EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/340/15

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6053 – CVC/Apollo/Brit Insurance) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 340, 15.12.2010, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/27


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6053 – CVC/Apollo/Brit Insurance)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 340/15

1.

Fis-6 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi CVC Capital Partners SICAV-FIS SA u s-sussidjarji u l-affiljati tagħha (“CVC”, il-Lussemburgu) u AIF VII Euro Holdings, L.P., fond ġestit minn affiljata ta' Apollo Management L.P. (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Brit Insurance Holdings N.V. (“Brit Insurance”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fis-26 ta’ Ottubru 2010.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CVC: konsulenza lil fondi tal-investiment u l-ġestjoni tal-istess fondi,

Apollo: konsulenza lil fondi tal-investiment u l-ġestjoni tal-istess fondi,

Brit Insurance: assigurazzjoni u rijassigurazzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6053 – CVC/Apollo/Brit Insurance, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top