EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2015P0010

Azzjoni mressqa fil-21 ta’ April 2015 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda (Kawża E-10/15)

ĠU C 209, 25.6.2015, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/6


Azzjoni mressqa fil-21 ta’ April 2015 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda

(Kawża E-10/15)

(2015/C 209/05)

Fil-21 ta’ April 2015 inġiebet azzjoni quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Islanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Auður Ýr Steinarsdóttir u Marlene Lie Hakkebo, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, B-1040 Brussell.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tiddikjara illi l-Islanda ma ssodisfatx l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 21au tal-Kapitlu III tal-Anness XX tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz) kif adattata għall-Ftehim bil-Protokoll 1 tagħha, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fiż-żmien stabbilit.

2.

Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet ġuridiċi miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Islanda li tikkonforma, sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Frar 2015, ma’ opinjoni mmotivata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fl-10 ta Diċembru 2014 dwar in-nuqqas ta’ dan l-Istat li jimplimenta fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu, id-Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz, kif imsemmi fil-punt 21au tal-Kapitolu III tal-Anness XX tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattat għal dak il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu (“l-Att”).

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tissottometti li l-Islanda ma ssodisfatx l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt.


Top