EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2022/111A/08

Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/390/21 — Amministraturi (AD 6) fil-qasam tal-politika dwar is-sustanzi kimiċi (ĠU C 82 A, 11.3.2021)

PUB/2022/145

ĠU C 111A, 8.3.2022, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 111/10


Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/390/21 — Amministraturi (AD 6) fil-qasam tal-politika dwar is-sustanzi kimiċi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 82 A tal-11 ta’ Marzu 2021 )

(2022/C 111 A/08)

Paġna 5, Taqsima 5 “Ċentru ta’ valutazzjoni” għandha tinqara:

“5)    Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni

Sa massimu ta’ tliet (3) darbiet in-numru stabbilit ta’ kandidati li jirnexxu se jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni online tiegħek u jekk għandek waħda mill- ogħla marki globali fis-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki, se tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata jew bosta ġranet f’ċentru ta’ evalwazzjoni (online jew personalment) bil- lingwa 2 tiegħek. Innota li t-test bil-miktub fil-qasam jista’ jiġi organizzat f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter deskritti fil-punt 2 ma jkunux ġew organizzati minn qabel , tagħmilhom waqt il-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod. Dawn it-testijiet huma eliminatorji u l-marki miksuba ma jiżdidux mal-marki ta’ testijiet oħra li jsiru fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni fil-kalkolu tal-punteġġ totali tiegħek.

Sakemm ma tingħatax struzzjonijiet oħra, ikollok ittella’ kopji skennjati tad-dokumenti ta’ sostenn tiegħek fil-kont tal-EPSO tiegħek. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.

Fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jiġu ttestjati tmien (8) kompetenzi ġenerali, kif ukoll il-kompetenzi relatati mal-qasam meħtieġa għall-kompetizzjoni, permezz ta’ erba’ (4) testijiet kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:

Kompetenza

Testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

2.

Komunikazzjoni

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

3.

Twassil tal-kwalità u tar-riżultati

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

4.

Tagħlim u żvilupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

6.

Reżiljenza

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

7.

Ħidma mal-oħrajn

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

8.

Ħiliet ta’ tmexxija

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali

Kull kompetenza ġenerali tiġi mmarkata minn 1 sa 10 punti. Ma jkun hemm l-ebda marka minima meħtieġa għal kull kompetenza. Madankollu trid tilħaq il-marka minima meħtieġa ta’ mill-inqas 40/80 b’kollox.

Kompetenza

Test

Marka minima meħtieġa

Kompetenzi relatati mal-qasam

Intervista relatata mal-qasam

25/50

Test bil-miktub fil-qasam

25/50”


Top