EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/224/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7667 — Danaher/Pall) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 224, 9.7.2015, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7667 — Danaher/Pall)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 224/07)

1.

Fl-1 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Danaher Corporation (“Danaher”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Pall Corporation kollha kemm hi (“Pall”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Danaher: id-disinn, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti professjonali, mediċi, industrijali u kummerċjali f’ħames setturi tan-negozju: Ambjentali; Testjar u Kejl; Dentali; Xjenzi tal-Ħajja u Dijanostiċi, u Teknoloġiji Industrijali,

—   għal Pall: il-manifattura u l-bejgħ ta’ teknoloġiji ta’ filtrazzjoni, hardware assoċjat u sistemi tal-inġinerija. B’mod partikulari, il-prodotti ta’ Pall huma użati biex ineħħu kontaminanti solidi, likwidi u tal-gass minn varjetà ta’ likwidu u gassijiet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7667 — Danaher/Pall, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussels

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top