EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/011/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7901 — COFRA Holding/Binder Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 11, 14.1.2016, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7901 — COFRA Holding/Binder Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 11/04)

1.

Fit-8 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża COFRA Holding AG (“COFRA”, iċ-Channel Islands) indirettament se takkwista l-kontroll uniku fit-tifsira tal- Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet ta’ Hans und Ottmar Binder Group (“Binder Group”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

COFRA hija kumpanija azzjonarja ta’ investiment ta’ kumpaniji attivi fil-bejgħ bl-imnut, fil-proprjetà immobbli u negozju ta’ investiment fl-Ewropa, l-Ameriki u l-Asja,

Binder Goup huwa grupp ta’ kumpaniji li joffru partijiet esterni għal vetturi ħfief (rails għas-saqaf, shaft rails tat-twieqi, guide rails tat-twieqi, strippi tas-saqaf, pannelli tal-pilastri, kapep tal-gass u cross beams).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal posta bin-numru ta’ referenza M.7901 — COFRA Holding/Binder Group, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussels

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top