiri ta' emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17) (ĠU L 091 25.3.2020, p. 1) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI (UE) 2020/1143 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-28 ta’ Lulju 2020 |
L 248 |
24 |
31.7.2020 |
|
|
DEĊIŻJONI (UE) 2021/174 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-10 ta’ Frar 2021 |
L 50 |
29 |
15.2.2021 |
|
|
DEĊIŻJONI (UE) 2024/1166 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-8 ta’ Frar 2024 |
L 1166 |
1 |
26.4.2024 |
|
|
DEĊIŻJONI (UE) 2024/2819 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-24 ta’ Ottubru 2024 |
L 2819 |
1 |
31.10.2024 |
|
DEĊIŻJONI (UE) 2020/440 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-24 ta’ Marzu 2020
dwar programm temporanju ta' xiri ta' emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17)
Artikolu 1
Stabbiliment u kamp ta' applikazzjoni tal-PEPP
Taħt il-PEPP, il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom, ħlief kif ipprovdut espliċitament mod ieħor f’din id-Deċiżjoni, jixtru:
Titoli ta' dejn negozjabbli eliġibbli fit-tifsira ta', u skont, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni (UE) 2020/188 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/9);
bonds korporattivi eliġibbli u strumenti ta’ dejn negozjabbli oħra fit-tifsira ta', u skont, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/16) ( 1 );
bonds koperti eliġibbli fit-tifsira ta’, u skont, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni (UE) 2020/187 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/8) ( 2 );
titoli ggarantiti minn assi eliġibbli (ABS) fis-sens ta', u skont, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni (UE) 2015/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/45) ( 3 )
Artikolu 2
Maturità ta’ titoli ta’ dejn pubbliku negozjabbli
Sabiex ikunu eliġibbli għax-xiri skont il-PEPP, it-titoli ta’ dejn negozjabbli, fit-tifsira tal-Artikolu 1(2)(a), għandu jkollhom maturità rimanenti minima ta’ 70 jum u maturità rimanenti massima ta’ 30 sena fiż-żmien tax-xiri tagħhom mill-bank ċentrali rilevanti tal-Eurosistema. Sabiex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni bla xkiel, l-istrumenti ta’ dejn negozjabbli b’maturità rimanenti ta’ 30 sena u 364 jum għandhom ikunu eliġibbli taħt il-PEPP.
▼M3 —————
Artikolu 4
Ammont ta’ xiri
Ix-xiri għandu jsir taħt il-PEPP sa fejn ikun meqjus meħtieġ u b’mod proporzjonat sabiex jiġi miġġieled it-theddid maħluq mill-kundizzjonijiet ekonomiċi u tas-suq straordinarji għall-kapaċità tal-Eurosistema li tissodisfa l-mandat tagħha. Sabiex tiġi ffaċilitata l-effettività ta' din id-deċiżjoni eċċezzjonali, il-konsolidazzjoni ta' parteċipazzjonijiet skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/188 (BĊE/2020/9) ma għandhiex tapplika għal parteċipazzjonijiet tal-PEPP.
Artikolu 5
Allokazzjoni ta’ portafolli
Artikolu 6
Trasparenza
Artikolu 7
Self ta’ titoli
Ħlief għal titoli li ma għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu għal titoli mixtrijin taħt il-programm ta’ xiri tas-settur korporattiv, l-Eurosistema għandha tagħmel it-titoli mixtrijin taħt il-PEPP, inklużi riakkwisti, disponibbli għas-self, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-effettività tal-PEPP.
Artikolu 8
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
( 1 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2016/16) (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 28).
( 2 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/187 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar 2020 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (BĊE/2020/8),(ĠU L 39, 12.2.2020, p. 6).
( 3 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2015/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri ta’ titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2014/45) (ĠU L 1, 6.1.2015, p. 4).