EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2015P0001

Azzjoni mressqa fil- 21 ta’ Jannar 2015 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (Kawża E-1/15)

ĠU C 92, 19.3.2015, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/35


Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Jannar 2015 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda

(Kawża E-1/15)

(2015/C 92/09)

Fil-21 ta’ Jannar 2015 l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Xavier Lewis u Øyvind Bø, li qegħdin jaġixxu ta’ Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, Rue Belliard 35, 1040 Brussell, il-Belġju, ħadet azzjoni kontra l-Iżlanda fil-Qorti tal-EFTA.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tiddikjara li fin-nuqqas li tadotta u/jew tinottifka l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA minnufih, bil-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att li hemm referenza għalihom fil-punt 1a, is-seba’ inċiż, tal-Kapitolu XXIV tal-Anness II tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/26/UE tal-31 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jigu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq), kif adattata għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, fiż-żmien preskritt, l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 3 tal-Att u l-Artikolu 7 tal-Ftehim.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirzza n-nuqqas tal-Iżlanda li tikkonforma, sa mhux iktar tard mit-18 ta’ Frar 2014, ma’ opinjoni motivata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-18 ta’ Diċembru 2013 rigward in-nuqqas tal-Istat milli jimplimenta fl-ordni legali nazzjonali tiegħu d-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/26/UE tal-31 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jigu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq, kif imsemmi fil-punt 1a, is-seba’ inċiż, tal-Kapitolu XXIV tal-Anness II għall-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattata għal dak il-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu (“l-Att”).

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-Iżlanda ma ssodisfatx l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 3 tal-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim ŻEE billi ma adottatx, u/jew ma nnotifikatx lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, bil-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġi implimentat l-Att fiż-żmien preskritt.


Top