Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex
Documento 0ba46d06-891b-11ec-8c40-01aa75ed71a1
Council Decision 2014/512/CFSP of 31 July 2014 concerning restrictive measures in view of Russia's actions destabilising the situation in Ukraine
Texto consolidado: Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina
02014D0512 — MT — 15.01.2022 — 018.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 (ĠU L 229 31.7.2014, p. 13) |
Emendata bi:
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/512/PESK
tal-31 ta' Lulju 2014
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina
Artikolu 1
Il-bejgħ jew ix-xiri b'mod dirett jew indirett, il-forniment b'mod dirett jew indirett ta' servizzi ta' investiment jew l-assistenza fil-ħruġ, jew kwalunkwe negozjar ieħor ta' bonds, ekwità jew strumenti finanzjarji simili b'maturità li taqbeż id-90 jum, maħruġa wara l-1 ta' Awwissu 2014 sat-12 ta' Settembru 2014, jew b'maturità li taqbeż it-30 jum, maħruġa wara t-12 ta' Settembru 2014 minn:
istituzzjonijiet ta' kreditu jew istituzzjonijiet tal-iżvilupp finanzjarju ewlenin stabbiliti fir-Russja b'aktar minn 50 % sjieda pubblika jew kontroll pubbliku fl-1 ta' Awwissu 2014, kif elenkati fl-Anness I;
kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbiliti barra l-Unjoni li aktar minn 50 % minnhom huma proprjetà ta' entità elenkata fl-Anness I; jew
kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f'isem jew fuq ordni ta' entità fil-kategorija msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu jew elenkata fl-Anness I;
għandhom ikunu pprojbiti.
Il-bejgħ jew ix-xiri b'mod dirett jew indirett, il-provvista b'mod dirett jew indirett ta' servizzi ta' investiment, jew l-assistenza fil-ħruġ, jew kwalunkwe negozjar ieħor ta' bonds, ekwità jew strumenti finanzjarji simili b'maturità li taqbeż it-30 jum, maħruġa wara t-12 ta' Settembru 2014 minn:
entitajiet stabbiliti fir-Russja involuti b'mod predominanti u b'attivitajiet kbar fil-konċepiment, il-produzzjoni, il-bejgħ jew l-esportazzjoni ta' tagħmir jew servizzi militari, kif elenkat fl-Anness II, bl-eċċezzjoni ta' entitajiet li huma attivi fis-setturi tal-ispazju u l-enerġija nukleari;
entitajiet stabbiliti fir-Russja li huma kkontrollati pubblikament jew b'sjieda pubblika ta' aktar minn 50 % li għandhom assi totali stmati ta' aktar minn triljun rublu Russu u li tal-inqas 50 % tad-dħul stmat tagħhom joriġina mill-bejgħ jew it-trasport ta' prodotti taż-żejt mhux maħdum jew ta' prodotti petroliferi fit-12 ta' Settembru 2014, kif elenkat fl-Anness III;
kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit barra l-Unjoni li aktar minn 50 % minnhom huma proprjetà ta' entità msemmija fil-punti (a) u (b); jew
kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f'isem, jew taħt id-direzzjoni, ta' entità fil-kategorija msemmija fil-punt (c) jew elenkata fl-Anness II jew III,
għandhom ikunu pprojbiti.
Il-projbizzjoni fil-paragrafu 3 ma għandhiex tapplika għal użu ta' kreditu disponibbli jew ħlasijiet magħmula taħt kuntratt konkluż qabel it-12 ta' Settembru 2014 jekk:
it-termini u kondizzjonijiet kollha ta' dan l-użu ta' kreditu jew ta' dawn il-ħlasijiet:
kienu miftehmin qabel it-12 ta' Settembru 2014; u
ma ġewx emendati f'dik id-data jew warajha; u
qabel it-12 ta' Settembru 2014 kienet ġiet iffissata data ta' skadenza kuntrattwali għar-rimborż sħiħ tal-fondi kollha li kienu saru disponibbli u għall-kanċellament tal-impenji, drittijiet u obbligi kollha taħt il-kuntratt.
It-termini u l-kondizzjonijiet tal-użu ta' kreditu disponibbli u ħlasijiet imsemmijin f'dan il-paragrafu jinkludu dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-tul tal-perijodu tar-rimborż għal kull użu ta' kreditu disponibbli jew ħlas, ir-rata ta' imgħax applikata jew il-metodu tal-kalkolu tar-rata ta' imgħax, u l-ammont massimu.
Artikolu 2
Għandu jkun projbit:
li jingħataw għajnuna teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra relatati ma' attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armamenti u materjal relatat ta' kull tip, inkluż armamenti u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u partijiet ta' rikambju għalihom, b'mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fir-Russja;
li jingħataw finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-attivitajiet militari, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni jew garanzija tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni tal-armamenti u ta' materjal relatat, jew għall-għoti ta' għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra, b'mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fi, jew għall-użu fir-Russja.
Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għal:
il-bejgħ, il-forniment jew l-esportazzjoni, u l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport ta' idrażin (CAS 302-01-2) f'konċentrazzjonijiet ta' 70 fil-mija jew aktar;
l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport ta' idrażin dimetil mhux simmetriku (CAS 57-14-7),
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, u l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport ta' idrażin monometil (CAS 60-34-4),
għall-użu ta' lanċaturi operati minn fornituri Ewropej ta' servizzi ta' llanċar, jew għall-użu ta' operazzjonijiet ta' llanċar ta' programmi spazjali, jew għar-riforniment ta' satelliti minn produtturi ta' satelliti minn produtturi Ewropej ta' satelliti.
L-ammont ta' kull esportazzjoni ta' idrażin għandu jiġi kkalkolat skont l-operazzjoni jew l-operazzjonijiet ta' llanċar jew is-satelliti li għalihom ikun sar u ma għandux jeċċedi kwantità totali ta' 800 Kg għal kull operazzjoni individwali ta' llanċar jew satellita. L-ammont ta' kull esportazzjoni ta' idrażin monometil għandu jiġi kkalkolat skont l-operazzjoni jew l-operazzjonijiet ta' llanċar jew is-satelliti li għalihom ikun sar.
Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni u għall-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport tal-idrażina (CAS 302-01-2) f'konċentrazzjonijiet ta' 70 fil-mija jew aktar għat-testijiet u t-titjir tal-ExoMars Descent Module u għat-titjir tal-ExoMars Carrier Module fil-qafas tal-missjoni ExoMars 2020, taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-ammont ta' idrażina destinat għat-testijiet u t-titjir tal-ExoMars Descent Module fil-qafas tal-missjoni ExoMars 2020, ikkalkulat skont il-ħtiġijiet ta' kull fażi ta' dik il-missjoni, ma għandux jaqbeż total ta' 5 000 kg għad-durata kollha tal-missjoni.
l-ammont ta' idrażina destinat għat-titjir tal-ExoMars Carrier Module fil-qafas tal-missjoni ExoMars 2020 ma għandux jaqbeż total ta' 300 kg.
Artikolu 3
Għandu jkun ipprojbit:
li jingħataw għajnuna teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħrajn relatati mal-prodotti jew it-teknoloġija stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' dawn il-prodotti u t-teknoloġija, b'mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fi, jew għall-użu fir-Russja;
li jingħataw finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-prodotti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn il-prodotti jew it-teknoloġija, jew għall-għoti ta' għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra, b'mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fi, jew għall-użu fir-Russja.
Artikolu 3a
Għandu jkun ipprojbit:
li jingħataw għajnuna teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħrajn relatati mal-prodotti jew teknoloġija stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' dawn il-prodotti u t-teknoloġija, b'mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-Russja, kif elenkat fl-Anness IV;
li jingħataw finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-prodotti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn il-prodotti jew teknoloġija, jew għall-għoti ta' għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra, b'mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-Russja, kif elenkat fl-Anness IV.
Artikolu 4
Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, diretti jew indiretti, ta' ċertu tagħmir adatt għall-kategoriji segwenti ta' proġetti ta' esplorazzjoni u produzzjoni fir-Russja, inkluża ż-Żona Ekonomika Esklużiva u l-Blata Kontinentali tagħha, minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew ajruplani taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li qed jesporta:
l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fl-ilmijiet aktar fondi minn 150 metru;
l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fiż-żona lil hinn mill-kosta fit-tramuntana taċ-Ċirku tal-Artiku;
proġetti li jkollhom il-potenzjal li jipproduċu ż-żejt minn riżorsi li jinsabu f'formazzjonijiet ta' shale permezz ta' fratturazzjoni idrawlika; dan ma japplikax għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni f'formazzjonijiet ta' shale bl-għan li jinstab jew jiġi estratt żejt minn depożiti mhux tax-shale.
L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-paragrafu.
L-għoti ta':
għajnuna teknika jew servizzi oħra relatati mat-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 1;
finanzjament jew għajnuna finanzjarja għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni tat-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 1 jew għall-għoti ta' assistenza teknika jew taħriġ tekniku relatati;
għandu wkoll ikun soġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li qed jesporta.
Artikolu 4a
Il-forniment dirett jew indirett ta' servizzi assoċjati meħtieġa għall-kategoriji segwenti ta' proġetti ta' esplorazzjoni u produzzjoni fir-Russja, inkluża ż-Żona Ekonomika Esklużiva u l-Blata Kontinentali tagħha, minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew ajruplani taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit:
l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fl-ilmijiet aktar fondi minn 150 metru;
l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fiż-żona lil hinn mill-kosta fit-tramuntana taċ-Ċirku tal-Artiku;
proġetti li jkollhom il-potenzjal li jipproduċu ż-żejt minn riżorsi li jinsabu f'formazzjonijiet ta' shale permezz ta' fratturazzjoni idrawlika; dan ma japplikax għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni f'formazzjonijiet ta' shale bl-għan li jinstab jew jiġi estratt żejt minn depożiti mhux tax-shale.
Artikolu 5
Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti hawnhekk.
Artikolu 6
Azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhomx iwasslu għal responsabbiltà ta' ebda xorta min-naħa tagħhom, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
L-ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni fejn il-prestazzjoni ta' dawn ġiet affettwata, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kwalunkwe għamla, ma tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:
entitajiet imsemmijin fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 1(1) u fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(2), jew elenkati fl-Anness I, II, III jew IV;
kwalunkwe persuna, entità jew korp ieħor Russu; jew
kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxi permezz ta' jew f'isem waħda mill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-punti (a) jew (b) ta' dan il-paragrafu.
Artikolu 8
Il-parteċipazzjoni, konxja jew intenzjonali, f'attivitajiet li għandhom l-objettiv jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 1 sa 4a, inkluż l-aġir bħala sostitut għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1, għandha tkun ipprojbita.
Artikolu 9
L-Artikolu 2(6) għandu japplika mid-9 ta' Ottubru 2015.
Artikolu 10
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS I
LISTA TAL-ISTITUZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(a)
SBERBANK
VTB BANK
GAZPROMBANK
VNESHECONOMBANK (VEB)
ROSSELKHOZBANK
ANNESS II
LISTA TA' PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(2)(a)
ANNESS III
LISTA TA' PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(2)(b)
ANNESS IV
LISTA TA' PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3a
( 1 ) ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.