EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/291/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8140 — Kion/Dematic) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 291, 11.8.2016, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8140 — Kion/Dematic)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 291/08)

1.

Fl-1 ta' Awwissu 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Kion (il-Ġermanja) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Dematic kollha kemm hi (il-Lussemburgu) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Kion: il-manifattura ta’ forklifts, tagħmir tal-imħażen, u trakkijiet industrijali oħrajn. Kion toffri trakkijiet tal-forklift li jaħdmu bl-elettriku, trakkijiet tal-forklift li jaħdmu bid-diżil u l-gass LP, tagħmir li jimmaniġġa l-imħażen, trakkijiet pjattaforma, u tratturi kif ukoll trakkijiet użati. Barra minn hekk, Kion toffri servizzi ta’ wara l-bejgħ, fosthom tiswija, manutenzjoni, service sħiħ, u taħriġ tas-sewwieqa kif ukoll sistema ta’ ġestjoni tal-istokk, sistema tat-trasport u ta’ kontroll tat-trakkijiet, ġestjoni tal-flotta kif ukoll sistemi ta’ intraċċar u sistemi ta’ RFID. Permezz ta' Egemin, Kion toffri wkoll soluzzjonijiet għall-awtomatizzazzjoni tal-katina tal-provvista.

—   għal Dematic: id-disinn, il-manifattura, l-integrazzjoni u ż-żamma ta’ sistema awtomatizzata ta’ firxa ta’ soluzzjonijiet li jintużaw f’operazzjonijiet ta’ ħażna u distribuzzjoni. Dawn is-sistemi awtomatizzati jsaħħu l-effiċjenza fl-imħażen u l-katini tad-distribuzzjoni billi joffru ġestjoni awtomatizzata tal-materjal. Dematic hija bbażata fil-Lussemburgu u topera mad-dinja kollha.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.8140 — Kion/Dematic, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top