EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/265/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7679 — EVO Payments International/Raiffeisen Bank Polska/Raiffeisenbank/JVs) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 265, 13.8.2015, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7679 — EVO Payments International/Raiffeisen Bank Polska/Raiffeisenbank/JVs)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 265/05)

1.

Fl-4 ta’ Awwissu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha (i) l-impriża Centrum Elektronicznych Usług Płatniczych “eService” Sp. z o.o., il-Polonja (“eService”, il-Polonja), ikkontrollata b’mod konġunt minn EVO Payments International Group of Companies (“EVO”, l-Istati Uniti tal-Amerika), u Powszechna Kasa Oszczędności Bank Polski Group of Companies (“PKO”, il-Polonja), u (ii) l-impriżi Raiffeisen Bank Polska SA (“RBPL”, il-Polonja) u Raiffeisen a.s. (“RBCZ”, ir-Repubblika Ċeka), it-tnejn li huma parti minn Raiffeisen Zentralbank Österreich Aktiengesellschaft Group of Companies (l-Awstrija) jakkwistaw fit-tifsira tal- Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (joint venture, JV) li għadha kif inħolqot fil-Polonja u impriża konġunta li għadha kif inħolqot fir-Repubblika Ċeka (“JVs”, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka) permezz ta’ xiri ta’ ishma u kuntratt ta’ ġestjoni. L-attivitajiet ta' affiljazzjoni gall-kummerċjanti ta' RBPL u RBCZ se jkunu trasferiti lill-JVs.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   eService: il-provvista ta' servizzi li jipproċessaw il-pagamenti permezz tal-kards magħmula f'terminals tal-POS jew permezz tal-internet fil-Polonja

—   EVO: l-ipproċessar tal-pagamenti tat-tranżazzjonijiet elettroniċi u servizzi relatati fl-l-Istati Uniti tal-Amerika, fil-Kanada u fiż-ŻEE

—   RBPL: servizzi bankarji u finanzjarji fil-Polonja

—   RBCZ: Servizzi bankarji u finanzjarji fir-Repubblika Ċeka

—   Raiffeisen Zentralbank Österreich Aktiengesellschaft: servizzi bankarji u finanzjarji fiż-ŻEE

Il-JVs se jipprovdu servizzi ta’ affiljazzjoni ta’ kummerċjanti u l-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet fil-Polonja u fir-Repubblika Ċeka.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7679 — EVO Payments International/Raiffeisen Bank Polska/Raiffeisenbank/JVs, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top